8.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1227
tal-20 ta' Marzu 2017
dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar u li jemenda d-Deċiżjoni 2005/610/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 (2), ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Il-prodotti laminati inkullati tal-injam u l-prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini, huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom japplika dak ir-Regolament Delegat. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/610/KE (3) stabbiliet klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għal prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. Madankollu, aktar ittestjar ta' dawn il-prodotti igġustifika l-aġġustament tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni għal dawn il-prodotti. |
(3) |
It-testijiet urew li prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497 għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni għan-nar sakemm jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet dwar id-densità medja minima tal-injam u l-ħxuna medja minima tal-prodott. |
(4) |
Il-prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u l-prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497 għandhom għalhekk jitqiesu li jissodisfaw ċerta klassi ta' prestazzjoni għar-reazzjoni għan-nar stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2016/364 dwar dawk il-kundizzjonijiet, mingħajr ma jinħtieġ aktar ittestjar. |
(5) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, it-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2005/610/KE għandha titħassar u minflok għandu jiġi applikat l-Anness ta' dan ir-Regolament għal prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u l-prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar indikati fl-Anness.
Artikolu 2
It-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2005/610/KE tħassret.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2005/610/KE tad-9 ta' Awwissu 2005 li tistabbilixxi l-klassijiet ta' reazzjoni għan-nar ta' ċerti prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 208, 11.8.2005, p. 21).
ANNESS
Prodotti (1) |
Densità medja minima (2) (f'kg/m3) |
Ħxuna nominali minima (f'mm) |
Klassi (3) |
Prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini bl-istandard armonizzat EN 15497 |
380 |
22 |
D-s2, d0 |
(1) Tapplika għall-ispeċijiet kollha u t-tipi kollha ta' kolla koperti bl-istandards tal-prodott.
(2) Ikkundizzjonata f'konformità mal-istandard EN 13238.
(3) Il-klassi kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/364.