11.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/178 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/43 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta' Novembru 2018
dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'mod partikolari l-Artikolu 29.3 u 29.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-raba' inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeżiġi li l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital ikunu aġġustati kull ħames snin wara l-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) b'analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-iskema ta' kapital aġġustat tapplika b'effett mill-ewwel jum tas-sena wara s-sena li fiha jseħħ l-aġġustament. |
(2) |
L-aħħar aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2013 b'effett mill-1 ta' Jannar 2014 (1). |
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE (2), il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet lill-Bank Ċentrali Ewropew bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni tal-iskema tal-kapital aġġustata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tqarrib
Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta' anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt perċentwali mal-iżgħar sehem (ishma) f'ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt perċentwali f'ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100 %.
Artikolu 2
Ponderazzjonijiet fl-iskema tal-kapital
Il-ponderazzjoni assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b'effett mill-1 ta' Jannar 2019:
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
2,5280 % |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
0,8511 % |
Česká národní banka |
1,6172 % |
Danmarks Nationalbank |
1,4986 % |
Deutsche Bundesbank |
18,3670 % |
Eesti Pank |
0,1968 % |
Central Bank of Ireland |
1,1754 % |
Bank of Greece |
1,7292 % |
Banco de España |
8,3391 % |
Banque de France |
14,2061 % |
Hrvatska narodna banka |
0,5673 % |
Banca d'Italia |
11,8023 % |
Central Bank of Cyprus |
0,1503 % |
Latvijas Banka |
0,2731 % |
Lietuvos bankas |
0,4059 % |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,2270 % |
Magyar Nemzeti Bank |
1,3348 % |
Bank Ċentrali ta' Malta |
0,0732 % |
De Nederlandsche Bank |
4,0677 % |
Oesterreichische Nationalbank |
2,0325 % |
Narodowy Bank Polski |
5,2068 % |
Banco de España |
1,6367 % |
Banca Naţională a României |
2,4470 % |
Banka Slovenije |
0,3361 % |
Národná banka Slovenska |
0,8004 % |
Suomen Pankki |
1,2708 % |
Sveriges Riksbank |
2,5222 % |
Bank of England |
14,3374 % |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 hija revokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/28 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta' Awwissu 2013 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 53).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju 2003 dwar id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament tal-formula għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43).