11.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1241
tal-10 ta' Lulju 2017
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Jenħtieġ li persuna waħda ma tibqax tinżamm fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 ('il-lista'). |
(3) |
Jenħtieġ li tiżdied entità waħda mal-lista ta' entitajiet fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(4) |
Jenħtieġ ukoll li tiġi aġġornata l-informazzjoni relatata ma' persuna waħda li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fil-Parti A (“Persuni”), l-elenkar tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra:
|
2. |
Fil-Parti A (“Persuni”), l-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita b'dan li ġej:
|
3. |
Fil-Parti B (“Entitajiet”), tiddaħħal l-entrata għall-entità li ġejja:
|