|
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/45 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2159
tal-20 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) (1), u partikolarment l-Artikolu 6(7) tiegħu;
Billi:
|
(1) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 (2) jirreferi għal dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 11 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili (il-Konvenzjoni ta' Chicago), u speċifikament għat-13-il edizzjoni ta' Lulju 2001, li tinkorpora l-Emenda Nru 49. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) emendat l-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, biex jinkorpora l-Emenda Nru 50 A. |
|
(2) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 jirreferi wkoll għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM, id-Dok. 4444), u b'mod aktar speċifiku għall-15-il edizzjoni tal-2007 li tinkludi l-Emenda 6. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-ICAO emendat id-Dokument 4444, biex jinkorpora l-Emenda Nru 7 A. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 255/2010 għall-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago u għad-Dokument 4444 jiġu aġġornati sabiex iqisu dawk l-emendi, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw il-konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 255/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 255/2010, il-punti 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
|
“1. |
Il-paragrafu 3.7.5 tal-Kapitolu 3 (Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (l-14-il edizzjoni — Lulju 2016, li tinkorpora l-emenda Nru 50 A). |
|
2. |
Il-Kapitolu 3 (Il-kapaċità tas-sistema ATS u l-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru) tad-Dokument 4444 tal-ICAO, Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru —Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM) (is-16-il edizzjoni – 2016 li tinkorpora l-Emenda Nru 7 A).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).