|
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1349
tad-19 ta' Lulju 2017
li jissospendi l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 tal-Kummissjoni (2) fetaħ kwoti tarrifarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur taz-zokkor. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 ta' Lulju sas-7 ta' Lulju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Lulju 2017 huma ugwali għall-kwantitajiet disponibbli skont l-ordni numru 09.4329. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont dik l-ordni b'dak in-numru għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordinijiet bin-numri indikati fl-Anness hija sospiża sa tmiem il-perjodu tal-kwota 2016/2017.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
ANNESS
|
“Il-konċessjonijiet CXL taz-zokkor” Il-perjodu tal-kwota 2016/2017 Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' Lulju 2017 |
||
|
In-numru tal-ordni |
Il-pajjiż |
Applikazzjonijiet ġodda |
|
09.4317 |
L-Awstralja |
— |
|
09.4318 |
Il-Brażil |
— |
|
09.4319 |
Kuba |
Sospiżi |
|
09.4320 |
Kull pajjiż terz |
— |
|
09.4321 |
L-Indja |
Sospiżi |
|
09.4329 |
Il-Brażil |
Sospiżi |
|
09.4330 |
Il-Brażil |
disponibbli fl-2022/2023 u fl-2023/2024 |
|
“Iz-zokkor mill-Balkani” Il-perjodu tal-kwota 2016/2017 Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' Lulju 2017 |
||
|
In-numru tal-ordni |
Il-pajjiż |
Applikazzjonijiet ġodda |
|
09.4324 |
L-Albanija |
— |
|
09.4325 |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
— |
|
09.4326 |
Is-Serbja |
— |
|
09.4327 |
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
|
Miżuri tranżitorji, “Zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali” u “Zokkor industrijali” Il-perjodu tal-kwota 2016/2017 Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' Lulju 2017 |
||
|
In-numru tal-ordni |
Tip |
Applikazzjonijiet ġodda |
|
09.4367 |
Miżuri tranżitorji (il-Kroazja) |
— |
|
09.4380 |
Importazzjoni eċċezzjonali |
— |
|
09.4390 |
Zokkor industrijali |
— |