25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2018/767

tat-22 ta' Mejju 2018

li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru tal-1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 78/639/Euratom, KEFA, KEE (3), il-Kunsill iffissa l-perijodu għall-ewwel elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali mis-7 sal-10 ta' Ġunju 1979.

(2)

Jirriżulta li huwa impossibbli li d-disa' elezzjoni ssir matul il-perijodu korrispondenti tal-2019.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi ddeterminat perijodu elettorali ieħor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali għandu jkun mit-23 sas-26 ta' Mejju 2019 għad-disa' elezzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5.

(2)  Opinjoni tat-18 ta' April 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/639/Euratom, KEFA, KEE tal-25 ta' Lulju 1978 li tiffissa l-perijodu għall-ewwel elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (ĠU L 205, 29.7.1978, p. 75) (traduzzjoni mhux uffiċjali).