28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1142
tas-27 ta' Ġunju 2017
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 fir-rigward tal-lista ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari, u mill-anqas darbtejn fis-sena, filwaqt li jitqiesu mill-anqas is-sorsi ta' tagħrif imsemmija f'dak l-Artikolu. |
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti tal-ikel reċenti notifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, kif ukoll ir-rapporti ta' darbtejn fis-sena dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jenħtieġ li l-lista tiġi emendata. |
(4) |
B'mod partikolari, għall-kunsinni tal-għeneb imnixxef mit-Turkija u l-Iran, għall-bżar ħelu (Capsicum spp.) mis-Sri Lanka, għall-karawett u l-prodotti derivati mis-Senegal, u għaż-żerriegħa tal-ġulġlien min-Niġerja u s-Sudan, is-sorsi rilevanti ta' tagħrif jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawn il-kunsinni jiġu inklużi fil-lista. |
(5) |
Jenħtieġ li l-lista tiġi emendata wkoll billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti bażiċi, li għalihom it-tagħrif disponibbli juri livell ogħla ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, u għalhekk jiġġustifika żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata fil-lista li tikkonċerna l-berquq imnixxef mit-Turkija tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata bit-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti bażiċi li għalihom is-sorsi rilevanti ta' tagħrif jindikaw titjib ġenerali fil-konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom għalhekk il-livell tal-kontroll uffiċjali attwali ma għadux xieraq. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-piżelli fil-miżwed mill-Kenja u l-Brassica oleracea (“Brokkoli Ċiniż”) miċ-Ċina jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Jenħtieġ li l-lista tiġi emendata wkoll billi jitħassru l-entrati tal-prodotti li dwarhom l-informazzjoni disponibbli turi grad sodisfaċenti ġenerali ta' konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom ma għadux ġustifikat livell ogħla tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati fil-lista dwar il-brunġiel mill-Kambodja u l-enzimi mill-Indja jitħassru. |
(8) |
Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
ANNESS
ANNESS I
Għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż ta' oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
Ananas (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
0804 30 00 |
|
Benin (BJ) |
20 |
|||||
|
|
|
Il-Bolivja (BO) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata) (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 |
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) (Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
Brassica oleracea (Brassika oħra li tittiekel, “Brokkoli Ċiniż”) (6) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
20 |
||||
Te, kemm jekk imħawwar jew le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
|
|
|
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
20 |
|||||
|
|
20 20 |
|||||||
|
|
10 10 |
|||||||
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Frawli (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
|
20 20 |
|||||||
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Għeneb tal-mejda (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
0806 10 10 |
|
L-Eġittu (EG) |
20 |
|||||
|
|
|
Il-Gambja (GM) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Il-Georgia (GE) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
Żejt tal-palm (Ikel) |
1511 10 90 ; 1511 90 11 ; |
|
Il-Ghana (GH) |
Żebgħat tas-Sudan (11) |
50 |
||||
ex 1511 90 19 ; 1511 90 99 |
90 |
||||||||
Għeneb imnixxef (Ikel) |
0806 20 |
|
L-Iran (IR) |
Okratossina A |
5 |
||||
Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0708 10 00 |
40 |
Il-Kenja (KE) |
5 |
|||||
|
|
|
Il-Madagascar (MG) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
In-Niġerja (NG) |
Salmonella (12) |
50 |
||||
|
|
|
Is-Senegal (SN) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Lampun (Ikel — iffriżat) |
0811 20 31 ; |
|
Is-Serbja (RS) |
Norovajrus |
10 |
||||
ex 0811 20 11 ; ex 0811 20 19 |
10 10 |
||||||||
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.)u l-prodotti li ġejjin minnhom (Ikel) |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Sierra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
Bżar (ħelu jew mhux) (Capsicum spp.) (Ikel — imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun) |
ex 2008 99 99 ; 0904 21 10 ; |
79 |
Is-Sri Lanka (LK) |
Aflatossini |
20 |
||||
ex 0904 21 90 ; ex 0904 22 00 |
20 11 ; 19 |
||||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
Is-Sudan (SD) |
Salmonella (12) |
50 |
||||
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
20 |
|||||
|
|
|
|||||||
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Għeneb imnixxef (Ikel) |
0806 20 |
|
It-Turkija (TR) |
Okratossina A |
5 |
||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (16) |
20 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) (Ikel — frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
0805 50 10 |
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
20 |
||||
Bżar Ħelu (Capsicum annuum) (Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0709 60 10 ; 0710 80 51 |
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
Weraq tad-dielja (Ikel) |
ex 2008 99 99 |
11 ; 19 |
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
Rummien (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0810 90 75 |
30 |
It-Turkija (TR) |
20 |
|||||
|
|
|
L-Uganda (UG) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
20 |
||||
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
|
|
80 72 |
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Uganda (UG) |
Salmonella (12) |
50 |
||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Użbekistan (UZ) |
Sulfiti (16) |
50 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
30 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
10 |
(1) Meta jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda suddiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(2) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS)(il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Ir-residwi tal-Etefon.
(4) Ir-residwi tal-Klorbufam.
(5) Ir-residwi tal-Fentoat.
(6) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, “kejl Ċiniż”, “Jie Lan”.
(7) Ir-residwi tat-Trifluralin.
(8) Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(9) Ir-residwi tal-Eżaflumuron, tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), tal-Fentoat u tat-Tijofanat metil.
(10) Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.
(11) Għall-fini ta' dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).
(12) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579-1 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat skont l-aktar verżjoni reċenti tal-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.
(13) Ir-residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.
(14) Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-formetanat)), tal-Protijofos u tat-Triforina.
(15) Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.
(16) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(17) Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-formetanat)), u tat-Tijofanat metil.
(18) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.
(19) Ir-residwi tal-Prokloraż.
(20) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.