6.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/331

tal-5 ta' Marzu 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id- Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fil-15 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSC”) stabbilit taħt l-UNSCR 1718 (2006) emenda l-elenkar ta' individwu soġġett għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 52 taħt l-intestatura “A. Persuni” tinbidel b'dan li ġej:

“52.

Ri Su Yong

 

Data tat-twelid: 25.6.1968

Nazzjonalità: RDPK

Numru tal-passaport: 654310175

Indirizz: mhux applikabbli

Sess: raġel

Kien rappreżentant tal-Korea Ryonbong General Corporation f'Kuba

2.6.2017

Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għall-bejgħ marbut mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha wkoll x'aktarx li jappoġġaw il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK.”