9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/552

tas-6 ta' April 2018

li taġġorna r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (2) stabbilixxa nomenklatura tal-prodotti msejħa “Nomenklatura Magħquda”, biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti.

(2)

Il-prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 (3).

(3)

Skont l-emendi tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 (4), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti msemmija fid-Direttiva 2003/96/KE ġew sostitwiti b'kodiċi ġodda.

(4)

Għalhekk jixraq li jiġu aġġornati r-referenzi għal ċerti kodiċi użati fid-Direttiva 2003/96/KE biex jiġi żgurat li l-prodotti msemmija fih ikunu deskritti bil-kodiċi l-ġodda tan-Nomenklatura Magħquda, hekk kif aġġornati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1925.

(5)

Deċiżjoni ta' aġġornament tar-referenzi għal ċerti kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda ma għandhiex tirriżulta f'bidliet fir-rati minimi tat-taxxa applikati fid-Direttiva 2003/96/KE jew għaż-żieda jew it-tneħħija ta' kwalunkwe prodott ta' enerġija.

(6)

Id-Direttiva 2003/96/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif ġej.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi fid-Direttiva 2003/96/KE għal ċerti kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament (KE) Nru 2031/2001 huma aġġornati skont ir-referenzi tal-kodiċi korrispondenti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1925:

(1)

fl-Artikolu 2(1)(h), il-kodiċi “3824 90 99” huwa sostitwit bil-kodiċi “3824 99 86, 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93, 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90”;

(2)

fl-Artikolu 16(1) ir-referenzi għal ċerti kodiċi huma aġġornati kif ġej:

(a)

fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu, il-kodiċi “3824 90 55” huwa sostitwit bil-kodiċi “3824 99 55”;

(b)

fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu, il-kodiċi “3824 90 80 sa 3824 90 99” huma sostitwiti bil-kodiċi “3824 99 80, 3824 99 85, 3824 99 86, 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93, 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90”;

(c)

fit-tieni subparagrafu, il-kodiċi “2851 00 10” huwa sostitwit bil-kodiċi “2853 90 10”;

(3)

fl-Artikolu 20(1) ir-referenzi għal ċerti kodiċi huma aġġornati kif ġej:

(a)

fl-ewwel sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 11 sa 2710 19 69” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 12 sa 2710 19 68 u 2710 20 sa 2710 20 39 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86)),”;

(b)

fit-tieni sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 11 21” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 21”;

(c)

fit-tieni sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 11 25” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 25”.

(d)

fit-tieni sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 19 29” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 19 29 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86)),”;

(e)

fil-punt (h), il-kodiċi “3824 90 99” huwa sostitwit bil-kodiċi “3824 99 86, 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93, 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90”;

(4)

fl-Anness I ir-referenzi għal ċerti kodiċi huma aġġornati kif ġej:

(a)

It-Tabella A hija aġġornata kif ġej:

(i)

il-kodiċi “2710 11 31” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 31”;

(ii)

il-kodiċi “2710 11 41” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 41”;

(iii)

il-kodiċi “2710 11 45” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 45”;

(iv)

il-kodiċi “2710 11 49” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 49”;

(v)

il-kodiċi “2710 11 51” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 51”;

(vi)

il-kodiċi “2710 11 59” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 59”;

(vii)

il-kodiċi “2710 19 41 sa 2710 19 49” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19”.

(b)

fit-Tabella B il-kodiċi “2710 19 41 u 2710 19 49” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19”.

(c)

it-Tabella C hija aġġornata kif ġej:

(i)

il-kodiċi “2710 19 41 sa 2710 19 49” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19”;

(ii)

il-kodiċi “2710 19 61 sa 2710 19 69” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 62 sa 2710 19 68 u 2710 20 31 sa 2710 20 39”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-15 ta' Settembru 2018.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta' Awwissu 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 279, 23.10.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).