6.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/332

tal-5 ta' Marzu 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

(2)

Fis-16 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK, taħt l-intestatura “A. Persuni”, l-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

“1.

François Yangouvonda BOZIZÉ (magħruf ukoll bħala: a) Bozize Yangouvonda); b) Samuel Peter Mudde (imwieled fis-16 ta' Diċembru 1948, f'Izo, is-Sudan t'Isfel))

Titlu: a) Eks Kap tal-Istat tar-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Professur

Data tat-twelid: a) 14 ta' Ottubru 1946; b) 16 ta' Diċembru 1948

Post tat-twelid: a) Mouila, il-Gabon; b) Izo, is-Sudan t'Isfel

Nazzjonalità: a) Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Is-Sudan t'Isfel

Nru tal-Passaport: D00002264, li nħareġ fil-11 ta' Ġunju 2013 (maħruġ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'Juba, is-Sudan t'Isfel. Jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2017. Passaport diplomatiku maħruġ taħt l-isem ta' Samuel Peter Mudde)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: M4800002143743 (Numru personali fuq il-passaport)

Indirizz: L-Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9 ta' Mejju 2014.

Informazzjoni oħra: Ommu jisimha Martine Kofio. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5802796

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Bozize ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA.’

Informazzjoni addizzjonali

Bil-kollaborazzjoni tas-sostenituri tiegħu, Bozize ħeġġeġ l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 fuq Bangui. Minn dakinhar, kompla jipprova jmexxi operazzjonijiet ta' destabilizzazzjoni sabiex tinżamm it-tensjoni fil-kapitali tar-RĊA. Ġie rappurtat li Bozize ħoloq il-grupp tal-milizzja anti-Balaka qabel ma ħarab mir-RĊA fl-24 ta' Marzu 2013. F'komunikat, Bozize ħeġġeġ lill-milizzja tiegħu biex tkompli bl-atroċitajiet kontra r-reġim attwali u l-Iżlamisti. Ġie rappurtat li Bozize pprovda appoġġ finanzjarju u materjali lill-ġellieda tal-milizzja li qed jaħdmu biex jiddestabilizzaw it-transizzjoni attwali u biex Bozize jerġa' jkun fil-poter. Il-parti l-kbira tal-anti-Balaka huma mill-Forzi Armati Ċentru-Afrikani li tferrxu fil-kampanja wara l-kolp ta' stat u sussegwentement ġew organizzati mill-ġdid minn Bozize. Bozize u s-sostenituri tiegħu jikkontrollaw aktar minn nofs l-unitajiet anti-Balaka.

Il-forzi leali lejn Bozize kienu armati b'azzarini tal-assalt, artillerija tal-murtali u rocket-launchers u qed jieħdu sehem dejjem aktar f'attakki ta' tpattija kontra l-popolazzjoni Musulmana tar-RĊA. Is-sitwazzjoni fir-RĊA ddeterjorat malajr wara l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 f'Bangui mill-forzi anti-Balaka meta nqatlu aktar minn 700 persuna.”