16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/715
tal-14 ta' Mejju 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (“RDPK”). |
(2) |
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1066 (2), li żiedet il-Korean National Insurance Company (“KNIC”) GmbH u sitt persuni li jaġixxu f'isimha jew fuq id-direzzjoni tagħha fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK. Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/475 (3) li żiedet il-KNIC fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK u ħassret l-entrata li tikkonċerna l-KNIC GmbH. Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/475 emendat ukoll l-entrati tas-sitt persuni li jaġixxu f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
(3) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK. |
(4) |
Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017), li tipprevedi miżuri ġodda kontra r-RDPK, inkluż id-deżinjazzjoni tal-KNIC. |
(5) |
Fl-10 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 (5), li żiedet il-KNIC fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-24 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1504 (6), li neħħiet il-KNIC mill-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-entrati għall-persuni li jaġixxu f'isem jew fuq id-direzzjoni tal-KNIC jitmexxew għall-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u jitneħħew mill-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III u l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III u l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 34).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 tal-10 ta' Awwissu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 38).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1504 tal-24 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 221, 26.8.2017, p. 22).
ANNESS
A. |
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”, taħt is-sottotitolu “A. Persuni”, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
B |
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal- massiva”, taħt is-sottotitolu “A. Persuni”, jitneħħew l-entrati li ġejjin:
|