25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/82


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/771

tal-25 ta' Jannar 2018

dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 60(h) tiegħu,

Billi:

(1)

Ma teżistix deċiżjoni xierqa għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli (minn issa 'l quddiem “apparat ta' ankraġġ”). Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit liema sistema tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija applikabbli fil-każ tal-apparat ta' ankraġġ.

(2)

Filwaqt li jitqies li l-apparat ta' ankraġġ hu maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli, huwa xieraq li tintgħażel sistema tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni li jkun fiha sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika tal-manifattur u tal-awditjar bl-ittestjar tal-kampjuni meħuda mill-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat fl-impjant tal-manifattura jew fil-faċilitajiet ta' ħażna tal-manifattur,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini bil-ħsieb li jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli

Artikolu 2

L-apparat ta' ankraġġ imsemmi fl-Artikolu 1 jiġi vvalutat u vverifikat għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu b'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


ANNESS

SISTEMA TA' VALUTAZZJONI U TA' VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Prodotti u użu maħsub

Karatteristiċi Essenzjali

Sistema applikabbli

Apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini bil-ħsieb li jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli

Għal kull karatteristika essenzjali

1+