11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/183


DEĊIŻJONI (UE) 2019/45 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta' Novembru 2018

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta' ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2018/29)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-ponderazzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar 'il quddiem “il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament). Dan l-aġġustament jirrikjedi li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta' ishma fil-kapital bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-31 ta' Diċembru 2018 sabiex jiżgura li d-distribuzzjoni ta' dawn l-ishma tikkorrispondi għall-aġġustamenti magħmula. Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (2) b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/28) (3) tiddetermina kif u sa fejn il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE fid-dawl tal-iskema tal-kapital aġġustata. Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/32) (4) tiddetermina l-perċentwal li l-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (iktar 'il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) huma obbligati jħallsu b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 fid-dawl tal-iskema tal-kapital aġġustata.

(3)

Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem sħiħ tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2018 taħt id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5), u f'dak li jirrigwarda lil Lietuvos bankas, taħt l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (6), flimkien mad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (7), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2018/28).

(4)

Bl-istess mod, minħabba li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro diġà ħallsu perċentwal tal-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2018 taħt id-Deċiżjoni BĊE/2013/31, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2018/32),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Trasferiment ta' ishma ta' kapital

Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jkun issottoskriva fil-31 ta' Diċembru 2018, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN sejissottoskrivi b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27), il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta' trasferimenti mingħand u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma fil-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 tikkorrispondi għall-ponderazzjonijiet aġġustati. Għal dan il-għan, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalità jew att, kull BĊN għandu jitqies bħala li ttrasferixxa jew irċieva, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u “–” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Meta wieħed iqis l-ammont tal-kapital tal-BĊE li tħallas minn kull BĊN u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2018/28) għall-BĊNi taż-żona tal-euro u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2018/32) għall-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro, rispettivament, fl-ewwel jum ta' ħidma tas-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta' Jannar 2019 kull BĊN għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għall-ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “–” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

2.   Fl-ewwel jum ta' negozju tat-TARGET2 wara l-1 ta' Jannar 2019, il-BĊE jew il-BĊNi li huma obbligati jittrasferixxu ammont taħt il-paragrafu 1 għandhom kull wieħed jittrasferixxu b'mod separat kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammonti rispettivi dovuti matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sad-data tat-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz ta' TARGET2.

2.   Fejn BĊN ma jkollux aċċess għal TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu trasferiti billi jiġi akkreditat kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fiż- żmien dovut.

3.   Kwalunkwe imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(2) ikkalkulat ta' kuljum, billi jintuża l-metodu ta' kalkolu attwali fuq 360 jum, b'rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta' mgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati li jwettqu trasferiment taħt l-Artikolu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex debitament jeżegwixxu tali trasferiment fil-ħin.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/29 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/29 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ara paġna 178 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2013/29 tad-29 ta' Awwissu 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta' ishma fil-kapital tal-BĊE bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 55).

(3)  Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28) (ara paġna 180 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta' Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (BĊE/2018/32) (ara paġna 196 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Deċiżjoni BĊE/2013/30 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 61).

(6)  Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' assi ta' riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Lietuvos bankas lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (ĠU L 50, 21.2.2015, p. 44).

(7)  Deċiżjoni BĊE/2013/31 tat-30 ta' Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 63).


ANNESS I

KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNi

 

Sehem sottoskritt fil-31 ta' Diċembru 2018

(EUR)

Sehem sottoskritt fl-1 ta' Jannar 2019

(EUR)

Sehem li jrid jiġi ttrasferit

(EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

268 222 025,17

273 656 178,72

5 434 153,55

Deutsche Bundesbank

1 948 208 997,34

1 988 229 048,48

40 020 051,14

Eesti Pank

20 870 613,63

21 303 613,91

433 000,28

Central Bank of Ireland

125 645 857,06

127 237 133,10

1 591 276,04

Bank of Greece

220 094 043,74

187 186 022,25

– 32 908 021,49

Banco de España

957 028 050,02

902 708 164,54

– 54 319 885,48

Banque de France

1 534 899 402,41

1 537 811 329,32

2 911 926,91

Banca d'Italia

1 332 644 970,33

1 277 599 809,38

– 55 045 160,95

Central Bank of Cyprus

16 378 235,70

16 269 985,63

– 108 250,07

Latvijas Banka

30 537 344,94

29 563 094,31

– 974 250,63

Lietuvos bankas

44 728 929,21

43 938 703,70

– 790 225,51

Banque centrale du Lussemburgu

21 974 764,35

24 572 766,05

2 598 001,70

Bank Ċentrali ta' Malta

7 014 604,58

7 923 905,17

909 300,59

De Nederlandsche Bank

433 379 158,03

440 328 812,57

6 949 654,54

Oesterreichische Nationalbank

212 505 713,78

220 018 268,69

7 512 554,91

Banco de Portugal

188 723 173,25

177 172 890,71

– 11 550 282,54

Banka Slovenije

37 400 399,43

36 382 848,76

– 1 017 550,67

Národná banka Slovenska

83 623 179,61

86 643 356,59

3 020 176,98

Suomen Pankki

136 005 388,82

137 564 189,84

1 558 801,02

BĊNi li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

92 986 810,73

92 131 635,17

– 855 175,56

Česká národní banka

174 011 988,64

175 062 014,33

1 050 025,69

Danmarks Nationalbank

161 000 330,15

162 223 555,95

1 223 225,80

Hrvatska narodna banka

65 199 017,58

61 410 265,11

– 3 788 752,47

Magyar Nemzeti Bank

149 363 447,55

144 492 194,37

– 4 871 253,18

Narodowy Bank Polski

554 565 112,18

563 636 468,10

9 071 355,92

Banca Naţională a României

281 709 983,98

264 887 922,99

– 16 822 060,99

Sveriges Riksbank

246 041 585,69

273 028 328,31

26 986 742,62

Bank of England

1 480 243 941,72

1 552 024 563,60

71 780 621,88

Total  (1):

10 825 007 069,61

10 825 007 069,61

0.00


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


ANNESS II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi

 

Sehem imħallas fil-31 ta' Diċembru 2018

(EUR)

Sehem imħallas mill-1 ta' Jannar 2019

(EUR)

Ammont ta' ħlas ittrasferit

(EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

268 222 025,17

273 656 178,72

5 434 153,55

Deutsche Bundesbank

1 948 208 997,34

1 988 229 048,48

40 020 051,14

Eesti Pank

20 870 613,63

21 303 613,91

433 000,28

Central Bank of Ireland

125 645 857,06

127 237 133,10

1 591 276,04

Bank of Greece

220 094 043,74

187 186 022,25

– 32 908 021,49

Banco de España

957 028 050,02

902 708 164,54

– 54 319 885,48

Banque de France

1 534 899 402,41

1 537 811 329,32

2 911 926,91

Banca d'Italia

1 332 644 970,33

1 277 599 809,38

– 55 045 160,95

Central Bank of Cyprus

16 378 235,70

16 269 985,63

– 108 250,07

Latvijas Banka

30 537 344,94

29 563 094,31

– 974 250,63

Lietuvos bankas

44 728 929,21

43 938 703,70

– 790 225,51

Banque centrale du Lussemburgu

21 974 764,35

24 572 766,05

2 598 001,70

Bank Ċentrali ta' Malta

7 014 604,58

7 923 905,17

909 300,59

De Nederlandsche Bank

433 379 158,03

440 328 812,57

6 949 654,54

Oesterreichische Nationalbank

212 505 713,78

220 018 268,69

7 512 554,91

Banco de Portugal

188 723 173,25

177 172 890,71

– 11 550 282,54

Banka Slovenije

37 400 399,43

36 382 848,76

– 1 017 550,67

Národná banka Slovenska

83 623 179,61

86 643 356,59

3 020 176,98

Suomen Pankki

136 005 388,82

137 564 189,84

1 558 801,02

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 487 005,40

3 454 936,32

– 32 069,08

Česká národní banka

6 525 449,57

6 564 825,54

39 375,97

Danmarks Nationalbank

6 037 512,38

6 083 383,35

45 870,97

Hrvatska narodna banka

2 444 963,16

2 302 884,94

– 142 078,22

Magyar Nemzeti Bank

5 601 129,28

5 418 457,29

– 182 671,99

Narodowy Bank Polski

20 796 191,71

21 136 367,55

340 175,84

Banca Naţională a României

10 564 124,40

9 933 297,11

– 630 827,29

Sveriges Riksbank

9 226 559,46

10 238 562,31

1 012 002,85

Bank of England

55 509 147,81

58 200 921,14

2 691 773,33

Total  (1):

7 740 076 934,57

7 659 443 757,27

– 80 633 177,30


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.