25.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1941

tal-24 ta' Ottubru 2017

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi gwida ġenerali rigward il-forma tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE. Għandha tingħata gwida speċifika f'dokument separat wara li ssir konsultazzjoni mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri u mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

“ANNESS II

Forma tal-Ekotikketta tal-UE

L-Ekotikketta tal-UE għandu jkollha l-forma li ġejja:

Tikketta:

Image 1

Tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba (il-possibbiltà li l-operatur juża din il-kaxxa għall-kitba u t-test użat għandha tkun dik speċifikata fil-kriterji rilevanti għall-grupp ta' prodotti):

Image 2

Fuq il-prodott għandu jidher ukoll in-numru ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Dan għandu jkun fil-forma li ġejja:

Image 3

Fejn ‘xxxx’ tirreferi għall-pajjiż ta' reġistrazzjoni, ‘yyy’ tirreferi għall-grupp ta' prodotti u ‘zzzzz’ tirreferi għan-numru mogħti mill-korp kompetenti.

Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi aktar struzzjonijiet dwar id-disinn u l-użu l-Logo tal-Ekotikketta tal-UE wara li tikkonsulta lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea (EUEB) f'dokument ta' gwida separat.