21.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1926
tal-31 ta' Mejju 2017
li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2010/40/UE jistabbilixxi bħala azzjoni ta' prijorità l-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha għall-iżvilupp u għall-użu ta' speċifikazzjonijiet u standards. |
(2) |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/40/UE jistipula li l-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu applikati fir-rigward tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI, meta dawn ikunu varati mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-varar ta' dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi fit-territorju tiegħu. |
(3) |
Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li japplikaw għall-forniment tas-servizzi kollha ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar mingħajr preġudizzju għal speċifikazzjonijiet partikolari adottati f'atti oħra skont id-Direttiva 2010/40/UE, partikolarment ir-Regolamenti ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 (2) u (UE) 2015/962 (3), kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (4). |
(4) |
Fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi regoli minimi dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha. Fir-rigward tal-użu mill-ġdid ta' dejta fil-pussess tal-awtoritajiet tat-trasport u tal-operaturi tat-trasport, ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar l-aġġornamenti tad-dejta, jenħtieġ li japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2003/98/KE. |
(5) |
Kull meta l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta' dejta personali, dawn għandhom jitwettqu skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), kif ukoll il-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali relatati magħha. L-informazzjoni li jkollha x'taqsam ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli għandha tiġi pproċessata b'konformità stretta mal-prinċipju ta' minimizzazzjoni tad-dejta u għall-finijiet biss ta' dan ir-Regolament u sakemm ikun meħtieġ. Din id-dejta ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' individwu jew tagħmel individwu identifikabbli, meta jkun possibbli u meta din ma xxekkilx l-iskop ta' dan ir-Regolament |
(6) |
Meta s-servizz tal-informazzjoni jiddependi fuq il-ġbir tad-dejta, inkluża l-ġeolokazzjoni, l-utenti finali għandhom jiġu informati b'mod ċar dwar il-ġbir ta' din id-dejta, l-arranġamenti għall-ġbir tad-dejta u t-traċċar potenzjali, u l-perjodi li matulhom tinżamm din id-dejta. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri tekniċi xierqa (inkluża l-privatezza fid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta permezz ta' karatteristiċi ta' disinn) mill-kolletturi tad-dejta pubblika u privata bħalma huma l-operaturi tat-trasport, l-awtoritajiet tat-trasport, il-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-produtturi tal-mapep diġitali biex tiġi żgurata l-psewdonimizzazzjoni (8) tad-dejta li tasal mingħand l-utenti finali. |
(7) |
Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) timmira li toħloq infrastruttura għad-dejta ġeografika tal-Unjoni li tippermetti l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika u l-aċċess pubbliku għaliha, inkluża l-informazzjoni marbuta man-netwerks tat-trasport, fl-Unjoni kollha, bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-politiki ambjentali tal-Unjoni, u l-politiki jew l-attivitajiet li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent. L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kompatibbli ma' dawk stabbiliti fid-Direttiva 2007/2/KE u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (10). |
(8) |
L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-mezzi kollha ta' trasport fl-Unjoni, bħat-trasport ibbażat fuq skeda (it-trasport bl-ajru, il-ferroviji, inklużi l-ferroviji b'veloċità għolja, il-ferroviji konvenzjonali u l-ferroviji ħfief, il-kowċis għal distanza twila, it-trasport marittimu inkluż bil-lanċa, il-metro, it-tram, ix-xarabank, it-trolley-bus, it-trasport tul rotta b'kablaġġ), it-trasport fuq talba (ix-shuttle bus, ix-shuttle ferry, it-taksi, ir-ride-sharing, il-car-sharing, il-car-pooling, il-kiri ta' karozzi, il-bike-sharing, il-kiri ta' roti, id-dial-a-ride) u t-trasport personali (il-karozza, il-mutur, ir-rota, bil-mixi). Il-mixi bħala għażla ta' vvjaġġar biex wieħed iwettaq l-ewwel u l-aħħar mil tal-vjaġġ, huwa rilevanti ferm għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali u jista' jikseb benefiċċji kemm għall-ambjent kif ukoll għall-ġestjoni tan-netwerk, iżda anki benefiċċji għas-saħħa lill-vjaġġatur direttament. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jistabbilixxi l-infrastruttura tat-trasport li tagħmel parti min-netwerk ewlieni u min-netwerk komprensiv trans-Ewropew tat-trasport. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar tal-utenti finali fl-Unjoni kollha u biex isir l-aħjar użu possibbli mill-potenzjal sħiħ tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, jinħtieġ li jiġi kopert in-netwerk sħiħ “bieb bieb”. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għan-netwerk komprensiv TEN-T, inklużi n-Nodi Urbani, u l-partijiet l-oħra tan-netwerk tat-trasport. |
(10) |
Sabiex jiġi appoġġat il-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-Unjoni kollha, jistgħu jintużaw kemm l-approċċi ċentralizzati bbażati fuq il-fornimenti tad-dejta kif ukoll l-approċċi deċentralizzati bbażati fuq il-fornimenti tad-dejta u tas-servizzi. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi rekwiżiti għall-forniment tad-dejta kif ukoll tas-servizzi biex jiġu appoġġati dawn iż-żewġ approċċi. Sabiex jiffaċilitaw l-iskambju u l-użu mill-ġdid ta' din id-dejta għall-forniment ta' servizzi komprensivi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, l-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastruttura jew il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba għandhom, kif xieraq, jagħmlu d-dejta statika, il-metadejta korrispondenti u l-informazzjoni dwar il-kwalità tad-dejta, aċċessibbli għall-utenti permezz ta' punt ta' aċċess nazzjonali jew komuni. Il-punt ta' aċċess jista' jieħu diversi forom, bħal bażi tad-dejta, maħżen virtwali tad-dejta, suq, repożitorju u reġistru tad-dejta, portal tal-Internet jew simili skont it-tip ta' dejta. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jiġbru flimkien il-punti ta' aċċess pubbliċi u privati eżistenti f'punt uniku biex jippermettu l-aċċess għat-tipi kollha ta' dejta rilevanti disponibbli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. |
(11) |
L-Istati Membri għandhom jitħallew jikkooperaw ma' xulxin biex jiġi stabbilit punt ta' aċċess komuni li jkopri d-dejta disponibbli tal-Istati Membri parteċipanti. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu li jużaw il-punti ta' aċċess stabbiliti skont atti delegati oħra adottati skont id-Direttiva 2010/40/UE bħala l-punti ta' aċċess nazzjonali għad-dejta li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu li jużaw il-punti ta' aċċess li kienu diġà jeżistu u li jkopru diversi setturi bħall-Punt ta' Aċċess Nazzjonali (NAP, National Access Point). L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu liema attur huwa responsabbli għall-forniment tad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness. F'xi każijiet, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastruttura u l-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba joperaw fi Stati Membri differenti u għalhekk hemm iżjed minn punt ta' aċċess wieħed li huwa rilevanti biex jipprovdi aċċess għad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku. Madankollu, għandhom isiru sforzi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn tad-dejta u biex jitqiesu l-għamla u l-forma tal-punti ta' aċċess rilevanti. Għaldaqstant, id-dejta u l-metadejta rilevanti jistgħu jiġu elenkati fl-NAPs kollha rilevanti li jieħdu l-forma ta' repożitorju. Barra minn hekk, jekk xi wħud mill-NAPs rilevanti jieħdu l-forma ta' bażi ta' dejta/maħżen virtwali tad-dejta, id-dejta u l-metadejta mbagħad jistgħu jinżammu f'wieħed minnhom biss u jiġu elenkati fl-oħra kollha. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu ta' dejta dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar ipprovduta permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali jistgħu jiġu ddeterminati, fejn xieraq, permezz ta' ftehim għall-ħruġ ta' liċenzji. |
(12) |
Id-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness tista' tiġi integrata fil-punt ta' aċċess nazzjonali f'approċċ maqsum f'fażijiet. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jintegrawx jew le d-dejta elenkata fl-Anness qabel il-limitu ta' żmien stabbilit. Is-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali huma bbażati fuq id-dejta kemm statika kif ukoll dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku kif elenkat fl-Anness. Id-dejta statika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku hija essenzjali għal finijiet ta' informazzjoni u ppjanar matul il-fażi ta' qabel il-vjaġġ u għalhekk hija meħtieġa mill-Istati Membri kollha. Permezz ta' dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, pereżempju dwar tfixkil u dewmien fl-ivvjaġġar, l-utenti finali jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati tajjeb dwar l-ivvjaġġar kif ukoll jiffrankaw il-ħin. Madankollu, l-integrazzjoni tad-dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku fil-punti ta' aċċess nazzjonali tista' tirrikjedi sforz addizzjonali. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jinkludux jew le d-dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, jenħtieġ li japplikaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali jkun konsistenti u koerenti mal-Unjoni kollha, l-Istati Membri huma mħeġġa jintegraw id-dejta dinamika li hemm bħalissa dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali skont l-iskeda ta' żmien li ġejja: id-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fil-punt 2.1 tal-Anness sal-1 ta' Diċembru 2019, id-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fil-punt 2.2 tal-Anness sal-1 ta' Diċembru 2020 u d-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fil-punt 2.3 tal-Anness sal-1 ta' Diċembru 2021. |
(13) |
Sabiex il-punti ta' aċċess nazzjonali jkunu jistgħu jintużaw b'mod kosteffiċjenti u b'suċċess, jenħtieġ li jiġu deskritti b'mod korrett il-kontenut u l-istruttura tad-dejta rilevanti dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku bl-użu tal-metadejta xierqa (12). |
(14) |
Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ma għandhomx jobbligaw lill-awtoritajiet tat-trasport, lill-operaturi tat-trasport, lill-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba u lill-maniġers tal-infrastruttura biex jibdew jiġbru kwalunkwe dejta li mhijiex diġà disponibbli f'format li jista' jinqara bil-magna. Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar id-dejta statika u dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku ta' mezzi tat-trasport differenti għandhom japplikaw biss għad-dejta li realment tinġabar u tkun disponibbli f'format li jista' jinqara bil-magna. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jfittxu modi kosteffettivi li huma adattati għall-ħtiġijiet tagħhom ta' diġitalizzazzjoni tad-dejta statika u dinamika eżistenti ta' mezzi tat-trasport differenti. L-Istati Membri li jibdew id-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni statika u dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku ta' mezzi ta' trasport differenti li jistgħu jintużaw għal servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali huma mħeġġa biex jibdew bid-dejta definita fil-livell ta' servizz 1 tal-Anness u mbagħad lil hinn fil-livell ta' servizz 2 u 3. Id-dejta definita fl-ewwel grupp titqies bħala essenzjali għall-funzjonament bażiku tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali. |
(15) |
Sabiex jiġi żviluppat forniment armonizzat u mingħajr xkiel tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali u biex tiġi appoġġata l-interoperabbiltà mal-Unjoni kollha, fil-punt ta' aċċess nazzjonali għandu jintuża sett armonizzat ta' protokolli u formati ta' skambju ta' dejta interoperabbli bbażati fuq soluzzjonijiet u standards tekniċi eżistenti f'diversi mezzi tat-trasport. Fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, hemm għadd ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti li kienu diġà jeżistu u li jkopru d-dejta dwar it-toroq (DATEX II), it-trasport bil-ferrovija (id-dokumenti tekniċi TAP-TSI B1, B2, B3, B4, B8 u B9), it-trasport bl-ajru (IATA SSIM) u d-dejta ġeografika sottostanti (INSPIRE). F'każijiet bħal dawn, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirreferi għar-rekwiżiti li diġà hemm fis-seħħ iżda mezzi tat-trasport bħal dawn jistgħu jagħżlu li jużaw standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra identifikati fl-ispeċifikazzjoni. Madankollu, għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istess dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku f'aktar minn format wieħed (pereżempju d-dejta dwar it-trasport ferrovjarju urban fit-TAP-TSI jew fin-NeTEx). Fil-futur dawn l-istandards, speċjalment id-DATEX II, jistgħu jespandu l-ambitu tagħhom biex ikopru aktar elementi urbani, u jekk ikunu disponibbli għandhom jintużaw fil-qafas tal-ispeċifikazzjonijiet. |
(16) |
Fejn għandu x'jaqsam l-iskambju ta' dejta skedata statika (bħat-trasport pubbliku, il-kowċis għal distanza twila u t-trasport marittimu inkluż bil-lanċa), id-dejta rilevanti fil-punt ta' aċċess nazzjonali għandha tuża l-istandard CEN tal-iskambju ta' dejta NeTEx CEN/TS 16614 ibbażat fuq il-mudell ta' referenza tad-dejta konċettwali sottostanti Transmodel EN 12896: 2006 u l-verżjonijiet aġġornati sussegwenti jew kwalunkwe format li jista' jinqara bil-magna li jkun kompatibbli bis-sħiħ, sal-iskeda ta' żmien miftiehma. Fejn għandu x'jaqsam l-iskambju ta' dejta dinamika dwar it-trasport pubbliku, jekk l-Istati Membri jagħżlu li jinkludu dejta dinamika fil-punt ta' aċċess nazzjonali, għandhom jintużaw il-partijiet rilevanti tal-istandard CEN tal-iskambju ta' dejta dwar it-trasport pubbliku SIRI CEN/TS 15531 u l-verżjonijiet aġġornati sussegwenti jew kwalunkwe format li jista' jinqara bil-magna li jkun kompatibbli bis-sħiħ. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkomplu jużaw l-istandards nazzjonali tad-dejta dwar it-trasport pubbliku fil-livell tal-Istati Membri għall-operazzjonijiet nazzjonali, iżda fil-livell tal-punt ta' aċċess nazzjonali jridu jużaw l-istandards speċifikati tal-UE sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà fl-UE kollha u l-kontinwità tas-servizzi. L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta' traduzzjoni u konverżjoni biex jaderixxu mar-rekwiżiti Ewropej ta' standardizzazzjoni. Għandha tintuża l-verżjoni tal-istandards preskritti li tkun disponibbli fi żmien id-data ta' applikazzjoni. Għandu jintuża kwalunkwe aġġornament rilevanti li jwessa' l-ambitu u jinkludi tipi ġodda ta' dejta. |
(17) |
Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu u l-interoperabbiltà sħiħa tal-istandards imsemmija qabel bejn l-Istati Membri, għandu jiġi stabbilit u użat fil-punti ta' aċċess nazzjonali, profil minimu komuni li jidentifika l-elementi ewlenin differenti tal-istandard. Il-profili nazzjonali tal-Istati Membri jridu jkunu bbażati fuq profil Ewropew minimu komuni, meta dan ikun jeżisti. |
(18) |
Il-forniment ta' informazzjoni preċiża u affidabbli minn fornituri ta' servizzi huwa essenzjali għall-vjaġġaturi mal-Unjoni kollha. Meta jkun hemm xi bidliet, id-dejta rilevanti għandha tiġi aġġornata tempestivament mill-awtoritajiet tat-trasport jew mill-operaturi tat-trasport permezz ta' punt ta' aċċess nazzjonali. Barra minn hekk, meta fornitur ta' servizz juża dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, hemm riskju li l-utenti jingħataw informazzjoni mhux preċiża dwar l-ivvjaġġar li jista' jkollha impatt negattiv fuq il-vjaġġ li jkun għamel il-vjaġġatur. Meta jiġu individwati xi ineżattezzi mill-awtoritajiet tat-trasport, mill-operaturi tat-trasport, mill-maniġers tal-infrastruttura jew mill-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba, dawn l-iżbalji għandhom jiġu kkoreġuti tempestivament. |
(19) |
Fil-preżent, hemm għadd sostanzjali ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-Ewropa iżda dawk is-servizzi li joffru riżultat tat-tiftix tar-rotta kompleta bieb bieb huma prinċipalment limitati għat-territorju fi ħdan Stat Membru. Soluzzjoni ewlenija biex tittejjeb il-kopertura ġeografika tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u biex tiġi appoġġata l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-Unjoni kollha, hija billi jiġu kkollegati s-servizzi ta' informazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali dwar l-ivvjaġġar. Dan jinvolvi l-użu ta' għodod teknoloġiċi inklużi l-interfaċċi biex is-sistemi ta' informazzjoni eżistenti jiġu kkollegati mal-iskambju tar-riżultati tat-tiftix tar-rotta. Huwa rrakkomandat li s-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar jużaw l-Ispeċifikazzjoni Teknika Ewropea bit-titlu “Intelligent Transport Systems — Public Transport — Open API for distributed journey planning 00278420” li bħalissa qed tiġi ffinalizzata fit-twettiq tal-ippjanar distribwit tal-vjaġġi. Meta l-fornituri tas-servizzi jistabbilixxu punti tat-trasferiment għall-ippjanar distribwit tal-vjaġġi, tali punti tat-trasferiment għandhom jiġu elenkati fil-punt ta' aċċess nazzjonali. |
(20) |
Is-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar jistgħu jipprovdu diversi għażliet ta' vvjaġġar lill-utenti finali b'operaturi tat-trasport differenti. Huwa importanti li l-fornituri tas-servizzi jkunu trasparenti fil-kriterji użati biex jikklassifikaw l-għażliet tal-ivvjaġġar u jipprovdu informazzjoni newtrali dwar l-ivvjaġġar. Kull fejn hu possibbli, il-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn mezzi differenti biex jappoġġaw il-bidla lejn mezzi sostenibbli ta' trasport. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi huma ferm imħeġġa biex jippermettu r-rispons dirett tal-klijenti fir-rigward tal-kwalità tas-servizz. |
(21) |
L-użu ta' dejta statika u dinamika għall-iskop ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar jinvolvi dejta minn atturi differenti fil-katina tal-valur. F'ħafna każijiet id-dejta oriġinali mill-awtoritajiet tat-trasport, mill-operaturi tat-trasport, mill-maniġers tal-infrastruttura jew mill-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba, se tintuża minn fornitur tas-servizz ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar. F'dan il-każ huwa essenzjali li meta tintuża, jiġu indikati s-sors oriġinali, id-data u l-ħin tal-aħħar aġġornament statiku. |
(22) |
Sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, il-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Istati Membri meta jimplimentaw ir-Regolament Delegat jenħtieġ li jqisu l-leġiżlazzjoni rilevanti fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bħall-“Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà” li jmiss. Ir-rekwiżiti rilevanti jinkludu l-aċċessibbiltà tas-siti web u tas-servizzi bbażati fuq apparat mobbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, l-operat u l-fehim tal-utenti. |
(23) |
Sabiex jiżguraw li dawn l-ispeċifikazzjonijiet jiġu implimentati b'mod korrett, l-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti fir-rigward tal-aċċessibbiltà, l-iskambju, l-użu mill-ġdid u l-aġġornament tad-dejta dwar l-ivvjaġġar multimodali mill-awtoritajiet tat-trasport, mill-operaturi tat-trasport, mill-fornituri tas-servizz ta' trasport fuq talba u mill-fornituri tas-servizz ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu liberi li jistrieħu fuq awtodikjarazzjonijiet ta' konformità mressqa mill-awtoritajiet tat-trasport, mill-operaturi tat-trasport, mill-maniġers tal-infrastruttura, mill-fornituri tas-servizz ta' trasport fuq talba jew mill-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, u jistgħu b'mod aleatorju jeżaminaw il-korrettezza ta' dawn id-dikjarazzjonijiet. |
(24) |
Sabiex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport li jiddeskrivi l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti differenti. |
(25) |
Permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Kummissjoni se tappoġġa r-rekwiżiti tekniċi differenti stabbiliti f'dan ir-Regolament permezz ta' azzjoni ta' sostenn għall-programm (13), b'mod partikolari t-twaqqif ta' punt ta' aċċess nazzjonali, il-konverżjoni għal standards preskritti għall-iskambju tad-dejta u l-użu ta' profili minimi komuni f'punti ta' aċċess nazzjonali u l-kollegament tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar meta dan ikun rilevanti. |
(26) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u ta opinjoni fit-22 ta' Awwissu 2017, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha jkunu preċiżi u disponibbli b'mod transfruntier għall-utenti tas-STI.
2. Dan ir-Regolament japplika għan-netwerk tat-trasport kollu tal-Unjoni.
3. Dan ir-Regolament għandu japplika b'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/40/UE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“l-aċċessibbiltà tad-dejta” tfisser il-possibbiltà li tintalab u tinkiseb id-dejta fi kwalunkwe ħin f'format li jista' jinqara mill-magna; |
(2) |
“aġġornament tad-dejta” tfisser kwalunkwe modifika ta' dejta eżistenti, inkluż it-tħassir tagħha jew iż-żieda ta' elementi ġodda jew addizzjonali; |
(3) |
“metadejta” tfisser deskrizzjoni strutturata tal-kontenut tad-dejta li tiffaċilita s-sejbien u l-użu ta' din id-dejta; |
(4) |
“servizzi ta' sejbien” tfisser servizzi li jippermettu t-tiftix tad-dejta mitluba bl-użu tal-kontenut tal-metadejta korrispondenti u li juru tali kontenut; |
(5) |
“netwerk komprensiv trans-Ewropew tat-trasport” tfisser l-infrastruttura tat-trasport li hija parti min-netwerk komprensiv kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013; |
(6) |
“punt ta' aċċess” tfisser interfaċċa diġitali fejn mill-inqas id-dejta statika dwar l-ivvjaġġar u d-dejta storika dwar it-traffiku flimkien mal-metadejta korrispondenti, jsiru aċċessibbli għall-użu mill-ġdid tal-utenti, jew fejn is-sorsi u l-metadejta ta' din id-dejta jkunu aċċessibbli għall-użu mill-ġdid tal-utenti; |
(7) |
“dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku” tfisser id-dejta li għandha x'taqsam ma' mezzi differenti ta' trasport li tinbidel ta' spiss jew fuq bażi regolari, kif elenkat fl-Anness; |
(8) |
“dejta statika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku” tfisser id-dejta li għandha x'taqsam ma' mezzi differenti ta' trasport li ma tinbidel xejn jew ma tinbidilx ta' spiss, jew tinbidel fuq bażi regolari, kif elenkat fl-Anness; |
(9) |
“l-awtorità tat-trasport” tfisser kwalunkwe awtorità pubblika responsabbli mill-ġestjoni tat-traffiku jew mill-ippjanar, mill-kontroll jew mill-ġestjoni ta' netwerk ta' trasport partikolari jew ta' mezzi ta' trasport, jew it-tnejn li huma, li jaqgħu fil-kompetenza territorjali tagħha; |
(10) |
“operatur tat-trasport” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li hija responsabbli mill-manutenzjoni u l-ġestjoni tas-servizz tat-trasport; |
(11) |
“utent” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li tuża Punt ta' Aċċess Nazzjonali bħall-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, il-produtturi tal-mapep diġitali, il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba u l-maniġers tal-infrastruttura; |
(12) |
“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar; |
(13) |
“servizz ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar” tfisser servizz tas-STI, inklużi l-mapep diġitali, li jipprovdi lill-utenti u lill-utenti finali, b'informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku ta' mill-inqas mezz wieħed ta' trasport; |
(14) |
“dejta storika dwar it-traffiku” tfisser il-karatteristiċi tat-traffiku skont il-ħin, il-jum, l-istaġun abbażi ta' kejl preċedenti, inkluża r-rata ta' konġestjoni, il-veloċitajiet medji, il-ħinijiet ta' vvjaġġar medji, kif elenkati fl-Anness; |
(15) |
“tempestività tad-dejta” tfisser id-disponibbiltà ta' dejta aġġornata pprovduta lill-utenti u lill-utenti finali kmieni biżżejjed biex tkun utli; |
(16) |
“fornitur ta' servizz ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar” tfisser kwalunkwe fornitur pubbliku jew privat tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, minbarra s-sempliċi trażmissjoni tal-informazzjoni, lill-utenti u lill-utenti finali; |
(17) |
“trasport fuq talba” tfisser servizz ta' trasport tal-passiġġieri li huwa kkaratterizzat minn itinerarji flessibbli, bħalma huma l-car-sharing, il-car-pooling, il-bike-sharing, ir-ride-sharing, it-taksi, is-servizzi dial-a-ride. Dawn is-servizzi normalment jeħtieġu interazzjoni bejn it-trasport fuq talba tal-fornitur tas-servizz u l-utenti finali qabel ma jingħata s-servizz; |
(18) |
“fornitur tas-servizz tat-trasport fuq talba” tfisser kwalunkwe fornitur pubbliku jew privat tas-servizz tat-trasport fuq talba lill-utenti u lill-utenti finali, inkluża l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku tagħhom; |
(19) |
“kollegament tas-servizz” tfisser il-konnessjoni tas-sistemi ta' informazzjoni lokali, reġjonali, u nazzjonali dwar l-ivvjaġġar li huma interkonnessi permezz ta' interfaċċi tekniċi biex jipprovdu riżultati tat-tiftix tar-rotta jew riżultati oħra ta' interfaċċi ta' programmar tal-applikazzjonijiet (APIs) abbażi ta' informazzjoni statika u/jew dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku; |
(20) |
“punt ta' trasferiment” tfisser l-istazzjon, il-waqfa jew il-post fejn żewġ riżultati tat-tiftix tar-rotta minn servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar huma kkollegati biex jitwettaq vjaġġ; |
(21) |
“informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali” tfisser informazzjoni li ġejja minn kwalunkwe dejta statika jew dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku, jew it-tnejn li huma, għall-utenti u għall-utenti finali, permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, li tkopri mill-anqas żewġ mezzi ta' trasport u li permezz tagħha jistgħu jitqabblu mezzi tat-trasport; |
(22) |
“riżultat tat-tiftix tar-rotta” tfisser l-itinerarju tal-ivvjaġġar f'format li jista' jinqara bil-magna li jirriżulta minn talba għal vjaġġ tal-utenti finali b'referenza għall-punt(i) tat-trasferiment użat(i); |
(23) |
“maniġer tal-infrastruttura” tfisser kwalunkwe impriża jew korp pubbliku jew privat jew li huwa responsabbli b'mod partikolari għall-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' infrastruttura tat-trasport, jew parti minnha; |
(24) |
“servizz tat-trasport għall-vjaġġatur” tfisser kwalunkwe servizz tat-trasport pubbliku jew privat jew kwalunkwe servizz li huwa disponibbli għal użu kollettiv jew użu privat mill-pubbliku ġenerali, li jkopri mezzi differenti ta' trasport. |
Artikolu 3
Punti ta' aċċess nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' aċċess nazzjonali. Il-punt ta' aċċess nazzjonali għandu jikkostitwixxi punt uniku ta' aċċess għall-utenti għal mill-inqas id-dejta statika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku u d-dejta storika dwar it-traffiku ta' mezzi differenti tat-trasport, inklużi l-aġġornamenti tad-dejta, kif stabbilit fl-Anness, ipprovduti mill-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastruttura jew il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba fit-territorju ta' Stat Membru partikolari.
2. Il-punti ta' aċċess nazzjonali eżistenti li ġew stabbiliti biex jikkonformaw ma' atti delegati oħra adottati skont id-Direttiva 2010/40/UE jistgħu jintużaw, jekk jitqiesu xierqa mill-Istati Membri, bħala punti ta' aċċess nazzjonali.
3. Il-punti ta' aċċess nazzjonali għandhom jipprovdu servizzi ta' sejbien lill-utenti, pereżempju servizzi li jippermettu t-tiftix tad-dejta mitluba bl-użu tal-kontenut tal-metadejta korrispondenti u li juru tali kontenut;
4. L-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastuttura jew il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba għandhom jiżguraw li jipprovdu l-metadejta sabiex l-utenti jkunu jistgħu jsibu u jużaw is-settijiet tad-dejta li jkunu aċċessibbli permezz tal-punti ta' aċċess nazzjonali.
5. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jistabbilixxu punt ta' aċċess komuni.
Artikolu 4
Aċċessibbiltà, skambju u użu mill-ġdid tad-dejta statika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku
1. L-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastruttura jew il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba għandhom jipprovdu d-dejta statika dwar l-ivvjaġġar u d-dejta storika dwar it-traffiku elenkati fil-punt 1 tal-Anness, tal-mezzi differenti ta' trasport billi jużaw:
(a) |
għat-trasport bit-triq, l-istandards definiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/962; |
(b) |
għal mezzi oħra ta' trasport, l-użu ta' wieħed mill-istandards u mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin: in-NeTEx CEN/TS 16614 u verżjonijiet sussegwenti, id-dokumenti tekniċi definiti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u verżjonijiet sussegwenti, id-dokumenti tekniċi elaborati mill-IATA jew kwalunkwe format li jista' jinqara bil-magna li jkun kompletament kompatibbli u interoperabbli ma' dawk l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; |
(c) |
għan-netwerk ġeografiku, ir-rekwiżiti definiti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2007/2/KE. |
2. Id-dejta statika rilevanti dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fil-punt 1 tal-Anness, li hija applikabbli għan-NeTEx u għad-DATEX II, għandha tkun rappreżentata permezz ta' profili nazzjonali minimi
3. L-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastruttura jew il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba għandhom jipprovdu d-dejta statika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali fil-formati meħtieġa b'konformità mal-iskeda ta' żmien li ġejja:
(a) |
għas-sett tad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fil-punt 1.1 tal-Anness għan-netwerk TEN-T komprensiv, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2019; |
(b) |
għas-sett tad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fil-punt 1.2 tal-Anness għan-netwerk TEN-T komprensiv, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2020; |
(c) |
għas-sett tad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fil-punt 1.3 tal-Anness għan-netwerk TEN-T komprensiv, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2021; |
(d) |
għas-sett tad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fil-punti 1.1, 1.2 u 1.3 tal-Anness għall-partijiet l-oħra tan-netwerk tat-trasport tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2023. |
4. L-APIs li jipprovdu aċċess għad-dejta statika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku u jippermettu lill-utenti u lill-utenti finali jirreġistraw sabiex jiksbu aċċess.
Artikolu 5
Aċċessibbiltà, skambju u użu mill-ġdid tad-dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku
1. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jipprovdu d-dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku ta' mezzi differenti ta' trasport elenkata fil-punt 2 tal-Anness permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali, l-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-maniġers tal-infrastruttura jew il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba għandhom jużaw:
(a) |
għat-trasport bit-triq, l-istandards definiti fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/962, |
(b) |
għall-mezzi l-oħra tat-trasport: is-SIRI CEN/TS 15531 u verżjonijiet sussegwenti, id-dokumenti tekniċi definiti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 jew kwalunkwe format li jista' jinqara bil-magna li jkun kompletament kompatibbli u interoperabbli ma' dawk l-istandards jew id-dokumenti tekniċi. |
2. Id-dejta rilevanti dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku msemmija fil-punt 2 tal-Anness li hija applikabbli għas-SIRI u għad-DATEX II għandha tkun rappreżentata permezz ta' profili nazzjonali minimi stabbiliti mill-Istati Membri, aċċessibbli permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali.
3. L-APIs li jipprovdu aċċess għad-dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku u jippermettu lill-utenti u lill-utenti finali jirreġistraw sabiex jiksbu aċċess.
Artikolu 6
Aġġornamenti tad-dejta
1. Is-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għandhom ikunu bbażati fuq aġġornamenti tad-dejta statika u dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku.
2. Meta jseħħu l-bidliet, id-dejta statika u dinamika rilevanti dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness għandha tiġi aġġornata tempestivament mill-awtoritajiet tat-trasport, mill-operaturi tat-trasport, mill-maniġers tal-infrastruttura jew mill-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali. Dawn għandhom jikkoreġu tempestivament, kull ineżattezza individwata minnhom fid-dejta tagħhom jew li nġibditilhom l-attenzjoni dwarha minn kwalunkwe utent jew utenti finali.
Artikolu 7
Kollegament tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar
1. Fuq talba, il-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għandhom jipprovdu lil fornitur ieħor ta' servizz tal-informazzjoni, ir-riżultati tat-tiftix tar-rotta bbażati fuq informazzjoni statika, u fejn possibbli, fuq dik dinamika.
2. Ir-riżultati tat-tiftix tar-rotta għandhom ikunu bbażati fuq:
(a) |
il-punti tal-bidu u tat-tmiem ta' vjaġġ ta' dawk li jagħmlu t-talba flimkien mal-ħin u d-data speċifiċi tat-tluq jew tal-wasla, jew it-tnejn li huma; |
(b) |
l-għażliet ta' vvjaġġar possibbli flimkien mal-ħin u d-data speċifiċi tat-tluq jew tal-wasla, jew it-tnejn li huma, inkluża kwalunkwe konnessjoni possibbli; |
(c) |
il-punt tat-trasferiment bejn is-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar; |
(d) |
f'każ ta' tfixkil, l-għażliet ta' vvjaġġar possibbli alternattivi flimkien mal-ħin u d-data speċifiċi tat-tluq jew tal-wasla, jew it-tnejn li huma, u kwalunkwe konnessjoni, fejn tkun disponibbli. |
Artikolu 8
Rekwiżiti għal użu mill-ġdid tad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku għall-forniment tas-servizzi u għal kollegament tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar
1. Id-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata fl-Anness u l-metadejta korrispondenti, inkluża l-informazzjoni dwar il-kwalità ta' din id-dejta għandhom ikunu aċċessibbli għall-iskambju u għall-użu mill-ġdid fl-Unjoni fuq bażi mhux diskriminatorja, permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali jew komuni u f'perjodu ta' żmien li jiżgura l-forniment tempestiv tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar. Dawn għandhom ikunu preċiżi u aġġornati.
2. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża mill-ġdid b'mod newtrali u mingħajr diskriminazzjoni jew preferenzi. Il-kriterji użati għall-klassifikazzjoni tal-għażliet ta' vvjaġġar ta' mezzi ta' trasport differenti jew kombinamenti tagħhom, jew it-tnejn li huma, għandhom ikunu trasparenti u ma jkunu bbażati fuq l-ebda fattur direttament jew indirettament relatat mal-identità tal-utent jew, jekk ikun il-każ, mal-kunsiderazzjoni kummerċjali relatata mal-użu mill-ġdid tad-dejta u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja għall-utenti kollha li jkunu qed jipparteċipaw. L-ewwel preżentazzjoni tal-itinerarju tal-vjaġġ ma għandhiex tqarraq lill-utent finali.
3. Meta tintuża mill-ġdid id-dejta statika u dinamika dwar l-ivvjaġġar jew it-traffiku, għandu jiġi indikat is-sors ta' dik id-dejta. Għandhom jiġu indikati wkoll id-data u l-ħin tal-aħħar aġġornament tad-dejta statika.
4. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tad-dejta dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar ipprovduta permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali jistgħu jiġu ddeterminati, permezz ta' ftehim għall-ħruġ ta' liċenzji. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jillimitaw mingħajr bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid jew jintużaw biex jillimitaw il-kompetizzjoni. Il-ftehimiet għall-ħruġ ta' liċenzji, kull meta jintużaw, għandhom fi kwalunkwe każ jimponu l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid. Kwalunkwe kumpens finanzjarju għandu jkun raġonevoli u proporzjonat għall-ispejjeż leġittimi mġarrba biex tiġi pprovduta u mxerrda d-dejta rilevanti dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku.
5. It-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-kollegament tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għandhom ikunu definiti fi ftehim kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar. Kwalunkwe kumpens finanzjarju tal-ispejjeż imġarrba biex jiġu kkollegati s-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, għandu jkun raġonevoli u proporzjonat.
Artikolu 9
Valutazzjoni tal-konformità
1. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk l-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport, il-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba u l-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 8.
2. Sabiex iwettqu l-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet tat-trasport, lill-operaturi tat-trasport, lill-maniġers tal-infrastruttura, lill-fornituri tas-servizz tat-trasport fuq talba jew lill-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, biex jipprovdu d-dokumenti li ġejjin:
(a) |
deskrizzjoni tad-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku elenkata jew maħżuna fil-punt(i) ta' aċċess u s-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar disponibbli inklużi konnessjonijiet ma' servizzi oħra jekk applikabbli, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-kwalità tagħhom; kif ukoll |
(b) |
dikjarazzjoni bbażata fuq l-evidenza ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 8. |
3. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw, b'mod aleatorju, il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(b).
Artikolu 10
Rappurtar
1. Sal-1 ta' Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar il-miżuri li ttieħdu, jekk ikun hemm, biex jistabbilixxu punt ta' aċċess nazzjonali u dwar il-modalitajiet tal-funzjonament tiegħu.
2. Kull sentejn kalendarji wara din id-data, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-progress li sar f'termini tal-aċċessibbiltà u tal-iskambju tat-tipi ta' dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbiliti fl-Anness; |
(b) |
il-kopertura ġeografika u d-dejta dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbilita fl-Anness aċċessibbli fil-punt ta' aċċess u l-kollegament tas-servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar; |
(c) |
ir-riżultati tal-valutazzjoni ta' konformità msemmija fl-Artikolu 9 u |
(d) |
fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-bidliet fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2(b). |
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta' informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b'xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).
(5) Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).
(6) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1) se japplika mill-25 ta' Mejju 2018. L-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 jipprovdu lista sħiħa tal-informazzjoni li trid tingħata lis-suġġett tad-dejta. L-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikoli 17 sa 19 tar-Regolament (UE) 2016/679 jidentifikaw id-drittijiet ta' individwi oħrajn, bħad-drittijiet ta' aċċess, id-dritt ta' rettifika, imblokk jew distruzzjoni ta' dejta personali mhux eżatta jew mhux ġustifikata.
(7) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37)
(8) Kif definit fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) 2016/679.
(9) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1)
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(12) EU EIP SPA Coordinated Metadata Catalogue.
(13) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1921 li tistabbilixxi Programm ta' Ħidma Pluriennali 2014-2020 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
ANNESS
KATEGORIJI TAD-DEJTA
(kif imsemmija fl-Artikoli 3,4,5,6,8,10)
Tqassim tal-mezzi tat-trasport skont it-tip, pereżempju:
|
Skedat It-trasport bl-ajru, il-ferroviji, inklużi l-ferroviji b'veloċità għolja, il-ferroviji konvenzjonali, il-ferroviji ħfief, il-kowċis għal distanza twila, it-trasport marittimu inkluż bil-lanċa, il-metro, it-tram, ix-xarabank, it-trolley-bus. |
|
Skont id-domanda Ix-shuttle bus, ix-shuttle ferry, it-taksi, il-car-sharing, il-car-pooling, il-kiri ta' karozzi, il-bike-sharing, il-kiri ta' roti. |
|
Personali Il-karozza, il-mutur, ir-rota. |
1. It-tipi ta' dejta statika dwar l-ivvjaġġar
1.1. Livell ta' servizz 1
(a) |
Tiftix tal-post (l-oriġini/id-destinazzjoni):
|
(b) |
Pjanijiet tal-vjaġġ: Kalendarju Operazzjonali, immappjar tat-tipi ta' ġranet mad-dati tal-kalendarju |
(c) |
Tiftix tal-post (nodi ta' aċċess):
|
(d) |
Komputazzjoni tal-pjan tal-vjaġġ — il-mezzi ta' trasport skedati:
|
(e) |
Komputazzjoni tal-pjan tal-vjaġġ — it-trasport bit-triq (għal mezzi personali):
|
1.2. Livell ta' servizz 2
(a) |
Tiftix tal-post (il-mezzi skont id-domanda):
|
(b) |
Servizz ta' informazzjoni: Fejn u kif tista' tixtri l-biljetti għall-mezzi skedati, għall-mezzi skont id-domanda u għall-ipparkjar tal-karozzi (il-mezzi skedati kollha u dawk skont id-domanda inklużi l-kanali tal-bejgħ, il-metodi ta' twettiq, il-metodi ta' pagament) |
(c) |
Pjanijiet tal-vjaġġ, informazzjoni awżiljarja, verifika tad-disponibbiltà:
|
1.3. Livell ta' servizz 3
(a) |
Standard komuni dettaljat u talba għal noll speċjali (il-mezzi skedati kollha):
|
(b) |
Servizz ta' informazzjoni (il-mezzi kollha):
|
(c) |
Pjanijiet tal-vjaġġ:
|
(d) |
Komputazzjoni tal-pjan tal-vjaġġ: Ħinijiet stmati tal-ivvjaġġar skont it-tip ta' ġurnata u l-faxxa tal-ħin u skont il-mezz ta' trasport/il-kombinament ta' mezzi ta' trasport |
2. Tipi ta' dejta dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku
2.1. Livell ta' servizz 1
Ħinijiet ta' tranżitu, pjanijiet tal-vjaġġ u informazzjoni awżiljarja:
(i) |
Tfixkil (il-mezzi kollha) |
(ii) |
Informazzjoni dwar l-istatus ta' ħin reali — dewmien, kanċellazzjonijiet, garanzija ta' monitoraġġ tal-konnessjonijiet (il-mezzi kollha) |
(iii) |
Status tal-karatteristiċi tan-nodi ta' aċċess (inkluża informazzjoni dinamika dwar il-pjattaforma, liftijiet/skali mobbli operazzjonali, postijiet ta' dħul u ħruġ magħluqa — il-mezzi kollha skedati) |
2.2. Livell ta' servizz 2
(a) |
Ħinijiet ta' tranżitu, pjanijiet tal-vjaġġ u informazzjoni awżiljarja (il-mezzi kollha):
|
(b) |
Servizz ta' informazzjoni: Disponibbiltà ta' stazzjonijiet ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi u ta' stazzjonijiet ta' riforniment għall-vetturi li jaħdmu bis-CNG/LNG, bl-idroġenu, bil-petrol u bid-diżil, aċċessibbli għall-pubbliku |
(c) |
Verifika tad-disponibbiltà:
|
2.3. Livell ta' servizz 3
Pjanijiet tal-vjaġġ
Ħinijiet tal-ivvjaġġar tal-links tat-toroq previsti fil-ġejjieni