23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/615

tas-16 ta' April 2018

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banque de France

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Marzu 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France (BĊE/2018/9) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu L.142-2 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, il-Kunsill Ġenerali tal-Banque de France għandu jaħtar żewġ awdituri statutorji biex jawditjaw il-kontijiet tal-Banque de France.

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Banque de France skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Jeħtieġ għaldaqstant li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018.

(4)

Il-Banque de France għażel lil Mazars u KPMG S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sal-2023.

(5)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Mazars u KPMG S.A. jinħatru b'mod konġunt bħala l-awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji 2018 sal-2023.

(6)

B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.   Mazars u KPMG S.A. huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji 2018 sal-2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU C 107, 22.3.2018, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).