23.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1840
tal-10 ta' Awwissu 2018
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33229 (2018/N-4) (ex 2017/C-3) — Emenda tal-impenji ta' ristrutturar ta' Nova Ljubljanska Banka d.d.
(notifikata bid-dokument C(2018) 5537)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) (1) iċċitata/i hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Bid-deċiżjoni tas-7 ta' Marzu 2011 (“l-ewwel deċiżjoni ta' salvataġġ”) (2), il-Kummissjoni awtorizzat għal perjodu ta sitt xhur, abbażi ta' sottomissjoni ta' pjan ta' ristrutturar, ir-rikapitalizzazzjoni mill-Istat ta' EUR 250 miljun ta' Nova Ljubljanska Banka d.d. (“NLB”) li s-Slovenja kienet innotifikat lill-Kummissjoni fl-14 ta' Jannar 2011. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tat-2 ta' Lulju 2012 (3) (“it-tieni deċiżjoni ta' salvataġġ u ta' ftuħ”), il-Kummissjoni approvat it-tieni rikapitalizzazzjoni ta' salvataġġ ta' NLB, filwaqt li fl-istess ħin fetħet investigazzjoni fil-fond abbażi ta' tħassib fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar sottomess. Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha jekk il-pjan ippermettiex lil NLB li jirritorna għall-vijabbiltà, filwaqt li qieset ukoll il-pjan bħala insuffiċjenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżuri li jindirizzaw distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni. |
(3) |
Permezz ta' Deċiżjoni 2014/535/UE (“id-Deċiżjoni tal-2013”) (4), il-Kummissjoni approvat għajnuna mill-Istat lil NLB abbażi ta' pjan ta' ristrutturar emendat u lista ta' impenji ppreżentati mis-Slovenja, li waħda minnhom kien tobbliga lis-Slovenja li tbigħ 75 % nieqes sehem wieħed (“75 % – 1”) f'NLB sal-31 ta' Diċembru 2017 jew, alternattivament, li NLB tiddivesti sitt sussidjarji barranin stabbiliti fil-Balkani. |
(4) |
Fit-13 ta' April 2017, is-Slovenja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza dewmien tat-tieni porzjon ta' ishma ta' NLB li jirrappreżenta sal-aktar 25 % mill-ishma nieqes sehem wieħed (“25 % – 1”) f'NLB u hija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-impenji emendati. Fil-11 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk l-impenji emendati komplew jiżguraw il-kompatibbiltà tal-għajnuna favur NLB mas-suq intern (“id-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017”) (5). |
(5) |
Fit-8 ta' Ġunju 2017 (6), l-awtoritajiet Sloveni ddeċidew li jissospendu l-proċess tal-bejgħ ta' NLB u fid-9 ta' Ġunju 2017, il-Ministru tal-Finanzi Sloven informa lill-Kummissjoni dwar dik id-deċiżjoni permezz tat-telefon. |
(6) |
Fil-ħarifa tal-2017, saru bosta kuntatti bejn il-Kummissjoni u s-Slovenja. Is-Slovenja kkondividiet ukoll numru ta' dokumenti informali mal-Kummissjoni (7). Fil-21 ta' Diċembru 2017, is-Slovenja nnotifikat formalment lill-Kummissjoni dwar iktar impenji emendati. |
(7) |
Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Jannar 2018 (“id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018”), il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Sloveni bid-deċiżjoni tagħha biex tibda l-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward ta' talba li tikkonferma l-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lil NLB fuq il-bażi ta' iktar impenji emendati. |
(8) |
Fit-2 ta' Marzu 2018, is-Slovenja ressqet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018. |
(9) |
Fis-6 ta' April 2018, id-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet interessati ntalbu jissottomettu l-kummenti tagħhom. Fi żmien perjodu ta' xahar wara dik il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn erba' partijiet, li ġew mgħoddija lill-awtoritajiet Sloveni, fis-16 u t-18 ta' Mejju 2018. Fil-15 ta' Ġunju 2018, is-Slovenja b'risposta ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar dawk il-kummenti. |
(10) |
Fis-26 ta' Marzu 2018, l-4 ta' April 2018, it-30 ta' Mejju 2018, il-21 ta' Ġunju 2018, id-29 ta' Ġunju 2018 u d-9 ta' Lulju 2018 is-Slovenja ppreżentat dokumenti informali ġodda, li jinkludu serje ta' gruppi proposti ta' impenji. |
(11) |
Permezz ta' ittra datata t-13 ta' Lulju 2018, is-Slovenja ppreżentat lill-Kummissjoni sett ġdid ta' impenji ta' għajnuna mill-Istat impenji (“l-impenji emendati”), fost oħrajn bi skadenzi ġodda għall-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, is-Slovenja nnotifikat ukoll miżura proposta fil-25 ta' Lulju 2018, bħala miżura tal-ebda għajnuna, li taħtha s-Slovenja se tikkumpensa lil NLB kontra kwalunkwe konsegwenza potenzjali ta' kawżi tal-qorti marbuta ma' depożiti ta' munita barranija li hija kwistjoni storika li tmur lura għal qabel ma nqasmet il-Jugoslavja. |
(12) |
Permezz ta' ittra datata s-16 ta' Lulju 2018, is-Slovenja qablet b'mod eċċezzjonali li tirrinunzja d-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 342 TFUE (8) flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1 (9) u li d-deċiżjoni preżenti tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA
2.1. Deskrizzjoni tal-benefiċjarju
(13) |
NLB huwa l-akbar bank fis-Slovenja b'sehem mis-suq ta' 23 % (ikkalkulata b'referenza għall-assi totali tiegħu) (10). Deskrizzjoni aktar dettaljata ta' NLB tinstab fil-premessi 11 sa 22 tad-Deċiżjoni tal-2013. F'termini ta' struttura tal-azzjonisti tiegħu, minn mindu saru r-rikapitalizzazzjonijiet tal-2012 u l-2013, NLB huwa 100 % kumpanija proprjetà tal-Istat (11). |
(14) |
Anki bħala riżultat tal-għajnuna mill-Istat li rċieva NLB, NLB kellu ekwità ewlenija ta' proporzjona ta' Tier 1 ta' 16,6 % fi tmiem Marzu tal-2018. NLB tejjeb ukoll il-profittabbiltà tiegħu u fi tmiem l-2017 rrapporta profit nett ta' EUR 225 miljun, li jikkorrispondi għal redditu fuq l-ekwità ta' 14,4 %. It-tabella 1 fiha dettalji dwar l-informazzjoni (12) finanzjarja ewlenija ta' NLB: Tabella 1 Informazzjoni finanzjarja konsolidata ewlenija ta' NLB:
|
(15) |
F'termini tal-preżenza kummerċjali tiegħu, NLB attwalment għandu 108 post kummerċjali fis-Slovenja (fi tmiem Marzu tal-2018), tnaqqis minn 143 post fl-2013. Barra mis-Slovenja, NLB għandu sussidjarji barranin f'għadd ta' pajjiżi Balkani, li jirrappreżentaw b'kollox EUR 3 800 miljun f'assi u EUR 95 miljun fi profitt wara t-taxxa (14) (ċifri ta' tmiem l-2017). It-tabella 2 fiha aktar informazzjoni dwar is-sussidjarji tal-Balkani ta' NLB: Tabella 2 Informazzjoni finanzjarja ewlenija tas-sussidjarji tal-Balkani ta' NLB
|
(16) |
NLB għadu jipposjedi 50 % tal-ishma fil-kumpanija tal-assigurazzjoni NLB Vita d.d., Ljubljana (“NLB Vita”), li hija impriża konġunta ma' Belgian KBC Group NV. Fi tmiem l-2017, NLB Vita rrapportat assi totali ta' EUR 446 miljun (15) u EUR 7 miljun fi profitt wara t-taxxa għal dik is-sena. |
(17) |
Fil-31 ta' Diċembru 2017, NLB beda l-proċess biex jillikwida s-sussidjarja tiegħu ta' lokazzjoni f'Ljubljana (16). Fid-29 ta' Novembru 2017 (17), il-Bord Superviżorju ta' NLB approva t-twaqqif ta' kumpanija għal servizzi ta' lokazzjoni ġdida, li tiffoka fuq il-kiri tal-vetturi, b'kapital inizjali mħallas ta' EUR 1,5 miljun. Fi' Frar 2018, NLB ma kompliex il-proċess tat-twaqqif tal-kumpanija lokatriċi ġdida. |
2.2. Miżura ta' għajnuna mill-Istat favur NLB
(18) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-2013 u abbażi tal-impenji ppreżentati mis-Slovenja, il-Kummissjoni ddikjarat li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat favur NLB huma kompatibbli mas-suq intern:
B'kollox, NLB irċieva miżuri ta' għajnuna mill-Istat ta' EUR 2 321 miljun, ekwivalenti għal 20 % tal-assi peżati għar-riskju tiegħu sa Diċembru 2012. |
(19) |
L-impenji ppreżentati bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 huma deskritti f'aktar dettall fit-Taqsimiet 2.3 u 2.4 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018. Rigward il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB, is-Slovenja impenjat ruħha, fil-kuntest ta' Deċiżjoni ta' emenda tal-2017, għal dan li ġej (“l-impenn ta' bejgħ”): “… [tnaqqis tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat u sussidjarji bankarji barranin] Is-Slovenja se tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB għal 25 % u sehem wieħed (“Imblukkar ta' Minoranza”) kif ġej:
(*1) Koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali”" |
(20) |
Il-proċessur ta' bejgħ interrott huwa deskritt fid-dettall fit-Taqsima 2.5 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018. |
2.3. Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura
(21) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni formali wara li kien deher ċar li s-Slovenja kienet kisret il-limitu taż-żmien stabbilit fl-impenn tal-bejgħ (deskritt fil-premessa 19). Il-Kummissjoni kkonkludiet li, b'riżultat ta' dan, l-għajnuna mogħtija lil NLB mis-Slovenja kienet saret illegali. |
(22) |
Rigward l-impenji emendati innotifikata fil-21 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni esprimiet dubji li dawk kienu ekwivalenti għall-impenji sottostanti għad-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-miżuri ta' għajnuna kinux kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi ta' dawk l-impenji emendati. |
(23) |
Fir-rigward tal-vijabbiltà ta' NLB, il-Kummissjoni fakkret li d-diffikultajiet esperjenzati minn NLB fl-2012 u l-2013 relatati mal-influwenza tal-Istat fuq l-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu, u li l-analiżi ta' vijabbiltà ta' NLB bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013 kien essenzjalment ibbażat fuq bidla fis-sjieda ta' NLB. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-vijabilità fit-tul ta' NLB mingħajr tali bidla fis-sjieda. |
(24) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li d-dewmien fil-bejgħ ta' NLB de facto tawwal il-perjodu tar-ristrutturar tiegħu. Il-Kummissjoni spjegat li dan loġikament implika li l-impenji marbuta mal-perjodu ta' ristrutturar kienu jkun daqstant estiż sakemm il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB kien għadu ma ġiex iffinalizzat. |
(25) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-impenji emendati humiex se jikkumpensaw biżżejjed għad-dewmien fil-proċessur ta' bejgħ. |
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-2018 U L-OSSERVAZZJONIJIET RELATATI MINGĦAND L-AWTORITAJIET SLOVENI
(26) |
Din it-taqsima tiddeskrivi l-kummenti li waslul dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 u l-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Sloveni għal dawk il-kummenti. |
3.1. Kummenti minn partijiet interessati għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018
(27) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-erba' partijiet interessati li ġejjin:
|
3.2. Osservazzjonijiet tas-Slovenja dwar il-kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 mill-partijiet interessati
(28) |
Fit-tweġiba tagħha tal-15 ta' Ġunju 2018 għall-kummenti li waslu dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, is-Slovenja qieset li l-biċċa l-kbira tal-kummenti li jirrigwardaw deċiżjonijiet eqdem tal-awtoritajiet Sloveni u d-Deċiżjoni tal-2013. Is-Slovenja ssottolineat li, fl-2013, hija mhux biss aġixxiet bħala sid responsabbli ta' NLB, iżda aġixxiet ukoll sabiex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja tal-pajjiż. Is-Slovenja ddikjarat li hija kienet aġixxiet bil-kura dovuta u bl-intenzjoni li tillimita r-riskju ta' tfixkil sistematiku għal dak minimu. |
(29) |
Rigward il-kummenti dwar litigazzjoni ta' depożiti ta' munita barranija, kif deskritt fil-punt (d) tal-premessa 27, is-Slovenja qieset li dawk il-kummenti ma kinux is-suġġett tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018. |
(30) |
Rigward l-argument li kwalunkwe miżuri addizzjonali ikunu biss qed ifixklu l-prospetti tal-vijabbiltà fit-tul ta' NLB, is-Slovenja qieset li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-impenji għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tagħha inklużi fid-Deċiżjoni tal-2013, jiġifieri li l-impenn tal-bejgħ jimpedixxi l-influwenza tal-Istat f'NLB bħala proprjetarju. Is-Slovenja tqis li miżuri kompensatorji addizzjonali ta' natura kummerċjali mhux se jikkontribwixxu għal dak l-objettiv. |
(31) |
Is-Slovenja indikat li bħalissa mhujiex involuta fl-operazzjonijiet kwotidjani ta' NLB. |
4. KUMMENTI MIS-SLOVENJA
(32) |
Bi tweġiba għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, is-Slovenja esprimiet il-fehma li l-miżuri ta' għajnuna mogħtija lil NLB se jkomplu jkunu kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-impenji emendati ippreżentati mis-Slovenja fil-21 ta' Diċembru 2017. Is-Slovenja enfasizzat li l-vijabbiltà ta' NLB bħala l-benefiċjarju tal-għajnuna se tibqa' assigurata u li b'mod ġenerali serje ta' impenji jibqgħu ekwivalenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u miżuri ta' kumpens. |
(33) |
Skont is-Slovenja, sabiex jikkonforma mal-impenji sottomessi bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013, l-NLB implimenta numru ta' miżuri bl-objettivi li ġejjin:
|
(34) |
Bħala riżultat ta' dawk il-miżuri, is-Slovenja qieset li NLB kien irritorna għall-vijabbiltà fit-tul, peress li jista' jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jkomplu jaqilgħu redditu xieraq fuq l-ekwità. |
(35) |
Is-Slovenja rrikonoxxiet li l-punt 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (21) espliċitament għamlet kundizzjoni li l-perjodu ta' ristrutturar għandu jkun qasir kemm jista' jkun. Is-Slovenja enfasizzat madankollu li l-implimentazzjoni mdewma tal-impenn ta' bejgħ kienet relatata ma' litigazzjoni tad-depożiti tal-munita barranija kontra NLB fil-Kroazja (22) li hija kkunsidrata li hija barra mill-kontroll tas-Slovenja. Għall-ġejjieni, is-Slovenja indikat li ser tfassal skeda ta' żmien kredibbli għall-bejgħ ta' 75 % – 1 ta' ishma f'NLB sa tmiem l-2019, b'parti kbira għandhom jinbiegħu diġà fl-2018. |
(36) |
Is-Slovenja aċċettat li l-impenji eżistenti li kienu relatati ma' governanza korporattiva soda tal-NLB għandhom jiġu estiżi, iżda argumentat ukoll li l-ħtieġa li jiġu estiżi l-impenji eżistenti li kienu relatati ma' distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni ta' każ b'każ. Din l-analiżi għandha tqis il-kundizzjonijiet ġodda tas-suq mill-2013. Barra minn dan, is-Slovenja ressqet l-argument li kwalunkwe impenji m'għandhomx jimpedixxu l-vijabilità ta' NLB iżda pjuttost għandhom jgħinu biex din tiġi restawrata. F'dan ir-rigward, is-Slovenja qieset li l-impenn ta' divestiment tas-sussidjarji tal-Balkani jekk il-bejgħ tas-sehem tagħha f'NLB ma jsirx fiż-żmien, li s-Slovenja għamlet fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-2013, mhux bħala miżura ta' kumpens, peress li mhix maħsuba biex tirrimedja distorsjoni tas-suq u ma tgħinx jew tippromwovi għall-vijabilità ta' NLB. |
(37) |
Fir-rigward tal-osservazzjoni tal-Kummissjoni li NLB għadu ma ħariġx dejn subordinat ġdid (23), is-Slovenja indikat li waħda mis-sussidjarji barranin ta' NLB (NLB Banka Skopje) kienet biegħet d-dejn subordinat ġdid ta' EUR 10 miljun f'Ġunju 2015 lil […]. Barra minn hekk, is-Slovenja ssottolinjat li NLB kien issodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji kollha tiegħu u kompla jkollu livelli eċċessivi ta' kapital u jiflaħ sitwazzjoni ta' stress potenzjali. Għalhekk, is-Slovenja qieset li jekk tikkommetti lil NLB li joħroġ strumenti subordinati addizzjonali, dan mhux se jikkontribwixxi għall-vijabbiltà fit-tul tiegħu, anke fid-dawl ta' livell eċċessiv ta' likwidità. |
(38) |
Fir-rigward tal-osservazzjoni tal-Kummissjoni li NLB kien għad kellu livell għoli ta' self improduttiv (24), is-Slovenja argumentat li l-vijabilità fit-tul ta' NLB ma tistax tiġi ddubitata biss abbażi ta' dan l-argument. Barra minn hekk, is-Slovenja ssottolinjat li NLB naqqas b'mod sinifikanti l-ktieb tas-self improduttiv tiegħu minn Diċembru 2013 (b'70 %) bħala riżultat ta' proċessi ta' ġestjoni tar-riskju mtejba. |
(39) |
Rigward il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-Slovenja ma kinitx uriet b'mod konvinċenti li hija kienet effettivament indirizzat il-problemi tal-governanza korporattiva ta' NLB (25), is-Slovenja argumentat li din id-dikjarazzjoni ma kinitx tirrifletti b'mod eżatt il-kisbiet ta' NLB f'dan il-qasam. Is-Slovenja qieset li għal iżjed minn ħames snin, l-operat ta' kuljum ta' NLB kien immexxi minn tim ta' ġestjoni internazzjonali b'rekord u esperjenza rilevanti, li kien kompletament indipendenti mill-Istat Sloven. Is-Slovenja indikat ukoll il-miżuri segwenti, li ttieħdu biex juru kif l-istruttura tal-governanza korporattiva ta' NLB ttejbet ferm:
|
(40) |
Is-Slovenja indikat li n-nuqqas ta' konformità tagħha mal-iskadenza tal-impenn ta' bejgħ ma influwenzax l-ammont tal-għajnuna mill-Istat mogħtija favur NLB, u lanqas il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat l-għajnuna jew il-kontribuzzjoni proprji ta' NLB u l-kondiviżjoni tal-piżijiet. F'dan il-kuntest, is-Slovenja qieset li n-nuqqas ta' konformità tagħha mal-impenn ta' bejgħ m'għandux ikollu impatt fuq il-miżuri meħtieġa biex jillimitaw id-distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
(41) |
Is-Slovenja qieset ukoll li d-Deċiżjoni tal-2013 u l-impenji tagħha kienu relatati biss mal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat mogħtija fl-2013 u argumentat li l-aħħar żewġ rikapitalizzazzjonijiet tal-Istat kienu diġà awtorizzati mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tagħha tas-7 ta' Marzu 2011 u tat-2 ta' Lulju 2012 rispettivament. |
(42) |
Is-Slovenja qieset ukoll li kwalunkwe miżuri ta' vijabbiltà addizzjonali, miżuri ta' kondiviżjoni tal-piżijiet jew miżuri biex jillimitaw distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni fis-suq intern ma jkunux meħtieġa jew xierqa. Dawn il-miżuri ulterjuri, skont is-Slovenja, jiksru l-prinċipju ta' tal-proporzjonalità li huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni u jikkontradixxu l-prattika tal-każistika tal-Kummissjoni. |
(43) |
Is-Slovenja kkonfermat li biħsiebha wkoll iddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu, li għandu jiġi ffinanzjat mill-hekk imsejjaħ Fond ta' Suċċessjoni (26), sabiex jikkumpensa lil NLB mill-konsegwenzi legali relatati mil-litigazzjoni li għaddejja mal-Kroazja (27). Għal dan il-għan, is-Slovenja adottat Att biex tipproteġi l-valur tal-investiment kapitali f'NLB tar-Repubblika tas-Slovenja (28). Fis-sottomissjoni tagħha tal-25 ta' Lulju 2018, is-Slovenja indikat li hija kienet ser tkompli l-isforzi biex jiġu newtralizzati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi finanzjarji għal NLB sabiex jiġi kkompletat b'suċċess il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB b'mod li jiġi massimizzat il-valur għal min iħallas it-taxxa fis-Slovenja. Is-Slovenja tikkunsidra li dan il-mekkaniżmu jista' jtaffi l-impatt ta' litigazzjoni Kroata fuq il-prezz tal-bejgħ ta' NLB, se jiġi implimentat fil-kuntest tal-proċess ta' bejgħ u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE. |
(44) |
Is-Slovenja inkludiet fis-sottomissjoni tagħha informazzjoni addizzjonali permezz ta' rapport imħejji mill-konsulent finanzjarju tagħha biex juri li l-mekkaniżmu ta' kumpens biex jipproteġi kontra l-konsegwenzi tal-litigazzjoni li għaddejja kienu jiġu offruti wkoll minn bejjiegħ privat. Ir-rapport jinkludi evalwazzjoni indikattiva tal-probabbiltà ta' suċċess għall-bejgħ tas-sehem f'NLB bbażat fuq żewġ xenarji fir-rigward tal-litigazzjoni fuq depożiti barranin Kroata: xenarju wieħed jinkludi l-mekkaniżmu (b'pagamenti potenzjali taħt il-mekkaniżmu fi stadju aktar tard) u xenarju ieħor mingħajr mekkaniżmu bħal dan. Essenzjalment, ir-rapport indika, abbażi tad-deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti fil-Kroazja, li l-investituri se jinkludu fil-prezz l-esponiment tal-litigazzjoni Kroata għal kważi 100 % tal-iskopertura massima. Barra minn hekk, il-BĊE fil-funzjoni superviżorja tiegħu imposta restrizzjonijiet fuq dividendi minħabba l-litigazzjoni li tinsab għaddejja (kunsens minn qabel tal-BĊE huwa meħtieġ għal pagamenti ta' dividendi potenzjali). Għalhekk, mingħajr il-mekkaniżmu l-NLB se jkun limitat fl-abbiltà tiegħu biex iħallas dividendi u probabbilment dan jista' jnaqqas l-għadd ta' investituri potenzjali. Ir-rapport ikkonkluda li l-effett ikkombinat ta' interess tal-investituri imnaqqas u r-riskju inkrimentali fuq flussi ta' flus ta' NLB (kemm bħala riżultat tal-litigazzjoni u l-posponiment ta' pagamenti ta' dividendi) jirriżulta f'li l-investituri jkunu jeħtieġu redditu ogħla ta' ekwità biex tiġi żgurata offerta pubblika inizjali kompletament abbonata (“IPO”). L-effett kombinat negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ ta' obbligazzjoni ([…] (29)) u r-redditu ogħla fuq ir-rekwiżit tal-ekwità mill-għadd iżgħar ta' investituri ([…] (30)) jammonta għal […]. Ir-rapport ikkonkluda li din iċ-ċifra hija ogħla mill-istima tal-NLB tal-ammont nominali massimu f'riskju ta' […] li jirriżultaw mil-litigazzjoni. Għalhekk, ir-rapport jappoġġja l-fehma li t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' kumpens fir-rigward tal-litigazzjoni Kroata biex jappoġġja l-prezz tal-bejgħ ta' NLB se jwassal, fl-aħħar mill-aħħar, għal rikavati netti ogħla għas-Slovenja. |
5. IL-LISTA TAL-IMPENN AĠĠORNAT IPPREŻENTAT MIS-SLOVENJA
(45) |
Fit-13 ta' Lulju 2018, l-awtoritajiet Sloveni ppreżentaw sett ġdid ta' impenji ta' għajnuna mill-Istat. |
(46) |
Is-Slovenja talbet sabiex temenda l-impenn tal-bejgħ billi pproponiet li tnaqqas is-sehem tagħha f'NLB għal Imblukkar Minoritarju kif ġej:
|
(47) |
Fil-lista proposta tagħha ta' impenji emendati, is-Slovenja għamlet distinzjoni bejn ix-xenarji differenti possibbli b'rabta mal-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB. F'dawk ix-xenarji differenti, japplikaw gruppi ta' impenji differenti (ara l-premessi 50 sa 52) u impenn ta' skadenzi differenti, kif deskritt fit-Tabella 3. |
(48) |
Is-Slovenja ssostni li fejn ma tkunx daħlet fi ftehim ta' bejgħ u xiri vinkolanti għall-bejgħ tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB skont l-impenn ta' bejgħ emendat u l-iskeda taż-żmien stipulata fil-premessa 46, is-Slovenja se tagħti mandat esklussiv lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni biex jitnaqqas is-sehem tas-Slovenja f'NLB għal Imblukkar Minoritarju għal […]. |
(49) |
F'każ ta' kundizzjonijiet tas-suq favorevoli, is-Slovenja ma teskludix il-possibbiltà li tbiegħ sehem ikbar minn 50 % + 1 sas-sehem kollu ta' 75 % – 1 sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(50) |
Fir-rigward tal-impenji ppreżentati bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013, is-Slovenja tipproponi li temenda u testendi l-impenji eżistenti segwenti (“Impenji ta' Grupp 1”):
|
(51) |
Barra minn hekk, impenji eżistenti oħra se jiġu estiżi sal-mument li s-Slovenja tkun naqqset is-sehem tagħha f'NLB għal Imblukkar Minoritarju (“Impenji ta' Grupp 2”):
|
(52) |
Fir-rigward tal-impenn tar-Redditu fuq l-Ekwità (“RoE”) u l-impenji l-oħra tal-Ġestjoni tar-Riskju u l-Politiki tal-Kreditu skont il-paragrafi 10.1 sa 10.6 tal-impenji tal-2013, is-Slovenja tipproponi li testendi dan l-impenn sakemm mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB jinbiegħu u jiġu emendati biss sal-punt li l-ipprezzar għal self ġdid jitqies li huwa adegwat jekk is-self ġdid jikkontribwixxi biex tinkiseb RoE pożittiva qabel it-taxxa ta' […] jew fuq self individwali jew fuq kull relazzjoni klijentali. Madankollu, jekk is-Slovenja ma tkunx naqqset is-sehem tagħha f'NLB għal Imblukkar Minoritarju minn […], l-impenn tar-RoE ser jerġa' japplika minn […] sakemm is-Slovenja tkun naqqset il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB sal-Imblukkar Minoritarju. |
(53) |
Is-Slovenja ssostni wkoll l-impenji addizzjonali li ġejjin, bħala miżuri ta' kumpens għad-dewmien tal-proċess tal-bejgħ (“Impenji ta' Grupp 3”):
|
(54) |
Barra minn hekk, is-Slovenja ssostni wkoll li fejn ma tkunx naqqset is-sehem tagħha f'NLB sal-Imblukkar Minoritarju sal-31 ta' Diċembru 2018, NLB se tbigħ is-sehem tagħha fis-sussidjarja tal-assigurazzjoni NLB Vita sa […]. Tabella 3 L-impenji u l-iskadenzi applikabbli f'xenarji differenti
|
6. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
6.1. L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
(55) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għajnuna mill-Istat hija kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(56) |
Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fid-Deċiżjoni tal-2013 li l-miżuri deskritti fil-premessa 18 jammontaw għal għajnuna mill-Istat. Din il-valutazzjoni għadha ma nbidlitx (31). |
(57) |
Il-Kummissjoni se tivvaluta fil-premessi 58 sa 62 jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi biex miżura titqies bħala għajnuna mill-Istat humiex sodisfatti għall-mekkaniżmu ta' kumpens deskritt fil-premessa 43 (“mekkaniżmu ta' kumpens”). Peress li l-kriterji tal-għajnuna mill-Istat huma ta' natura kumulattiva, miżura m'għandhiex titqies li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat meta mill-inqas waħda mill-kriterji ta' għajnuna mill-Istat mhijiex sodisfatta. |
(58) |
Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-mekkaniżmu ta' kumpens li s-Slovenja għandha l-intenzjoni li ddaħħal fis-seħh jagħtix vantaġġ lil NLB. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se tapplika t-test tal-“operatur tal-ekonomija tas-suq” (OES), li jista' jiġi applikat għal tranżazzjonijiet ekonomiċi differenti. Il-Kummissjoni tosserva li l-mekkaniżmu ta' kumpens huwa pprovdut fil-kuntest ta' bejgħ tal-assi u għalhekk il-Kummissjoni trid tapplika “it-test tal-bejjiegħ privat”. Dan jinvolvi valutazzjoni mill-Kummissjoni jekk bejjiegħ privat ipotetiku kienx joffri l-istess mekkaniżmu ta' kumpens, bħala parti mill-istess proċess ta' bejgħ. |
(59) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-mekkaniżmu ta' kumpens huwa relatat ma' kawżi fil-qorti li ilhom pendenti għal żmien twil u li għalihom l-investituri mhux neċessarjament għandhom esperjenza ta' valutazzjoni estensiva (32). Il-qrati Kroati reċentement qatgħuha kontra NLB u l-kwistjoni saret kwistjoni importanti għall-investituri (33). It-tilwima tmur lura għal qabel ma sfaxxat il-Jugoslavja u mhix marbuta mal-operazzjonijiet u l-attivitajiet reċenti ta' NLB. Il-fatt li t-talbiet jistgħu jwassal għall-possibilità li NLB jinżamm responsabbli in solidum u b'mod konġunt ma' Ljubljanska banka d.d. jikkumplika aktar it-talba ta' valutazzjoni, peress li huwa aktar diffiċli li jiġi vvalutat l-impatt ta' dik il-pretensjoni fuq NLB biss. Il-Kummissjoni tifhem li dawn id-diffikultajiet fil-valutazzjoni jistgħu jwasslu għal problemi ta' assimetrija ta' informazzjoni. Fid-dawl ta' dawn l-elementi, huwa komprensibbli li — fin-nuqqas ta' mekkaniżmu bħal dan — l-investituri jipprezzaw din il-kwistjoni minn perċezzjoni massimalista. Peress li l-investituri jikkalkolaw il-prezz fl-aktar xenarju negattiv possibbli, il-mekkaniżmu jippermetti lill-awtoritajiet Sloveni li jżommu n-naħa pożittiva sentenzi tal-qorti aktar favorevoli. |
(60) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni tieħu nota tal-informazzjoni li tinsab fir-rapport ippreżentat mis-Slovenja li jinnota, ibbażat fuq feedback tal-investituri, li fin-nuqqas ta' tali mekkaniżmu ta' kumpens, ċerti investituri mhux se jabbonaw għall-IPO li jkollu impatt negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ (34). Ir-rapport jindika f'dan ir-rigward prinċipalment investituri li jkunu interessati f'investiment li jħallas id-dividendi. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tieħu nota wkoll li f' […] il-BĊE, fil-kapaċità superviżorja tiegħu, diġà impona restrizzjonijiet fuq dividendi minħabba l-kawżi li għaddejjin. Bħala riżultat ma kienx f'pożizzjoni li jħallas dividendi f'[…] (35). Bħala konklużjoni, f'xenarju ta' “l-ebda mekkaniżmu”, ir-rapport jenfasizza li, għal din ir-raġuni, se jkun hemm impatt negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ ta' […] (36) u n-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' kumpens jista' saħansitra jipperikola t-twettiq tal-IPO (37). |
(61) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-rapport, ibbażat fuq suppożizzjonijiet raġonevoli ivverifikati mill-Kummissjoni, jindika li mil-lat negattiv u massimalista tal-investituri fuq il-litigazzjoni Kroata ([…]) flimkien ma' interessi mnaqqsa minn investituri fid-dividends ([…]) jegħlbu, b'marġni sinifikanti, l-ispejjeż stmati taħt il-mekkaniżmu tal-Istat Sloven (massimu […], iżda inqas f'każ ta' sentenzi tal-qorti aktar favorevoli). Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu se jkollu impatt pożittiv fuq il-qligħ nett mill-bejgħ ta' NLB. |
(62) |
Abbażi tal-valutazzjoni stabbilita żviluppata fil-premessi 58 sa 61, il-Kummissjoni taċċetta li bejjiegħ privat, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna tal-litigazzjoni Kroata, wkoll jagħti tali mekkaniżmu ta' kumpens fil-kuntest tal-proċess ta' bejgħ u li għalhekk is-Slovenja ma tkunx qed tagħti vantaġġ lil NLB. Billi l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi, u peress li l-kundizzjoni li tagħti vantaġġ mhux sodisfatta, il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat addizzjonali permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kumpens hija eskluża. |
6.2. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà
(63) |
Rigward il-kummenti mis-Slovenja u mill-partijiet l-oħra fit-taqsimiet 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tinnota li għadd minn dawk il-kummenti huma pjuttost relatati mad-Deċiżjoni tal-2013. Il-Kummissjoni tfakkar li hija se tivvaluta biss il-kwistjonijiet li tqajmu fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 u mhi ser twettaq ebda valutazzjoni mill-ġdid tad-Deċiżjoni tal-2013, la f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta' għajnuna mwettqa fil-ħin tal-valutazzjoni, u lanqas dwar il-kompatibbiltà ta' dik l-għajnuna bbażata fuq l-impenji pprovduti mis-Slovenja fl-2013. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni mhijiex ser tivvaluta mill-ġdid il-konklużjoni tagħha li l-vijabilità fit-tul ta' NLB kienet essenzjalment ibbażata fuq l-impenn li tbigħ l-ishma tagħha sal-Imblukkar Minoritarju. Ir-rekwiżit għall-bidla ta' sjieda ta' NLB fil-fatt żgura li NLB, fil-livelli kollha tiegħu, ikun ġestiti sabiex jiġi mmassimizzat il-valur u mhux isegwi objettivi politiċi oħrajn għal terminu qasir jew fit-tul. |
(64) |
Il-Kummissjoni tqis li l-kummenti segwenti tal-partijiet interessati l-oħra jikkonċernaw it-tħassib u s-sejbiet preliminari inklużi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018:
|
(65) |
Fir-rigward tal-paragun ma' każijiet oħra, il-Kummissjoni tfakkar li fil-każijiet kollha hija tevalwa l-kompatibbiltà fuq il-bażi tal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni (39) applikabbli fil-mument tal-għoti tal-għajnuna. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li, f'dan il-każ, il-bejgħ tas-sehem f'NLB kien meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' NLB u kien parti minn valutazzjoni globali tal-għajnuna għar-ristrutturar, filwaqt li f'każijiet oħra l-bejgħ ta' assi seħħ fil-kuntest ta' valutazzjoni ta' għajnuna għal-likwidazzjoni. |
(66) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda raġunijiet jew eżempji speċifiċi ta' impenji ma ġew provduti fir-rigward ta' dawk li ddikjaraw li kellhom impatt negattiv fuq il-vijabilità ta' NLB. Kif innutat fil-premessa 55 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk is-sett il-ġdid tal-impenji jżommux il-bilanċ oriġinali tad-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 u jekk l-impenji emendati jaffettwawx b'mod negattiv il-vijabilità ta' NLB, filwaqt li fl-istess ħin tibqa' ekwivalenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u miżuri ta' kumpens. |
(67) |
Peress li s-Slovenja nnotifikat l-impenji emendati fit-13 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dawk l-impenji ġodda jistgħux jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk oriġinarjament previsti fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017. Il-Kummissjoni mhijiex ser tivvaluta mill-ġdid l-impenji li ġew ippreżentati fil-21 ta' Diċembru 2017 u kienu ġew ivvalutati fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018. |
(68) |
Deċiżjoni ta' ristrutturar tista' fil-prinċipju (40) tiġi emendata fejn l-emenda ma tinvolvi ebda għajnuna addizzjonali u l-emenda hija bbażata fuq impenji ġodda li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk ipprovduti oriġinarjament. F'dik is-sitwazzjoni, il-miżuri ta' għajnuna eżistenti jibqgħu kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jekk jibqa' intatt il-bilanċ ġenerali tad-deċiżjoni oriġinali. Sabiex jinżamm il-bilanċ oriġinali, jenħtieġ li l-impenji emendati ma jaffettwawx ħażin il-vijabbiltà tal-benefiċjarju tal-għajnuna, bis-sett ġenerali ta' impenji li baqa' ekwivalenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u miżuri ta' kumpens filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar. |
(69) |
Id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (41) tfakkar li t-taqsima tal-vijabbiltà tad-Deċiżjoni tal-2013 kienet essenzjalment ibbażata fuq bidla fl-istruttura tas-sjieda ta' NLB biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta' NLB. Fl-2013, l-awtoritajiet Sloveni fil-fatt impenjaw ruħhom li jeliminaw l-influwenza tal-Istat fuq l-operazzjonijiet ta' kuljum ta' NLB. Is-Slovenja issa qed tipproponi li tbigħ mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB sal-31 ta' Diċembru 2018 u l-ishma li jifdal sal-Imblukkar Minoritarju sal-31 ta' Diċembru 2019. |
(70) |
Il-Kummissjoni tista' tafferma mill-ġdid il-vijabilità fit-tul ta' NLB jekk din l-iskeda riveduta għall-bejgħ tkun osservata strettament. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tieħu nota pożittiva tal-fatt li l-impenji emendati huma sa ċertu punt marbuta mal-proċedura ta' bejgħ, u b'hekk jiffissaw l-inċentivi xierqa għal proċess iktar mgħaġġel ta' bejgħ. Pereżempju l-Kummissjoni tinnota li meta parteċipazzjoni azzjonarja f'idejn Imblukkar Minoritarja tinbiegħ qabel il-31 ta' Diċembru 2019, ċerti impenji ma jibqgħux japplikaw minn data aktar bikrija (42). Dan għandu jiżgura li s-Slovenja tbigħ l-ishma tagħha sal-Imblukkar Minoritarju mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskeda ta' żmien riveduta flimkien mas-sett ġdid ta' impenji Sloveni għandhom jiżguraw li kemm il-bejgħ ta' NLB kif ukoll it-tmiem tal-perjodu ta' ristrutturar ma jġarrbux dewmien indebitu (43). |
(71) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (44), il-Kummissjoni għamlet ukoll osservazzjonijiet oħra li jindikaw il-progress subottimali fuq ir-restawr tal-vijabbilta, bħan-nuqqas ta' ħruġ ġdid ta' dejn subordinat tal-kapital, il-livell għoli ta' self improduttiv u kwistjonijiet ta' governanza korporattiva relatati man-nominazzjonijiet tal-Bord Superviżorju (45). Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja, fin-notifika tagħha tat-13 ta' Lulju 2018, timpenja ruħha li NLB joħroġ strument ta' Grad 2 sa […] u li jkollu biss esperti indipendenti bħala membri tal-Bord Superviżorju. Il-Kummissjoni tqis li dawk l-impenji sejrin b'mod pożittiv jikkontribwixxu għall-vijabilità ta' NLB. Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-fatt li s-sehem ta' self improduttiv f'self totali (46) kompla jonqos fl-ewwel trimestru tal-2018 għal 8,8 % (meta mqabbel ma' proporzjon ta' 9,2 % fl-aħħar ta' Diċembru 2017). |
(72) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (47), il-Kummissjoni kienet qajmet ukoll dubji fir-rigward tal-effikaċja tal-proposta inizjali tas-Slovenja biex taħtar fiduċjarju indipendenti (blind trustee) bħala miżura kumpensatorja. Minħabba li s-Slovenja ma baqgħetx tinkludi dan l-impenn fl-aktar notifika reċenti tagħha, m'hemmx bżonn li l-Kummissjoni tasal għal konklużjoni f'din id-Deċiżjoni dwar l-effettività ta' din ix-xorta ta' fiduċjarju indipendenti. |
(73) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (48), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li d-dewmien fil-bejgħ ta' NLB de facto tawwal il-perjodu tar-ristrutturar. Peress li numru ta' impenji kienu loġikament marbuta mal-perjodu tar-ristrutturar (ara l-premessa 25 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018), il-Kummissjoni indikat li estensjoni tad-data ta' skadenza għall-proċess tal-bejgħ għandha timxi id f'id ma' estensjoni ta' impenji ta' ristrutturar oħra ukoll. Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja issa qed tipproponi li testendi kważi l-impenji eżistenti rilevanti kollha sakemm jitlesta l-proċess ta' bejgħ. L-impenn eżistenti l-aktar rilevanti tad-Deċiżjoni tal-2013 li ma jkunx kompletament estiżi sakemm l-ishma huwa mnaqqsa għall-Imblukkar Minoritarju huwa […] impenn. Madankollu, l-Kummissjoni tinnota li, minbarra l-estensjoni tal-impenji eżistenti, impenji ta' kumpens addizzjonali huma pprovduti. |
(74) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (49), il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk is-Slovenja setgħetx tkompli ttejjeb il-vijabbiltà ta' NLB billi inter alia tikkonverti l-fiduċjarju indipendenti għal fiduċjarju ta' divestitura b'setgħat sħaħ. Il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji (50) dwar jekk it-tneħħija tal-impenn alternattiv ta' divestiment tas-sussidjarji tal-Balkani jdgħajjifx l-impenji eżistenti. Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja issa pproponiet li tagħti mandat esklussiv lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni biex ibigħ is-sehem tas-Slovenja f'NLB sal-Imblukkar Minoritarju jekk is-Slovenja ma tikkonformax mal-impenn tal-bejgħ. Il-Kummissjoni tqis li ż-żieda ta' tal-fiduċjarju ta' divestitura jindirizza t-tħassib espress dwar l-implimentazzjoni tal-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB, biex b'hekk tissaħħaħ il-kredibilità tal-impenn tal-bejgħ ta' NLB u jittejbu l-prospetti tal-vijabbiltà ta' NLB. |
(75) |
Fil-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk is-Slovenja għandhiex tikkunsidra aktar miżuri strutturali għal NLB bħal disvestiment ta' ċerti sussidjarji u/jew il-miżuri ta' mġiba biex jikkumpensaw għad-dewmien fil-bejgħ tal-parteċipazzjoni f'NLB u fil-proċess ta' ristrutturar. Peress li NLB se jkun attiva fis-suq għal perjodu itwal mingħajr ma tkun żgurata bis-sħiħ il-vijabbiltà fit-tul tiegħu, dan jista' jkun sors ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Issa l-Kummissjoni tosserva li s-Slovenja pproponiet tliet impenji addizzjonali (51) li jinvolvu l-ħruġ ta' strument ta' Grad 2 sa […], l-għeluq ta' [10–20] friegħi tal-bank u iżjed opportunitajiet ta' divestiment tal-parteċipazzjoni ta' NLB f'NLB Vita (dan tal-aħħar biss jekk is-Slovenja ma tkunx naqqset il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB sa Imblukkar Minoritarju sa tmiem l-2018). Fil-fatt, iktar ma jkun twil il-perijodu mingħajr ma tkun żgurata bis-sħiħ il-vijabbiltà fit-tul tiegħu, aktar miżuri kompensatorji huma meħtieġa biex jiżguraw li s-sett ta' impenji globali jibqgħu ekwivalenti f'termini ta' miżuri ta' kumpens. Il-Kummissjoni tqis li n-numru ta' friegħi tal-bank li s-Slovenja qed tipproponi li tagħlaq huma sinifikanti (meta mqabbel mal-għadd ta' friegħi li NLB għandu fis-Slovenja (52)) u dan se jagħmel il-preżenza kummerċjali ta' NLB fis-Slovenja inqas prominent (53). Il-Kummissjoni tinnota wkoll b'mod favorevoli l-impatt ta' disvestiment ta' NLB Vita kemm f'termini tal-kompetizzjoni (54) kif ukoll ta' kondiviżjoni tal-piżijiet mingħajr ma jagħmel ħsara bla bżonn għall-vijabilità ta' NLB (55). B'mod ġenerali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kumpensatorji huma biżżejjed biex jikkumpensaw għad-dewmien fil-bejgħ ta' 75 % – 1 f'NLB u l-proċess ta' ristrutturar estiż. |
(76) |
Fil-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji dwar jekk l-istabbiliment ta' kumpanija ġdida tal-lokazzjoni, malajr wara l-likwidazzjoni ta' kumpanija tal-lokazzjoni preċedenti bħala riżultat tal-impenji tal-għajnuna mill-Istat sottostanti għad-Deċiżjoni tal-2013, tkunx tikser l-ispirtu tal-impenn għall-iżvestiment ta' sussidjarji mhux kapitali ta' NLB. Il-Kummissjoni tinnota li NLB sadanittant irtira l-proċeduri kollha tal-bidu, li jneħħi dan id-dubju. |
(77) |
Id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (56) stiednet ukoll lis-Slovenja biex tiċċara li l-impenji l-aktar riċenti ma biddlux xi impenji oħra sottostanti għad-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 (b'mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjoni tal-akkwist). Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja issa ċċarat fin-notifika reċenti tagħha (57) li l-projbizzjoni fuq l-akkwisti tibqa' applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2019. |
7. KONKLUŻJONI
(78) |
Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni ta' hawn fuq tas-sett il-ġdid ta' impenji notifikati fit-13 ta' Lulju 2018, id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza tal-impenji espressi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 ġew eliminati u l-konklużjonijiet milħuqa fid-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 mhumiex affettwati. Għalhekk, fuq il-bażi tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (58), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil NLB hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE. |
(79) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu li jipprovdi kumpens lil NLB għal konsegwenzi legali marbuta mal-litigazzjoni li għadha għaddejja fil-Kroazja ma jinvolvix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
(80) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja aċċettat b'mod eċċezzjonali li tirċievi t-test ta' din id-Deċiżjoni bl-Ingliż biss. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sostituzzjoni tal-impenji mressqa mis-Slovenja skont id-Deċiżjonijiet SA.33229 (2012/C) (ex 2011/N) u SA.33229 (2017/N-2) mal-impenji notifikati mis-Slovenja kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huwa kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.
Artikolu 2
Il-mekkaniżmu ta' kumpens, sabiex jikkumpensa lil NLB mill-konsegwenzi legali marbuta mal-litigazzjoni li għadha għaddejja fil-Kroazja ma tinvolvix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.33229 (“id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018”) (2018/C) (ex 2017/N-3) — is-Slovenja — Emenda tal-impenji ta' ristrutturar ta' Nova Ljubljanska Banka (ĠU C 121, 6.4.2018, p. 15).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA. 32261 (2011/N) is-Slovenja - Rikapitalizzazzjoni ta' salvataġġ favur NLB (ĠU C 189, 29.6.2011, p. 2).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.34937 (2012/C) (ex 2012/N) u SA.33229 (2012/C) (ex 2011/N) — It-tieni rikapitalizzazzjoni ta' NLB u r-Ristrutturar ta' NLB (ĠU C 361, 22.11.2012, p. 18).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/535/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33229 (2012/C) — (ex 2011/N) — Ir-Ristrutturar ta' NLB — is-Slovenja li s-Slovenja qed tippjana li timplimenta għal Nova Ljubljanska banka, d.d. (ĠU L 246, 21.8.2014, p. 28).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA. 33229 (2017/N-2) is-Slovenja - Emenda tad-deċiżjoni ta' ristrutturar ta' NLB (ĠU C 254, 11.7.2017, p. 2).
(6) Ara l-istqarrija għall-istampa li ġejja: http://www.vlada.si/en/media_room/government_press_releases/press_release/article/138_regular_government_session_government_rejects_minimum_offer_price_for_nlb_59951/
(7) Kif spjegat f'aktar dettall fil-premessi 5, 6 u 7 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(8) Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 47).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(10) Preżentazzjoni tal-Grupp NLB, Riżultati 1Q 2018, paġna 4.
(11) F'dawn l-aħħar snin, l-istruttura tas-sjieda ta' NLB għaddiet minn diversi bidliet. Fl-2002, il-bank Belġjan KBC akkwista 34 % ta' NLB. Madankollu, meta fl-2006 KBC ma kienx kapaċi jżid is-sehem tiegħu f'NLB, KBC iddeċieda li ma jikkunsidrax aktar is-sehem eżistenti tiegħu bħala strateġiku fin-natura iżda ikkategorizzah mill-ġdid bħala sehem finanzjarju. KBC ħareġ kompletament minn NLB fl-2013. Sa minn tmiem l-2013, l-Istat Sloven għal darb' oħra sar 100 % sid ta' NLB, u b'hekk treġġgħet lura de facto l-privatizzazzjoni (parzjali) tal-2001/2002.
(12) Iċ-ċifri finanzjarji msemmija fit-Tabella 1 huma bbażati fuq rapporti finanzjarji konsolidati ta' NLB kif disponibbli fuq: https://www.nlb.si/nlb/nlb-portal/eng/investor-relations/financial-reports/prezentacija-nlb-final-2017.pdf u https://www.nlb.si/nlb/nlb-portal/eng/investor-relations/financial-reports/prezentacija-nlb-1q2018-final.pdf
(13) L-assi ppeżati għar-riskju żdiedu fl-2017 bħala riżultat ta' żieda għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, bħala korrezzjoni tat-trattament tal-pożizzjoni tal-Kambju Esteru ta' NLB fuq livell konsolidat u minħabba t-trattament ta' investimenti ta' ekwità f'banek sussidjarji mhux tal-euro.
(14) Data tas-sors: ara l-link f'qiegħ il-paġna 12.
(15) Imkejla minn “Assi ta' fondi koperti mingħajr riżorsi proprji”.
(16) Is-sussidjarja tal-lokazzjoni Slovena ta' NLB ġiet elenkata fost is-sussidjarji mhux ewlenin biex jiġu żvestiti bħala parti mill-impenji li fuq il-bażi tagħhom ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-2013.
(17) Abbażi tar-rapport tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ datat l-14 ta' Ġunju 2018.
(18) Id-differenza bejn il-prezz tat-trasferiment (EUR 617 miljun) u l-valur tas-suq (EUR 486 miljun) tal-assi indeboliti.
(19) Huwa rrefera għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal erba' banek tranżitorji Taljani u Novobanco: ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każ SA.43976 (2015/N) — il-Portugall — Emenda tar-Riżoluzzjoni tal-2014 ta' Banco Espirito Santo S.A. (Novo Banco S.A.) (ĠU C 390, 21.10.2016, p. 5) u fil-każ SA.39543 (2015/N), SA. 41134 (2015/N), SA. 41925 (2015/N) u SA. 43547 (2015/N) — l-Italja — It-tieni emenda għar-Riżoluzzjoni tal-Banca delle Marche S.p.A, Banca Popolare dell'Etruria e del Lazio Soc. Coop., Cassa di Risparmio de Ferrara S.p.A. u Cassa di Risparmio della Provincia di Chieti S.p.A. (ĠU C 61, 16.2.2018, p. 1).
(20) Ališić u Oħrajn v. il-Bożnja- Ħerzegovina, il-Kroazja, is-Serbja, is-Slovenja u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (http://hudoc.echr.coe.int/eng?i=001-145575).
(21) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(22) Il-litigazzjoni hi marbuta ma' kawżi pendenti tal-qorti Kroata dwar depożiti ta' munita barranija ta' depożitanti Kroati (klijenti ta' Ljubljanska banka d.d., f'Ljubljana, Fergħa ta' Zagreb), kwistjoni li tmur lura qabel ma nqasmet l-ex Jugoslavija. Mill-2017 'l hawn, tliet każijiet tal-qorti ġew irregolati permezz tal-qrati Kroati tat-tieni istanza kontra NLB, bid-deċiżjoni li tobbliga lill-bank biex iħallas lura l-kapital kif ukoll l-interessi u l-ispejjeż tal-litigazzjoni. Barra minn hekk, f'Mejju 2018 il-Qorti Kostituzzjonali tal-Kroazja ċaħdet l-appell ta' NLB kontra każ li l-bank tilef fl-2015
(23) Ara l-premessa 58 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(24) Ibid.
(25) Ibid.
(26) Il-Fond ta' Suċċessjoni tar-Repubblika tas-Slovenja huwa fond finanzjarju pubblika li ġie stabbilit sabiex jimplimenta l-Ftehim dwar Kwistjonijiet ta' Suċċessjoni, u f'dan ir-rigward biex jeżerċita d-drittijiet u jissalda l-obbligazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovenja fil-proċess tad-diviżjoni tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' dik li kienet il-Jugoslavja u biex iwettaq kompiti oħra, relatati ma' kwistjonijiet ta' suċċessjoni ta' dik li kienet il-Jugoslavja.
(27) Il-litigazzjoni hi marbuta ma' każiijiet pendenti tal-qorti Kroata dwar depożiti ta' munita barranija mħallsa lid-depożitanti Kroati (klijenti ta' Ljubljanska banka d.d,. il-Fergħa ta' Zagreb Branch) wara li sfaxxat il-Jugoslavja. F'xi deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti, NLB u Ljublanska banka d.d., f'Ljubljana ġew miżmuma responsabbli in solidum u b'mod konġunt.
(28) Il-liġi 52/2018 ippubblikata fis-27 ta' Lulju 2018 fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 52/2018 https://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs/vsebina/2018-01-2645/zakon-za-zascito-vrednosti-kapitalske-nalozbe-republike-slovenije-v-novi-ljubljanski-banki-d-d--ljubljana-zvknnlb
(29) […] hija bbażata fuq l-imgħax akkumulat ta' ~[…] tal-kapital pendenti iddikjarat bħala parti mil-litigazzjoni pendenti ([…]); il-kalkolu tal-imgħax huwa bbażat fuq il-kalkolu tal-imgħax mid-deċiżjonijiet tal-qorti.
(30) […] jikkorrispondi għal redditu ogħla fuq ir-rekwiżit tal-ekwità ta' […] li huwa mbagħad użat biex jiġu skontati l-pagamenti ta' dividendi ibbażata fuq il-pjan ta' negozju ta' NLB biex jiġi kkalkolat l-effett fuq il-prezz tal-IPO.
(31) Rigward il-kumment tas-Slovenja (ara l-premessa 41) li l-impenji jirrigwardaw biss ir-rikapitalizzazzjoni tal-2013, il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel żewġ rikapitalizzazzjonijiet ġew temporanjament approvati f'deċiżjonijiet dwar is-salvataġġ u ġew approvati biss bħala għajnuna għar-ristrutturar fid-deċiżjoni tal-2013, fid-dawl tal-Pjan ta' Ristrutturar u tal-impenji ppreżentati. Għalhekk, l-impenji mressqa jirrigwardaw ukoll l-ewwel żewġ rikapitalizzazzjonijiet.
(32) Għall-kuntrarju ta' talbiet legali li huma aktar komuni għal attivitajiet normali tal-kumpanija bħal pereżempju pretensjonijiet relatati ma' obbligazzjonijiet ta' prodotti jew pretensjonijiet dwar bejgħ inġust.
(33) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 21.
(34) Il-Kummissjoni fil-premessa 28 u 29 tad-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 diġà kkonkludiet li t-tranżazzjoni kienet imdaqqsa meta mqabbla mad-domanda tal-investituri. Il-Kummissjoni osservat b'mod konkret li l-IPO ta' NLB se tkun akbar b'mod sinifikanti meta mqabbla mad-daqsijiet ta' negozju osservati reċentement fis-suq tas-CEE. Barra minn hekk, is-Slovenja mhix rappreżentata tajjeb fl-indiċijiet tas-suq, li jimplika li hemm ftit domanda naturali mill-investituri li jittrekkjaw indiċi jew jużaw indiċi bħala parametru referenzjarju. Fid-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq din il-bażi li kien ġustifikat proċess li jinbiegħu l-ishma b'mod aktar gradwali. Domanda aktar baxxa permezz tal-esklużjoni ta' iktar investituri tabilħaqq se tkompli tnaqqas il-prezz tal-IPO potenzjali.
(35) Ara wkoll l-istqarrija għall-istampa li ġejja minn NLB fil-31 Laqgħa tal-Azzjonisti: https://www.nlb.si/investor-news-27-06-2018
(36) Il-konsulent finanzjarju jassumi li l-investituri se jżidu r-redditu mistenni fuq l-ekwità għal investiment minn […], li jkollu impatt negattiv fuq il-prezz tal-ishma ta' NLB bi […].
(37) Il-Kummissjoni tfakkar, kif spjegat fil-premessa 44, li l-impatt tal-kwistjoni Kroata fuq il-valwazzjoni f'termini assoluti hija mdaqqsa.
(38) Ara l-premessa 27(a) ta' din id-Deċiżjoni.
(39) Il-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħudin fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (il-“Komunikazzjoni Bankarja tal-2008”) (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8). Il-Komunikazzjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja kurrenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni mhux mistħoqqa (il-“Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”) (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta' assi indeboliti fis-settur finanzjarju tal-Komunità (“il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti”) (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1); Komunikazzjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (“Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9); Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, wara l-1 ta' Jannar 2011, tar-regoli dwar l-gћajnuna mill-Istat favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjara (“Il-Komunikazzjoni dwar l-estensjoni tad-data ta' skadenza tal-2010”) (ĠU C 329, 7.12.2010, p. 7) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, wara l-1 ta' Jannar 2012, tar-regoli dwar l-gћajnuna mill-Istat favur l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjara (“Il-Komunikazzjoni dwar l-estensjoni tad-data ta' skandenza tal-2011”) (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7).
(40) Il-Kummissjoni eċċezzjonalment aċċettat ukoll emenda ta' impenji eżistenti f'xi każijiet oħra bħal fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/119 tat-18 ta' Settembru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47702 (2017/C) (ex 2017/N) — ir-Renju Unit — Pakkett alternattiv li jissostitwixxi l-impenn għar-Royal Bank of Scotland li jċedi n-negozju Rainbow (ĠU L 28, 31.1.2018, p. 49).
(41) Ara l-premessa 57 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(42) B'mod partikolari l-impenn biex tbiegħ […], […] u […].
(43) Kif previst b'mod espliċitu fil-punt 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.
(44) Ara l-premessa 58 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(45) Ara l-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(46) Ara t-Tabella 1.
(47) Ara l-premessa 59 sa 62 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(48) Ara l-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(49) Ara l-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(50) Ara l-premessa 65 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(51) Ara l-premessi 53 u 54 ta' din id-deċiżjoni.
(52) Ara l-premessa 15 ta' din id-Deċiżjoni.
(53) Ara wkoll il-punt 35 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.
(54) Ara wkoll il-premessi 15 u 16 ta' din id-Deċiżjoni. id-daqs ta' NLB Vita huwa iżgħar minn dak tas-sussidjarji barranin ta' NLB skont l-impenn ta' żvestiment oriġinali (b'kunsiderazzjoni wkoll li NLB Vita hija 50 % Impriża Konġunta). NLB Vita għandha kontribut relattivament żgħir fid-dħul nett globali ta' NLB u l-vijabilità ta' NLB mhux se tiġi affettwata b'mod negattiv.
(55) Ara wkoll il-punt 35 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.
(56) Ara l-premessa 66 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.
(57) Ara l-premessa 50 ta' din id-Deċiżjoni.
(58) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
ANNESS
L-IMPENN IL-ĠDID LI JISSOSTITWIXXI L-IMPENN 14 TAD-DEĊIŻJONI TA' EMENDA TAL-2017
(14) |
[Tnaqqis tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat] is-Slovenja se tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB d.d. għal 25 % u sehem wieħed (“Minoranza li Timblokka”) kif ġej:
|
(14.1) |
is-Slovenja timpenja ruħha għal li ġej:
|
(14.2) |
is-Slovenja timpenja ruħha wkoll għall-impenji segwenti tal-2013 (fil-forma oriġinali tagħhom, bl-emendi li ġejjin f'termini ta' kontenut):
|
(14.3) |
is-Slovenja timpenja ruħha wkoll bil-miżuri kompensatorji addizzjonali segwenti bl-għan li tipprovdi miżuri ta' kumpens ekwivalenti għall-impenn tal-bejgħ oriġinali:
|
(14.4) |
L-impenji kollha definiti fi:
|