28.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2195

tat-23 ta' Novembru 2017

li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 18(3)(b), 18(3)(d) u 18(5), tiegħu,

Billi:

(1)

Suq intern tal-enerġija li jiffunzjona b'mod sħiħ u li jkun kompletament interkonness huwa kruċjali biex tinżamm is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, biex tiżdied il-kompetittività u biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jixtru l-enerġija bi prezzijiet affordabbli.

(2)

Jekk is-suq intern tal-elettriku jkun jiffunzjona sew, il-produtturi jkollhom inċentivi xierqa biex jinvestu f'ġenerazzjoni tal-enerġija ġdida, fosthom f'elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-aktar Stati Membri u reġjuni iżolati fis-suq tal-enerġija tal-Unjoni. Lill-konsumaturi, suq li jkun jiffunzjona sew jagħtihom il-miżuri xierqa biex jippromwovu użu aktar effiċjenti tal-enerġija u dan jippresupponi provvista tal-enerġija sigura.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji għall-kundizzjonijiet tal-aċċess għan-netwerk għal skambji transfruntiera tal-elettriku u b'mod partikolari, regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni fir-rigward tal-interkonnessjonijiet u s-sistemi ta' trażmissjoni li jaffettwaw il-flussi tal-elettriku transfruntiera. Sabiex nersqu lejn suq tal-elettriku tabilħaqq integrat u biex niżguraw is-sigurtà operazzjonali, jeħtieġ li jiġu żviluppat regoli effiċjenti tal-ibbilanċjar u b'hekk ikun hemm inċentivi biex il-parteċipanti tas-suq jikkontribwixxu biex jissolvew l-iskarsezzi tas-sistema li għalihom huma responsabbli. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli relatati mal-aspetti tekniċi u operazzjonali tal-ibbilanċjar tas-sistema u l-kummerċ tal-enerġija. Jenħtieġ li regoli bħal dawn jinkludu regoli dwar ir-riżervi tal-enerġija marbuta mas-sistema.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 (2) jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-tħaddim tas-sistema għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (“TSOs”), il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni (“DSOs”) u l-utenti sinifikanti tal-grilja. Dan jidentifika stati kritiċi differenti tas-sistema (stat normali, stat ta' twissija, stat ta' emerġenza, stat ta' blackout u stat ta' restawr). Jistabbilixxi wkoll rekwiżiti u prinċipji biex tinżamm is-sigurtà operazzjonali fl-Unjoni kollha u jimmira wkoll li jippromwovi l-koordinazzjoni tar-rekwiżiti u l-prinċipji għal kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija u r-riżervi għall-Unjoni kollha.

(5)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sett ta' regoli tekniċi, operazzjonali u marbuta mas-suq, applikabbli għall-UE kollha, biex jirregolaw il-funzjonament tas-swieq tal-ibbilanċjar tal-elettriku. Jistabbilixxi r-regoli għall-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, l-attivazzjoni tal-enerġija tal-ibbilanċjar u l-issetiljar finanzjarju tal-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar. Jeżiġi wkoll l-iżvilupp ta' metodoloġiji armonizzati għall-allokazzjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni transżonali għal finijiet tal-ibbilanċjar. Regoli bħal dawn iżidu l-likwidità tas-swieq għal perjodu qasir billi jippermettu aktar kummerċ transfruntier u jippermettu użu aktar effiċjenti tal-grilja eżistenti għall-finijiet tal-enerġija tal-ibbilanċjar. Hekk kif l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jikkompetu fuq pjattaformi tal-ibbilanċjar madwar l-UE kollha kemm hi, dan ikollu effetti pożittivi fuq il-kompetizzjoni.

(6)

Dan ir-Regolament ifittex li jilħaq l-objettiv li tiġi żgurata tmexxija ottima u l-operazzjoni kkoordinata tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku Ewropea, filwaqt li jappoġġa l-ksib tal-miri tal-Unjoni għal l-penetrazzjoni tal-produzzjoni rinnovabbli, kif ukoll jipprovdi benefiċċji għall-klijenti. It-TSOs, li fejn rilevanti jaħdmu mad-DSOs, jenħtieġ li jkunu responsabbli biex jorganizzaw swieq tal-ibbilanċjar Ewropej u għandhom jaħdmu għall-integrazzjoni tagħhom, iżommu s-sistema f'bilanċ bl-aktar mod effiċjenti. Biex jagħmlu dan, it-TSOs jenħtieġ li jaħdmu mill-qrib ma' xulxin u mad-DSOs, jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom kemm jista' jkun biex tiġi żviluppata sistema tal-elettriku effiċjenti, li tkopri r-reġjuni u l-livelli ta' vultaġġ kollha, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni.

(7)

Jenħtieġ li TSO jkun jista' jiddelega l-kompiti kollha, jew partijiet minnhom skont dan ir-Regolament lil parti terza. Jenħtieġ li t-TSO deleganti jibqa' responsabbli mill-iżgurar tal-konformità mal-obbligi f'dan ir-Regolament. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jassenjaw kompiti u obbligi skont dan ir-Regolament lil parti terza. Jenħtieġ li tali asssenjar ikun limitat għall-kompiti u l-obbligi esegwiti fuq livell nazzjonali (bħall-issetiljar tal-iżbilanċi). Jenħtieġ li l-limitazzjonijiet għall-assenjar ma jwasslux għal tibdil mhux meħtieġ għall-arranġamenti nazzjonali eżistenti. Madankollu, jenħtieġ li t-TSOs jibqgħu responsabbli għall-kompiti fdati lilhom skont id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-iżvilupp ta' metodoloġiji mifruxa madwar l-Ewropa kollha, kif ukoll l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' pjattaformi Ewropej għall-ibbilanċjar. Fejn, fi Stat Membru, l-għarfien espert u l-esperjenza tat-tħaddim tal-issetiljar tal-iżbilanċi jkun għand parti terza, it-TSO tal-Istat Membru jista' jitlob TSOs oħra u lill-ENTSO-E biex jippermettu li din il-parti terza tgħin fl-iżvilupp tal-proposta. Madankollu, ir-responsabbiltà għal-iżvilupp tal-proposta tibqa' tat-TSO tal-Istat Membru flimkien mat-TSOs l-oħra kollha u tali responsabbiltà ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza.

(8)

Ir-regoli li jiddefinixxu r-rwol tal-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar u r-rwol tal-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar jiżguraw proċess ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. Barra minn hekk, ir-regoli dwar it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-ibbilanċjar jistabbilixxu l-prinċipji u r-rwoli li bihom jitwettqu l-attivitajiet tal-ibbilanċjar irregolati minn dan ir-Regolament, u jiżguraw kompetizzjoni adegwata bbażata fuq kundizzjonijiet ġusti bejn il-parteċipanti fis-suq, inklużi l-aggregaturi tar-rispons tad-domanda u l-assi li jinsabu fil-livell ta' distribuzzjoni.

(9)

Kull fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar li beħsiebu jipprovdi enerġija tal-ibbilanċjar jew kapaċità tal-ibbilanċjar jenħtieġ li jgħaddi b'suċċess minn proċess ta' kwalifikazzjoni ddefinit mit-TSOs, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-DSOs, fejn meħtieġ.

(10)

L-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tal-ibbilanċjar jenħtieġ li tiġi ffaċilitata bl-istabbiliment ta' pjattaformi komuni Ewropej għat-tħaddim tal-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi u l-iffaċilitar tal-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi tar-restawr tal-frekwenza u r-riżervi ta' rimpjazzament. Il-kooperazzjoni bejn it-TSOs jenħtieġ li tkun strettament limitata għal dak li huwa neċessarju għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-operat siguri u effiċjenti ta' dawn il-pjattaformi Ewropej.

(11)

Il-pjattaformi għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u r-riżervi ta' rimpjazzament jenħtieġ li japplikaw mudell b'listi tal-ordni tal-pertu sabiex tiġi żgurata l-attivazzjoni kosteffiċjenti tal-offerti. Huwa biss meta analiżi tal-kostijiet-benefiċċji mwettqa mit-TSOs kollha turi li l-mudell għall-pjattaforma għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika jenħtieġ li jinbidlu, li għandu jkun possibbli biex it-TSOs jimplimentaw u jrendu operazzjonali l-pjattaforma abbażi ta' mudell ieħor.

(12)

L-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tal-ibbilanċjar jenħtieġ li tiffaċilita t-tħaddim effiċjenti tas-suq tal-istess ġurnata sabiex il-parteċipanti tas-suq jingħataw l-opportunità li jibbilanċjaw lilhom infushom mill-aktar qrib possibbli għall-ħin reali. Huma biss l-iżbilanċi li jibqgħu wara tmiem is-suq tal-istess ġurnata li jenħtieġ li jiġu bbilanċjati mit-TSOs mas-suq tal-ibbilanċjar. L-armonizzazzjoni tal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ għal 15-il minuta fl-Ewropa jenħtieġ li sservi ta' appoġġ għall-kummerċ fl-istess ġurnata u trawwem l-iżvilupp f'għadd ta' prodotti ta' negozju bl-istess perjodi ta' twassil.

(13)

Sabiex jitħalla jseħħ l-iskambju tas-servizzi tal-ibbilanċjar, il-ħolqien ta' lista komuni skont il-mertu u ta' likwidità adegwata fis-suq tal-ibbilanċjar, huwa meħtieġ li l-istandardizzazzjoni tal-prodotti tal-ibbilanċjar tiġi rregolata. Dan ir-Regolament jelenka sett minimu ta' karatteristiċi standard u ta' karatteristiċi addizzjonali li jiddefinixxu prodotti standard.

(14)

Il-metodu tal-ipprezzar għal prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar jenħtieġ li joħloq inċentivi pożittivi għall-parteċipanti tas-suq fiż-żamma/għajnuna għar-restawr tal-bilanċ tas-sistema taż-żona tal-prezz tal-iżbilanċ, inaqqas l-iżbilanċi fis-sistema u l-kostijiet għas-soċjetà. Approċċ ta' pprezzar bħal dan jenħtieġ li jimmira għall-użu ekonomikament effiċjenti tar-rispons tad-domanda u riżorsi oħra tal-ibbilanċjar soġġetti għal limiti ta' sigurtà operazzjonali. Il-metodu ta' pprezzar użat fl-akkwist tal-kapaċità jenħtieġ li jimmira għall-użu ekonomikament effiċjenti tar-rispons tad-domanda u riżorsi oħra tal-ibbilanċjar soġġetti għal limiti ta' sigurtà operazzjonali.

(15)

Sabiex it-TSOs ikunu jistgħu jakkwistaw u jużaw kapaċità tal-ibbilanċjar b'mod effiċjenti, ekonomiku u bbażat fuq is-suq, jeħtieġ li titrawwem l-integrazzjoni tas-suq. F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament jistabbilixxi tliet metodoloġiji li permezz tagħhom it-TSOs jistgħu jallokaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-qsim tar-riżervi, meta dawn ikunu appoġġati minn analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji: il-proċess ta' koottimizzazzjoni, il-proċess ta' allokazzjoni abbażi tas-suq u l-allokazzjoni bbażata fuq analiżi tal-effiċjenzaekonomika. Il-proċess ta' koottimizzazzjoni, jenħtieġ li jitwettaq fuq il-bażi tas-suq tal-ġurnata bil-quddiem filwaqt li l-proċess tal-allokazzjoni abbażi tas-suq jista' jitwettaq meta l-kuntratti jsiru mhux aktar minn ġimgħa qabel il-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-allokazzjoni li ssir abbażi tal-analiżi tal-effiċjenza ekonomika fejn il-kuntratti jsiru aktar minn ġimgħa qabel il-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, bil-patt li l-volumi allokati jkunu limitati u li sseħħ valutazzjoni darba kull sena.

(16)

Ladarba l-metodoloġija għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali tiġi approvata mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-applikazzjoni bikrija tal-metodoloġija minn żewġ TSOs jew aktar tkun tista' sseħħ biex tinkiseb l-esperjenza u biex fil-ġejjieni aktar TSOs ikunu jistgħu japplikawha mingħajr xkiel. L-applikazzjoni ta' metodoloġija bħal din, fejn teżisti, jenħtieġ li madankollu tkun armonizzata mit-TSOs kollha sabiex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq.

(17)

L-għan ġenerali tal-issetiljar tal-iżbilanċ huwa li jiġi żgurat li l-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar jappoġġaw il-bilanċ tas-sistema b'mod effiċjenti u biex il-parteċipanti fis-suq jiġu inċentivati fiż-żamma u/jew l-għajnuna biex jirrestawraw il-bilanċ tas-sistema. Dan ir-Regolament jiddefinixxi r-regoli dwar l-issetiljar tal-iżbilanċ, u l-iżgurar li dan isir b'mod mhux diskriminatorju, ġust, oġġettiv u trasparenti. Biex is-swieq tal-ibbilanċjar u s-sistema kumplessiva tal-enerġija jkunu tajbin għall-integrazzjoni ta' ishma dejjem ogħla ta' rinnovabbli varjabbli, il-prezzijiet tal-iżbilanċ jenħtieġ li jirriflettu l-valur tal-enerġija fil-ħin reali.

(18)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi proċess biex it-TSOs ikunu jistgħu jidderogaw provviżorjament mill-applikazzjoni ta' ċerti regoli biex jitqiesu ċirkostanzi fejn eċċezzjonalment, pereżempju, il-konformità ma' dawk ir-regoli tista' twassal għal riskji marbuta mas-sigurtà operazzjonali jew twassal għar-rimpjazzament prematur tal-infrastruttura tal-grilja intelliġenti.

(19)

B'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Aġenzija għall-kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) jenħtieġ li tieħu deċiżjoni hi fejn l-awtoritajiet regolatorji rilevanti ma jkunux jistgħu jaqblu bejniethom fuq il-patti u l-kundizzjonijiet komuni jew fuq il-metodoloġiji.

(20)

Dan ir-Regolament ġie żviluppat b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija, man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) u mal-partijiet konċernati, sabiex jiġu adottati regoli effettivi, bilanċjati u proporzjonati b'mod trasparenti u parteċipattiv. Skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, qabel ma tipproponi xi emenda għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija, lill-ENTSO-E u lil partijiet konċernati rilevanti oħra.

(21)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida ddettaljati dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku, inkluż l-istabbiliment ta' prinċipji komuni għall-akkwist u l-issetiljar tar-riżervi għall-konteniment tal-frekwenzi, tar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u tar-riżervi ta' rimpjazzament kif ukoll metodoloġija komuni għall-attivazzjoni tar-riżervi tar-restawr tal-frekwenza u tas-sostituzzjoni.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni (“TSOs”), operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni (“DSOs”) inklużi sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa, awtoritajiet regolatorji, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”), in-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni (ENTSO-E), partijiet terzi li lilhom ġew delegati responsabbiltajiet jew assenjati u parteċipanti tas-suq oħra.

3.   Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi tat-trażmissjoni u l-interkonnessjonijiet fl-Unjoni ħlief is-sistemi tat-trażmissjoni fuq gżejjer li mhumiex konnessi ma' sistemi tat-trażmissjoni permezz ta' interkonnessjonijiet oħra.

4.   F'każ li fi Stat Membru jkun hemm aktar minn TSO wieħed, dan ir-Regolament għandu japplika għat-TSOs kollha fih. Meta t-TSO ma jkollux funzjoni rilevanti għal obbligu wieħed jew aktar skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-responsabbiltà għall-konformità ma' dawk l-obbligi tiġi assenjata lil TSO speċifiku wieħed jew aktar

5.   Fejn żona ta' kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija (“LFC”) tikkonsisti f'żewġ TSOs jew aktar, it-TSOs kollha ta' dik l-LFC jistgħu jiddeċiedu, soġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, biex jeżerċitaw obbligu wieħed jew aktar skont dan ir-Regolament, b'mod koordinat għaż-żoni kollha ta' skedar fiż-żona LFC.

6.   Il-pjattaformi Ewropej għall-iskambju tal-prodotti standard għall-ibbilanċjar tal-enerġija jistgħu jinfetħu għat-TSOs li joperaw l-Iżvizzera diment li l-liġi nazzjonali tagħha tkun timplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku u diment li jkun hemm ftehim intergovernattiv dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-elettriku bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera, jew jekk l-esklużjoni tal-Iżvizzera tista' twassal għal flussi ta' enerġija fiżika mhux skedati minn ġewwa l-Iżvizzera u b'hekk tipperikola s-sigurtà tas-sistema fir-Reġjun.

7.   Soġġett għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-pjattaformi Ewropej għall-iskambju ta' prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar għandha tiddeċidiha l-Kummissjoni abbażi ta' opinjoni tal-Aġenzija u t-TSOs kollha f'konformità mal-proċeduri stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4. Id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tat-TSOs Żvizzeri għandhom ikunu konsistenti mad-drittijiet u mar-responsabbiltajiet tat-TSOs li joperaw fl-Unjoni, sabiex ikun hemm funzjonament mingħajr xkiel tas-suq tal-ibbilanċjar fil-livell tal-Unjoni u sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet konċernati kollha.

8.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull sistema ddefinita fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1485.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 (5), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 (6), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 (7), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1388 (8), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1447 (9), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 (10), l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1485, u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 (11).

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ibbilanċjar” tfisser l-azzjonijiet u l-proċessi kollha, fil-perjodi kollha ta' żmien, li permezz tagħhom it-TSOs jiżguraw, b'mod kontinwu, iż-żamma tal-frekwenza tas-sistema b'firxa tal-istabbiltà predefinita kif stipulat fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/1485 u l-konformità mal-ammont ta' riżervi meħtieġa fir-rigward tal-kwalità meħtieġa. kif stabbilit fil-Parti IV, Titolu V, Titolu VI u Titolu VII tar-Regolament (UE) 2017/1485;

(2)

“suq tal-ibbilanċjar” tfisser it-totalità tal-arranġamenti istituzzjonali, kummerċjali u operazzjonali li jistabbilixxu l-ġestjoni tal-ibbilanċjar abbażi tas-suq;

(3)

“servizzi tal-ibbilanċjar” tfisser l-ibbilanċjar tal-enerġija jew l-ibbilanċjar tal-kapaċità, jew it-tnejn li huma;

(4)

“enerġija tal-ibbilanċjar” tfisser enerġija li tintuża mit-TSOs biex iwettqu l-ibbilanċjar u li tiġi pprovduta minn fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

(5)

“kapaċità tal-ibbilanċjar” tfisser il-volum tal-kapaċità li fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar ikun qabel li jżomm u li fir-rigward tiegħu l-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar ikun qabel li jippreżenta offerti għall-volum korrispondenti tal-enerġija tal-ibbilanċjar lit-TSO għat-tul kollu tal-kuntratt;

(6)

“fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar” tfisser parteċipant fis-suq b'unitajiet ta' forniment tar-riżerva jew gruppi ta' forniment tar-riżerva kapaċi li jipprovdu servizzi tal-ibbilanċjar lit-TSOs;

(7)

“parti responsabbli mill-ibbilanċjar” tfisser parteċipant fis-suq jew ir-rappreżentant magħżul minnu responsabbli mill-iżbilanċi tiegħu;

(8)

“żbilanċ” tfisser volum tal-enerġija kkalkulat għall-parteċipant responsabbli mill-ibbilanċjar u li jirrappreżenta d-differenza bejn il-volum allokat attribwit lil dik il-parti responsabbli mill-bilanċ u għall-pożizzjoni finali ta' dik il-parti responsabbli mill-ibbilanċjar, inkluż kwalunkwe aġġustament tal-iżbilanċ applikat fuq dik il-parti responsabbli għall-ibbilanċjar, f'perjodu partikolari tal-issetiljar tal-iżbilanċ;

(9)

“issetiljar tal-iżbilanċ” tfisser mekkaniżmu ta' setiljar finanzjarju għall-iċċarġjar jew il-ħlas ta' partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar għall-iżbilanċi tagħhom;

(10)

“perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ” tfisser l-unità ta' ħin li għalih jiġi kkalkulat l-iżbilanċ tal-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar;

(11)

“żona tal-iżbilanċ” tfisser iż-żona li fiha jiġi kkalkulat l-iżbilanċ;

(12)

“prezz tal-iżbilanċ” tfisser il-prezz, pożittiv, żero jew negattiv f'kull perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ għal żbilanċ f'kull direzzjoni;

(13)

“żona tal-prezz tal-iżbilanċ” tfisser iż-żona li għaliha jiġi kkalkulat il-prezz tal-iżbilanċ;

(14)

“aġġustament tal-iżbilanċ” tfisser volum tal-enerġija li jirrappreżenta l-enerġija tal-ibbilanċjar minn fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar u applikat mit-TSO ta' konnessjoni għal perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ lill-partijiet ikkonċernati responsabbli mill-ibbilanċjar, użat għall-kalkolu tal-iżbilanċ ta' dawn il-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar;

(15)

“volum allokat” tfisser volum tal-enerġija injettat jew irtirat fiżikament mis-sistema jew attribwit lil parti responsabbli mill-ibbilanċjar, għall-kalkolu tal-iżbilanċ ta' dak il-parti responsabbli mill-ibbilanċjar;

(16)

“pożizzjoni” tfisser il-volum tal-enerġija ddikjarat ta' parti responsabbli mill-ibbilanċjar użat għall-kalkolu ta' żbilanċ tagħha;

(17)

“mudell tal-awto-dispaċċ” tfisser mudell skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi ta' ġenerazzjoni u ta' konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-faċilitajiet tad-domanda jiġu determinati mill-aġenti tal-iskedar ta' dawk il-faċilitajiet;

(18)

“mudell ta' dispaċċ ċentrali” tfisser mudell skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi ta' ġenerazzjoni u ta' konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-faċilitajiet tad-domanda, fir-rigward tal-faċilitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għal dispaċċ, jiġu determinati minn TSO fi ħdan il-proċess integrat għall-iskedar;

(19)

“proċess integrat għall-iskedar” tfisser proċess iterattiv tal-anqas juża offerti għall-proċess integrat għall-iskedar li jkun fihom dejta kummerċjali, dejta teknika kumplessa ta' faċilitajiet individwali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u li tinkludi karatteristiċi tal-istartjar, l-aħħar analiżi tal-adegwatezza taż-żona ta' kontroll u l-limiti tas-sigurtà operazzjonali bħala input għall-proċess;

(20)

“ħin tal-għeluq tan-negozju tal-proċess integrat għall-iskedar” tfisser il-mument meta ma jkunx għadu permess li jitressqu jew jiġu aġġornati l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar għall-iterazzjonijiet partikolari tal-proċess integrat għall-iskedar;

(21)

“mudell TSO-TSO” tfisser mudell għall-iskambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar jipprovdi servizzi tal-ibbilanċjar lit-TSO tal-konnessjoni, li mbagħad jipprovdi dawn is-servizzi tal-ibbilanċjar lit-TSO rikjedenti;

(22)

“TSO tal-konnessjoni” tfisser lit-TSO li jopera ż-żona ta' skedar li fiha l-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar u l-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar għandhom ikunu konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-ibbilanċjar;

(23)

“skambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar” tfisser l-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew l-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, inkella t-tnejn li huma;

(24)

“skambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar” tfisser l-offerti tal-attivazzjoni tal-enerġija tal-ibbilanċjar għat-twassil tal-enerġija tal-ibbilanċjar lil TSO f'żona ta' skedar differenti minn dik li fiha huwa konness il-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar attivat;

(25)

“skambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar” tfisser il-forniment ta' kapaċità tal-ibbilanċjar lil TSO f'żona ta' skedar differenti minn dik li fiha huwa konness il-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar akkwistat;

(26)

“trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar” tfisser it-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar minn fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar li jkun ġie mqabbad jagħmel hekk għall-bidu, għal fornitur ieħor tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

(27)

“ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar” tfisser il-mument meta ma jkunx għadu permess li titressaq jew tiġi aġġornata xi offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar għal prodott standard fuq lista komuni skont il-mertu;

(28)

“prodott standard” tfisser prodott tal-ibbilanċjar armonizzat definit mit-TSOs kollha għall-iskambju tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

(29)

“perjodu ta' tħejjija” tfisser il-perjodu ta' żmien bejn it-talba mit-TSO fil-każ tal-mudell TSO-TSO inkella mit-TSO kontraenti fil-każ ta' mudell TSO-BSP u l-bidu tal-perjodu ta' varjazzjoni;

(30)

“ħin ta' attivazzjoni totali” tfisser il-perjodu ta' żmien bejn it-talba għall-attivazzjoni mit-TSO fil-każ tal-mudell TSO-TSO inkella mit-TSO kontraenti fil-każ ta' mudell TSO-BSP u t-twassil totali korrispondenti tal-prodott ikkonċernat;

(31)

“perjodu ta' diżattivazzjoni” tfisser il-perjodu ta' varjazzjoni gradwali (ramping) minn twassil sħiħ għal punt stabbilit, jew minn irtirar sħiħ lura għal punt stabbilit;

(32)

“perjodu ta' twassil” tfisser il-perjodu ta' twassil li fih il-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar iwassal il-bidla totali mitluba ta' in-feed tal-enerġija, jew il-bidla totali mitluba ta' rtirar mis-sistema;

(33)

“perjodu ta' validità” tfisser il-perjodu meta tista' tiġi attivata l-offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar, li matulu jiġu rispettati l-karatteristiċi kollha tal-prodott. Il-perjodu ta' validità huwa definit mill-ħin tal-bidu sal-ħin tat-tmiem;

(34)

“modalità tal-attivazzjoni” tfisser il-modalità tal-attivazzjoni ta' offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar, manwali jew awtomatiċi, skont jekk l-enerġija tal-ibbilanċjar hijiex attivata manwalment minn operatur jew awtomatikament f'ċirkwit magħluq;

(35)

“diviżibilità” tfisser il-possibbiltà li TSO juża biss parti mill-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew l-offerti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar mill-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar, kemm f'termini ta' attivazzjoni tal-enerġija inkella tul ta' żmien;

(36)

“prodott speċifiku” tfisser prodott differenti minn prodott standard;

(37)

“lista komuni skont il-mertu” tfisser lista ta' offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar ordnata skont il-prezzijiet tal-offerti, li tintuża għall-attivazzjoni ta' dawn l-offerti;

(38)

“ħin tal-għeluq għat-tressiq tal-offerti tal-enerġija mit-TSOs” tfisser l-aħħar mument li fih TSO tal-konnessjoni jista' jgħaddi l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar li jkun irċieva mingħand fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar lill-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni;

(39)

“funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni” tfisser il-funzjoni tat-tħaddim tal-algoritmu applikat biex jiġu ottimizzati l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar;

(40)

“funzjoni tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi” tfisser ir-rwol tat-tħaddim tal-algoritmu applikat għat-tħaddim tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi;

(41)

“funzjoni tal-issetiljar TSO-TSO” tfisser il-funzjoni tat-twettiq tal-issetiljar tal-proċessi ta' kooperazzjoni bejn it-TSOs;

(42)

“funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-akkwist tal-kapaċità” tfisser il-funzjoni tat-tħaddim tal-algoritmu applikat għall-ottimizzazzjoni tal-akkwist ta' kapaċità tal-ibbilanċjar għat-TSOs li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar.

(43)

“mudell TSO-BSP” tfisser mudell għall-iskambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar jipprovdi servizzi tal-ibbilanċjar direttament lit-TSO kontraenti, li mbagħad jipprovdi dawn is-servizzi tal-ibbilanċjar lit-TSO rikjedenti;

(44)

“TSO kontraenti” tfisser it-TSO li jkollu arranġament kuntrattwali għas-servizzi tal-ibbilanċjar ma' fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar f'żona ta' skedar oħra;

(45)

“TSO rikjedenti” tfisser it-TSO li jitlob it-twassil ta' enerġija tal-ibbilanċjar.

Artikolu 3

Għanijiet u aspetti regolatorji

1.   Dan ir-Regolament għandu l-għan li:

(a)

jrawwem il-kompetizzjoni effettiva, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza fis-swieq tal-ibbilanċjar;

(b)

jtejjeb l-effiċjenza tal-ibbilanċjar, kif ukoll l-effiċjenza tas-swieq Ewropej u nazzjonali tal-ibbilanċjar;

(c)

jintegra s-swieq tal-ibbilanċjar u jippromwovi l-opportunitajiet ta' skambji ta' servizzi tal-ibbilanċjar filwaqt li jikkontribwixxu għas-sigurtà operazzjonali;;

(d)

jikkontribwixxi għat-tħaddim u l-iżvilupp effiċjenti fit-tul tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku u tas-settur tal-elettriku fl-Unjoni filwaqt li jiffaċilita l-ħidma effiċjenti u konsistenti tas-swieq ta' ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u tal-ibbilanċjar;

(e)

jiżgura li l-akkwist ta' servizzi tal-ibbilanċjar huwa ġust, oġġettiv, trasparenti u bbażat fuq is-suq, jevita ostakli żejda għad-dħul fis-suq għall-operaturi ġodda, jrawwem il-likwidità tas-swieq tal-ibbilanċjar filwaqt li jevita distorsjonijiet bla bżonn għas-suq intern tal-elettriku;

(f)

jiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-rispons tad-domanda, inklużi l-faċilitajiet tal-aggregazzjoni u l-ġbir tal-enerġija filwaqt li jiżgura li jikkompetu ma' servizzi oħra tal-ibbilanċjar b'kundizzjonijiet ekwi tas-suq u, fejn meħtieġ, jaġixxu b'mod indipendenti meta jkunu qegħdin jaqdu faċilità unika tad-domanda;

(g)

jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jappoġġa l-ksib tal-mira tal-Unjoni Ewropea għall-penetrazzjoni tal-ġenerazzjoni rinnovabbli.

2.   Huma u japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti u l-operaturi tas-sistemi għandhom:

(a)

japplikaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni;

(b)

jiżguraw it-trasparenza;

(c)

japplikaw il-prinċipju tal-ottimizzazzjoni bejn l-ogħla effiċjenza globali u l-kostijiet totali l-aktar baxxi għall-partijiet kollha involuti;

(d)

jiżguraw li safejn ikun possibbli t-TSOs jużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq sabiex jassiguraw is-sigurtà u l-istabbiltà tan-netwerk;

(e)

jiżguraw li l-iżvilupp tas-swieq tal-allokazzjoni bil-quddiem, tal-ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata ma jkunx kompromess;

(f)

jirrispettaw ir-responsabbiltà assenjata lit-TSO rilevanti sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema, inkluż kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(g)

jikkonsultaw mad-DSOs rilevanti u jqisu l-impatti potenzjali fuq is-sistema tagħhom;

(h)

iqisu l-istandards Ewropej u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ntlaħaq qbil dwarhom.

Artikolu 4

Il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs

1.   It-TSOs għandhom jiżviluppaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa minn dan ir-Regolament u jippreżentawhom għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE fl-iskadenzi rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   Meta proposta dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew dwar il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament tkun trid tiġi żviluppata u maqbula minn aktar minn TSO wieħed, it-TSOs parteċipanti għandhom jaħdmu id f'id. It-TSOs, bl-għajnuna tal-ENTSO-E, għandhom jinfurmaw regolarment lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Aġenzija dwar il-progress tal-iżvilupp ta' dawn il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji.

3.   Meta ma jintlaħaq l-ebda kunsens fost it-TSOs li jkunu qed jiddeċiedu dwar il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji skont l-Artikolu 5(2), dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Maġġoranza kwalifikata għal proposti skont l-Artikolu 5(2) għandha teħtieġ maġġoranza ta':

(a)

TSOs li jirrappreżentaw tal-anqas 55 % tal-Istati Membri; kif ukoll

(b)

TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu tal-anqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Minoranza li timblokka d-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 5(2) għandha tinkludi TSOs li jkunu jirrappreżentaw tal-anqas erba' Stati Membri u, fin-nuqqas ta' dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.

4.   Meta r-reġjuni kkonċernati jkunu jinvolvu iktar minn ħames Stati Membri u ma jintlaħaq l-ebda kunsens fost it-TSOs li jkunu qed jiddeċiedu dwar il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji skont l-Artikolu 5(3), dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Maġġoranza kkwalifikata għal proposti skont l-Artikolu 5(3), għandha teħtieġ maġġoranza ta':

(a)

TSOs li jirrappreżentaw tal-anqas 72 % tal-Istati Membri kkonċernati; kif ukoll

(b)

TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu tal-anqas 65 % tal-popolazzjoni taż-żona kkonċernata.

Minoranza li timblokka d-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 5(3) għandha tinkludi tal-anqas l-għadd minimu ta' TSOs li jirrappreżenta aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, kif ukoll TSOs li jirrappreżentaw tal-anqas Stat Membru wieħed ieħor ikkonċernat u, fin-nuqqas ta' dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.

5.   It-TSOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji skont l-Artikolu 5(3) fir-rigward ta' reġjuni li jkollhom anqas minn ħames Stati Membri għandhom jiddeċiedu b'kunsens.

6.   Għad-deċiżjonijiet tat-TSOs skont il-paragrafi 3 u 4, għandu jingħata vot wieħed lil kull Stat Membru. Jekk fit-territorju ta' Stat Membru jkun hemm aktar minn TSO wieħed, l-Istati Membri għandhom jallokaw is-setgħat tal-votazzjoni fost it-TSOs.

7.   Jekk xi TSOs ma jippreżentawx proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti fl-iskadenzi ddefiniti f'dan ir-Regolament, dawn għandhom jipprovdu l-abbozzi rilevanti tat-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-Aġenzija, u jispjegaw għaliex ma jkunx intlaħaq ftehim. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni b'dan u, fuq talba tal-Kummissjoni, għandha tinvestiga r-raġunijiet għal dan in-nuqqas b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji rilevanti u tinforma lill-Kummissjoni dwar dawn ir-raġunijiet. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa fi żmien erba' xhur minn meta tasal l-informazzjoni mingħand l-Aġenzija.

Artikolu 5

Approvazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji tat-TSOs

1.   F'konformità mal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE, kull awtorità regolatorja regolatorja għandha tapprova t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji żviluppati mit-TSOs skont il-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji li ġejjin iridu japprovawhom l-awtoritajiet regolatorji kollha:

(a)

l-oqsfa għall-istabbiliment ta' pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 20(1), 21(1) u 22(1);

(b)

l-immodifikar tal-oqsfa għall-istabbiliment ta' pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 20(5) u 21(5);

(c)

il-prodotti standard għall-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 25(2);

(d)

il-metodoloġija għall-ikklassifikar tal-finijiet tal-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 29(3);

(e)

il-valutazzjoni dwar iż-żieda possibbli tal-volum minimu ta' offerti ta' enerġija tal-ibbilanċjar li għandu jgħaddi għal għand il-pjattaformi Ewropej skont l-Artikolu 29(11);

(f)

il-metodoloġija għall-ipprezzar tal-enerġija tal-ibbilanċjar u tal-kapaċita transżonali li jintużaw għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew it-tħaddim tal-proċess tan-nettjar skont l-Artikolu 30(1) u (5);

(g)

l-armonizzazzjoni tal-metodoloġija għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi skont l-Artikolu 38(3);

(h)

il-metodoloġija għal proċess tal-allokazzjoni koottimizzat tal-kapaċità transżonali skont l-Artikolu 40(1);

(i)

ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju tal-enerġija intenzjonat skont l-Artikolu 50(1);

(j)

l-armonizzazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-issetiljar tal-iżbilanċ skont l-Artikolu 52(2);

li abbażi tagħhom Stat Membru jista' jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata.

3.   Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji li ġejjin iridu japprovawhom l-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat:

(a)

Il-qafas, għaż-żona ġeografika li tirrigwarda t-TSOs kollha li jwettqu l-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485, għall-istabbiliment tal-pjattaforma Ewropea għar-riżervi ta' rimpjazzament skont l-Artikolu 19(1);

(b)

għaż-żona ġeografika li tirrigwarda żewġ TSOs jew aktar li jiskambjaw, jew lesti li jiskambjaw reċiprokament il-kapaċità tal-ibbilanċjar, l-istabbiliment ta' regoli komuni u armonizzati u l-proċess għall-iskambju u l-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 33(1);

(c)

għaż-żona ġeografika tkopri t-TSOs li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-probabbiltà ta' kapaċità transżonali disponibbli wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju transżonali tal-istess jum skont l-Artikolu 33(6);

(d)

l-eżenzjoni, għaż-żona ġeografika li fiha l-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar ikun seħħ, biex il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar ma jitħallewx jittrasferixxu l-obbligi tagħhom li jipprovdu l-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 34(1);

(e)

l-applikazzjoni ta' mudell TSO-BSP, f'żona ġeografika li tinkludi żewġ TSOs jew iktar, skont l-Artikolu 35(1);

(f)

il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità transżonali għal kull reġjun ta' kalkolu tal-kapaċità skont l-Artikolu 37(3);

(g)

f'żona ġeografika li tinkludi żewġ TSOs jew aktar, l-applikazzjoni tal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi skont l-Artikolu 38(1);

(h)

għal kull reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità, il-metodoloġija għal proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali bbażat fis-suq skont l-Artikolu 41(1);

(i)

għal kull reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità, il-metodoloġija għal proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali bbażat fuq analiżi tal-effiċjenza ekonomika u l-lista ta' kull allokazzjoni individwali tal-kapaċità transżonali abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika skont il-paragrafi 1 u 5 tal-Artikolu 42;

(j)

għaż-żona ġeografika li tinkludi t-TSOs kollha li intenzjalment jiskambjaw l-enerġija fi ħdan żona sinkronika, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju tal-enerġija intenzjonat skont l-Artikolu 50(3);

(k)

għaż-żona ġeografika li tinkorpora t-TSOs kollha konnessi asinkronament li jiskambjaw l-enerġija b'mod intenzjonali, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju tal-enerġija intenzjonat skont l-Artikolu 50(4);

(l)

għall-kull żona sinkronika, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju tal-enerġija mhux intenzjonat skont l-Artikolu 51(1);

(m)

għaż-żona ġeografika li tinkorpora t-TSOs kollha konnessi asinkronament, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju tal-enerġija mhux intenzjonat skont l-Artikolu 51(2);

(n)

l-eżenzjoni, fuq il-livell taż-żona sinkronika, għall-armonizzazzjoni tal-perjodi tal-issetiljar tal-iżbilanċ skont l-Artikolu 53(2);

(o)

għaż-żona ġeografika li tinkludi żewġ TSOs jew iktar li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-prinċipji għall algoritmi tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 58(3);

li abbażi tagħhom Stat Membru jista' jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata.

4.   Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji li ġejjin iridu japprovawhom l-awtoritajiet regolatorji kollha ta' kull Stat Membri kkonċernat skont il-każ individwali:

(a)

l-eżenzjoni mill-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet offruti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew tal-offerti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar minħabba kwistjonijiet dwar abbuż tas-suq, skont l-Artikolu 12(4);

(b)

fejn xieraq, il-metodoloġija għall-allokazzjoni ta' kostijiet li jirriżultaw mill-azzjonijiet meħuda mid-DSOs, skont l-Artikolu 15(3);

(c)

it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18;

(d)

id-definizzjoni u l-użu ta' prodotti speċifiċi skont l-Artikolu 26(1);

(e)

il-limitazzjoni tal-ammont ta' offerti li jgħaddi għand il-pjattaformi Ewropej skont l-Artikolu 29(10);

(f)

l-eżenzjoni minn akkwist separat ta' kapaċità tal-ibbilanċjar 'il fuq jew 'l isfel skont l-Artikolu 32(3);

(g)

fejn xieraq, il-mekkaniżmu tal-issetiljar addizzjonali separat mill-issetiljar tal-iżbilanċ, għall-issetiljar tal-kostijiet tal-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, kostijiet amministrattivi u kostijiet oħra marbuta mal-ibbilanċjar ma' partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar skont l-Artikolu 44(3);

(h)

id-derogi minn dispożizzjoni waħda jew aktar ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 62(2);

(i)

il-kostijiet relatati mal-obbligi imposti fuq operaturi tas-sistema jew entitajiet terzi assenjati skont dan ir-Regolament, b'konformità mal-Artikolu 8(1);

li abbażi tagħhom Stat Membru jista' jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata.

5.   Il-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji għandha tinkludi l-firxa proposta taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom u deskrizzjoni tal-impatt li mistennija jħallu fuq l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Il-perjodu għall-implimentazzjoni m'għandux ikun itwal minn tnax-il xahar wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, ħlief fejn l-awtoritajiet regolatorji rilevanti kollha jaqblu li l-perjodu għall-implimentazzjoni għandu jiġi estiżi jew fejn perjodi differenti huma stipulati f'dan ir-Regolament. Il-proposti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li għandhom jiġu approvati minn diversi awtoritajiet regolatorji jew mill-awtoritajiet regolatorji kollha kemm huma għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija fl-istess waqt li fih jintbagħtu lill-awtoritajiet regolatorji. Meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti jitolbu dan, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji fi żmien tliet xhur minn meta ssir din it-talba.

6.   Meta l-approvazzjoni tat-termini u tal-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji tkun teħtieġ deċiżjoni li tittieħed minn aktar minn awtorità regolatorja waħda, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin u jikkooperaw u jikkoordinaw mill-qrib bejniethom sabiex jilħqu ftehim dwarha. Meta l-Aġenzija tagħti l-opinjoni tagħha dwarha, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom iqisuha. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiddeċiedu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji mressqin skont il-paragrafi 2 u 3 fi żmien sitt xhur minn meta dawk il-patti u l-kundizzjonijiet jew dawk il-metodoloġiji jkunu waslu għand l-awtorità regolatorja jew, meta jkun applikabbli, għand l-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata.

7.   Meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, jew fuq talba konġunta tagħhom, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-proposti sottomessi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien sitt xhur skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009.

8.   Kwalunkwe parti tista' tilmenta kontra operatur ta' sistema jew TSO rilevanti fir-rigward tal-obbligi jew id-deċiżjonijiet ta' dak l-operatur ta' sistema jew tat-TSO skont dan ir-Regolament u tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, filwaqt li taġixxi bħala awtorità għas-soluzzjoni tat-tilwim, għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien xahrejn wara l-wasla tal-ilment. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn oħra meta l-awtorità regolatorja rilevanti tkun teħtieġ iktar informazzjoni. Dan il-perijodu jista' jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja rilevanti għandha tkun vinkolanti sakemm din ma titħassarx permezz ta' appell u, f'dak il-każ, sa dak il-waqt.

Artikolu 6

Emendi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji tat-TSOs

1.   Meta awtorità regolatorja waħda jew aktar, b'konformità mal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE ikunu jeħtieġu emenda biex japprovaw il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li jkunu ġew ippreżentati skont il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 5, it-TSOs rilevanti għandhom jippreżentaw proposta għal termini u kundizzjonijiet jew għal metodoloġiji emendati biex tiġi approvata fi żmien xahrejn wara r-rekwiżit li jkunu għamlulhom l-awtoritajiet regolatorji rilevanti. L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jiddeċiedu dwar il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien xahrejn minn meta jitressqu.

2.   Meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien xahrejn, jew meta jitolbu dan b'mod konġunt, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009. Jekk it-TSOs rilevanti ma jippreżentawx proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji emendati, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 4.

3.   It-TSOs responsabbli mill-iżvilupp ta' proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji jew l-awtoritajiet regolatorji responsabbli mill-adozzjoni tagħhom skont il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 5 jistgħu jitolbu emendi ta' dawk il-patti u l-kundizzjonijiet jew ta' dawk il-metodoloġiji. Il-proposti għall-emenda tat-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji għandhom jiġu preżentati għal konsultazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u jiġu approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5.

Artikolu 7

Pubblikazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fuq l-Internet

It-TSOs responsabbli biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament għandhom jippubblikawhom fuq l-Internet wara li jkunu approvawhom l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew, meta ma tkun meħtieġa l-ebda approvazzjoni ta' dan it-tip, wara li jiġu stabbiliti, ħlief meta din l-informazzjoni tkun titqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 11.

Artikolu 8

Irkupru tal-kostijiet

1.   Il-kostijiet relatati mal-obbligi imposti fuq operaturi tas-sistema jew entitajiet terzi assenjati b'konformità ma' dan ir-Regolament, għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE.

2.   Kostijiet li jitqiesu bħala raġjonevoli, effiċjenti u proporzjonati mill-awtorità regolatorja rilevanti għandhom jiġu rkuprati mit-tariffi tan-netwerk jew mekkaniżmi oħra xierqa kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti regolatorji.

3.   Jekk jiġu mitluba mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-operaturi tas-sistema jew entitajiet assenjati għandhom, fi żmien tliet xhur mit-talba, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-kostijiet imġarrba.

4.   Kwalunkwe kostijiet imġarrba mill-parteċipanti tas-suq fl-ilħuq tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandha titħallas minn dawk il-parteċipanti tas-suq.

Artikolu 9

Involviment tal-partijiet ikkonċernati

L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ENTSO-E, għandha torganizza l-involviment tal-partijiet konċernati dwar is-suq tal-ibbilanċjar u aspetti oħrajn tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Tali involviment għandu jinkludi laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu identifikati l-problemi u jiġi propost titjib b'rabta mal-integrazzjoni tas-suq tal-ibbilanċjar.

Artikolu 10

Konsultazzjoni pubblika

1.   It-TSOs responsabbli mill-preżentazzjoni ta' proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji jew għall-emendi tagħhom skont dan ir-Regolament għandhom jikkonsultaw mal-partijiet konċernati, inklużi l-awtoritajiet rilevanti ta' kull Stat Membru, dwar l-abbozz tal-proposti għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji u miżuri oħra ta' implimentazzjoni għal perjodu ta' mhux inqas minn xahar.

2.   Il-konsultazzjoni għandha ddum għal perjodu ta' mhux inqas minn xahar, ħlief fil-każ tal-abbozz tal-proposti skont il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), (h) u (j) tal-Artikolu 5(2) li għandhom jiġu kkonsultati għal perjodu ta' mhux inqas minn xahrejn.

3.   Talanqas il-proposti skont il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), (h) u (j) tal-Artikolu 5(2) għandhom ikunu suġġetti għal konsultazzjoni pubblika fil-livell Ewropew.

4.   Talanqas il-proposti skont il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-Artikolu 5(3) għandhom ikunu suġġetti għal konsultazzjoni pubblika fil-livell reġjonali konċernat.

5.   Talanqas il-proposti skont il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (g) u (i) tal-Artikolu 5(4) għandhom ikunu suġġetti għal konsultazzjoni pubblika f'kull Stat Membru kkonċernat.

6.   It-TSOs responsabbli mill-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji għandhom iqisu kif xieraq il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati li joħorġu mill-konsultazzjonijiet magħmula skont il-paragrafi 2 sa 5 qabel ma jippreżentaw il-proposta għall-approvazzjoni regolatorja. F'kull każ, flimkien mas-sottomissjoni għandha tingħata ġustifikazzjoni valida għall-inklużjoni jew le tal-fehmiet li joħorġu mill-konsultazzjoni u din għandha tiġi ppubblikata f'ħin xieraq qabel ma tiġi ppubblikata l-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji jew fl-istess ħin magħha.

Artikolu 11

Obbligi tal-kunfidenzjalità

1.   Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għal kull persuna soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   L-informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand il-persuni jew l-awtoritajiet regolatorji msemmijin fil-paragrafu 2 waqt il-qadi ta' dmirijiethom ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi nazzjonali, mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament jew minn xi leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, l-awtoritajiet regolatorji, korpi jew persuni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament, jistgħu jużawha biss għall-finijiet tal-qadi tad-dmirijiet tagħhom skont dan ir-regolament, ħlief f'każijiet fejn is-sid primarju tad-dejta jkun ipprovda l-kunsens tiegħu bil-miktub.

Artikolu 12

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1.   L-entitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jipprovdu lit-TSOs bl-informazzjoni rilevanti sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fil-paragrafi 3 sa 5.

2.   L-entitajiet kollha msemmija f' Artikolu 1( 2) għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fil-paragrafi 3 sa 5 tiġi ppubblikata f'ħin u format li ma joħolqux vantaġġ jew żvantaġġ kompetittiv, reali jew potenzjali għal xi individwu jew kumpaniji

3.   Kull TSO għandu jippubblika l-informazzjoni li ġejja hekk kif din tkun disponibbli:

(a)

informazzjoni dwar il-qagħda attwali tal-ibbilanċjar tas-sistema fiż-żona jew żoni ta' skedar tiegħu, malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin reali;

(b)

informazzjoni dwar l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar miż-żona jew żoni ta' skedar, jekk meħtieġ anonimizzata, mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tmiem tal-unità temporali tas-suq rilevanti. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(i)

tip ta' prodott;

(ii)

perjodu ta' validità;

(iii)

volumi offruti;

(iv)

prezzijiet offruti;

(v)

informazzjoni dwar jekk l-offerta kinitx iddikjarata bħala mhux disponibbli;

(c)

informazzjoni dwar jekk l-offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar ġietx konvertita minn prodott speċifiku jew minn proċess integrat għall-iskedar sa mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tmiem tal-unità temporali tas-suq rilevanti.

(d)

informazzjoni dwar kif l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard jew mill-proċess integrat għall-iskedar ġew ikkonvertiti f'enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tmiem tal-unità temporali tas-suq rilevanti.

(e)

informazzjoni aggregata dwar l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tmiem tal-unità temporali tas-suq rilevanti, li għandha tinkludi:

(i)

il-volum totali tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar offruti;

(ii)

il-volum totali tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar offruti separatament skont it-tip ta' riżerva;

(iii)

il-volum totali tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar offruti u attivati separatament għall-prodotti standard u għall-prodotti speċifiċi;

(iv)

volum tal-offerti li mhumiex disponibbli skont it-tip ta' riżervi;

(f)

informazzjoni dwar volumi offruti kif ukoll il-prezzijiet offruti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar akkwistata, anonimizzata fejn meħtieġ, sa mhux aktar tard minn siegħa wara li r-riżultati tal-akkwist ikunu ġew notifikati lill offerenti;

(g)

it-termini u l-kundizzjonijiet inizzjali marbuta mal-ibbilanċjar imsemmija fl-Artikolu 18 tal-anqas xahar qabel l-applikazzjoni u kwalunkwe emendi lit-termini u l-kundizzjonijiet immedjatament wara l-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE;

(h)

informazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi skont l-Artikolu 38 sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-allokazzjoni u mhux aktar tard minn 6 sigħat qabel l-użu tal-kapaċità transżonali allokata:

(i)

id-data u l-ħin meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni;

(ii)

il-perjodu tal-allokazzjoni;

(iii)

il-volumi allokati;

(iv)

il-valuri tas-suq użati bħala bażi għall-proċess tal-allokazzjoni skont l-Artikolu 39;

(i)

informazzjoni dwar l-użu tal-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi skont l-Artikolu 38 sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-użu tal-kapaċità transżonali allokata:

(i)

il-volum tal-kapaċità transżonali allokata u użata għal kull unità ta' ħin tas-suq;

(ii)

il-volum tal-kapaċità transżonali rilaxxata għal perjodu sussegwenti għal kull unità ta' ħin tas-suq;

(iii)

kostijiet u benefiċċji realizzati stmati tal-proċess tal-allokazzjoni;

(j)

metodoloġiji approvati msemmija fl-Artikoli 40, 41 u 42 tal-anqas xahar qabel l-applikazzjoni;

(k)

deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta' kwalunkwe algoritmu żviluppat u l-emendi li jsirulu kif imsemmi fl-Artikolu 58, tal-anqas xahar qabel l-applikazzjoni;

(l)

rapport annwali komuni msemmi fl-Artikolu 59.

4.   Soġġett għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 18, TSO jista' jżomm il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-volumi offruti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jekk dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' tħassib dwar abbuż tas-suq u jekk dan ma jkunx ta' detriment għall-funzjonament effettiv tas-swieq tal-elettriku. TSO għandu jirrapporta dwar tali limitazzjonijiet għallinqas darba fis-sena lill-awtorità regolatorja rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE.

5.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull TSO għandu jippubblika l-informazzjoni skont il-paragrafu 3 b'format armonizzat talanqas permezz tal-pjattaforma tal-informazzjoni għat-trasparenza, stabbilita skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 543/2013. Sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-ENTSO-E għandha taġġorna l-manwal ta' proċeduri kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 543/2013 u tippreżentah lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha, li l-Aġenzija għandha tipprovdi fi żmien xahrejn.

Artikolu 13

Delegar u assenjazzjoni tal-kompiti

1.   TSO jista' jiddelega kwalunkwe kompitu jew parti minnu fdat lilu skont taħt dan ir-Regolament lil parti terza waħda jew aktar fil-każ li l-parti terza tista' twettaq il-funzjoni rispettiva tal-anqas b'mod effettiv bħat-TSO deleganti. It-TSO deleganti għandu jibqa' responsabbli li jiżgura l-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament, inkluż li jiżgura l-aċċess għal informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE.

2.   Qabel id-delega, il-parti terza konċernata għandha tkun uriet lit-TSO deleganti l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti delegati.

3.   Fil-każ li kwalunkwe kompitu jew parti minnu speċifikat f'dan ir-Regolament jiġi delegat lil parti terza, it-TSO deleganti għandu jiżgura li qabel id-delega jkunu ġew stabbiliti ftehimiet xierqa ta' kunfidenzjalità skont l-obbligi tal-kunfidenzjalità tat-TSO deleganti. Wara li jiddelega kwalunkwe kompitu jew parti minnu lil parti terza, it-TSO deleganti jrid jinforma lill-awtorità regolatorja rilevanti u jippubblika din id-deċiżjoni fuq l-Internet.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-kompiti fdati lit-TSOs skont id-Direttiva 2009/72/KE, Stat Membru, jew fejn applikabbli, awtorità regolatorja rilevanti, jista' jassenja kompiti jew obbligi f'idejn it-TSOs skont dan ir-Regolament lil parti terza waħda jew aktar. L-Istat Membru kkonċernat, jew fejn applikabbli, l-awtorità regolatorja kkonċernata, jista' biss jassenja l-kompiti u l-obbligi tat-TSOs li ma jeħtiġux kooperazzjoni diretta, teħid ta' deċiżjonijiet konġunti jew l-involviment f'relazzjoni kuntrattwali ma' TSOs minn Stati Membri oħra. Qabel l-assenzjazzjoni, il-parti terza konċernata għandha tkun uriet lill-Istat Membru, jew fejn applikabbli, lil-awtorità regolatorja rilevanti, il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompitu assenjat.

5.   Fil-każ li l-kompiti u l-obbligi huma assenjati lil parti terza minn Stat Membru jew awtorità regolatorja, ir-referenzi għal TSO f'dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-entità assenjata. L-awtorità regolatorja rilevanti għandha tiżgura s-superviżjoni regolatorja tal-entità assenjata fir-rigward tal-kompiti assenjati u l-obbligi tagħha.

TITOLU II

IS-SUQ TAL-IBBILANĊJAR TAL-ELETTRIKU

KAPITOLU 1

il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet

Artikolu 14

Rwol tat-TSOs

1.   Kull TSO għandu jkun responsabbli mill-akkwist tas-servizzi tal-ibbilanċjar minn fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar sabiex tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali.

2.   Kull TSO għandu japplika mudell ta' awto-dispaċċ għad-determinazzjoni tal-iskedi ta' ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum. It-TSOs li japplikaw mudell ta' dispaċċ ċentrali fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE sabiex ikomplu japplikaw mudell ta' dispaċċ ċentrali għad-determinazzjoni tal-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum. L-awtorità regolatorja rilevanti għandha tivverifika jekk il-kompiti u r-responsabbiltajiet tat-TSO humiex konsistenti mad-definizzjoni fl-Artikolu 2(18).

Artikolu 15

Kooperazzjoni mad-DSOs

1.   Id-DSOs, it-TSOs, il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar u l-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw ibbilanċjar effiċjenti u effettiv.

2.   Kull DSO għandu jipprovdi, meta jkun il-waqt, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex isir l-issetiljar tal-iżbilanċ lit-TSO tal-konnessjoni b'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18.

3.   Kull TSO jista', flimkien mad-DSOs tal-konnessjoni fiż-żona ta' kontroll tat-TSO, jiżviluppa b'mod konġunt pjan għall-allokazzjoni tal-kostijiet li jirriżultaw mill-azzjonijiet tad-DSOs b'konformità mal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) 2017/1485. Il-metodoloġija għandha tipprevedi allokazzjoni ġusta tal-ispejjjeż fejn jitqiesu r-responsabbiltajiet tal-partijiet involuti.

4.   Id-DSOs għandhom jirrappurtaw lit-TSO tal-konnessjoni kwalunkwe limitu definit skont il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) 2017/1485 li kapaċi jaffettwa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Rwol tal-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar

1.   Fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar għandu jikkwalifika għall-għoti ta' offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew kapaċità tal-ibbilanċjar li jiġu attivati jew akkwistati mit-TSO tal-konnessjoni jew, f'mudell TSO-BSP, mit-TSO kontraenti. Prekwalifikazzjoni kompletata b'suċċess, żgurata mit-TSO tal-konnessjoni u pproċessata skont l-Artikolu 159 u 162 tar-Regolament (UE) 2017/1485 għandha titqies bħala prerekwiżit għall-ikkompletar b'suċċess tal-proċess ta' kwalifikazzjoni biex entità ssir fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar skont dan ir-Regolament.

2.   Kull fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar għandu jippreżenta l-offerti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar lit-TSOs tal-konnessjoni, l-offerti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar li jolqtu parti waħda jew aktar responsabbli mill-ibbilanċjar.

3.   Kull fornitu tas-servizzi tal-ibbilanċjar li jieħu sehem fil-proċess ta' akkwist għall-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jippreżenta u jkollu d-dritt li jaġġorna l-offerti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar qabel il-ħin tal-għeluq tal-proċess tal-akkwist.

4.   Kull fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar b'kuntratt għall-ibbilanċjar tal-kapaċità għandu jippreżenta lit-TSO tal-konnessjoni tiegħu l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew offerti għall-proċess integrat għall-iskedar li jikkorrispondu mal-volum, prodotti u rekwiżiti oħra stabbiliti fil-kuntratt tal-kapaċità tal-ibbilanċjar.

5.   Kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar għadu jkollu d-dritt li jibgħat lit-TSO tal-konnessjoni tiegħu, l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard jew il-prodotti speċifiċi jew l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar li għalih ikun għadda mill-proċess ta' prekwalifikazzjoni skont l-Artikolu 159 u l-Artikolu 162 tar-Regolament (UE) 2017/1485.

6.   Il-prezz tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew tal-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar minn prodotti standard u speċifiċi skont il-paragrafu 4 ma għandux ikun predeterminat fil-kuntratt għall-kapaċità tal-ibbilanċjar. TSO jista' jipproponi eżenzjoni minn din ir-regola fil-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-konfigurazzjoni tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18. Eżenzjoni bħal din għandha tapplika biss għal prodotti speċifiċi skont l-Artikolu 26(3)(b) u tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni li turi effiċjenza ekonomika ogħla.

7.   Ma għandux ikun hemm diskrimazzjoni bejn l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar imressqa skont il-paragrafu 4 jew l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar inkella l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar mressqa skont il-paragrafu 5.

8.   Għal kull prodott ta' enerġija tal-ibbilanċjar jew tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, l-unità tal-forniment tar-riżervi, il-grupp tal-forniment tar-riżervi, il-faċilità tad-domanda jew il-parti terza u l-partijiet assoċjati responsabbli mill-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18(4)(d), għandhom jappartjenu għall-istess żona ta' skedar.

Artikolu 17

Ir-rwol tal-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar

1.   F'ħin reali, kull parti responsabbli mill-ibbilanċjar għandha tfittex li tkun ibbilanċjata jew li tgħin lis-sistema tal-enerġija li tkun f'bilanċ. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dan l-obbligu għandhom jiġu ddefiniti fil-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet relatati mall-konfigurazzjoni tal-ibbilanċjar stipulata fl-Artikolu 18.

2.   Kull parti responsabbli mill-ibbilanċjar għandha tkun finanzjarjament responsabbli mill-iżbilanċi li għandhom ikunu soġġetti għal setiljar mat-TSO tal-konnessjoni.

3.   Qabel il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata, kull parti inkarigata mill-ibbilanċjar tista' tbiddel l-iskedi meħtieġa għall-kalkolu tal-pożizzjoni tagħha skont l-Artikolu 54. TSOs li japplikaw mudell ta' sistema ċentrali jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi u regoli sabiex jinbidlu l-iskedi ta' parti responsabbli fit-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-konfigurazzjoni tal-bilanċ skont l-Artikolu 18.

4.   Wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata, kull parti inkarigata mill-ibbilanċjar tista' tbiddel l-iskedi kummerċjali interni meħtieġa biex tiġi kkalkolata l-pożizzjoni tagħha skont l-Artikolu 54 b'konformità mar-regoli stipulati fit-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-konfigurazzjoni tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18.

Artikolu 18

Termini u kundizzjonijiet marbuta mal-ibbilanċjar

1.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għaż-żoni kollha ta' skedar ta' Stat Membru, it-TSOs ta' dan l-Istat Membru għandhom jiżviluppaw proposta rigward:

(a)

it-termini u l-kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

(b)

it-termini u l-kundizzjonijiet għall-partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar.

Fejn żona LFC tikkonsisti f'żewġ TSOs jew aktar, it-TSOs kolha ta' dik l-LFC jistgħu, soġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, jiżviluppaw proposta komuni.

2.   It-termini u l-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi r-regoli għas-sospensjoni u r-restawrd tal-attivitajiet tas-suq skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2017/2196 u regoli għall-issetiljar f'każ ta' sospensjoni tas-suq skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2017/2196 ladarba dawk jiġu approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/2196.

3.   Hu u jiżviluppa proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar u l-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar, kull TSO għandu:

(a)

jikkoordina mat-TSOs u d-DSOs li jistgħu jintlaqtu minn dawk it-termini u l-kundizzjonijiet;

(b)

jirrispetta l-oqfsa għall-istabbiliment ta' pjattaformi Ewropej għall-iskambji tal-enerġija tal-ibbilanċjar u għall-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi skont l-Artikoli 19, 20, 21 u 22;

(c)

jinvolvi DSOs u partijiet ikkonċernati oħra matul l-iżvilupp tal-proposta u jqis il-fehmiet tagħhom mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 10.

4.   It-termini u l-kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar għandhom:

(a)

jiddefinixxu rekwiżiti raġonevoli u ġustifikati għall-forniment ta' servizzi tal-ibbilanċjar;

(b)

jippermettu l-aggregazzjoni tal-faċilitajiet tad-domanda, tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f'żona tal-iskedar biex jiġu offruti servizzi tal-ibbilanċjar soġġetti għal kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 (c);

(c)

jippermettu lis-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda, lill-partijiet terzi u lis-sidien tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija konvenzjonali u rinnovabbli kif ukoll sidien ta' unitajiet tal-ħżin tal-enerġija biex isiru fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

(d)

jesiġu li kull offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar tkun assenjata lil parti waħda jew aktar responsabbli mill-ibbilanċjar sabiex isir il-kalkolu tal-aġġustament tal-iżbilanċ skont l-Artikolu 49.

5.   It-termini u l-kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar għandu jkun fihom:

(a)

ir-regoli tal-proċess biex wieħed jikkwalifika bħala fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 16;

(b)

ir-regoli, ir-rekwiżiti u l-perjodu taż-żmien għall-akkwist u t-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikoli 32, 33 u 34;

(c)

ir-regoli u l-kondizzjonijiet għall-aggregazzjoni tal-faċilitajiet tad-domanda, tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f'żona ta' skedar biex entità ssir fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

(d)

ir-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni li għandhom jitwasslu għand it-TSO tal-konnessjoni u, fejn rilevanti lid-DSO tal-konnessjoni tar-riżervi matul il-proċess tal-prekwalifikazzjoni u t-tħaddim tas-suq tal-ibbilanċjar;

(e)

ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni ta' kull offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar lil parti waħda jew aktar responsabbli mill-ibbilanċjar skont il-paragrafu 4(d);

(f)

ir-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni li għandhom jingħataw lit-TSO tal-konnessjoni u, fejn rilevanti, lid-DSO tal-konnessjoni tar-riżervi sabiex jiġu vvalutati d-dispożizzjonijiet tas-servizzi tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 154(1), l-Artikolu 154(8), l-Artikolu 158(1)(e), l-Artikolu 158(4)(b), l-Artikolu 161(1)(f) u l-Artikolu 161(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1485;

(g)

id-definizzjoni ta' post għal kull prodott standard u għal kull prodott speċifiku, fid-dawl tal-paragrafu 5(c);

(h)

ir-regoli għad-determinazzjoni tal-volum tal-enerġija tal-ibbilanċjar li għandu jkun suġġett għal setiljar mal-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 45;

(i)

ir-regoli għall-issetiljar tal-fornituri tas-servizz tal-ibbilanċjar definiti fkont il-Kapitoli 2 u 5 tat-Titolu V;

(j)

perjodu massimu għall-finalizzazzjoni tal-issetiljar tal-enerġija tal-ibbilanċjar ma' fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 45 għal kwalunkwe perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ partikolari;

(k)

il-konsegwenzi fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar.

6.   It-termini u l-kundizzjonijiet għall-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar għandu jkun fihom:

(a)

id-definizzjoni ta' responsabbiltà għall-ibbilanċjar għal kull konnessjoni b'tali mod li tiġi evitata kull lakuna jew duplikazzjoni fir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tad-diversi parteċipanti fis-suq li jipprovdu servizzi għal dik il-konnessjoni;

(b)

ir-rekwiżiti biex entità ssir parti responsabbli mill-ibbilanċjar;

(c)

ir-rekwiżit li kull parti responsabbli mill-ibbilanċjar għandha tkun finanzjarjament responsabbli mill-iżbilanċi tagħha u li l-iżbilanċi għandhom ikunu soġġetti għal setiljar mat-TSO tal-konnessjoni.

(d)

ir-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni li għandhom jingħataw lit-TSO tal-konnessjoni għall-kalkolu tal-iżbilanċi;

(e)

ir-regoli għall-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar biex dawn jibdlu l-iskedi tagħhom qabel u wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-istess ġurnata b'konformità mal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 17;

(f)

ir-regoli għall-issetiljar tal-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar definiti skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu V;

(g)

id-delinjazzjoni ta' żona tal-iżbilanċ skont l-Artikolu 54(2) u żona tal-prezz tal-iżbilanċ;

(h)

perjodu massimu ta' żmien għall-finalizzazzjoni tal-issetiljar tal-iżbilanċi ma' partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar għal kwalunkwe perjodu partikolari għall-issetiljar tal-iżbilanċ skont l-Artikolu 54;

(i)

il-konsegwenzi fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar;

(j)

obbligu biex il-partijiet responabbli għall-ibbilanċjar jippreżentaw kwalunkwe modifika tal-pożizzjoni; lit-TSO tal-konnessjoni;

(k)

ir-regoli tal-issetiljar skont l-Artikoli 52, 53, 54 u 55;

(l)

fejn jeżistu, id-dispożizzjonijiet għall-esklużjoni ta' żbilanċi minn setiljar tal-iżbilanċ meta dawn ikunu assoċjati mal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet għall-allevjazzjoni tal-varjazzjonijiet tal-frekwenza deterministiċi skont l-Artikolu 137(4) tar-Regolament (UE) 2017/1485.

7.   Kull TSO tal-konnessjoni jista' jinkludi l-elementi li ġejjin fil-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizz tal-ibbilanċjar jew fit-termini u l-kundizzjonijiet għal partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar:

(a)

rekwiżit għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità ta' ġenerazzjoni u riżorsi oħra tal-ibbilanċjar, wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem u wara l-ħin tal-għelqu tan-negozju transżonali tal-istess ġurnata;

(b)

fejn dan ikun ġustifikat, rekwiżit għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar biex joffru l-kapaċità tal-ġenerazzjoni mhux użata jew riżorsi oħra tal-ibbilanċjar tagħhom permezz ta' offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew offerti għall-proċess integrat għall-iskedar fis-swieq tal-ibbilanċjar wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar jibdlu l-offerti tal-enerġija tal-ibbilanċjar qabel il-ħin tal-għeluq tas-suq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew il-ħin tal-għeluq tan-negozju fis-suq tal-proċess integrat għall-iskedar minħabba n-negozju fis-suq tal-istess ġurnata;

(c)

fejn dan ikun ġustifikat, rekwiżit għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar biex joffru l-kapaċità tal-ġenerazzjoni mhux użata jew riżorsi oħra tal-ibbilanċjar tagħhom permezz ta' offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew offerti għall-proċess integrat għall-iskedar fis-swieq tal-ibbilanċjar wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata

(d)

fejn rilevanti, rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-pożizzjoni tal-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar imressqa wara l-perjodu ta' żmien tas-suq tal-ġurnata bil-quddiem, biex jiġi żgurat li t-total tal-iskedi ta' negozju kummerċjali interni u esterni jkun daqs it-total tal-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-konsum fiżiċi, filwaqt li jitqies il-kumpens għat-telf elettriku.

(e)

eżenzjoni mill-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet offruti għall-enerġija tal-ibbilanċjar jew tal-offerti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar minħabba kwistjonijiet dwar abbuż tas-suq, skont l-Artikolu 12(4);

(f)

eżenzjoni għal prodotti speċifiċi definiti fl-Aritkolu 26(3)(b) sabiex jiġi predeterminat il-prezz tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn kuntratt tal-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 16(6);

(g)

applikazzjoni għall-użu tal-ipprezzar doppju għall-iżbilanċji kollha abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 52(2)(d)(i) u l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-ipprezzar doppju skont l-Artikolu 52(2)(d)(ii).

8.   TSOs li japplikaw mudell ta' dispaċċ ċentrali għandhom jinkludu wkoll l-elementi li ġejjin fit-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-ibbilanċjar:

(a)

il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-proċess integrat għall-iskedar skont l-Artikolu 24(5);

(b)

ir-regoli għall-aġġornament tal-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar wara kull ħin tal-għeluq tal-proċess integrat għall-iskedar skont l-Artikolu 24(6);

(c)

ir-regoli għall-użu tal-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar qabel il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 24(7);

(d)

ir-regoli għall-konverżjoni tal-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar skont l-Artikolu 27.

9.   Kull TSO għandu jissorvelja t-twettiq mill-partijiet kollha tar-rekwiżiti stipulati fit-termini u l-kundizzjonijiet għall-ibbilanċjar fiż-żona jew żoni ta' skedar tiegħu

KAPITOLU 2

pjattaformi ewropej għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar

Artikolu 19

Pjattaforma Ewropea għall-iskambju ta' enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi ta' rimpjazzament

1.   Sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha li jwettqu l-proċess għar-rimpjazzament tar-riżervi skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485 għandhom jiżviluppaw proposta għall-qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju ta' enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi ta' rimpjazzament.

2.   Il-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi ta' rimpjazzament, imħaddma mit-TSOs jew permezz ta' entità maħluqa mit-TSOs infushom, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-governanza u proċessi tan-negozju komuni u għandha tinkludi, tal-anqas, il-funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni u l-funzjoni tal-issetiljar TSO-TSO. Dik il-pjattaforma Ewropea għandha tapplika mudell multilaterali bejn TSO-TSO, b'listi komuni skont il-mertu biex jiġu skambjati l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard għar-riżervi ta' rimpjazzament, ħlief għall-offerti li ma jkunux disponibbli skont l-Artikolu 29(14).

3.   Il-proposta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

id-disinn ta' livell għoli tal-pjattaforma Ewropea;

(b)

il-pjan direzzjonali u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-pjattaforma Ewropea;

(c)

id-definizzjoni tal-funzjonijiet meħtieġa biex titħaddem il-pjattaforma Ewropea;

(d)

ir-regoli proposti dwar il-governanza u t-tħaddim tal-pjattaforma Ewropea, abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u li jiżguraw it-trattament ekwu tat-TSO membri kollha u li l-ebda TSO ma jibbenefika minn vantaġġi ekonomiċi mhux ġustifikati permezz tal-parteċipazzjoni f'funzjonijiet tal-pjattaforma Ewropea;

(e)

id-deżinjazzjoni proposta tal-entità jew entitajiet li jwettqu l-funzjonijiet definiti fil-proposta. Fejn it-TSOs jipproponu li jiddeżinjaw aktar minn entità waħda, il-proposta għandha turi u tiżgura:

(i)

allokazzjoni koerenti tal-funzjonijiet lill-entitajiet li jħaddmu l-pjattaforma Ewropea; Il-proposta għandha tqis bis-sħiħ il-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-funzjonijiet differenti allokati lill-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(ii)

li l-konfigurazzjoni proposta tal-pjattaforma Ewropea u l-allokazzjoni ta' funzjonijiet tiżgura governanza, tħaddim u superviżjoni regolatorja effiċjenti u effettivi, tal-pjattaforma Ewropea kif ukoll jappoġġaw l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(iii)

proċess effettiv għall-koordinazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tissolva kull pożizzjoni konfliġġenti bejn l-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(f)

il-qafas għall-armonizzazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-konfigurazzjoni tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18;

(g)

il-prinċipji dettaljati għall-kondiviżjoni tal-kostijiet komuni, inkluża l-kategorizzazzjoni dettaljata ta' kostijiet komuni, b'konformità mal-Artikolu 23;

(h)

il-ħin tal-għeluq tan-negozju ta' enerġija tal-ibbilanċjar għall-prodotti standard għar-riżervi ta' rimpjazzament b'konformità mal-Artikolu 24;

(i)

id-definizzjoni ta' prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi ta' rimpjazzament skont l-Artikolu 25;

(j)

il-ħin tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti għall-enerġija tat-TSO b'konformità mal-Artikolu 29(13);

(k)

il-listi komuni skont il-mertu li jiġu organizzati skont il-funzjoni ta' ottimizzazzjoni b'konformita mal-Artikolu 31;

(l)

id-deskrizzjoni tal-algoritmu għall-operazzjoni tal-funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għall-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard kollha għar-riżervi ta' rimpjazzament skont l-Artikolu 58.

4.   Sa sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-proposta għal qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi ta' rimpjazzament, it-TSOs kollha li jwettqu l-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485 għandhom jiddeżinjaw lill-entità/ajiet proposti, inkarigati biex joperaw il-pjattaforma Ewropea b'konformità mal-paragrafu 3(e).

5.   Sa sena wara l-approvazzjoni tal-proposta għall-qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi ta' rimpjazzament, it-TSOs kollha li jwettqu l-proċess ta' riżervi ta' rimpjazzament skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485 u li għandhom tal-anqas TSO wieħed interkonness li jwettaq il-proċess ta' riżervi ta' rimpjazzament għandhom jimplimentaw u jagħmlu operazzjonali l-pjattaforma Ewropea għall-iskambju ta' enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi ta' rimpjazzament. Għandhom jużaw il-pjattaforma Ewropea biex:

(a)

jippreżentaw l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard għar-riżervi ta' rimpjazzament;

(b)

jissostitwixxu l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard kollha għal riżervi ta' rimpjazzament, ħlief għall-offerti li ma jkunux disponibbli skont l-Artikolu 29(14);

(c)

jagħmlu ħilithom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha tagħhom għall-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi ta' rimpjazzament.

Artikolu 20

Pjattaforma Ewropea għall-iskambju ta' enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali

1.   Sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta għall-qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali.

2.   Il-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, imħaddma mit-TSOs jew permezz ta' entità maħluqa mit-TSOs infushom, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-governanza u proċessi tan-negozju komuni u għandha tinkludi, tal-anqas, il-funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni u l-funzjoni tal-issetiljar TSO-TSO. Din il-pjattaforma Ewropea għandha tapplika mudell multilaterali bejn TSO-TSO, b'listi komuni skont il-mertu biex jiġu skambjati l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, ħlief għall-offerti li ma jkunux disponibbli skont l-Artikolu 29(14).

3.   Il-proposta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

id-disinn ta' livell għoli tal-pjattaforma Ewropea;

(b)

il-pjan direzzjonali u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-pjattaforma Ewropea;

(c)

id-definizzjoni tal-funzjonijiet meħtieġa biex titħaddem il-pjattaforma Ewropea;

(d)

ir-regoli proposti dwar il-governanza u t-tħaddim tal-pjattaforma Ewropea, abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u li jiżguraw it-trattament ekwu tat-TSO membri kollha u li l-ebda TSO ma jibbenefika minn vantaġġi ekonomiċi mhux ġustifikati permezz tal-parteċipazzjoni f'funzjonijiet tal-pjattaforma Ewropea;

(e)

id-deżinjazzjoni proposta tal-entità jew entitajiet li jwettqu l-funzjonijiet definiti fil-proposta. Fejn it-TSOs jipproponu li jiddeżinjaw aktar minn entità waħda, il-proposta għandha turi u tiżgura:

(i)

allokazzjoni koerenti tal-funzjonijiet lill-entitajiet li jħaddmu l-pjattaforma Ewropea; Il-proposta għandha tqis bis-sħiħ il-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-funzjonijiet differenti allokati lill-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(ii)

li l-konfigurazzjoni proposta tal-pjattaforma Ewropea u l-allokazzjoni ta' funzjonijiet tiżgura governanza, tħaddim u superviżjoni regolatorja effiċjenti u effettivi, tal-pjattaforma Ewropea kif ukoll jappoġġaw l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(iii)

proċess effettiv għall-koordinazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tissolva kull pożizzjoni konfliġġenti bejn l-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(f)

il-qafas għall-armonizzazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-konfigurazzjoni tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18;

(g)

il-prinċipji dettaljati għall-kondiviżjoni tal-kostijiet komuni, inkluża l-kategorizzazzjoni dettaljata ta' kostijiet komuni, b'konformità mal-Artikolu 23;

(h)

il-ħin tal-għeluq tan-negozju ta' enerġija tal-ibbilanċjar għall-prodotti standard għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, b'konformità mal-Artikolu 24;

(i)

id-definizzjoni ta' prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali skont l-Artikolu 25;

(j)

il-ħin tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti għall-enerġija tat-TSO b'konformità mal-Artikolu 29(13);

(k)

il-listi komuni skont il-mertu li jiġu organizzati skont il-funzjoni ta' ottimizzazzjoni b'konformita mal-Artikolu 31;

(l)

id-deskrizzjoni tal-algoritmu għall-operazzjoni tal-funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għall-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard kollha għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali skont l-Artikolu 58.

4.   Sa sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-proposta għal qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, it-TSOs kollha għandhom jiddeżinjaw lill-entità/jiet proposti, inkarigati biex joperaw il-pjattaforma Ewropea b'konformità mal-paragrafu 3(e).

5.   Sa tmintax-il xahar wara l-approvazzjoni tal-proposta għal qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, it-TSOs kollha jistgħu jiżviluppaw proposta għall-modifika tal-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali skont il-paragrafu 1. Il-modifiki proposti għandhom ikunu appoġġati minn analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji magħmula mit-TSOs kollha skont l-Artikolu 61. Il-proposta għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

6.   Sa tletin xahar wara l-approvazzjoni tal-proposta għall-qafas ta'implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, jew fejn it-TSOs kollha jippreżentaw proposta għall-emendar tal-pjattaforma Ewropea skont il-paragrafu 5, it-TSOs kollha għandhom jimplimentaw u jagħmlu operazzjonali l-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, u għandhom jużaw il-pjattaforma Ewropea biex:

(a)

jippreżentaw l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali;

(b)

jissostitwixxu l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard kollha għal riżervi tar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, ħlief għall-offerti li ma jkunux disponibbli skont l-Artikolu 29(14);

(c)

jagħmlu ħilithom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha tagħhom għall-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi tar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali.

Artikolu 21

Pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika

1.   Sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta għall-qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika.

2.   Il-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika, imħaddma mit-TSOs jew permezz ta' entità maħluqa mit-TSOs infushom, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-governanza u proċessi tan-negozju komuni u għandha tinkludi, tal-anqas, il-funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni u l-funzjoni tal-issetiljar TSO-TSO. Din il-pjattaforma Ewropea għandha tapplika mudell multilaterali bejn TSO-TSO, b'listi komuni skont il-mertu biex jiġu skambjati l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika, ħlief għall-offerti li ma jkunux disponibbli skont l-Artikolu 29(14).

3.   Il-proposta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

id-disinn ta' livell għoli tal-pjattaforma Ewropea;

(b)

il-pjan direzzjonali u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-pjattaforma Ewropea;

(c)

id-definizzjoni tal-funzjonijiet meħtieġa biex titħaddem il-pjattaforma Ewropea;

(d)

ir-regoli proposti dwar il-governanza u t-tħaddim tal-pjattaforma Ewropea, abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u li jiżguraw it-trattament ekwu tat-TSO membri kollha u li l-ebda TSO ma jibbenefika minn vantaġġi ekonomiċi mhux ġustifikati permezz tal-parteċipazzjoni f'funzjonijiet tal-pjattaforma Ewropea;

(e)

id-deżinjazzjoni proposta tal-entità jew entitajiet li jwettqu l-funzjonijiet definiti fil-proposta. Fejn it-TSOs jipproponu li jiddeżinjaw aktar minn entità waħda, il-proposta għandha turi u tiżgura:

(i)

allokazzjoni koerenti tal-funzjonijiet lill-entitajiet li jħaddmu l-pjattaforma Ewropea; Il-proposta għandha tqis bis-sħiħ il-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-funzjonijiet differenti allokati lill-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(ii)

li l-konfigurazzjoni proposta tal-pjattaforma Ewropea u l-allokazzjoni ta' funzjonijiet tiżgura governanza, tħaddim u superviżjoni regolatorja effiċjenti u effettivi, tal-pjattaforma Ewropea kif ukoll jappoġġaw l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(iii)

proċess effettiv għall-koordinazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tissolva kull pożizzjoni konfliġġenti bejn l-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(f)

il-qafas għall-armonizzazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-konfigurazzjoni tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18;

(g)

il-prinċipji dettaljati għall-kondiviżjoni tal-kostijiet komuni, inkluża l-kategorizzazzjoni dettaljata ta' kostijiet komuni, b'konformità mal-Artikolu 23;

(h)

il-ħin tal-għeluq tan-negozju ta' enerġija tal-ibbilanċjar għall-prodotti standard għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika, b'konformità mal-Artikolu 24;

(i)

id-definizzjoni ta' prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika skont l-Artikolu 25;

(j)

il-ħin tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti għall-enerġija tat-TSO b'konformità mal-Artikolu 29(13);

(k)

il-listi komuni skont il-mertu li jiġu organizzati skont il-funzjoni ta' ottimizzazzjoni b'konformita mal-Artikolu 31;

(l)

id-deskrizzjoni tal-algoritmu għall-operazzjoni tal-funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għall-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard kollha għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika skont l-Artikolu 58.

4.   Sa sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-proposta għal qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika, it-TSOs kollha għandhom jiddeżinjaw lill-entità/jiet proposti, inkarigati biex joperaw il-pjattaforma Ewropea b'konformità mal-paragrafu 3(e).

5.   Sa tmintax-il xahar wara l-approvazzjoni tal-proposta għal qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika, it-TSOs kollha jistgħu jiżviluppaw proposta għall-modifika tal-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika skont il-paragrafu 1 u l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 2. Il-modifiki proposti għandhom ikunu appoġġati minn analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji magħmula mit-TSOs kollha skont l-Artikolu 61. Il-proposta għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

6.   Sa tletin xahar wara l-approvazzjoni tal-proposta għall-qafas ta'implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, jew fejn it-TSOs kollha jippreżentaw proposta għall-emendar tal-pjattaforma Ewropea skont il-paragrafu 5, it-TSOs kollha għandhom jimplimentaw u jagħmlu operazzjonali l-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485 għandhom jimplimentaw u jagħmlu operazzjonali l-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika, u għandhom jużaw il-pjattaforma Ewropea biex:

(a)

jippreżentaw l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika;

(b)

jissostiwixxu l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard kollha għal riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika, ħlief għall-offerti li ma jkunux disponibbli skont l-Artikolu 29(14);

(c)

jagħmlu ħilithom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha tagħhom għall-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi tgħar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika.

Artikolu 22

Pjattaforma Ewropea għall-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi

1.   Sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta għall-qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi.

2.   Il-pjattaforma Ewropea għall-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi, imħaddma mit-TSOs jew permezz ta' entità maħluqa mit-TSOs infushom, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-governanza u proċessi tan-negozju komuni u għandha tinkludi, tal-anqas, il-funzjoni tan-nettjar tal-iżbilanċi u l-funzjoni tal-issetiljar TSO-TSO. Il-pjattaforma Ewropea għandha tapplika mudell multilaterali TSO-TSO sabiex twettaq il-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi.

3.   Il-proposta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

id-disinn ta' livell għoli tal-pjattaforma Ewropea;

(b)

il-pjan direzzjonali u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-pjattaforma Ewropea;

(c)

id-definizzjoni tal-funzjonijiet meħtieġa biex titħaddem il-pjattaforma Ewropea;

(d)

ir-regoli proposti dwar il-governanza u t-tħaddim tal-pjattaforma Ewropea, abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u li jiżguraw it-trattament ekwu tat-TSO membri kollha u li l-ebda TSO ma jibbenefika minn vantaġġi ekonomiċi mhux ġustifikati permezz tal-parteċipazzjoni f'funzjonijiet tal-pjattaforma Ewropea;

(e)

id-deżinjazzjoni proposta tal-entità jew entitajiet li jwettqu l-funzjonijiet definiti fil-proposta. Fejn it-TSOs jipproponu li jiddeżinjaw aktar minn entità waħda, il-proposta għandha turi u tiżgura:

(i)

allokazzjoni koerenti tal-funzjonijiet lill-entitajiet li jħaddmu l-pjattaforma Ewropea; Il-proposta għandha tqis bis-sħiħ il-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-funzjonijiet differenti allokati lill-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(ii)

li l-konfigurazzjoni proposta tal-pjattaforma Ewropea u l-allokazzjoni ta' funzjonijiet tiżgura governanza, tħaddim u superviżjoni regolatorja effiċjenti u effettivi, tal-pjattaforma Ewropea kif ukoll jappoġġaw l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(iii)

proċess effettiv għall-koordinazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tissolva kull pożizzjoni konfliġġenti bejn l-entitajiet li joperaw il-pjattaforma Ewropea;

(f)

il-qafas għall-armonizzazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-konfigurazzjoni tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18;

(g)

il-prinċipji dettaljati għall-kondiviżjoni tal-kostijiet komuni, inkluża l-kategorizzazzjoni dettaljata ta' kostijiet komuni, b'konformità mal-Artikolu 23;

(h)

id-deskrizzjoni tal-algoritmu għall-operazzjoni tal-funzjoni tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi skont l-Artikolu 58.

4.   Sa sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-proposta għal qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, it-TSOs kollha għandhom jiddeżinjaw lill-entità/ajiet proposti, inkarigati biex joperaw il-pjattaforma Ewropea b'konformità mal-paragrafu 3(e).

5.   Sa sena wara l-approvazzjoni tal-proposta għall-qafas ta' implimentazzjoni għal pjattaforma Ewropea għall-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, it-TSOs kollha li jwettqu l-proċess tar-restawr tal-frekwenza awtomatiku skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485 għandhom iwettqu u jagħmlu operazzjonali l-pjattaforma Ewropea għall-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi. Għandhom jużaw il-pjattaforma Ewropea biex iwettqu l-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, tal-anqas għaż-żona sinkronika tal-Ewropa Kontinentali.

Artikolu 23

Kondiviżjoni tal-kostijiet bejn TSOs fi Stati Membri differenti

1.   It-TSOs kollha għandhom jipprovdu rapport annwali lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti b'konformità mal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE li fih il-kostijiet tal-istabbiliment, l-emendar u l-operar tal-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 19, 20, 21 u 22 huma spjegati fid-dettall. Dan ir-rapport għandu jiġi ppubblikat mill-Aġenzija filwaqt li jingħata l-kunsiderazzjoni xierqa għall-informazzjoni kummerċjali sensittiva.

2.   Il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu kif ġej:

(a)

kostijiet komuni li jirriżultaw minn attivitajiet koordinati tat-TSOs kollha li jieħdu sehem fil-pjattaformi rispettivi;

(b)

kostijiet reġjonali li jirriżultaw minn attivitajiet ta' diversi TSOs, imma mhux kollha kemm huma, li jieħdu sehem fil-pjattaformi rispettivi;

(c)

kostijiet nazzjonali li jirriżultaw minn attivitajiet tat-TSOs f'dak l-Istat Membru li jieħu sehem fil-pjattaformi rispettivi;

3.   Il-kostijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2(a) għandhom jinqasmu bejn it-TSOs fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-pjattaformi Ewropej. Sabiex jiġi kkalkulat l-ammont li għandu jitħallas mit-TSOs f'kull Stat Membru u, jekk applikabbli f'kull pajjiż terz, parti waħda minn tmienja tal-kostijiet komuni għandha tiġi kondiviża b'mod ugwali bejn kull Stat Membru u pajjiż terz, ħames partijiet minn tmienja jiġu kondiviżi bejn kull Stat Membru u pajjiż terz proporzjonalment għall-konsum tagħhom, u żewġ partijiet minn tmienja jiġu kondiviżi b'mod ugwali bejn it-TSOs parteċipanti skont il-paragrafu 2(a). Is-sehem tal-kostijiet tal-Istat Membru għandhom jiġġarbu mit-TSO jew it-TSOs li joperaw fit-territorju ta' dak l-Istat. Fil-każ li fi Stat Membru partikolari jkun hemm diversi TSOs li joperaw, is-sehem tal-kostijiet ta' dak l-IStat Membru għandu jitqassam bejn dawk it-TSOs proporzjonalment għall-konsum f'żoni ta' kontroll tat-TSOs.

4.   Sabiex jiġu kkunsidrati bidliet fil-kostijiet komuni jew bidliet fit-TSOs parteċipanti, il-kalkolu tal-kostijiet komuni għandu jiġi adattat regolarment.

5.   TSOs li jikkooperaw f'ċertu reġjun għandhom jaqblu b'mod konġunt fuq proposta għall-kondiviżjoni tal-kostijiet reġjonali skont il-paragrafu 2(b). Il-proposta għandha mbagħad tiġi approvata individwalment mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti ta' kull wieħed mill-Istati Membri u, jekk applikabbli, kull pajjiż terz fir-reġjun. Inkella t-TSOs li jikkooperaw f'ċertu reġjun jistgħu jużaw l-allokazzjoni għall-kondiviżjoni tal-arranġamenti stabbiliti fil-paragrafu 3.

6.   Il-prinċipji tal-kondiviżjoni tal-kostijiet għandhom japplikaw għall-kostijiet li jikkontribwixxu għall-istabbiliment, l-emendar u t-tħaddim tal-pjattaformi Ewropej mill-approvazzjoni tal-proposta għall-oqfsa ta' implimentazzjoni rilevanti skont l-Artikoli 19(1), 20(1), 21(1) u 22(1). Fil-każ li l-oqfsa ta' implimentazzjoni jipproponu li proġetti eżistenti jevolvu fi pjattaforma Ewropea, it-TSOs kollha li jieħdu sehem fil-proġetti eżistenti jistgħu jipproponu li sehem tal-kostijiet imġarrba qabel l-approvazzjoni tal-proposta għall-oqfsa ta' implimentazzjoni direttament marbuta mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni ta' dan il-proġett ikun jitqies bħala parti mill-kostijiet komuni skont il-paragrafu 2(a).

Artikolu 24

Il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar

1.   Bħala parti mill-proposti skont l-Artikoli 19, 20 u 21, it-TSOs kollha għandhom jarmonizzaw il-ħin tal-għeluq tan-negozju ta-enerġija tal-ibbilanċjar għal prodotti standard fil-livell tal-Unjoni, tal-anqas għal kull wieħed mill-proċessi li ġejjin:

(a)

ir-riżervi ta' rimpjazzament;

(b)

ir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali;

(c)

ir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika;

2.   Il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar għandu:

(a)

jkun viċin kemm jista' jkun għall-ħin reali:

(b)

ma jkunx qabel il-ħin tal-għeluq tan-negozju transżonali tal-istess ġurnata;

(c)

jippermetti biżżejjed ħin għall-proċessi tal-ibbilanċjar meħtieġa.

3.   Wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar, il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar ma għandhomx jitħallew jippreżentaw l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar.

4.   Wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar, il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar għandhom jirrappurtaw lit-TSOs tal-konnessjoni dwar kwalunkwe volumi mhux disponibbli tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar, mingħajr dewmien bla bżonn b'konformità ma' 158(4)(b) u 161(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1485. Jekk il-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar ikollu punt ta' konnessjoni ma' DSO, u jekk meħtieġ mid-DSO, il-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar għandu jirrapporta wkoll dwar kwalunkwe volumi mhux disponibbli tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar lid-DSO mingħajr dewmien żejjed.

5.   Sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull TSO li japplika mudell ta' dispaċċ ċentrali għandu jiddefinixxi tal-inqas ħin tal-għeluq wieħed għall-proċess integrat għall-iskedar li għandu:

(a)

jippermetti lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar jaġġornaw l-offerti għall-proċess integrat tal-iskedar mill-qrib kemm jista' jkun għall-ħin reali;

(b)

ma jkunx itwal minn tmien sigħat qabel il-ħin reali;

(c)

ikun stabbilit qabel il-ħin tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti għall-enerġija tat-TSO.

6.   Wara kull ħin tal-għeluq tan-negozju tal-proċess integrat għall-iskedar, l-offerta għall-proċess integrat għall-iskedar tista' titbiddel biss b'konformità mar-regoli definiti mit-TSO tal-konnessjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar stabbiliti skont l-Artikolu 18. Dawk ir-regoli għandhom jiġu implimentati qabel it-TSO tal-konnessjoni jingħaqad ma' kwalunkwe proċess għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar u għandhom jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar li jaġġornaw l-offerti għall-proċess integrat tal-iskedar kemm jista' jkun sal-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata, filwaqt li jiżguraw:

(a)

l-effiċjenza ekonomika tal-proċess integrat għall-iskedar;

(b)

is-sigurtà operazzjonali.

(c)

il-konsistenza tal-iterazzjonijiet kollha tal-proċess integrat għall-iskedar;

(d)

trattament ġust u indaqs għall-fornituri kollha tas-servizzi tal-ibbilanċjar fiż-żona ta' skedar;

(e)

l-ebda effett negattiv fuq il-proċess integrat għall-iskedar.

7.   Kull TSO li japplika mudell ta' dispaċċ ċentrali għandu jistabbilixxi r-regoli għall-offerti għall-użu tal-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar qabel il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18(8)(c) sabiex:

(a)

jiġi żgurat li t-TSO jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu tal-kapaċità tar-riżerva f'ħin reali;

(b)

jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi biex jissolvew il-konġestjonijiet interni;

(c)

tiġi żgurata l-possibbiltà ta' dispaċċ fattibbli tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-faċilitajiet tad-domanda f'ħin reali;

Artikolu 25

Ir-rekwiżiti għall-prodotti standard

1.   Għandhom jiġu żviluppati prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar bħala parti mill-proposti għall-oqfsa ta' implimentazzjoni għall-pjattaformi Ewropej b'konformità mal-Artikoli 19, 20 u 21. Wara l-approvazzjoni ta' kull qafas ta' implimentazzjoni u mhux aktar tard mill-ħin meta TSO juża l-pjattaforma Ewropea rispettiva, it-TSO għandu juża biss prodotti tal-enerġija standard, u fejn dak ikun ġustifikat, tal-ibbilanċjar, sabiex jinżamm il-bilanċ tas-sistema b'konformità mal-Artikolu 127, l-Artikolu 157 u l-Artikolu 160 tar-Regolament (UE) 2017/1485.

2.   Sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta għal lista ta' prodotti standard għall-kapaċità tal-ibbilanċjar għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u r-riżervi ta' rimpjazzament.

3.   Tal-anqas kull sentejn, it-TSOs kollha għandhom jirrevedu l-lista ta' prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar u l-kapaċità tal-ibbilanċjar. Ir-reviżjoni tal-prodotti standard għandha tqis:

(a)

l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1);

(b)

jekk applikabbli, il-bidliet proposti għal-lista ta' prodotti standard u l-għadd ta' listi komuni skont il-mertu skont l-Artikolu 31(2);

(c)

il-lista ta' indikaturi tal-prestazzjoni stabbilita fl-Artikolu 59(4).

4.   Il-lista ta' prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar u għall-kapaċità tal-ibbilanjċar tista' tistabbilixxi tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin ta' offerta ta' prodott standard:

(a)

il-perjodu ta' tħejjija;

(b)

il-perjodu ta' varjazzjoni;

(c)

il-ħin ta' attivazzjoni totali;

(d)

il-kwantità minima u massima;

(e)

il-perjodu ta' diżattivazzjoni;

(f)

it-tul ta' żmien minimu u massimu tal-perjodu tat-twassil;

(g)

perjodu ta' validità;

(h)

il-modalità ta' attivazzjoni.

5.   Il-lista ta' prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar u għall-kapaċità tal-ibbilanċjar għandha tistabbilixxi tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin għall-prodotti standard, li għandhom jiġu determinati mill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar matul il-prekwalifikazzjoni jew meta jkunu qegħdin jippreżentaw l-offerta għal prodott standard:

(a)

il-prezz tal-offerta;

(b)

id-diviżibilità;

(c)

il-post;

(d)

id-durata minima bejn tmiem il-perjodu ta' diżattivazzjoni u l-attivazzjoni ta' wara.

6.   Il-prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar u l-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom:

(a)

jiżguraw standardizzazzjoni effiċjenti, irawmu l-kompetizzjoni transfruntiera u l-likwidità u jevitaw frammentazzjoni tas-suq bla bżonn;

(b)

jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tas-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda, tal-partijiet terzi u tas-sidien tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija konvenzjonali u rinnovabbli kif ukoll tas-sidien ta' unitajiet tal-ħżin tal-enerġija bħala fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

Artikolu 26

Rekwiżiti għall-prodotti speċifiċi

1.   Wara l-approvazzjoni tal-oqfsa ta' implimentazzjoni għall-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 19, 20 u 21, kull TSO jista jiżviluppa proposta biex jiġu definiti u jintużaw prodotti speċifiċi għall-enerġija tal-ibbilanċjar u kapaċità tal-ibbilanċjar. Din il-proposta għandha tinkludi tal-anqas:

(a)

definizzjoni ta' prodotti speċifiċi u tal-perjodu ta' ħin li fihom se jintużaw;

(b)

dimostrazzjoni li l-prodotti standard mhumiex biżżejjed biex tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali u sabiex jinżamm il-bilanċ tas-sistema b'mod effiċjenti jew prova li ċerti riżorsi tal-ibbilanċjar ma jistgħux jieħdu sehem fis-suq tal-ibbilanċjar permezz ta' prodotti standard;

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri proposti sabiex jiġi minimizzat l-użu ta' prodotti speċifiċi soġġetti għall-effiċjenza ekonomika;

(d)

fejn applikabbli, ir-regoli għall-konverżjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti speċifiċi f'offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard;

(e)

fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar il-proċess għall-konverżjoni ta' offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti speċifiċi f'offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard, u l-informazzjoni dwar liema lista komuni skont il-mertu tkun soġġetta għall-konverżjoni;

(f)

prova li l-prodotti speċifiċi ma joħolqux ineffiċjenzi u distorsjonijiet sinifikanti fis-suq tal-ibbilanċjar fi jew barra ż-żona ta' skedar.

2.   Kull TSO li juża prodotti speċifiċi għandu jirrevedi, kull sentejn, il-ħtieġa li juża prodotti speċifiċi, b'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   Il-prodotti speċifiċi għandhom jiġu implimentati b'mod parallel mal-implimentazzjoni tal-prodotti standard. Wara l-użu tal-prodotti speċifiċi, it-TSO ta' konnessjoni jista' jew:

(a)

jikkonverti l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti speċifiċi f'offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard;

(b)

inkella jattiva l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti speċifiċi lokalment mingħajr ma jikkondividihom.

4.   ir-regoli għall-konverżjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti speċifiċi f'offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard skont il-paragrafu 1(d) għandhom:

(a)

ikunu ġusti, trasparenti u mhux diskriminatorji;

(b)

ma joħolqux ostakli għall-iskambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar;

(c)

jiżguraw in-newtralità finanzjarja tat-TSOs.

Artikolu 27

Konverżjoni ta' offerti f'mudell ta' dispaċċ ċentrali

1.   Kull TSO li japplika mudell ta' dispaċċ ċentrali għandu juża l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar għall-iskambju tas-servizzi tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi.

2.   Kull TSO li japplika mudell ta' dispaċċ ċentrali għandu juża l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar li hemm disponibbli għall-ġestjoni tas-sistema fil-ħin reali sabiex jiġu pprovduti servizzi lil TSOs oħra filwaqt li jiġu rrispettati l-limiti tas-sigurtà operazzjonali.

3.   Kull TSO li japplika l-mudell ta' dispaċċ ċentrali għandu jikkonverti, kemm jista' jkun, jikkonverti l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar skont il-paragrafu 2 fi prodotti standard, filwaqt li titqies is-sigurtà operazzjonali. Ir-regoli għall-konverżjoni tal-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar fi prodotti standard għandhom:

(a)

ikunu ġusti, trasparenti u mhux diskriminatorji;

(b)

ma joħolqux ostakli għall-iskambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar;

(c)

jiżguraw in-newtralità finanzjarja tat-TSOs.

Artikolu 28

Il-proċeduri ta' rimedju

1.   Kull TSO għandu jiżgura li jeżistu soluzzjonijiet ta' rimedju fil-każ li l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma jirnexxux.

2.   Fejn l-akkwist ta' servizzi tal-ibbilanċjar ma jirnexxix, it-TSOs ikkonċernati għandhom jirrepetu l-proċess tal-akkwist. It-TSOs għandhom jinfurmaw lill-parteċipanti tas-suq li jkunu se jintużaw il-proċeduri ta' rimedju malajr kemm jista' jkun.

3.   Fejn l-attivazzjoni kkoordinata tal-enerġija tal-ibbilanċjar ma tirnexxix, kull TSO jista' jiddevja mill-lista komuni skont il-mertu u għandu jinforma lill-parteċipanti tas-suq malajr kemm jista' jkun.

TITOLU III

L-AKKWIST TAS-SERVIZZI TAL-IBBILANĊJAR

KAPITOLU 1

l-enerġija tal-ibbilanċjar

Artikolu 29

Attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn lista komuni skont il-mertu

1.   Sabiex jinżamm il-bilanċ tas-sistema skont l-Artikolu 127, l-Artikolu 157 u l-Artikolu 160 tar-Regolament (UE) 2017/1485, kull TSO għandu juża offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar kosteffikaċi li jkunu disponibbli għat-twassil fiż-żona ta' kontroll tiegħu abbażi ta' listi komuni skont il-mertu jew mudell ieħor kif stabbilit bil-proposta mit-TSOs kollha skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 21.

2.   It-TSOs ma għandhomx jattivaw l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar qabel il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-enerġija tal-ibbilanċjar korrispondenti, ħlief fl-istat ta' allert jew fl-istat ta' emerġenza meta attivazzjonijiet bħal dawn jgħinu biex tittaffa s-serjetà ta' dawn l-istati tas-sistema u ħlief fejn l-offerti jaqdu finijiet minbarra l-ibbilanċjar skont il-paragrafu 3.

3.   Sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta għal metodoloġija għall-klassifikazzjoni għall-finijiet ta' attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar. Din il-metodoloġija għandha:

(a)

tiddeskrivi l-finijiet kollha possibbli għall-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar;

(b)

tiddefinixxi kriterji tal-klassifikazzjoni għal kull fini possibbli tal-attivazzjoni.

4.   Għal kull offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar attivata mil-lista komuni skont il-mertu, it-TSO li jattiva l-offerta għandu jiddefinixxi l-għan tal-attivazzjoni abbażi tal-paragrafu 3. L-għan tal-attivazzjoni għandu jiġi mgħarraf u għandu jkun viżibbli għat-TSOs kollha permezz tal-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni.

5.   Fil-każ li l-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar tiddevja mir-riżultati tal-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni, it-TSO għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed informazzjoni dwar ir-raġunijiet għal din id-devjazzjoni.

6.   It-talba għall-attivazzjoni tal-enerġija tal-ibbilanċjar mill-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għandha tobbliga lit-TSO rikjedenti u lit-TSO tal-konnessjoni biex jaċċettaw l-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar. Kull TSO tal-konnessjoni għandu jiżgura l-attivazzjoni tal-offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar permezz tal-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni. L-issetiljar tal-enerġija tal-ibbilanċjar għandu jsir skont l-Artikolu 50 u bejn it-TSO tal-konnessjoni u l-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V.

7.   L-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar għandu jkun ibbażat fuq mudell TSO-TSO b'lista komuni skont il-mertu.

8.   Kull TSO għandu jippreżenta d-dejta kollha meħtieġa għall-operazzjoni tal-algoritmu fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 58 dwar il-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni b'konformità mar-regoli stabbiliti skont l-Artikou 31(1).

9.   Kull TSO tal-konnessjoni għandu jippreżenta, qabel il-ħin tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti tal-enerġija mit-TSO, l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar li jaslulu mingħand fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar għall-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Artikoli 26 u 27. It-TSOs tal-konnessjoni ma għandhomx jimmodifikaw jew iżommu offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar, ħlief għal:

(a)

offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar marbuta mal-Artikoli 26 u 27;

(b)

offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar li huma ovvjament żbaljati u li jinkludu volum tat-twassil mhux fattibbli;

(c)

offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar li ma jgħaddux għal għand il-pjattaformi Ewropej skont l-paragrafu 10.

10.   Kull TSO li japplika mudell ta' awtodispaċċ u li jopera f'żona tal-iskedar b'ħin lokali tal-għeluq tan-negozju tal-istess ġurnata wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju għall-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 24 jista' jiżviluppa proposta biex jiġi limitat l-ammont ta' offerti li jgħaddi għal għand il-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 19 sa 21. L-offerti mgħoddija lill-pjattaformi Ewropej dejjem għandhom ikunu l-orħos offerti. Din il-proposta għandha tinkludi:

(a)

id-definizzjoni tal-volum minimu li jista' jgħaddi għal għand il-pjattaformi Ewropej. Il-volum minimu ta' offerti mressqa mit-TSO għandu jkun ugwali għal jew ogħla mit-total tar-rekwiżiti għall-kapaċità tar-riżerva għall-blokka LFC skont l-ARtikolu 157 u 160 tar-Regolament (UE) 2017/1485 u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi.

(b)

ir-regoli biex jiġu rilaxxati l-orrferti li ma jitressqux lill-pjattaformi Ewropej u d-definizzjoni tal-mument li fih il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar ikkonċernati għandhom ikunu informati dwar ir-rilaxx tal-offerti tagħhom.

11.   Talanqas darba kull sentejn wara l-approvazzjoni tal-proposta fil-paragrafu 10 mill-awtorità regolatorja rispettiva, it-TSOs kollha għandhom jivvalutaw l-impatt tal-limitar tal-volum tal-offerti mibgħuta lill-pjattaformi Ewropej u l-funzjonament tas-suq tal-istess ġurnata. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi:

(a)

evalwazzjoni mit-TSOs rilevanti dwar il-volum minimu ta' offerti li għandhom jintbagħtu lill-pjattaformi Ewropej skont l-Artikolu 10(a);

(b)

rakkomandazzjoni lit-TSOs rilevanti li tillimita l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar.

Abbażi ta' din il-valutazzjoni, it-TSOs kollha għandhom jagħmlu proposta lill-awtoritajiet regolatorji kollha sabiex jirrevedu l-volum minimu tal-offerti tal-enerġija tal-ibbilanċjar li għandu jitressaq lill-pjattaformi Ewropej skont il-paragrafu 10(a).

12.   Kull TSO rikjedenti jista' jitlob l-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mil-listi komuni skont il-mertu sakemm jintlaħaq il-volum totali tal-enerġija tal-ibbilanċjar. Il-volum totali tal-enerġija tal-ibbilanċjar li jista' jiġi attivat mit-TSO rikjedenti mill-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar fil-listi komuni skont il-mertu jiġi kkalkulat bħala t-total tal-volumi ta':

(a)

offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar imressqa mit-TSO rikjedenti li ma jirriżultawx mill-kondiviżjoni tar-riżervi jew l-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar;

(b)

l-offerti tal-enerġija tal-ibbilanċjar imressqa minn TSOs oħra b'riżultat tal-kapaċità tal-ibbilanċjar akkwistata f'isem it-TSO rikjedenti;

(c)

l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar li jirriżultaw mill-kondiviżjoni tar-riżervi bil-kundizzjoni li t-TSOs l-oħra li jieħdu sehem fil-kondiviżjoni tar-riżervi ma jkunux diġà talbu l-attivazzjoni ta' dawk il-volumi kondiviżi.

13.   It-TSOs kollha jistgħu jistabbilixxu, fil-proposti għall-oqfsa ta' implimentazzjoni għall-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 19, 20 u 21, il-kundizzjonijiet jew sitwazzjonijiet li fihom il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 12 ma japplikawx. Meta TSO jitlob offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar li jisbqu l-limitu stabbilit fil-paragrafu 12, it-TSOs kollha l-oħra għandhom jiġu infurmati.

14.   Kull TSO jista' jiddikjara l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar ippreżentati lill-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni bħala mhux disponibbli għall-attivazzjoni mit-TSOs l-oħra, għaliex huma ristretti minħabba l-konġestjoni interna jew minħabba restrizzjonijiet marbuta mas-sigurtà operazzjonali fiż-żona ta' skedar tat-TSO tal-konnessjoni.

Artikolu 30

L-ipprezzar tal-enerġija tal-ibbilanċjar u tal-kapaċita transżonali li jintuża għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew it-tħaddim tal-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi

1.   Sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta għal regoli tal-issetiljar komuni applikabbli għall-iskambji intenzjonati kollha tal-enerġija b'riżultat tal-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar għall-proċess tar-restawr tal-frekwenza skont l-Artikoli 143 u 147 tar-Regolament (UE) 2017/1485, u l-proċess għar-rimpjazzament tar-riżervi skont l-Artikoli 144 u 148 tar-Regolament (UE) 2017/1485. Tali metodoloġija għandha:

(a)

tkun ibbażata fuq l-ipprezzar marġinali (pay-as-cleared);

(b)

tiddefinixxi kif l-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar attivati għal finijiet oħra minbarra l-ibbilanċjar tolqot il-prezz tal-enerġija, filwaqt li jiġi żgurat li tal-anqas l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar attivati għall-ġestjoni tal-konġestjoni interna ma għandhomx jiffissaw il-prezz marġinali tal-enerġija tal-ibbilanċjar;

(c)

tistabbilixxi tal-anqas prezz wieħed għall-enerġija tal-ibbilanċjar, għal kull perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ;

(d)

tagħti sinjali tal-prezzijiet u inċentivi korretti lill-parteċipanti tas-suq;

(e)

tqis il-metodu tal-ipprezzar fil-perjodi ta' żmien tal-ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

2.   Fil-każ li t-TSO jidentifikaw li huma meħtieġa limiti tekniċi tal-prezzijiet għall-funzjonament effiċjenti tas-suq, bħala parti mill-proposta skont il-paragrafu 1a, jistgħu jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għal prezzijiet massimi u minimi armonizzati għall-enerġija tal-ibbilanċjar, li jkunu jinkludu prezzijiet tal-offerti u tal-ikklerjar, li għandhom jiġu applikati fiż-żoni kollha ta' skedar. F'każ bħal dan, il-prezzijiet armonizzati minimi u massimi tal-enerġija tal-ibbilanċjar għandhom iqisu l-prezz tal-ikklerjar massimu u minimu għall-perjodi ta' żmien tal-ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont ir-Regolament (UE) 2015/1222

3.   Il-proposta skont il-paragrafu 1 għandha tiddefinixxi wkoll metodoloġija għall-ipprezzar tal-kapaċità transżonali li tintuża għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew għat-tħaddim tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi. Tali metodoloġija għandha tkun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2015/1222, u:

(a)

tirrifletti l-konġestjoni tas-suq;

(b)

tkun ibbażata fuq il-prezzijiet tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn offerti attivati għall-enerġija tal-ibbilanċjar, determinati skont il-metodu tal-ipprezzar tal-paragrafu 1(a), inkella, jekk applikabbli, dak imsemmi fil-paragrafu 5;

(c)

ma tapplika l-ebda tariffa addizzjonali għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew għat-tħaddim tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, ħlief tariffa għall-kumpens tat-telf jekk din it-tariffa titqies ukoll f'oqfsa ta' żmien oħra.

4.   Il-metodu ta' pprezzar armonizzat definit fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard u speċifiċi kollha stkon l-Artikolu 26(3)(a). Għal prodotti speċifiċi skont l-Artikolu 26(3)(b), it-TSO konċernat jista' jipproponi metodu ta' pprezzar differenti fil-proposta għal prodotti speċifiċi skont l-Artikolu 26.

5.   Fejn it-TSOs kollha jidentifikaw ineffiċjenzi fl-applikazzjoni tal-metodoloġija proposta skont il-paragrafu 1(a), jistgħu jitolbu emenda u jipproponu metodu ta' pprezzar alternattiv għal dak imsemmi fil-paragrafu 1(a). F'tali każ, it-TSOs kollha għandhom jagħmlu analiżi dettaljata li turi li metodu ta' pprezzar alternattiv huwa aktar effiċjenti.

Artikolu 31

Funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni

1.   It-TSOs kollha għandhom jistabbilixxu funzjoni ta' ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni skont l-Artikolu 29 u dan l-Artikolu għall-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn listi komuni skont il-mertu. Din il-funzjoni għandha tqis tal-anqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-proċessi ta' attivazzjoni u restrizzjonijiet tekniċi minn prodotti differenti tal-enerġija tal-ibbilanċjar;

(b)

is-sigurtà operazzjonali.

(c)

l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar inklużi fil-listi komuni skont il-mertu li huma kompatibbli;

(d)

il-possibbiltà li t-talbiet tal-attivazzjoni b'kontroazzjoni li jsiru mit-TSOs jiġu nnettjati.

(e)

it-talbiet ta' attivazzjoni mressqa mit-TSOs kollha;

(f)

il-kapaċità transżonali disponibbli.

2.   Il-listi komuni skont il-mertu għandhom jikkonsistu minn offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard. It-TSOs kollha għandhom jistabbilixxu l-listi komuni skont il-mertu meħtieġa għalll-prodotti standard. L-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar 'il fuq u 'l isfel għandhom ikunu separati f'listi komuni skont il-mertu differenti.

3.   Kull funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għandha tuża tal-anqas lista komuni skont il-mertu waħda għall-offerti tal-enerġija tal-ibbilanċjar 'il fuq u lista komuni skont il-mertu waħda għall-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar 'l isfel.

4.   It-TSOs għandhom jiżguraw li l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar imressqa għal-listi komuni skont il-mertu jkunu espressi f'euro u jirreferu għall-unità temporali tas-suq.

5.   Skont ir-rekwiżit għal prodotti standard għall-enerġija tal-ibbilanċjar, it-TSOs jistgħu joħolqu listi komuni skont il-mertu oħrajn.

6.   Kull TSO għandu jippreżenta t-talbiet għall-attivazzjoni tiegħu tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar lill-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni.

7.   Il-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għandha tagħżel l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar u titlob l-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar magħżula mit-TSOs tal-konnessjoni fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar, assoċjat mal-offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar, ikun konness.

8.   Il-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għandha tippreżenta l-konferma tal-offerti attivati għall-enerġija tal-ibbilanċjar lit-TSO li jitlob l-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar. Il-fornituri tas-servizz tal-ibbilanċjar attivat għandhom ikunu responsabbli li jwasslu l-volum mitlub sa tmiem il-perjodu ta' twassil.

9.   It-TSOs kollha li joperaw il-proċess għar-restawr tal-frekwenza u l-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi biex jibbilanċjaw iż-żona LFC, għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mil-listi komuni skont il-mertu rilevanti sabiex jibbilanċjaw is-sistema bl-aktar mod effiċjenti, filwaqt li titqies is-sigurtà operazzjonali.

10.   It-TSOs li ma jużawx l-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi biex jibbilanċjaw iż-żona LFC, għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw l-offerti kollha għall-enerġija tal-ibbilanċjar mil-listi komuni skont il-mertu rilevanti għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenzasabiex jibbilanċjaw is-sistema bl-aktar mod effiċjenti, filwaqt li titqies is-sigurtà operazzjonali.

11.   Ħlief fl-istat normali, it-TSOs jistgħu jiddeċiedu li jibbilanċjaw is-sistema billi jużaw biss l-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar fiż-żona ta' kontroll tagħhom jekk tali deċiżjoni tgħin biex tittaffa s-severità tal-qagħda attwali tas-sistema. It-TSO għandu għandu jippubblika ġustifikazzjoni għal tali deċiżjoni mingħajr dewmien żejjed.

KAPITOLU 2

Il-kapaċità tal-ibbilanċjar

Artikolu 32

Ir-regoli tal-akkwist

1.   It-TSOs tal-blokka tal-LFC għandhom, regolarment u tal-anqas darba fis-sena, jirrevedu u jiddefinixxu r-rekwiżiti tar-riżerva tal-kapaċità għall-blokka LFC jew iż-żoni ta' skedar tal-blokka LFC skont ir-regoli ta' dimensjonament kif jissemmew fl-Artikoli 127, 157 u 160 tar-Regolament (UE) 2017/1485. Kull TSO għandu jwettaq analiżi dwar il-provvista ottimali tal-kapaċità tar-riżerva li timmira għall-minimizzazzjoni tal-kostijiet marbuta mal-forniment tal-kapaċità tar-riżerva. Din l-analiżi għandha tqis l-għażliet li ġejjin għall-provvista tal-kapaċità tar-riżerva:

(a)

l-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar fiż-żona ta' kontroll u l-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar ma' TSOs ġirien, fejn applikabbli;

(b)

il-qsim tar-riżervi, fejn applikabbli;

(c)

il-volum tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar mhux kuntrattati u li mistennija jkunu disponibbli kemm fiż-żona ta' kontroll tagħhom u fi ħdan il-pjattaformi Ewropej fid-dawl tal-kapaċità transżonali disponibbli.

2.   Kull TSO li jakkwista l-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jiddefinixxi r-regoli għall-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar fil-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar żviluppati skont l-Artikolu 18. Ir-regoli għall-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

il-metodu tal-akkwist għandu jkun ibbażat fis-suq tal-anqas għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u r-riżervi ta' rimpjazzament;

(b)

il-proċess tal-akkwist għandu jitwettaq fuq bażi ta' żmien qasir sa fejn jista' jkun u fejn dan ikun ekonomikament effiċjenti;

(c)

il-volum kuntrattat jista' jinqasam f'diversi perjodi kuntrattwali.

3.   L-akkwisti tal-kapaċità tal-bbilanċjar 'il fuq u 'l isfel għallinqas għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u għar-riżervi ta' rimpjazzament għandhom isiru separatament. Kull TSO jista' jippreżenta proposta lill-awtorità regolatorja rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE fejn jitlob eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit. Il-proposta għall-eżenzjoni għandha tinkludi:

(a)

speċifikazzjoni tal-perjodu ta' żmien li matulu tapplika l-eżenzjoni;

(b)

speċifikazzjoni tal-volum tal-kapaċità tal-ibbilanċjar li għalih tapplika l-eżenzjoni;

(c)

analiżi tal-impatt ta' tali eżenzjoni fuq il-parteċipazzjoni tar-riżorsi tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 25(6)(b);

(d)

ġustifikazzjoni għall-eżenzjoni li turi li tali eżenzjoni twassal għal effiċjenza ekonomika ogħla.

Artikolu 33

L-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar

1.   Żewġ TSOs jew iktar li reċiprokament jiskambjaw jew lesti li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jiżviluppaw proposta għall-istabbiliment ta' regoli u proċessi komuni u armonizzati għall-iskambju u l-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar filwaqt li jirrispettaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32.

2.   Għajr meta jiġi applikat il-mudell TSO-BSP skont l-Artikolu 35, l-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar dejjem għandu jsir abbażi tal-mudell TSO-TSO fejn żewġ TSOs jew aktar jistabbilixxu metodu għall-akkwist komuni tal-kapaċità tal-ibbilanċjar fid-dawl tal-kapaċità transżonali disponibbli u l-limiti operazzjonali definiti fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti IV tat-Titolu VIII tar-Regolament (UE) 2017/1485.

3.   It-TSOs kollha li jiskambjaw fil-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jippreżentaw l-offerti kollha għall-kapaċità tal-ibbilanċjar mill-prodotti standard għall-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-akkwist tal-kapaċità. It-TSOs m'għandhom jimmodifikaw jew iżommu l-ebda offerta għall-kapaċità tal-ibbilanċjar u għandhom jinkluduhom fil-proċess tal-akkwist, ħlief fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 u l-Artikolu 27.

4.   It-TSOs kollha li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jiżguraw kemm id-disponibbiltà tal-kapaċità transżonali kif ukoll li ir-rekwiżiti tas-sigurtà operazzjonali stipulati fir-Regolament (UE) 2017/1485 huma ssodisfati, jew permezz ta':

(a)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-probabbiltà ta' kapaċità transżonali disponibbli wara ħin tal-għeluq tan-negozju transżonali tal-istess jum skont il-paragrafu 6;

(b)

il-metodoloġiji għall-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-perjodu taż-żmien tal-ibbilanċjar skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV.

5.   Kull TSO li juża l-metodoloġija għall-kalkolu tal-probabbiltà tal-kapaċità transżonali disponibbli wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali għandu jinforma lit-TSOs l-oħra fil-blokka LFC dwar ir-riskju ta' nuqqas ta' kapaċità ta' riżerva fiż-żona/i ta' skedar fiż-żona ta' kontroll tiegħu li jista' jolqot il-konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 157(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1485.

6.   It-TSOs li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u għar-riżervi ta' rimpjazzament jistgħu jiżviluppaw proposta għal metodoloġija għall-kalkolu tal-probabbiltà tal-kapaċità transżonali disponibbli wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata. Il-metodoloġija għandha tiddeskrivi, tal-anqas:

(a)

il-proċeduri għan-notifikar ta' TSOs oħra fil-blokka LFC;

(b)

deskrizzjoni tal-proċess biex issir valutazzjoni għall-perjodu rilevanti għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar;

(c)

il-metodu għall-valutazzjoni tar-riskju tan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-kapaċità transżonali minħabba qtugħ ippjanat jew mhux ippjanat u minħabba l-konġestjonijiet;

(d)

il-metodu għall-valutazzjoni tar-riskju ta' kapaċità tar-riżerva mhux suffiċjenti minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà tal-kapaċità transżonali;

(e)

ir-rekwiżiti għal soluzzjoni ta' rimedju fil-każ ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' kapaċità transżonali jew kapaċità ta' riżerva mhux suffiċjenti;

(f)

ir-rekwiżiti għall-analiżi ex-post u l-monitoraġġ tar-riskji;

(g)

ir-regoli sabiex jiġi żgurat l-issetiljar skont it-Titolu V.

7.   It-TSOs ma għandhomx iżidu l-marġni tal-affidabbiltà kkalkulat skont ir-Regolament (UE) 2015/1222 minħabba l-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u għar-riżervi ta' rimpjazzament.

Artikolu 34

Trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar

1.   Fiż-żona ġeografika li fiha l-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar ikun seħħ, it-TSOs għandhom jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar jittrasferixxu l-obbligi tagħhom li jipprovdu l-kapaċità tal-ibbilanċjar. It-TSO jew it-TSOs ikkonċernati jistgħu jitolbu eżenzjoni jekk il-perjodi tal-kuntratti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 32(2)(b) ikunu strettament ta' inqas minn ġimgħa.

2.   It-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jkun permess jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.   It-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandha tkun permessa jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar riċeventi jkun għadda l-proċess ta' kwalifikazzjoni għall-kapaċità tal-ibbilanċjar fejn iseħħ it-trasferiment;

(b)

it-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar ma tkunx mistennija tipperikola s-sigurtà operazzjonali;

(c)

it-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar ma tisboqx il-limiti operazzjonali stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti IV Titolu VIII tar-Regolament (UE) 2017/1485.

4.   Fil-każ li t-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jesiġi l-użu tal-kapaċità transżonali, tali trasferiment għandu jkun permess biss fil-każ li:

(a)

il-kapaċità transżonali meħtieġa biex isir it-trasferiment tkun diġà disponibbli minn proċessi ta' allokazzjoni preċedenti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV;

(b)

il-kapaċità transżonali hija disponibbli abbażi tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-probabbiltà ta' kapaċità transżonali disponibbli wara ħin tal-għeluq tan-negozju transżonali tal-istess jum skont l-Artikolu 33(6);

5.   Jekk TSO ma jippermettix it-trasferiment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, it-TSO ikkonċernat għandu jispjega għaliex it-trasferiment ġie rifjutat lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar involuti.

KAPITOLU 3

Il-mudell TSO-BSP

Artikolu 35

Skambju tas-servizzi tal-ibbilanċjar

1.   Żewġ TSOs jew aktar jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-awtoritajiet regolatorji rilevanti tagħhom, skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE, jiżviluppaw proposta għall-applikazzjoni tal-mudell TSO-BSP.

2.   Il-proposta għal applikazzjoni ta' mudell TSO-BSP għandha tinkludi:

(a)

analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji magħmula skont l-Artikolu 61, fejn jiġu identifikati l-effiċjenzi tal-mudell TSO-BSP applikat f'tal-anqas iż-żona/żoni ta' skedar tat-TSOs involuti;

(b)

il-perjodu ta' applikazzjoni mitlub;

(c)

deskrizzjoni tal-metodoloġija biex tiġi żgurata biżżejjed kapaċità transżonali skont l-Artikolu 33(6).

3.   Fejn japplika l-mudell TSO-BSP, it-TSOs rispettivi u l-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti fl-Artikolu 16(2), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 16(5) u l-Artikolu 29(9) għall-proċessi rilevanti.

4.   Fejn japplika l-mudell TSO-BSP, it-TSOs involuti għandhom jaqblu dwar ir-rekwiżiti tekniċi u kuntrattwali u dwar l-iskambji tal-informazzjoni għall-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar. It-TSO kontraenti u l-fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar għandhom jistabbilixxu arranġamenti kontrattwali abbażi tal-mudell TSO-BSP.

5.   Il-mudell TSO-BSP għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza jista' jiġi applikat biss fejn il-mudell TSO-BSP jiġi applikat ukoll għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza.

6.   Il-mudell TSO-BSP għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi ta' rimpjazzament jista' jiġi applikat fejn il-mudell TSO-BSP jiġi applikat għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għar-riżervi ta' rimpjazzament jew fejn wieħed miż-żewġ TSOs involuti ma joperax il-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi bħala parti mill-istruttura għall-kontroll tat-frekwenza tat-tagħbija skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485.

7.   Sa erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-iskambji kollha tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom ikunu bbażati fuq il-mudell TSO-TSO. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-mudell TSO-BSP għar-riżervi ta' rimpjazzament jekk wieħed miż-żewġ TSOs involuti ma joperax il-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi bħala parti mill-istruttura tal-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485.

TITOLU IV

IL-KAPAĊITÀ TRANSŻONALI GĦAS-SERVIZZI TAL-IBBILANĊJAR

KAPITOLU 1

L-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew il-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi

Artikolu 36

L-użu tal-kapaċità transżonali

1.   It-TSOs kollha għandhom jużaw il-kapaċità transżonali disponibbli, ikkalkulata skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 37 għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew għat-tħaddim tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi.

2.   Żewġ TSOs jew aktar li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar jistgħu jużaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar meta l-kapaċità transżonali tkun:

(a)

disponibbli skont l-Artikolu 33(6);

(b)

rilaxxata skont il-paragrafi 8 u 9 tal-Artikolu 38.

(c)

allokata skont l-Artikoli 40, 41 u 42.

Artikolu 37

Il-kalkolu tal-kapaċità transżonali

1.   Wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju transżonali tal-istess ġurnata, it-TSOs għandhom jaġġornaw kontinwament id-disponibbiltà tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew għat-tħaddim tal-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi. Il-kapaċità transżonali għandha tiġi aġġornata kull darba li porzjon tal-kapaċità transżonali tkun intużat jew fejn il-kapaċità transżonali tkun ġiet ikkalkulata mill-ġdid.

2.   Qabel l-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità skont il-paragrafu 3, it-TSOs għandhom jużaw il-kapaċità transżonali li jifdal wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju transżonali tal-istess ġurnata.

3.   Sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità għandhom jiżviluppaw metodoloġija għall-kalkolu tal-kapaċità transżonali fil-perjodu taż-żmien tal-ibbilanċjar għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew għat-tħaddim tal-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi. Tali metodoloġija għandha tevita d-distorsjonijiet tas-suq u għandha tkun konsistenti mal-kalkolu tal-kapaċità transżonali applikat fil-perjodu taż-żmien tal-istess ġurnata stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2015/1222.

KAPITOLU 2

L-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew kondiviżjoni tar-riżervi

Artikolu 38

Ir-rekwiżiti ġenerali

1.   Żewġ TSOs jew aktar jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-awtoritajiet regolatorji rilevanti tagħhom, skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE, iħejju proposta għall-applikazzjoni ta' wieħed mill-proċessi li ġejjin.

(a)

il-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni skont l-Artikolu 40;

(b)

il-proċess ta' allokazzjoni abbażi tas-suq skont l-Artikolu 41;

(c)

il-proċess ta' allokazzjoni abbażi tal-analiżi tal-effiċjenza ekonomika skont l-Artikolu 42.

Il-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tintuża għal dak l-għan sal-iskadenza tal-perjodu tal-kuntratt.

2.   Il-proposta għal applikazzjoni tal-proċess tal-allokazzjoni għandha tinkludi:

(a)

il-konfini taż-żoni tal-offerti, il-perjodu taż-żmien tas-suq, id-dewmien tal-applikazzjoni u l-metodoloġija li għandha tiġi applikata;

(b)

fil-każ ta' proċess tal-allokazzjoni bbażat fuq analiżi tal-effiċjenza ekonomika, il-volum ta' kapaċità transżonali allokata u l-analiżi tal-effiċjenza ekonomika reali li jiġġustifikaw l-effiċjenza ta' allokazzjoni bħal din.

3.   Sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta biex jarmonizzaw il-metodoloġija għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi skont il-perjodu ta' żmien f'konformità mal-Artikolu 40 u, fejn rilevanti, f'konformita mal-Artikoli 41 u 42.

4.   Il-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi għandha tintuża esklussivament għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali, għar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika u għar-riżervi ta' rimpjazzament. Il-marġni tal-affidabbiltà kkalkulat skont ir-Regolament (UE) 2015/1222 għandu jintuża għat-tħaddim u l-iskambju tar-riżervi għall-konteniment tal-frekwenzi, ħlief fuq l-interkonnetturi tal-Kurrent Dirett (DC) li għalihom il-kapaċità transżonali għat-tħaddim u l-iskambju tar-riżervi tista' tiġi wkoll allokata skont il-paragrafu 1.

5.   It-TSOs jistgħu jallokaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi biss jekk il-kapaċità transżonali tiġi kkalkulata skont il-metodoloġiji għall-kalkolu tal-kapaċità żviluppati skont ir-Regolamenti (UE) 2015/1222 u (UE) 2016/1719.

6.   It-TSOs għandhom jinkludu l-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi bħala kapaċità transżonali diġà allokata fil-kalkolu tal-kapaċità transżonali.

7.   Jekk id-detenturi tad-drittijiet ta' trażmissjoni fiżiċi jużaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-kapaċità għandha titqies bħala nnominata biss bl-għan li tiġi eskluża mill-applikazzjoni tal-prinċipju “uża jew bigħ” (UIOSI).

8.   It-TSOs kollha li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi għandhom jivvalutaw regolarment jekk il-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi għadhiex meħtieġa għal dak l-għan. Fejn jiġi allokat il-proċess tal-allokazzjoni abbażi tal-analiżi tal-effiċjenza ekonomika, din il-valutazzjoni għandha ssir tal-anqas darba kull sena. Meta l-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi ma tibqax meħtieġa, għandha tiġi rilaxxata malajr kemm jista' jkun u rritornata fil-meded taż-żmien sussegwenti tal-allokazzjoni tal-kapaċità. Kapaċità transżonali bħal din m'għandhiex tibqa' inkluża bħala kapaċità transżonali diġà allokata fil-kalkolu tal-kapaċità transżonali.

9.   Fejn il-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi ma tkunx intużat għall-iskambju assoċjat tal-enerġija tal-ibbilanċjar, din għandha tiġi rilaxxata għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar b'ħinijiet tal-attivazzjoni iqsar jew għat-tħaddim tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi.

Artikolu 39

Kalkolu tal-valur tas-suq tal-kapaċità transżonali

1.   Il-valur tas-suq tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija u għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-qsim tar-riżervi użat fil-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni jew fil-proċess tal-allokazzjoni bbażat fis-suq għandu jkun imsejjes fuq il-valuri reali jew previsti tas-suq tal-kapaċità transżonali.

2.   Il-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-offerti tal-parteċipant fis-swieq tal-ġurnata bil-quddiem, u fejn dan ikun rilevanti u possibbli, għandhom jitqiesu l-offerti mistennija mill-parteċipanti fis-swieq tal-istess ġurnata.

3.   Il-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar użata fil-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni jew fil-proċess tal-allokazzjoni bbażat fis-suq għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-offerti ppreżentati lill-funzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-akkwist tal-kapaċità skont l-Artikolu 33(3).

4.   Il-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-kondiviżjoni tar-riżervi użat fil-proċess kootimizzat tal-allokazzjoni jew fil-proċess tal-allokazzjoni bbażat fis-suq għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-kostijiet evitati tal-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar.

5.   Il-valur previst tas-suq tal-kapaċità transżonali għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-prinċipji alternattivi li ġejjin:

(a)

l-użu ta' indikaturi trasparenti tas-suq li jiżvelaw il-valur tas-suq tal-kapaċità transżonali; jew

(b)

l-użu ta' metodoloġija tat-tbassir li tippermetti l-valutazzjoni akkurata u affidabbli tal-valur tas-suq tal-kapaċità transżonali.

Il-valur tas-suq previst tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija bejn iż-żoni tal-offerti għandu jiġi kkalkulat abbaż tad-differenzi mistennija fil-prezzijiet tas-suq tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem u, fejn rilevanti u possibbli, is-swieq tal-istess ġurnata bejn iż-żoni tal-offerti. Meta jkun qiegħed jiġi kkalkulat il-valur tas-suq previst, għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq fatturi azzjonali rilevanti li jinfluwenzaw ix-xejriet tad-domanda u tal-ġenerazzjoni fiż-żoni tal-offerti differenti.

6.   L-effiċjenza tal-metodoloġija tat-tbassir skont il-paragrafu 5(b), inkluż tqabbil tal-valuri tas-suq imbassra u dawk reali tal-kapaċità transżonali, tista' tiġi riveduta mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. Fejn il-kuntrattar isir mhux aktar minn jumejn qabel il-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti jistgħu, wara din ir-reviżjoni, jistabilixxu limitu ieħor għajr dak speċifikat fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 40

Proċess koottimizzat tal-allokazzjoni

1.   Sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs għandhom jiżviluppaw proposta għall-metodoloġija tal-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi. Din il-metodoloġija għandha tapplika għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi b'perjodu tal-kuntratt ta' mhux aktar min ġurnata u fejn il-kuntratt isir mhux aktar minn jum qabel il-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar. Il-metodoloġija għandha tinkludi:

(a)

il-proċess ta' notifika għall-użu tal-proċess koottimazat tal-allokazzjoni:

(b)

deskrizzjoni dettaljata ta' kif għandha tiġi allokata l-kapaċità transżonali għal offerti għall-iskambju tal-enerġija u offerti għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi fi proċess uniku ta' ottimizzazzjoni mwettaq kemm għall-irkanti impliċi kif ukoll dawk espliċiti;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodu tal-ipprezzar, ir-reġim taċ-ċertezza u l-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni għall-kapaċità transżonali li tkun ġiet allokata għal offerti għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi permezz tal-proċess koottimizzat għall-allokazzjoni;

(d)

il-proċess biex jiġi definit il-volum massimu ta' kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi.

2.   Din il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq tqabbil tal-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi u l-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija.

3.   Il-metodu tal-ipprezzar, ir-reġim taċ-ċertezza u l-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni għall-kapaċità transżonali li tkun ġiet allokata għal offerti għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi permezz tal-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni għandhom jiżguraw it-trattament ugwali mal-kapaċità transżonali allokata għal offerti għall-iskambju tal-enerġija.

4.   Il-kapaċità transżonali, allokata għal offerti għall-iskambju tal-kapaċità transżonali jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi permezz tal-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni, għandha tintuża biss għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi u l-iskambju assoċjat tal-enerġija tal-ibbilanċjar.

Artikolu 41

Proċess ta' allokazzjoni bbażat fis-suq

1.   Sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità jistgħu jiżviluppaw proposta għal metodoloġija tal-proċess għall-allokazzjoni bbażat fuq is-suq tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi. Din il-metodoloġija għandha tapplika għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi b'perjodu tal-kuntratt ta' mhux aktar min ġurnata u fejn il-kuntratt isir mhux aktar minn ġimgħa qabel il-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar. Il-metodoloġija għandha tinkludi:

(a)

il-proċess ta' notifika għall-użu tal-proċess għall-allokazzjoni bbażat fis-suq:

(b)

deskrizzjoni dettaljata ta' kif jiġi ddeterminat il-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi, u l-valur tas-suq imbassar għall-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija, u jekk applikabbli, il-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għalll-iskambji tal-enerġija u l-valur tas-suq imbassar għall-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi.

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodu tal-ipprezzar, ir-reġim taċ-ċertezza u l-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni għall-kapaċità transżonali li tkun ġiet allokata għal offerti għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi permezz tal-proċess għall-allokazzjoni bbażat fis-suq;

(d)

il-proċess biex jiġi definit il-volum massimu ta' kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi skont il-paragrafu 2.

2.   Il-kapaċità transżonali allokata fi proċess ibbażat fis-suq għandha tkun limitata għal 10 % tal-kapaċità disponibbli għall-iskambju tal-enerġija tas-sena kalendarja rilevanti preċedenti bejn iż-żoni tal-offerti rispettivi jew, fil-każ ta' interkonnetturi ġodda, 10 % tal-kapaċità teknika totali installata ta' dawk l-interkonnetturi l-ġodda.

Il-limitazzjoni tal-volum tista' ma tapplikax fejn il-kuntrattar isir mhux aktar tard minn jumejn qabel il-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għal konfini taż-żoni tal-offerti konnessi permezz ta' interkonnetturi DC sakemm jiġi armonizzat il-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni fuq il-livell tal-UE skont l-Artikolu 38(3).

3.   Din il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq paragun bejn il-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi, u l-valur tas-suq imbassar tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, jew fuq paragun tal-valur tas-suq stmat tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi, u l-valur tas-suq reali tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija.

4.   Il-metodu tal-ipprezzar, ir-reġim taċ-ċertezza u l-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni għall-kapaċità transżonali li tkun ġiet allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi permezz tal-proċess ibbażat fis-suq għandhom jiżguraw it-trattament ugwali mal-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-enerġija.

5.   Il-kapaċità transżonali, allokata għall-iskambju tal-kapaċità transżonali jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi permezz tal-proċess għall-allokazzjoni bbażat fis-suq, għandha tintuża biss għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi u l-iskambju assoċjat tal-enerġija tal-ibbilanċjar.

Artikolu 42

Proċess ta' allokazzjoni abbażi tal-analiżi tal-effiċjenza ekonomika

1.   Sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità jistgħu jiżviluppaw proposta għal metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika. Tali metodoloġija għandha tapplika għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi b'perjodu tal-kuntratt ta' aktar min ġurnata u fejn il-kuntratt isir aktar minn ġimgħa qabel il-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar. Il-metodoloġija għandha tinkludi:

(a)

ir-regoli u l-prinċipji għall-allokazzjoni tal-kapaċità abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika;

(b)

deskrizzjoni dettaljata ta' kif jiġi ddeterminat il-valur imbassar tas-suq tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi, u valutazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija.

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodu tal-ipprezzar, ir-reġim taċ-ċertezza u l-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni għall-kapaċità transżonali li tkun ġiet allokata abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika;

(d)

il-volum massimu ta' kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi skont il-paragrafu 2.

2.   L-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika għandha tkun limitata għal 5 % tal-kapaċità disponibbli għall-iskambju tal-enerġija tas-sena kalendarja rilevanti preċedenti bejn iż-żoni tal-offerti rispettivi jew, fil-każ ta' interkonnetturi ġodda, 10 % tal-kapaċità teknika totali installata ta' dawk l-interkonnetturi l-ġodda. Din il-limitazzjoni tal-volum tista' ma tapplikax għal konfini taż-żoni tal-offerti konnessi permezz ta' interkonnetturi DC sakemm jiġi armonizzat il-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni fuq il-livell tal-UE skont l-Artikolu 38(3).

3.   Il-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika għandha tkun ibbażata fuq tqabbil tal-valur tas-suq imbassar tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi u l-valur tas-suq previst tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija.

4.   Il-metodu tal-ipprezzar, ir-reġim taċ-ċertezza u l-kondiviżjoni tal-introjtu mill-konġestjoni għall-kapaċità transżonali li tkun ġiet allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi abbażi tal-analiżi tal-effiċjenza ekonomika għandhom jiżguraw it-trattament ugwali mal-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-enerġija.

5.   It-TSOs li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom jiżviluppaw proposta għal lista għal kull allokazzjoni individwali tal-kapaċità transżonali abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika. Dik il-lista għandha tinkludi:

(a)

L-ispeċifikazzjoni tal-konfini taż-żona tal-offerti;

(b)

il-volum tal-kapaċità transżonali allokata;

(c)

il-perjodu li fih il-kapaċità transżonali tkun allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi;

(d)

l-analiżi ekonomika li tiġġustifika l-effiċjenza ta' din l-allokazzjoni.

6.   It-TSOs li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom jerġgħu jivvalutaw mill-ġdid il-valur tal-kapaċità transżonali allokata fil-proċess tal-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u jirrilaxxar il-kapaċità transżonali allokata li ma tkunx baqgħet ta' benefiċċju għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi.

Artikolu 43

Użu tal-kapaċità transżonali mill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar li jkollhom kuntratt għall-kapaċità tal-ibbilanċjar ma' TSO abbażi ta' mudell TSO-BSP skont l-Artikolu 35 għandu jkollhom id-dritt li jużaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jekk ikunu d-detenturi ta' drittijiet fiżiċi tat-trażmissjoni.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar li użaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar abbażi ta' mudell TSO-BSP skont l-Artikolu 35 għandhom jinnominaw id-drittijiet fiżiċi tat-trażmissjoni tagħhom għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar lit-TSOs ikkonċernati. Drittaijiet fiżiċi tat-trażmissjoni bħal dawn għandhom jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom biex jinnominaw l-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar lit-TSOs ikkonċernati u għalhekk għandhom jiġu esklużi mill-prinċipju UIOSI.

3.   Fil-kalkoli tal-kapaċità transżonali, il-kapaċità transżonali allokata għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar skont il-paragrafu 2 għandha tiġi inkluża bħala kapaċità transżonali diġà allokata.

TITOLU V

SETILJAR

KAPITOLU 1

Il-prinċipji tal-issetiljar

Artikolu 44

Il-prinċipji ġenerali

1.   Il-proċess tal-issetiljar għandu:

(a)

jistabbilixxi sinjali ekonomiċi adegwati li jirriflettu s-sitwazzjoni tal-iżbilanċ;

(b)

jiżgura li l-iżbilanċi jitħallsu bi prezz li jirrifletti l-valur tal-enerġija f'ħin reali;

(c)

jagħti inċentiv lill-partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar sabiex ikunu bilanċjati jew jgħinu lis-sistema sabiex tirrestawra l-bilanċ tagħha;

(d)

jiffaċilita l-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi għall-issetiljar tal-iżbilanċ;

(e)

jagħti inċentivi lit-TSOs biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 127, l-Artikolu 153, l-Artikolu 157 u l-Artikolu 160 tar-Regolament (UE) 2017/1485;

(f)

jevita kull distorsjoni tal-inċentivi għall-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar, il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar u t-TSOs;

(g)

jappoġġa l-kompetizzjoni fost il-parteċipanti fis-suq;

(h)

jagħti inċentivi lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar biex joffru u jipprovdu servizzi tal-ibbilanċjar lit-TSO tal-konnessjoni;

(i)

jiżgura n-newtralità finanzjarja tat-TSOs kollha.

2.   Kull awtorità regolatorja rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE għandha tiżgura li t-TSOs kollha fil-kompetenza tagħha ma jagħmlu qligħ jew iġarrbu telf fir-rigward tar-riżultat finanzjarju tal-issetiljar skont il-Kapitoli 2, 3 u 4 ta' dan it-Titolu, matul il-perjodu regolatorju kif definit mill-awtorità regolatorja rilevanti, u għandha tiżgura li kwalunkwe riżultat finanzjarju pożittiv jew negattiv li jirriżulta mill-issetiljar skont il-Kapitoli 2, 3 u 4 ta' dan it-Titolu jgħaddu għand l-utenti tan-netwerk skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

3.   Kull TSO jista' jiżviluppa proposta għal mekkaniżmu tal-issetiljar addizzjonali separat mill-issetiljar tal-iżbilanċ, għall-ħlas tal-kostijiet tal-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar skont il-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu, kostijiet amministrattivi u kostijiet oħra marbuta mal-ibbilanċjar. Il-mekkaniżmu tal-issetiljar addizzjonali għandu japplika għall-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar. Dan għandu jinkiseb preferibbilment bl-introduzzjoni ta' funzjoni ta' pprezzar f'każ ta' nuqqas. Jekk it-TSOs jagħżlu mekkaniżmu ieħor, għandhom jiġġustifikawh fil-proposta. Tali proposta għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti.

4.   Kull injezzjoni jew ġbid, fi jew minn żona ta' skedar ta' TSO, għandha titħallas skont il-Kapitolu 3 jew il-Kapitolu 4 tat-Titolu V.

KAPITOLU 2

L-issetiljar tal-enerġija tal-ibbilanċjar

Artikolu 45

Kalkolu tal-enerġija tal-ibbilanċjar

1.   Fir-rigward tal-issetiljar tal-enerġija tal-ibbilanċjar tal-anqas għall-proċess għar-restawr tal-frekwenza u l-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi, kull TSO għandu jistabbilixxi proċedura għall-:

(a)

kalkolu tal-volum attivat ta' enerġija tal-ibbilanċjar abbażi tal-attivazzjoni mitluba jew imkejla;

(b)

ikklejmjar tal-kalkolu mill-ġdid tal-volum attivat ta' enerġija tal-ibbilanċjar.

2.   Kull TSO għandu jikkalkula l-volum attivat tal-enerġija tal-ibbilanċjar skont il-proċeduri tal-paragrafu 1(a), tal-anqas għal:

(a)

kull perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ;

(b)

iż-żoni tal-iżbilanċ tiegħu;

(c)

kull direzzjoni, b'sing li jindika l-ġbid minn fornitur tas-servizzi tal-ibbilanċjar, u salib li jindika injezzjoni relattiva mill-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar.

3.   Kull TSO tal-konnessjoni għandu jħallas lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar kkonċernati, għall-volumi attivati tal-enerġija tal-ibbilanċjar ikkalkulati skont il-paragrafu 2.

Artikolu 46

Ibbilanċjar tal-enerġija għall-proċess għall-konteniment tal-frekwenza

1.   Kull TSO tal-konnessjoni jista' jikkalkula u jħallas lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar għall-volum tal-enerġija tal-ibbilanċjar fil-proċess għall-konteniment tal-frekwenza, skont il-paragrafu 1 u 2 tal-Artikolu 45.

2.   Il-prezz, hux pożittiv, żero jew negattiv tal-volum tal-enerġija tal-ibbilanċjar attivat fil-proċess għall-konteniment tal-frekwenza għandu jkun definit għal kull direzzjoni kif definit fit-Tabella 1:

Tabella 1

Ħlas għall-enerġija tal-ibbilanċjar

 

Prezz pożittiv għall-ibbilanċjar tal-enerġija

Prezz negattiv għall-ibbilanċjar tal-enerġija

Enerġija tal-ibbilanċjar pożittiva

Ħlas mit-TSO lill-BSP

Ħlas mill-BSP lit-TSO

Enerġija tal-ibbilanċjar negattiva

Ħlas mill-BSP lit-TSO

Ħlas mit-TSO lill-BSP

Artikolu 47

Enerġija tal-ibbilanċjar għall-proċess għar-restawr tal-frekwenza

1.   Kull TSO tal-konnessjoni għandu jikkalkula u jħallas lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar għall-volum tal-enerġija tal-ibbilanċjar fil-proċess għar-restawr tal-frekwenza, skont il-paragrafu 1 u 2 tal-Artikolu 45.

2.   Il-prezz, hux pożittiv, żero jew negattiv tal-volum tal-enerġija tal-ibbilanċjar attivat fil-proċess għar-restawr tal-frekwenza għandu jkun definit għal kull direzzjoni skont l-Artiklu 30 kif definit fit-Tabella 1.

Artikolu 48

Enerġija tal-ibbilanċjar għall-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi

1.   Kull TSO tal-konnessjoni għandu jikkalkula u jħallas lill-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar għall-volum tal-enerġija tal-ibbilanċjar fil-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi, skont il-paragrafu 1 u 2 tal-Artikolu 45.

2.   Il-prezz, hux pożittiv, żero jew negattiv tal-volum tal-enerġija tal-ibbilanċjar attivat fil-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi għandu jkun definit għal kull direzzjoni skont l-Artiklu 30 kif definit fit-Tabella 1.

Artikolu 49

Aġġustament tal-iżbilanċ għall-parti responsabbli mill-ibbilanċjar

1.   Kull TSO għandu jikkalkula l-aġġustament tal-iżbilanċ li għandu jiġi applikat għall-partijiet responsabbli mill-bilanċ ikkonċernati għal kull offerta għall-enerġija tal-ibbilanċjar attivata.

2.   Għal żoni tal-iżbilanċ fejn jiġu kkalkulati diversi pożizzjonijiet finali għal parti waħda responsabbli mill-bilanċ skont l-Artikolu 54(3), jista' jiġi kkalkulat aġġustament tal-iżbilanċ wieħed għal kull pożizzjoni.

3.   Għal kull aġġustament tal-iżbilanċ, kull TSO għandu jiddetermina l-volum attivat ta' enerġija tal-ibbilanċjar, ikkalkulat skont l-Artikolu 45, kif ukoll kwalunkwe volum attivat għal finijiet oħra għajr l-ibbilanċjar.

KAPITOLU 3

L-issetiljar tal-iskambji tal-enerġija bejn it-tso

Artikolu 50

Skambji intenzjonati tal-enerġija

1.   Sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta għal regoli tal-issetiljar komuni applikabbli għall-iskambji intenzjonati kollha tal-enerġija b'riżultata ta' wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin skont l-Artikoli 146, 147 u 148 tar-Regolament (UE) 2017/1485, għal kull wieħed minn dawn:

(a)

il-proċess tar-rimpjazzament tariżervi;

(b)

il-proċess għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni manwali;

(c)

il-proċess għar-restawr tal-frekwenza b'attivazzjoni awtomatika;

(d)

il-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi.

2.   Kull funzjoni tal-issetiljar TSO-TSO għandha twettaq l-issetiljar f'konformità mar-regoli tal-issetiljar skont il-paragrafu 1.

3.   Sa tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha li jiskambjaw l-enerġija intenzjonalment f'żona sinkronika għandhom jiżviluppaw proposta għal regoli tal-issetiljar komuni applikabbli għall-iskambji intenzjonati tal-enerġija, b'riżultat ta' wieħed minn dawn, jew it-tnejn li huma:

(a)

il-proċess għall-konteniment tal-frekwenza skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) 2017/1485;

(b)

il-perjodu ta' varjazzjoni skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) 2017/1485;

4.   Sa tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha konnessi asinkronament i jiskambjaw l-enerġija intenzjonalment bejn iż-żoni sinkroniċi għandhom jiżviluppaw proposta għal regoli tal-issetiljar komuni applikabbli għall-iskambji intenzjonati tal-enerġija, b'riżultat ta' wieħed minn dawn, jew it-tnejn li huma:

(a)

il-proċess għall-konteniment tal-frekwenza għall-output tal-potenza attiva fuq il-livell taż-żona sinkronika skont l-Artikoli 172 u 173 tar-Regolament (UE) 2017/1485;

(b)

ir-restrizzjonijiet tal-varjazzjonijiet għall-output tal-potenza attiva fuq il-livell taż-żona sinkronika skont l-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) 2017/1485;

5.   Ir-regoli tal-issetiljar komuni skont il-paragrafu 1 għandhom jipprevedu tal-anqas li l-iskambju intenzjonati tal-enerġija jiġi kkalkulat abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

fuq perjodu maqbula fost it-TSOs rilevanti;

(b)

skont id-direzzjoni;

(c)

bħala l-parti integrali tal-interkambju tal-potenza kkalkulat matul il-perjodi stipulati skont il-paragrafu 5(a).

6.   Ir-regoli tal-issetiljar komuni tal-iskambji intenzjonali tal-enerġija f'konformità mal-paragrafi 1(a), 1(b) u 1(c) għandhom iqisu:

(a)

il-prezzijiet kollha tal-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 30(1);

(b)

il-metodoloġija għall-ipprezzar tal-kapaċità transżonali użata għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar f'konformita mal-Artikolu 30(3).

7.   Ir-regoli tal-issetiljar komuni tal-iskambji intenzjonali tal-enerġija skont il-paragrafu 1(d) għandhom iqisu l-metodoloġija għall-ipprezzar tal-kapaċità transżonali iżata għat-tħaddim tal-proċess tan-nettjar tal-iżbilanċi skont l-Artikolu 30(3).

8.   It-TSOs kollha għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu koordinat għall-aġġustamenti tal-issetiljar bejn it-TSOs kollha.

Artikolu 51

Skambji mhux intenzjonati tal-enerġija

1.   Sa tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha f'żona sinkronika għandhom jiżviluppaw proposta għal regoli tal-issetiljar komuni applikabbli għall-iskambji tal-enerġija mhux intenzjonati. Il-proposta għandha tinkludi r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-prezz għall-iskambji tal-enerġija mhux intenzjonati miġbuda miż-żona sinkronika għandu jirrifletti l-prezzijiet għall-enerġija tal-ibbilanċjar attivata 'l fuq għall-proċess għar-restawr tal-frekwenza jew għall-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi għal din iż-żona sinkronika;

(b)

il-prezz għall-iskambji tal-enerġija mhux intenzjonati injettati fiż-żona sinkronika għandu jirrifletti l-prezzijiet għall-enerġija tal-ibbilanċjar attivata 'l isfel għall-proċess għar-restawr tal-frekwenza jew għall-proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi għal din iż-żona sinkronika.

2.   Sa tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha konnessi asinkronikament għandhom jiżviluppaw proposta għal regoli tal-issetiljar komuni applikabbli għall-iskambji tal-enerġija mhux intenzjonati bejn TSOs konnessi asinkronikament.

3.   Il-proposti għal regoli komuni tal-issetiljar għal skambji mhux intenzjonati tal-enerġija bejn it-TSOs għandhom jiżguraw distribuzzjoni ġusta u ekwa tal-kostijiet u l-benefiċċji bejniethom.

4.   It-TSOs kollha għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu koordinat għall-aġġustamenti tal-issetiljar bejniethom.

KAPITOLU 4

L-issetiljar tal-iżbilanċi

Artikolu 52

L-issetiljar tal-iżbilanċi

1.   Kull TSO, jew, fejn rilevanti, parti terza, għandu, fiż-żona jew żoni ta' skedar tiegħu u meta dan ikun xieraq, jagħmel setiljar ma' kull parti responsabbli mill-ibbilanċjar għal kull perjodu ta' żbilanċ skont l-Artikolu 53, għall-iżbilanċi kollha kkalkulati skont l-Artikolu 49 u 54, fid-dawl tal-prezz xieraq tal-iżbilanċ ikkalkulat skont l-Artikolu 55.

2.   Sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw proposta biex ikomplu jispeċifikaw u jarmonizzaw tal-anqas:

(a)

il-kalkolu ta' aġġustament tal-iżbilanċ skont l-Artikolu 49 u l-kalkolu ta' pożizzjoni, żbilanċ u volum allokat skont wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 54(3);

(b)

il-komponenti ewlenin użati għall-kalkolu tal-prezz tal-iżbilanċ għall-iżbilanċi kollha msemmija fl-Artikolu 55, inkluż, fejn xieraq, definizzjoni tal-valur tal-attivazzjoni evitata tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza jew riżervi ta' rimpjazzament;

(c)

l-użu tal-ipprezzar tal-iżbilanċi uniku għall-iżbilanċi kollha skont l-Artikolu 55, li jiddefinixxi prezz uniku għall-iżbilanċi pożittivi u żbilanċi negattivi għal kull żona tal-prezz tal-iżbilanċ f'perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ; kif ukoll

(d)

id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet u l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-ipprezzar doppju tal-iżbilanċ għall-iżbilanċi kollha skont l-Artikolu 55, li jiddefinixxi prezz wieħed għall-iżbilanċi pożittivi u prezz għall-iżbilanċi negattivi għal kull żona tal-prezz tal-iżbilanċ f'perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċi, li jinkludu:

(i)

kundizzjonijiet dwar meta TSO jista' jipproponi lill-awtorità regolatorja rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE li jiġi applikat l-ipprezzar doppju u l-ġustifikazzjoni li trid tiġi pprovduta;

(ii)

il-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-ipprezzar doppju.

3.   Il-proposta skont il-paragrafu 2 tista' tiddistingwi bejn mudelli tal-awtodispaċċ u dawk tad-dispaċċ ċentrali.

4.   Il-proposta skont il-paragrafu 2 għandha tipprovdi data tal-implimentazzjoni mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti kolha skont l-Artikolu 5(2).

Artikolu 53

Perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċi

1.   Sa tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom japplikaw il-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ ta' 15-il minuta fiż-żoni ta' skedar kollha filwaqt li jiżguraw li l-konfini kollha tal-unità temporali tas-suq jikkoinċidu mal-konfini tal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ.

2.   It-TSOs ta' żona sinkronika jistgħu jitolbu, flimkien, eżenzjoni mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1.

3.   Fejn l-awtoritajiet regolatorji ta' żona sinkronika jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 fuq talba konġunta mingħand it-TSOs fiż-żona sinkronika kkonċernata jew fuq inizjattiva tagħhom stess, għandhom iwettqu, b'koperazzjoni mal-Aġenzija u tal-anqas darba kull tliet snin, analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji rigward l-armonizzazzjoni tal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ fiż-żoni sinkroniċi u bejniethom.

Artikolu 54

Kalkolu tal-iżbilanċ

1.   Kull TSO għandu jikkalkula fiż-żona jew żoni ta' skedar tieħu u meta jkun xieraq, il-pożizzjoni finali, il-volum allokat, l-aġġustament tal-iżbilanċ u l-iżbilanċ:

(a)

għal kull parti responsabbli mill-ibbilanċjar;

(b)

għal kull perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ;

(c)

għal kull żona tal-iżbilanċ.

2.   Iż-żona tal-iżbilanċ għandha tkun ugwali għaż-żona ta' skedar, ħlief fil-każ ta' mudell ta' dispaċċ ċentrali, fejn iż-żona tal-iżbilanċ tista' tikkostitwixxi parti minn żona ta' skedar.

3.   Sal-implimentazzjoni tal-proposta skont l-Artikolu 52(2), kull TSO għandu jikkalkula l-pożizzjoni finali ta' parti responsabbli mill-ibbilanċjar permezz ta' wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(a)

il-parti responsabbli mill-ibbilanċjar ikollha pożizzjoni finali unika ugwali għat-total tal-iskedi kummerċjali esterni tan-negozjar u l-iskedi kummerċjali interni tan-negozjar;

(b)

il-parti responsabbli mill-ibbilanċjar ikollha żewġ pożizzjonijiet finali;: l-ewwel waħda tkun daqs it-total tal-iskedi kummerċjali esterni tan-negozjar tagħha u l-iskedi kummerċjali interni tan-negozjar mill-ġenerazzjoni, u t-tieni tkun daqs it-total tal-iskedi kummerċjali esterni tan-negozjar tagħha u l-iskedi kummerċjali interni tan-negozjar mill-konsum;

(c)

f'mudell ta' dispaċċ ċentrali, parti resonsabbli mill-ibbilanċjar jista' jkollha diversi pożizzjonijiet finali għal kull żona tal-iżbilanċ ugwali għall-iskedi tal-ġenerazzjoni tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew l-iskedi tal-konsum tal-faċilitajiet tad-domanda.

4.   Kull TSO għandu jistabbilixxi r-regoli għal:

(a)

il-kalkolu tal-pożizzjoni finali;

(b)

id-determinazzjoni tal-volum allokat;

(c)

id-determinazzjoni tal-aġġustament tal-iżbilanċi skont l-Artikolu 49;

(d)

il-kalkolu tal-iżbilanċ;

(e)

ikklejmjar biex jerġa' jiġi kkalkulat l-iżbilanċ minn parti responsabbli mill-ibbilanċjar.

5.   Il-volum allokat ma għandux jiġi kkalkulat għal parti responsabbli mill-ibbilanċjar li ma tkoprix injezzjonijiet jew ġbid.

6.   Żbilanċ għandu jindika d-daqs u d-direzzjoni tat-tranżazzjoni tal-issetiljar bejn il-parti responsabbli mill-ibbilanċjar u t-TSO; żbilanċ jista' jkollu, alternattivament:

(a)

sinjal negattiv, li jindika kwantità nieqsa fuq in-naħa tal-parti responsabbli mill-ibbilanċjar;

(b)

sinjal pożittiv, li jindika kwantità żejda fuq in-naħa tal-parti responsabbli mill-ibbilanċjar;

Artikolu 55

Prezz tal-iżbilanċ

1.   Kull TSO għandu jistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu tal-prezz tal-iżbilanċ, li jista' jkun pożittiv, żero jew negattiv, kif definit fit-Tabella 2:

Tabella 2

Ħlas għall-iżbilanċ

 

Prezz pożittiv tal-iżbilanċ

Prezz negattiv tal-iżbilanċ

Żbilanċ pożittiv

Ħlas mit-TSO lill-BRP

Ħlas mill-BRP lit-TSO

Żbilanċ negattiv

Ħlas mill-BRP lit-TSO

Ħlas mit-TSO lill-BRP

2.   Ir-regoli skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu definizzjoni tal-valur ta' attivazzjoni evitata tal-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza jew riżervi ta' rimpjazzament.

3.   Kull TSO għandu jiddetermina l-prezz tal-iżbilanċ għall:

(a)

kull perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ;

(b)

iż-żoni tal-prezz tal-iżbilanċ tiegħu;

(c)

kull direzzjoni tal-iżbilanċ.

4.   Il-prezz tal-iżbilanċ għal żbilanċ negattiv m'għandux ikun inqas minn:

(a)

il-prezz medju ponderat għall-enerġija tal-ibbilanċjar pożittiva attivata minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza u riżervi ta' rimpjazzament; inkella,

(b)

fil-każ li ma tkun seħħet l-ebda attivazzjoni tal-enerġija tal-ibbilanċjar fi kwalunkwe direzzjoni matul il-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ, il-valur tal-attivazzjoni tal-enerġija tal-ibbilanċjar evitata minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza jew riżervi ta' rimpjazzament.

5.   Il-prezz tal-iżbilanċ għal żbilanċ pożittiv m'għandux ikun aktar minn:

(a)

il-prezz medju ponderat għall-enerġija tal-ibbilanċjar negattiva attivata minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza u riżervi ta' rimpjazzament; inkella,

(b)

fil-każ li ma tkun seħħet l-ebda attivazzjoni tal-enerġija tal-ibbilanċjar fi kwalunkwe direzzjoni matul il-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ, il-valur tal-attivazzjoni tal-enerġija tal-ibbilanċjar evitata minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza jew riżervi ta' rimpjazzament.

6.   Fil-każ li tkun ġiet attivata kemm enerġija tal-ibbilanċjar pożittiva kif ukoll negattiva minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza jew minn riżervi ta' rimpjazzament matul l-istess perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ, il-prezz tal-issetiljar tal-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat għal żbilanċ pożittiv u żbilanċ negattiv abbażi ta' mill-anqas wieħed mill-prinċipji msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

KAPITOLU 5

L-issetiljar tal-kapaċità tal-ibbilanċjar

Artikolu 56

Akkwist fi ħdan żona tal-iskedar

1.   Kull TSO ta' żona tal-iskedar li juża l-offerti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jistabbilixxi regoli għal tal-anqas l-issetiljar tar-riżervi għar-restawr tal-frekwenza u r-riżervi ta' rimpjazzament skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32.

2.   Kull TSO ta' żona tal-iskedar li juża l-offerti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jwettaq l-issetiljar tar-riżervi kollha akkwistati għar-restawr tal-frekwenza u ta' rimpjazzament skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32.

Artikolu 57

Akkwist barra miż-żona tal-iskedar

1.   It-TSOs kollha li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jistabbilixxu regoli għall-issetiljar tal-kapaċità tal-ibbilanċjar akkwistata skont l-Artikolu 33 u l-Artikolu 35.

2.   It-TSOs kollha li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom flimkien iwettqu setiljar tal-kapaċità tal-ibbilanċjar akkwistata permezz tal-funzjoni tal-issetiljar TSO-TSO msemmija fl-Artikolu 33. It-TSOs li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar abbażi ta' mudell TSO-BSP għandhom iwettqu setiljar tal-kapaċità tal-ibbilanċjar akkwistata skont l-Artikolu 35.

3.   It-TSOs kollha li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jistabbilixxu regoli għall-issetiljar tal-kapaċità transżonali allokata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV.

4.   It-TSOs kollha li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom iwettqu setiljar tal-kapaċità transżonali allokata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV.

TITOLU VI

ALGORITMU

Artikolu 58

Algoritmi tal-ibbilanċjar

1.   Fil-proposti skont l-Artikoli 19, 20 u 21, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw l-algoritmi li għandhom jitħaddmu mill-funzjonijiet tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għall-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar. Dawk l-algoritmi għandhom:

(a)

jirrispettaw il-metodu tal-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 29;

(b)

jirrispettaw il-metodu tal-ipprezzar għall-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 30;

(c)

iqisu d-deskrizzjonijiet tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi u l-attivazzjoni transfruntiera skont il-Parti IV Titolu III tar-Regolament (UE) 2017/1485.

2.   Fil-proposta skont l-Artikolu 22, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw algoritmu li għandu jitħaddem permezz tal-funzjoni tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi. Dan l-algoritmu għandu jnaqqas il-kontroattivazzjoni tar-riżorsi tal-ibbilanċjar permezz tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485.

3.   Fil-proposta skont l-Artikolu 33 żewġ TSOs jew aktar li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jiżviluppaw l-algoritmi li għandhom jitħaddmu mill-funzjonijiet tal-ottimizzazzjoni tal-akkwist tal-kapaċità għall-akkwist tal-offerti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar. Dawk l-algoritmi għandhom:

(a)

jimminimizzaw il-kostijiet kumplessivi tal-akkwist għall-kapaċità tal-ibbilanċjar kollha akkwistata b'mod konġunt;

(b)

jekk applikabbli, iqisu d-disponibbiltà tal-kapaċità transżonali inklużi l-kostijiet possibbli biex tiġi pprovduta.

4.   L-algoritmi kollha żviluppati skont dan l-Artikolu għandhom:

(a)

jirrispettaw ir-restrizzjonijiet kollha tas-sigurtà operazzjonali;

(b)

iqisu r-restrizzjonijiet tekniċi u tan-netwerk;

(c)

jekk dan ikun rilevanti, iqisu l-kapaċità transżonali disponibbli.

TITOLU VII

RAPPURTAR

Artikolu 59

Rapport Ewropew dwar l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar

1.   L-ENTSO-E għandha tippubblika rapport Ewropew li jiffoka fuq il-monitoraġġ, id-deskrizzjoni u l-analiżi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll ir-rappurtar dwar il-progress li sar rigward l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar fl-Ewropa, b'rispett għall-kunfidenzjalità tal-informazzjoni skont l-Artikolu 11.

2.   Il-format tar-rapport għandu jvarja b'dan il-mod:

(a)

sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u sussegwentement kull sentejn wara dan, għandu jiġi ppubblikat rapport dettaljat;

(b)

tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sussegwentament kull sentejn wara dan, għandha tiġi ppublikata verżjoni qasira tar-rapport sabiex tingħata ħarsa lejn il-progress li jkun sar u jiġu aġġornati l-indikaturi tal-prestazzjoni.

3.   Ir-rapport skont il-paragrafu 2(a) għandu:

(a)

jiddeskrivi u janalizza l-proċess tal-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni kif ukoll il-progress li jkun sar f'termini tal-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar permezz tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)

jiddeskrivi l-istatus tal-proġetti ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament;

(c)

jivvaluta l-kompatibbiltà bejn il-proġetti tal-implimentazzjoni u jinvestiga kwalunkwe żviluppi li setgħu seħħew li jippreżentaw riskju għall-integrazzjoni futura;

(d)

janalizza l-iżvilupp tal-iskambji tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-kondiviżjoni tar-riżervi u jiddeskrivi l-ostakli possibbli, kif ukoll il-prerekwiżiti u l-azzjonijiet biex ikomplu jittejbu l-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-kondiviżjoni tar-riżervi;

(e)

jiddeskrivi l-iskambji reali u janalizza l-iskambji potenzjali tas-servizzi tal-ibbilanċjar;

(f)

janalizza kemm huma xierqa l-prodotti standard fir-rigward tal-aħħar żviluppi u l-evoluzzjoni tar-riżorsi tal-ibbilanċjar differenti u jipproponi titjib tal-prodotti standard;

(g)

jivvaluta l-ħtieġa għal armonizzazzjoni ulterjuri tal-prodotti standard u effetti possibbli tan-nuqqas ta' armonizzazzjoni fuq l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar;

(h)

jivvaluta l-eżistenza ta', u l-ġustifikazzjoni għal, prodotti speċifiċi użati mit-TSOs u l-effett tagħhom fuq l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar;

(i)

jivvaluta l-progress tal-armonizzazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-issetiljar tal-iżbilanċ kif ukoll il-konsegwenzi u d-distorsjonijiet possibbli minħabba n-nuqqas ta' armonizzazzjoni;

(j)

jirrapporta dwar ir-riżultati tal-analiżijiet tal-kostijiet u l-benefiċċji skont l-Artikolu 61.

4.   L-ENTSO-E għandha tistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni għas-swieq tal-ibbilanċjar li jintużaw fir-rapporti. Dawn l-indikaturi tal-prestazzjoni għandhom jirriflettu:

(a)

id-disponibbiltà tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar, inklużi l-offerti mill-kapaċità tal-ibbilanċjar;

(b)

il-kisbiet u l-iffrankar f'termini ta' flus, minħabba n-nettjar tal-iżbilanċi, l-iskambju tas-servizzi tal-ibbilanċjar u l-kondiviżjoni tar-riżervi;

(c)

il-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-prodotti standard;

(d)

il-kost totali tal-ibbilanċjar;

(e)

l-effiċjenza ekonomika u l-affidabbiltà tas-swieq tal-ibbilanċjar;

(f)

l-ineffiċjenzi u d-distorsjonijiet possibbli fis-swieq tal-ibbilanċjar;

(g)

it-telf fl-effiċjenza minħabba prodotti speċifiċi;

(h)

il-volum u l-prezz tal-enerġija tal-ibbilanċjar li jintużaw għall-finijiet tal-ibbilanċjar, kemm disponibbli kif ukoll attivati minn prodotti standard u minn prodotti speċifiċi;

(i)

il-prezzijiet tal-iżbilanċ u l-iżbilanċi fis-sistema;

(j)

l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' servizzi tal-ibbilanċjar fis-snin ta' qabel;

(k)

il-paragun tal-kostijiet u l-benefiċċji mistennija u dawk realizzati mill-allokazzjonijiet kollha tal-kapaċità transżonali għall-finijiet tal-ibbilanċjar.

5.   Qabel ma jitressaq ir-rapport finali, l-ENTSO-E għandha tħejji proposta għal abbozz ta' rapport. Din il-proposta għandha tiddefinixxi l-istruttura tar-rapport, kif ukoll il-kontenut tiegħu u l-indikatur tal-prestazzjoni li jintużaw fih. Il-proposta għandha tingħata lill-Aġenzija li għandha tkun tista' titlob emendi fi żmien xahrejn minn meta titressaq il-proposta.

6.   Ir-rapport skont il-paragrafu 2(a) għandu jkun fih ukoll sommarju eżekuttiv bl-Ingliż ta' kull rapport tat-TSOs dwar l-ibbilanċjar skont l-Artikolu 60.

7.   Ir-rapporti għandhom jipprovdu informazzjoni diżaggregata u indikaturi għal kull żona tal-iskedar, kull konfini taż-żona tal-offerti jew kull blokka LFC.

8.   L-ENTSO-E għandha tippubblika r-rapporti fuq l-Internet u għandha tippreżentahom lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem is-sena li jirreferu għaliha.

9.   Wara l-iskadenzi sa liema it-TSOs kollha għandhom jużaw il-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 19(5), 20(6), 21(6) u 22(5), it-TSOs kollha għandhom janalizzaw il-kontenut tar-rapporti u l-kundizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tagħhom. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-analiżi, l-ENTSO-E għandha tiżviluppa proposta għal struttura ġdida u skeda ta' żmien għall-pubblikazzjoni tar-rapporti u tippreżentahom lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tkun tista' titlob emendi fi żmien tliet xhur minn meta titressaq il-proposta.

Artikolu 60

Rapport tat-TSO dwar l-ibbilanċjar

1.   Talanqas darba kull sentejn, kull TSO għandu jippubblika rapport dwar l-ibbilanċjar li jkopri s-sentejn kalendarji preċedenti, b'rispett għall-kunfidenzjalità tal-informazzjoni skont l-Artikolu 11.

2.   Ir-rapport dwar l-ibbilanċjar għandu:

(a)

jinkludi informazzjoni dwar il-volumi tal-prodotti speċifiċi disponibbli, akkwistati u użati, kif ukoll ġustifikazzjoni tal-prodotti speċifiċi soġġetti għall-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 26;

(b)

jipprovdi analiżi fil-qosor tad-dimesjonament tal-kapaċità tar-riżerva li tkun tinkludi ġustifikazzjoni u spjega għar-rekwiżiti kkalkulati tal-kapaċità tar-riżerva;

(c)

jipprovdi analiżi fil-qosor tal-forniment ottimali tal-kapaċità tar-riżerva, li tkun tinkludi l-ġustifika għall-volum tal-kapaċità tal-ibbilanċjar;

(d)

janalizza l-kostijiet u l-benefiċċji, u l-ineffiċjenzi u d-distorsjonijiet possibbli li jirriżultaw minn prodotti speċifiċi f'termini tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq, il-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar u l-effetti kollaterali fuq swieq oħra tal-elettriku;

(e)

janalizza l-opportunitajiet għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-kondiviżjoni tar-riżervi;

(f)

jipprovdi spjega u ġustifikazzjoni għall-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar mingħajr l-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi;

(g)

janalizza l-effiċjenza tal-funzjonijiet tal-ottimizzazzjoni tal-attivazzjoni għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi għar-restawr tal-frekwenza u, jekk applikabbli, għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn riżervi ta' rimpjazzament.

3.   Ir-rapport dwar il-ibbilanċjar għandu jkun bl-Ingliż, inkella tal-anqas ikun fih sommarju eżekuttiv bl-Ingliż.

4.   Abbażi ta' rapporti ppubblikati qabel, l-awtorità regolatorja rilevanti, skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE, għandha tkun intitolata tesiġi bidliet fl-istruttura u l-kontenut tar-rapport li jkun imiss tat-TSO dwar l-ibbilanċjar.

TITOLU VIII

ANALIŻI TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI

Artikolu 61

Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji

1.   Meta t-TSOs ikunu meħtieġa jwettqu analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji skont dan ir-Regolament, dawn għandhom jistabbilixxu l-kriterji u l-metodoloġija għall-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji u jippreżentawhom lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE sa sitt xhur qabel il-bidu tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom ikunu intitolati jesiġi emendi b'mod konġunt għall-kriterji u l-metodoloġija.

2.   L-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji għandha tqis tal-anqas:

(a)

il-fattibbiltà teknika;

(b)

l-effiċjenza ekonomika;

(c)

l-impatt fuq il-kompetizzjoni u l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar;

(d)

il-kostijiet u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni;

(e)

l-impatt fuq il-kostijiet tal-ibbilanċjar Ewropej u nazzjonali;

(f)

l-impatt potenzjonali fuq il-prezzijiet tas-suq tal-elettriku Ewropew;

(g)

il-kapaċità tat-TSOs u l-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom;

(h)

l-impatt fuq il-parteċipanti tas-suq f'termini ta' rekwiżiti tekniċi jew tal-IT addizzjonali vvalutati b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati milquta.

3.   It-TSOs kollha kkonċernati għandhom jipprovdu r-riżultati tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti kollha, flimkien ma' proposta ġustifikata dwar kif għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet possibbli identifikati mill-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji.

TITOLU IX

DEROGI U MONITORAĠĠ

Artikolu 62

Id-derogi

1.   Awtorità regolatorja, b'konformità mal-Aritkolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE u fuq talba mit-TSO jew b'inizjattiva tagħha stess, tista' tagħti deroga lit-TSOs rilevanti minn dispożizzjoni waħda jew aktar ta' dan ir-Regolament skont il-paragrafi 2 sa 12.

2.   TSO jista' jitlob deroga mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-iskadenzi sa meta t-TSO għandu juża l-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 19(5), 20(6), 21(6) u 22(5);

(b)

id-definizzjoni tal-ħin tal-għeluq tan-negozju għall-proċess integrat għall-iskedar f'mudell ta' dispaċċ ċentrali skont l-Artikolu 24(5) u l-possibbiltà li jinbidlu l-offerti għall-proċess integrat għall-iskedar skont l-Artikolu 24(6);

(c)

il-volum massimu tal-kapaċità transżonali allokata fi proċess ibbażat fis-suq skont l-Artikolu 41(2) jew proċess abbażi ta' analiżi tal-effiċjenza ekonomika skont l-Artikolu 42(2);

(d)

l-armonizzazzjoni tal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ skont l-Artikolu 53(1);

(e)

l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti skont l-Artikoli 45, 46, 47, 48, 49, 50, 51, 54, 55, 56 u 57.

3.   Il-proċess ta' deroga għandu jkun trasparenti, mhux diskriminatorju, ibbilanċjar, dokumentat tajjeb u bbażat fuq talba motivata.

4.   It-TSOs għandhom jippreżentaw talba bil-miktub għal deroga lill-awtorità regolatorja rilevanti sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel il-jum tal-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet li minnhom tkun qed tintalab id-deroga.

5.   It-talba għal deroga għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dispożizzjonijiet li minnhom qed tintalab deroga;

(b)

il-perjodu tad-deroga mitlub;

(c)

pjan dettaljat u skeda ta' żmien li jispeċifikaw kif għandha tiġi indirizzata u żgurata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati ta' dan ir-Regolament wara l-iskadenza tal-perjodu tad-deroga;

(d)

valutazzjoni tal-konsegwenzi tad-deroga mitluba fuq is-swieq ta' biswit;

(e)

valutazzjoni tar-riskji possibbli għall-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar madwar l-Ewropa kkawżati mid-deroga mitluba.

6.   L-awtorità regolatorja għandha tadotta deċiżjoni li tikkonċerna kwalunkwe talba għal deroga fi żmien sitt xhur mill-ġurnata li fiha tirċievi t-talba. Dak il-limitu jista' jiġi estiż bi tliet xhur qabel ma jiskadi fil-każ li l-awtorità regolatorja rilevanti tkun teħtieġ aktar informazzjoni mit-TSO li jitlob id-deroga. Il-perjodu addizzjonali għandu jibda meta tasal l-informazzjoni kollha.

7.   It-TSO li jitlob id-deroga għandu jressaq kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità regolatorja fi żmien xahrejn minn din it-talba. Jekk it-TSO ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba f'dak il-limitu taż-żmien, it-talba għal deroga għandha titqies irtirata sakemm, qabel ma tiskadi, jew:

(a)

l-awtorità regolatorja ma tiddeċidix li tagħti estensjoni; inkella,

(b)

dak it-TSO jinforma lill-awtorità regolatorja rilevanti permezz ta' sottomissjoni motivata li t-talba għal deroga hija sħiħa.

8.   Hija u tivvaluta t-talba għal deroga jew qabel ma tagħti deroga bl-inizjattiva tagħha stess, l-awtorità regolatorja rilevanti għandha tqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

id-diffikultajiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni jew dispożizzjonijiet ikkonċernati;

(b)

ir-riskji u l-implikazzjonijiet tad-dispożizzjoni jew id-dispożizzjonijiet ikkonċernati, f'termini ta' sigurtà operazzjonali;

(c)

l-azzjonijiet meħuda biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni jew dispożizzjonijiet ikkonċernati;

(d)

l-impatti tan-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjoni jew dispożizzjonijiet, f'terminita' nuqqas ta' diskriminazzjoni u kompetizzjoni ma' parteċipant fis-suq Ewropej oħra, b'mod partikolari fir-rigward tar-rispons tad-domanda u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

(e)

l-impatti fuq l-effiċjenza ekonomika globali u l-infrastruttura tal-grilja intelliġenti;

(f)

l-impatti fuq żoni oħra ta' skedar u l-konsegwenzi ġenerali fuq il-proċess tal-integrazzjoni tas-suq Ewropew.

9.   L-awtorità regolatorja rilevanti għandha toħroġ deċiżjoni motivata dwar talba għal deroga jew deroga mogħtija b'inizjattiva tagħha stess. Meta l-awtorità regolatorja tagħti deroga, din għandha tispeċifika t-tul tagħha. Id-deroga tista' tingħata biss darba u għal perjodu massimu ta' sentejn, ħlief fil-każ tad-derogi fil-paragrafi 2(c) u 2(d) li jistgħu jingħataw sal-1 ta' Jannar 2025.

10.   L-awtorità regolatorja rilevanti għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lit-TSO, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata wkoll fuq is-sit web tagħha.

11.   L-awtoritajiet regolatorji għandhom iżommu reġistru bid-derogi kollha li approvaw jew irrifjutaw u għandhom jipprovdu lill-Aġenzija b'reġistru aġġornat u kkonsolidat tal-anqas darba kull sitt xhur, li kopja tiegħu għandha tingħata lill-ENTSO-E.

12.   Ir-reġistru għandu b'mod partikolari, jinkludi:

(a)

id-dispożizzjonijiet li għalihom id-deroga qed tingħata jew tiġi rifjutata;

(b)

il-kontenut tad-deroga;

(c)

ir-raġunijiet għall-għoti jew ir-rifjut tad-deroga;

(d)

il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-għoti tad-deroga.

Artikolu 63

Il-monitoraġġ

1.   In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-ENTSO-E għandu jkopri tal-anqas il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tħejjija ta' rapport Ewropew dwar l-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 59;

(b)

it-tħejjija ta' rapport dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun jinkludi l-effett fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli mmirati lejn il-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tas-suq.

2.   L-ENTSO-E għandu jippreżenta pjan għall-monitoraġġ dwar ir-rapporti li għandhom jitħejjew u kwalunkwe aġġornament lill-Aġenzija għal opinjoni sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Aġenzija, b'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, għandha tħejji sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament lista tal-informazzjoni rilevanti li għandha tiġi kkomunikata mill-ENTSO għall-Elettriku lill-Aġenzija skont l-Artikoli 8(9) u 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-lista ta' informazzjoni rilevanti tista' tkun soġġetta għal aġġornamenti. L-ENTSO-E għandu jżomm format komprensiv standardizzat, arkivju tad-dejta diġitali tal-informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija.

4.   It-TSOs kollha għandhom jippreżentaw lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti skont il-paragrafi 1 u 3.

5.   B'talba konġunta tal-Aġenzija u l-ENTSO-E, il-parteċipanti fis-suq u l-organizzazzjonijiet rilevanti għall-integrazzjoni tas-swieq tal-ibbilanċjar tal-elettriku għandhom jippreżentaw lill-ENTSO-E l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ skont il-paragrafi 1 u 3, ħlief għal informazzjoni li tkun diġà nkisbet mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Aġenzija jew l-ENTSO-E, fil-kuntest tal-kompiti rispettivi tagħhom ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni.

TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 64

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq

Ħlief għall-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, li għalihom għandhom japplikaw id-dati tal-iskadenza rispettivi, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ma japplikawx fl-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, qabel il-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 65

Id-dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għall-Artikoli 14, 16, 17, 28, 32, 34 sa 36, 44 sa 49, u 54 sa 57, dan ir-Regolament għandu japplika minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' dejta fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 tal-14 ta' April 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja (ĠU L 112, 27.4.2016, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1388 tas-17 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tad-domanda (ĠU L 223, 18.8.2016, p. 10).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1447 tas-26 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja ta' sistemi ta' kurrent dirett b'vultaġġ għoli u ta' moduli ta' parks tal-enerġija konnessi b'kurrent dirett (ĠU L 241, 8.9.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 42).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 tal-24 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku (Ara l-paġma 54 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).