11.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/190 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/46 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta' Novembru 2018
li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-pretensjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ittrasferiti u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/26 (BĊE/2018/30)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar 'il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) u tistabbilixxi, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, il-ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar 'il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”). |
(2) |
L-aġġustamenti għall-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital u l-bidliet li jirriżultaw fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE joħolqu l-ħtieġa li jiġu aġġustati l-pretensjonijiet li l-BĊE ikkredita taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem “il-BĊNi taż-żona tal-euro”) u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet skont il-BĊNi taż-żona tal-euro ta' assi ta' riżerva barranija lill-BĊE (iktar 'il quddiem “il-pretensjonijiet”). Dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-pretensjonijiet tagħhom jiżdiedu minħabba żieda fil-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital mill-1 ta' Jannar 2019 għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-pretensjonijiet tagħhom jonqsu minħabba tnaqqis fil-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital tagħhom. |
(3) |
Skont il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, tat-trattament indaqs u tal-protezzjoni tal-aspettativi leġittimi sottostanti għall-Istatut tas-SEBĊ, dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti msemmija hawn fuq għandhom ukoll jagħmlu trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-ishma relattivi tagħhom jonqsu. |
(4) |
Il-ponderazzjonijiet rispettivi tal-iskema tal-kapital ta' kull BĊN taż-żona tal-euro sal-31 ta' Diċembru 2018 u b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 għandhom ikunu espressi bħala perċentwal tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi kollha taż-żona tal-euro għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustament tal-valur ta' kull sehem tal-BĊNi taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE. |
(5) |
Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/26 (2), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
(a) |
“valur akkumulat tal-ekwità” tfisser it-total tar-riżervi, kontijiet ta' rivalutazzjoni u provvisti tal-BĊE ekwivalenti għal riżervi kif ikkalkulat mill-BĊE fil-31 ta' Diċembru 2018. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-valur akkumulat tal-ekwità, il-fond ta' riżerva ġenerali u l-provvista għar-rata ta' kambju barrani, rata ta' imgħax, riskji tal-kreditu u riskji tal-prezz tad-deheb; |
(b) |
“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta' negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2018. |
Artikolu 2
Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE
1. Jekk is-sehem ta' xi BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jiżdied minħabba ż-żieda fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.
2. Jekk is-sehem ta' BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jonqos minħabba t-tnaqqis fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 mingħand il-BĊE fid-data tat-trasferiment.
3. Fil-jum jew qabel il-jum li fih il-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2018, il-BĊE jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN taż-żona tal-euro jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi mill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Mingħajr ħsara għat-tqarrib, kull ammont li jrid jiġi ttrasferit jew riċevut jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat tal-ekwità bid-differenza assoluta bejn il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital ta' kull BĊN taż-żona tal-euro fil-31 ta' Diċembru 2018 u l-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 bid-diviżjoni tar-riżultat b'100.
4. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f'euro fl-1 ta' Jannar 2019 iżda għandu jiġi ttrasferit b'mod effettiv fid-data tat-trasferiment.
5. Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll b'mod separat kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sad-data tat-trasferiment fuq kull wieħed mill-ammonti rispettivi dovuti minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro u mill-BĊE. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.
6. Jekk il-valur akkumulat tal-ekwità jkun ta' anqas minn żero, għandu jsir saldu tal-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew riċevuti skont il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 fid-direzzjonijietopposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.
Artikolu 3
Aġġustament tal-pretensjonijiet ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ttrasferiti
1. Il-pretensjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro għandhom jiġu aġġustati b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 skont il-ponderazzjonijiet aġġustati tagħhom fl-iskema tal-kapital. Il-valur tal-pretensjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
2. Kull BĊN taż-żona tal-euro, bis-saħħa ta' din id-dispozizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta' xi formalità jew att ieħor, jitqies li fl-1 ta' Jannar 2019 ikun ittrasferixxa jew irċieva il-valur assolut tal-klejm f'euro imnizzel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness għal din id-Deċizjoni, fejn “–” għandha tirreferi għal klejm li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.
3. Fl-ewwel jum ta' negozju tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta' Jannar 2019, kull BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut tal-ammont f'euro mniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, fejn “+” jirreferi għal ammont li l-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi lill-BĊE u “–” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.
4. Fl-ewwel jum ta' negozju tat-TARGET2 wara l-1 ta' Jannar 2019, BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 3 għandu jittrasferixxi wkoll b'mod separat kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammont rispettiv dovut minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro jew mill-BĊE matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sad-data ta' dak it-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 3(4) jiġi kkalkulat ta' kuljum, billi jintuża l-metodu ta' kalkolu attwali fuq 360 jum, b'rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta' imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin.
2. Kull trasferiment bis-saħħa tal-Artikolu 2(1), (2) u (5), l-Artikolu 3(3) u (4) iseħħ separatament permezz tat-TARGET2.
3. Il-BĊE u l-BĊN taż-żona tal-euro li huma obbligati li jwettqu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex dawn it-trasferimenti jitwettqu fil-ħin u kif għandu jkun.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/26 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/26 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ara paġna 178 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2013/26 tad-29 ta' Awwissu 2013 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ittrasferiti (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 47).
ANNESS
PRETENSJONIJIET EKWIVALENTI GĦALL-ASSI TA' RIZERVA BARRANIJA TTRASFERITI LILL-BĊE
BĊN taż-żona tal-euro |
Pretensjoni ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta' Diċembru 2018 (EUR) |
Pretensjoni ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 (EUR) |
Ammont tat-trasferiment (EUR) |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
1 435 910 942,87 |
1 465 002 366,44 |
29 091 423,57 |
Deutsche Bundesbank |
10 429 623 057,57 |
10 643 868 063,45 |
214 245 005,88 |
Eesti Pank |
111 729 610,86 |
114 047 652,58 |
2 318 041,72 |
Central Bank of Ireland |
672 637 755,83 |
681 156 559,14 |
8 518 803,31 |
Bank of Greece |
1 178 260 605,79 |
1 002 089 435,15 |
– 176 171 170,64 |
Banco de España |
5 123 393 758,49 |
4 832 595 424,83 |
– 290 798 333,66 |
Banque de France |
8 216 994 285,69 |
8 232 583 116,25 |
15 588 830,56 |
Banca d'Italia |
7 134 236 998,72 |
6 839 555 945,19 |
– 294 681 053,53 |
Central Bank of Cyprus |
87 679 928,02 |
87 100 417,59 |
– 579 510,43 |
Latvijas Banka |
163 479 892,24 |
158 264 298,37 |
– 5 215 593,87 |
Lietuvos bankas |
239 453 709,58 |
235 223 283,44 |
–4 230 426,14 |
Banque centrale du Lussemburgu |
117 640 617,24 |
131 548 867,56 |
13 908 250,32 |
Bank Ċentrali ta' Malta |
37 552 275,85 |
42 420 163,46 |
4 867 887,61 |
De Nederlandsche Bank |
2 320 070 005,55 |
2 357 274 575,15 |
37 204 569,60 |
Oesterreichische Nationalbank |
1 137 636 924,67 |
1 177 854 948,49 |
40 218 023,82 |
Banco de Portugal |
1 010 318 483,25 |
948 484 720,39 |
– 61 833 762,86 |
Banka Slovenije |
200 220 853,48 |
194 773 455,44 |
– 5 447 398,04 |
Národná banka Slovenska |
447 671 806,99 |
463 840 147,98 |
16 168 340,99 |
Suomen Pankki |
728 096 903,95 |
736 441 854,14 |
8 344 950,19 |
Total: (1) |
40 792 608 416,64 |
40 344 125 295,04 |
– 448 483 121,60 |
(1) Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.