REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1105
tat-12 ta' Ġunju 2017
li jistabbilixxi l-formoli msemmija fir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2015/848,
Billi:
(1)
Sabiex ikun żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/848, jinħtieġ li jiġu stabbiliti għadd ta' formoli.
(2)
B'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit ħadu sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/848. Għaldaqstant, l-Irlanda u r-Renju Unit qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
(3)
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/848. Għaldaqstant, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-formola ta' avviż standard li għandha tintuża biex tinforma l-kredituri magħrufa barranin dwar il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza, kif imsemmija fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2015/848, għandha tkun kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Il-formola li għandha tintuża għat-tressiq tal-pretensjonijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2015/848, tkun kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
3. Il-formola standard li tista' tintuża mill-prattikanti fl-insolvenza maħtura fir-rigward ta' membri ta' grupp għat-tressiq ta' oġġezzjonijiet fi proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2015/848, għandha tkun kif stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
4. Il-formola standard li għandha tintuża għas-sottomissjoni elettronika ta' talbiet individwali għall-informazzjoni permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) 2015/848, għandha tkun kif hemm stipulat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
(L-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19))
B’dan qiegħed tingħarraf skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza li nfetħu proċedimenti ta’ insolvenza (1) fir-rigward tad-debitur tiegħek (indikat taħt il-punt 1 ta’ din il-formola) fi Stat Membru ieħor.
Int qed tiġi mistieden tippreżenta kwalunkwe pretensjoni li għandek fil-konfront tad-debitur, kif stabbilit hawn taħt.
Jista’ jkun li tiġi mistieden tippreżenta kwalunkwe pretensjoni li għandek fil-konfront tad-debitur permezz ta’ avviż ieħor li jasal iktar tard, dment li r-rekwiżiti biex tiġi ppreżentata pretensjoni skont il-liġi nazzjonali jkunu ġew issodisfati.
Ma għandekx bżonn tippreżenta l-pretensjonijiet tiegħek individwalment.
Jekk tiġi mistieden iddaħħal il-pretensjonijiet tiegħek, tista’ tagħmel dan billi tuża l-formola tal-pretensjonijiet standard li
tinsab mehmuża ma’ dan l-avviż jew
tista’ tiġi mniżżla mil-link li ġej:
Lingwa
Il-pretensjonijiet jistgħu jiġu ddepożitati fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Irrispettivament minn dan, jista’ jkun li wara tkun meħtieġ tipprovdi traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn il-proċedimenti tal-insolvenza jkunu nfetħu, jew b’lingwa oħra li dak l-Istat ikun indika li jista’ jaċċetta (il-lingwi indikati mill-Istati Membri jistgħu jinsabu hawn: [https://e-justice.europa.eu/content_insolvency-447-mt.do?clang=mt] (2).
Informazzjoni addizzjonali
Tista’ ssib iktar informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-insolvenza fl-Istati Membri fil-link li ġej: [https://e-justice.europa.eu/content_insolvency-447-mt.do?clang=mt (2)]
Tista’ tintraċċa informazzjoni rilevanti dwar il-proċediment ta’ insolvenza partikolari kkonċernat minn dan l-avviż permezz tas-sit web tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja li ġej: […] (2) (3)
(1) “Proċedimenti ta’ insolvenza” huma proċedimenti fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19). Dawn il-proċedimenti qegħdin elenkati fl-Anness A tar-Regolament.
(2) Meta tuża din il-formola, dejjem irreferi għal-link li fil-fatt iwassal għall-paġna web rilevanti tal-Portal tal-Ġustizzja Ewropea
(3) Kun af li din il-funzjoni tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja se tibda taħdem biss mis-26 ta’ Ġunju 2019 (ara l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2015/848).
Din il-formola ta’ Avviż Standard għandha timtela mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fil-proċedimenti ta’ insolvenza fil-konfront tad-debitur, jew mill-prattikant fl-insolvenza mqabbad minn dik il-qorti f’dawk il-proċedimenti.
Din il-formola trid tintbagħat lil kredituri magħrufa li jinsabu fi Stati Membri oħrajn.
Lingwa ta’ din il-formola
Din il-formola ta’ notifika għandha tiġi trażmessa bil-lingwa uffiċjali tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn il-proċedimenti tal-insolvenza jkunu nfetħu, jew b’lingwa oħra li dak l-Istat ikun indika li jista’ jaċċetta f’konformità mal-Artikolu 55(5) tar-Regolament (UE) 2015/848, jekk ikun jista’ jiġi preżunt li dik il-lingwa tkun aktar faċli biex tinftiehem mill-kredituri barranin.
Mezzi ta’ notifika
Sabiex tiġi żgurata trażmissjoni malajr tal-informazzjoni lill-kredituri li jirresjedu jew li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar is-servizz ta’ dokumenti ma japplikax fir-rigward tal-obbligu li jiġu infurmati l-kredituri.
Gwida għal punti speċifiċi tal-formola
Taqsima II tal-formola għandha timtela biss jekk b’dan l-avviż int qed ukoll tistieden lill-kreditur jippreżenta l-pretensjonijiet tiegħu fir-rigward tad-debitur. Jekk ma timliex it-Taqsima II, tkun meħtieġ tibgħat notifika oħra lill-kredituri barranin ladarba l-obbligu jinbet skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli biex dawk il-kredituri jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom individwalment fil-proċedimenti.
Meta timla taqsima partikolari tal-formola, jekk jogħġbok żomm dan li ġej f’moħħok:
— L-għoti tal-informazzjoni fil-punti mmarkati b’asterisk (*) huwa mandatorju.
— L-għoti tal-informazzjoni fil-punti mmarkati b’żewġ asteriski (**) huwa mandatorju iżda soġġett għal kundizzjoni. Din il-kundizzjoni tkun indikata fil-parenteżi fil-punt ikkonċernat, inkella fis-sentenza ta’ qabel il-punt.
— L-għoti tal-informazzjoni fil-punti li ma għandhomx xi sinjali speċifiċi mhuwiex mandatorju.
Kull meta tirreferi għal Stat Membru meta tkun qiegħed timla din il-formola, uża l-kodiċijiet tal-pajjiżi kif ġej: L-Awstrija (AT) il-Belġju (BE) il-Bulgarija (BG) Ċipru (CY) ir-Repubblika Ċeka (CZ) il-Ġermanja (DE) l-Estonja (EE) il-Greċja (EL) Spanja (ES) il-Finlandja (FI) Franza (FR) il-Kroazja (HR) l-Ungerija (HU) l-Irlanda (IE) l-Italja (IT) il-Litwanja (LT) il-Lussemburgu (LU) il-Latvja (LV) Malta (MT) in-Netherlands (NL) il-Polonja (PL) il-Portugall (PT) ir-Rumanija (RO) l-Iżvezja (SE) is-Slovenja (SI) is-Slovakkja (SK) ir-Renju Unit (UK)
Fil-punt 1.2, “numru ta’ reġistrazzjoni” tfisser in-numru ta’ identità individwali li skont il-liġi nazzjonali jkun attribwit lill-entità jew il-persuna. Jekk id-debitur ikun kumpanija jew persuna ġuridika, dan huwa n-numru li jkun hemm fir-reġistru (tan-negozji jew tal-assoċjazzjonijiet) nazzjonali xieraq. Jekk id-debitur ikun persuna fiżika li teżerċita attività kummerċjali jew professjonali indipendenti (“imprendituri”), dan ikun in-numru ta’ identifikazzjoni fl-Istat Membru fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza, li juża lilu fit-twettiq tal-attività kummerċjali jew professjonali tiegħu. Jekk, skont il-liġi dwar l-insolvenza tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza, jintuża n-numru tat-taxxa jew in-numru tal-identità personali tad-debitur għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika li teżerċità attività kummerċjali jew professjonali indipendenti, għandu jiġi indikat dan in-numru.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).
Fil-punt 2.1 tal-formola, “it-tip ta’ proċedimenti ta’ insolvenza” għandu jiġi indikat billi ssir referenza għall-proċedimenti nazzjonali xierqa elenkati fl-Anness A tar-Regolament (UE) 2015/848 li jkunu nfetħu u, fejn applikabbli, kull sottotip ta’ tali proċedimenti li jkunu nfetħu f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Fil-punt 2.3, “il-qorti li fetħet il-proċedimenti ta’ insolvenza” tfisser il-korp ġudizzjarju jew kull korp kompetenti ieħor ta’ Stat Membru li skont il-liġi domestika tiegħu għandu s-setgħa jiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza, li jikkonferma dan il-ftuħ jew li jieħu deċiżjoni tul dawk il-proċedimenti.
Id-data jew l-aħħar ġurnata tat-terminu preskrittiv indikata fil-punt 5 ma tistax tkun inqas minn 30 jum wara l-pubblikazzjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza fir-reġistru ta’ insolvenza tal-Istat Membru li fih infetħu l-proċedimenti, jew jekk l-informazzjoni marbuta mad-debitur ma tkunx inkluża fir-reġistru nazzjonali, wara d-data li fiha tkun ġiet irċevuta din in-notifika mill-kreditur.
1.1.1. Isem (jekk id-debitur ikun kumpanija jew persuna ġuridika):
jew
1.1.2. Kunjom:
1.1.3. Isem/Ismijiet:
(jekk id-debitur ikun persuna fiżika)
1.2. Numru ta’ reġistrazzjoni (għandu jimtela jekk ikun hemm wieħed skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-proċedimenti ta’ insolvenza jkunu nfetħu) (**):
1.3. Indirizz (sakemm ma japplikax il-punt 1.5) (**):
1.3.1. Triq u numru/kaxxa postali:
1.3.2. Post u kodiċi postali:
1.3.3. Pajjiż:
1.4. Indirizz alternattiv:
1.4.1. Triq u numru/kaxxa postali:
1.4.2. Post u kodiċi postali:
1.4.3. Pajjiż:
1.5. Data u post tat-twelid (timtela jekk id-debitur ikun persuna fiżika u l-indirizz tiegħu jkun protett) (**):
1.6. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali marbuta mal-identità tad-debitur:
1.6.1. In-numru tal-identità personali tad-debitur:
1.6.2. L-isem sħiħ ta’ omm id-debitur bħala xebba:
1.6.3. Isem il-missier:
1.6.4. Nazzjonalità:
1.6.5. Oħrajn (speċifika):
Punti mmarkati bi (*): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju.
Punti mmarkati bi (**): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju soġġett għal kundizzjoni.
Punti mingħajr sinjali speċifiċi: l-għoti tal-informazzjoni huwa fakultattiv/opzjonali.
2.3. Il-qorti (1) li fetħet il-proċedimenti ta’ insolvenza (*):
2.3.1. Isem:
2.3.2. Indirizz:
2.3.2.1. Triq u numru/kaxxa postali:
2.3.2.2. Post u kodiċi postali:
2.3.2.3. Pajjiż:
2.4. In-numru ta’ referenza tal-każ (jiddaħħal jekk ikun hemm wieħed) (**):
2.5. Prattikant(i) tal-insolvenza maħtur(in) fil-proċedimenti (timtela jekk ikun hemm) (**):
2.5.1. Isem:
2.5.2. Indirizz:
2.5.2.1. Triq u numru/kaxxa postali:
2.5.2.2. Post u kodiċi postali:
2.5.2.3. Pajjiż:
2.5.2.4. Indirizz tal-posta elettronika:
Punti mmarkati bi (*): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju.
Punti mmarkati bi (**): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju soġġett għal kundizzjoni.
Punti mingħajr sinjali speċifiċi: l-għoti tal-informazzjoni huwa fakultattiv/opzjonali.
(1) It-terminu “qorti” taħt dan il-punt ifisser, skont l-Artikolu 2(6)(ii) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza, il-korp ġudizzjarju jew kull korp kompetenti ieħor ta’ Stat Membru li għandu s-setgħa jiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza, li jikkonferma dan il-ftuħ jew li jieħu deċiżjoni tul dawk il-proċedimenti.
Informazzjoni rigward it-tressiq ta’ pretensjonijiet
3. KORP JEW AWTORITÀ BIS-SETGĦA LI TAĊĊETTA T-TRESSIQ TA’ PRETENSJONIJIET (*)
Il-qorti indikata fil-punt 2.3 ta’ din il-formola;
jew
Il-prattikant fl-insolvenza indikat fil-punt 2.5 ta’ din il-formola;
jew
Il-korp jew l-awtorità bis-setgħa li taċċetta t-tressiq ta’ pretensjonijiet tkun differenti mill-persuna/korp indikati fil-punti 2.3 jew 2.5 ta’ din il-formola. Id-dettalji tagħha huma dawn li ġejjin:
3.1. Isem (jimtela biss jekk il-korp jew l-awtorità bis-setgħa li taċċetta t-tressiq la tkun il-qorti msemmija fil-punt 2.3 u lanqas il-prattikant fl-insolvenza msemmi fil-punt 2.5 ta’ din il-formola) (**):
3.2. Indirizz (jimtela biss jekk il-korp jew l-awtorità bis-setgħa li taċċetta t-tressiq la tkun il-qorti msemmija fil-punt 2.3 u lanqas il-prattikant fl-insolvenza msemmi fil-punt 2.5 ta’ din il-formola) (**):
3.2.1. Triq u numru/kaxxa postali:
3.2.2. Post u kodiċi postali:
3.2.3. Pajjiż:
3.3. Telefown:
3.4. Posta elettronika:
4. MEZZ TA’ KOMUNIKAZZJONI LI PERMEZZ TIEGĦU L-PRETENSJONIJIET JISTGĦU JKUNU MRESSQA (*)
bil-posta (lill-indirizz postali indikat taħt il-punt 3)
bil-posta rreġistrata biss
jew
bil-faks (lin-numru tal-faks li ġej):
jew
bil-posta elettronika (lill-indirizz tal-posta elettronika li ġej):
Punti mmarkati bi (*): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju.
Punti mmarkati bi (**): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju soġġett għal kundizzjoni.
Punt mingħajr sinjali speċifiċi: l-għoti tal-informazzjoni huwa fakultattiv/opzjonali.
f’konformità biss mal-istandard tekniku li ġej (speċifika):
jew
Oħrajn (speċifika):
5. TERMINI PRESKRITTIVI BIEX JITRESSQU L-PRETENSJONIJIET (TIMTELA JEKK IKUN HEMM) (**)
il-pretensjonijiet għandhom jiġi ddepożitati mhux iktar tard minn:
jew
referenza għall-kriterji biex ġie kkalkulat dak it-terminu preskrittiv:
6. KONSEGWENZI JEKK IL-PRETENSJONIJIET MA JIDDAĦĦLUX FIT-TERMINU INDIKAT TAĦT IL-PUNT 5 (*)
Inti jkollok iġġarrab kull spiża addizzjonali assoċjata ma’ sottomissjonijiet li jsiru tard.
Se tiġi eskluż milli tipparteċipa f’distribuzzjonijiet (interim jew finali) li jsiru qabel ma l-pretensjoni(jiet) tiegħek jiġu sottomessi (jew aċċettati).
Se titlef id-dritt li tivvota f’kull proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew f’laqgħat ta’ kredituri li jseħħu qabel ma tippreżenta t-talba tiegħek.
Se tkun meħtieġ tissottometti petizzjoni individwali lill-qorti biex il-pretensjoni tiegħek tiġi ammessa.
Id-dejn ibbażat fuq il-pretensjoni tiegħek jitqies mitmum fil-kuntest tal-proċedimenti.
Jista’ jkun li l-pretensjoni tiegħek ma titqiesx tul il-proċedimenti.
Id-drittijiet garantiti jew preferenzjali tiegħek assoċjati mat-talba se jiġu rinunzjati.
Oħrajn (speċifika):
7. KUNDIZZJONIJIET OĦRA LI JRIDU JIĠU SSODISFATI META TIPPREŻENTA T-TALBA TIEGĦEK
Il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta’ insolvenza titlob li l-ammont tal-pretenzjoni (il-punt 6.1.8 tal-formola standard “tressiq ta’ pretensjonijiet”) u l-kostijiet li joriġinaw mid-dikjarazzjoni ta’ dik il-pretensjoni (il-punt 6.4.3 tal-formola standard “tressiq ta’ pretensjonijiet”) ikunu indikati fil-munita tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza. Il-munita hija din li ġejja:
Euro (EUR) Lev Bulgaru (BGN) Koruna Ċeka (CZK) Kuna Kroata (HRK) Forint Ungeriż (HUF) Zloty Pollakka (PLN) Leu Rumen (RON) Krona Svediża (SEK) Pound tar-Renju Unit (GBP)
Punti mmarkati bi (*): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju.
Punti mmarkati bi (**): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju soġġett għal kundizzjoni.
Punt mingħajr sinjali speċifiċi: l-għoti tal-informazzjoni huwa fakultattiv/opzjonali.
8. OBBLIGU TAL-KREDITURI LI L-PRETENSJONIJIET TAGĦHOM HUMA PREFERENZJALI JEW GARANTITI IN REM (*)
Inti trid tindika b’mod ċar in-natura speċifika tal-pretensjoni meta tippreżenta l-pretensjonijiet, jew
se jkollok bżonn tippreżenta l-pretensjonijiet tiegħek, jew
ma għandekx bżonn tippreżenta l-pretensjonijiet tiegħek, jew
se jkollok bżonn tressaq il-pretensjonijiet tiegħek biss għall-porzjon li mhuwiex kopert mill-valur tal-garanzija jew tal-prijorità; jew
trid tindika l-ammont sa liema l-pretensjonijiet huma probabbilment garantiti]
oħrajn (speċifika):
9. PRETENZJONIJIET BI GRADAZZJONI INFERJURI
Pretensjonijiet bi gradazzjoni inferjuri u pretensjonijiet subordinati għandhom jitressqu biss jekk ikunu mitlubin espliċitament jagħmlu dan mill-qorti ta’ insolvenza.
10. INFORMAZZJONI ULTERJURI LI TISTA’ TKUN RILEVANTI GĦALL-KREDITUR
Punti mmarkati bi (*): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju.
Punti mmarkati bi (**): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju soġġett għal kundizzjoni.
Punt mingħajr sinjali speċifiċi: l-għoti tal-informazzjoni huwa fakultattiv/opzjonali.
il-qorti li għandha ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti ta’ insolvenza
il-prattikant fl-insolvenza mqabbad fil-proċedimenti ta’ insolvenza
Magħmul fi , data
Firma u/jew timbru
ANNESS II
BG
Предявяване на вземания
ES
Presentación de créditos
CS
Přihláška pohledávky
DA
Anmeldelse af fordringer
DE
Forderungsanmeldung
ET
Nõuete esitamine
EL
Αναγγελία απαιτήσεων
EN
Lodgement of claims
FR
Production de créances
GA
Taisceadh éileamh
HR
Prijava tražbina
IT
Insinuazione di crediti
LV
Prasījumu iesniegšana
LT
Reikalavimų pateikimas
HU
Követelések előterjesztése
MT
Tressiq ta' pretensjonijiet
NL
Indiening van schuldvorderingen
PL
Zgłoszenie wierzytelności
PT
Reclamação de créditos
RO
Depunerea cererilor de admitere a creanțelor
SK
Prihláška pohľadávok
SL
Prijava terjatev
FI
Saatavien ilmoittaminen
SV
Anmälan av fordringar
(Il-paragrafi minn 1 sa 3 tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19))
B'dan nirreferi għall-proċedimenti ta' insolvenza indikati hawn taħt u nressaq il-pretensjonijiet tiegħi fil-konfront tal-proprjetà tal-insolvenza, kif ġej:
Din il-formola standard tal-pretensjonijiet għandha tintuża biex jitressqu pretensjonijiet f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2015/848 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza. Talbiet biex jiġu esklużi beni mill-assi tad-debitur għandhom jiġu ppreżentati skont id-dritt nazzjonali.
L-użu ta’ din il-formola standard għall-pretensjonijiet għat-tressiq ta’ pretensjonijiet huwa opzjonali. Madankollu, meta jiġu ppreżentati pretensjonijiet b’mezzi oħrajn għajr din il-formola standard, il-pretensjoni jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha li f’din il-formola hija msemmija bħala mandatorja.
Lingwa
Il-pretensjonijiet jistgħu jiġu ddepożitati fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Irrispettivament minn dan, jista’ jkun li wara tkun meħtieġ tipprovdi traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn il-proċedimenti tal-insolvenza jkunu nfetħu, jew b’lingwa oħra li dak l-Istat ikun indika li jista’ jaċċetta (il-lingwi indikati mill-Istati Membri jistgħu jinsabu hawn: [https://e-justice.europa.eu/content_insolvency-447-mt.do?clang=mt (1)]
Kull meta tirreferi għal Stat Membru meta tkun qiegħed timla din il-formola, uża l-kodiċijiet tal-pajjiżi kif ġej: L-Awstrija (AT) il-Belġju (BE) il-Bulgarija (BG) Ċipru (CY) ir-Repubblika Ċeka (CZ) il-Ġermanja (DE) l-Estonja (EE) il-Greċja (EL) Spanja (ES) il-Finlandja (FI) Franza (FR) il-Kroazja (HR) l-Ungerija (HU) l-Irlanda (IE) l-Italja (IT) il-Litwanja (LT) il-Lussemburgu (LU) il-Latvja (LV) Malta (MT) in-Netherlands (NL) il-Polonja (PL) il-Portugall (PT) ir-Rumanija (RO) l-Iżvezja (SE) is-Slovenja (SI) is-Slovakkja (SK) ir-Renju Unit (UK)
Meta timla taqsima partikolari tal-formola, żomm dan li ġej f’moħħok:
— L-għoti tal-informazzjoni fil-punti mmarkati b’asterisk (*) huwa mandatorju!
— L-għoti tal-informazzjoni fil-punti mmarkati b’żewġ asteriski (**) huwa mandatorju iżda soġġett għal kundizzjoni. Din il-kundizzjoni tkun indikata fil-parenteżi fil-punt ikkonċernat.
— L-għoti tal-informazzjoni fil-punti li ma għandhomx xi sinjali speċifiċi mhuwiex mandatorju.
Jekk għandek bosta pretensjonijiet xi tressaq fl-istess ħin, trid timla l-punti minn 6 sa 10 għal kull pretensjoni individwalment.
Tista’ ssib informazzjoni rilevanti għall-punti 1 u 2 fit-Taqsima I tal-formola li biha ġet innotifikat dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza barranin. Dik il-formola għandha l-intestatura “Avviż ta’ proċedimenti ta’ insolvenza” u ntbagħtitlek mill-qorti barranija li fetħet il-proċedimenti ta’ insolvenza, jew inkella mingħand prattikant fl-insolvenza mqabbad minn dik il-qorti għall-proċedimenti.
Fil-punt 1.1 “il-qorti li fetħet il-proċedimenti” tfisser il-korp ġudizzjarju jew kull korp kompetenti ieħor ta’ Stat Membru li skont il-liġi domestika tiegħu għandu s-setgħa jiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza, li jikkonferma dan il-ftuħ jew li jieħu deċiżjoni tul dawk il-proċedimenti.
Il-punt 1.2 għandu jimtela biss jekk il-proċedimenti ta’ insolvenza jkollhom numru ta’ referenza fl-Istat Membru li fih ikunu nfetħu. Il-punt 1.3 għandu jimtela biss jekk ikun hemm prattikant fl-insolvenza mqabbad fil-każ.
Fil-punti 2.2 u 3.3, “numru ta’ reġistrazzjoni” tfisser in-numru ta’ identità individwali li skont il-liġi nazzjonali jkun marbut mal-entità jew il-persuna. Jekk id-debitur ikun kumpanija jew persuna ġuridika, dan huwa n-numru li jkun hemm fir-reġistru (tan-negozji jew tal-assoċjazzjonijiet) nazzjonali xieraq. Jekk id-debitur ikun persuna fiżika li teżerċita attività kummerċjali jew professjonali indipendenti (imprendituri), dan ikun in-numru ta’ identifikazzjoni fl-Istat Membru fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza, li juża lilu fit-twettiq tal-attività kummerċjali jew professjonali tiegħu. Jekk, skont il-liġi dwar l-insolvenza tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza, jintuża n-numru tat-taxxa jew in-numru tal-identità personali tad-debitur għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika li teżerċita attività kummerċjali jew professjonali indipendenti, għandu jiġi indikat dan in-numru.
(1) Meta tuża din il-formola, dejjem irreferi għal-link li fil-fatt iwassal għall-paġna web rilevanti tal-Portal tal-Ġustizzja Ewropea
Fil-punt 4 trid timmarka l-ewwel opzjoni li tirreferi għall-persuna li l-kreditur indika fil-punt 3 biss jekk il-kreditur ikun persuna fiżika. Jekk timmarka t-tieni opzjoni li tirreferi għal persuna differenti minn dik indikata fil-punt 3, inti suppost timla l-punti minn 4.1 sa 4.6, li minnhom il-punti 4.1, 4.2 u 4.6 huma obbligatorji.
Fil-punt 6.2 “id-data li fiha nibtet il-pretensjoni” tfisser il-punt fiż-żmien li fih l-obbligu tad-debitur fil-konfront tal-kreditur ġie stabbilit (il-konklużjoni ta’ kuntratt, is-seħħ ta’ dannu jew ħsara). Fil-punt 6.3 “id-data li fiha l-pretensjoni saret dovuta” tfisser il-punt fiż-żmien li fih id-debitur kien meħtieġ jagħmel tajjeb skont l-obbligu (il-ħlas sar dovut). Penali statutorji għall-morożità fil-ħlas li għandhom jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-ammont kapitali pretiż għandhom jiġu dikjarati bħala mgħax statutorju (ara l-punt 6.1.3).
Fil-punt 7, jekk ikollok pożizzjoni preferenzjali tkun dovut djun li, skont id-dritt domestiku, meta jaslu biex jitħallsu, jingħataw preferenza meta mqabblin ma’ ċerti kategoriji oħrajn ta’ dejn. Fil-punt 8, garanzija in rem tirreferi għal kull sigurtà li jkollok fir-rispett tal-pretensjoni tiegħek fil-konfront tad-debitur. Tali sigurtà jista’ jkollha forom differenti, bħal imposta fissa fuq assi speċifiku jew imposta flessibbli fuq grupp ta’ assi.
Fil-punt 9, fir-rigward tat-tpaċija, jekk il-kreditur ikun istituzzjoni finanzjarja u jitlob tpaċija fil-konfront tad-debitur, dan għandu wkoll jindika d-dettalji tal-kontijiet ikkonċernati. Il-punti minn 9.1 sa 9.5 għandhom jimtlew biss jekk titlob tpaċija.
Punt 10: il-formola trid tkun akkompanjata mill-kopji ta’ kull dokumenti ta’ prova li jista’ jkun hemm.
1.1. Isem il-qorti li fetħet il-proċedimenti ta’ insolvenza (*):
1.2. In-numru ta’ referenza tal-każ (jiddaħħal jekk ikun hemm wieħed) (**):
1.3. Isem il-prattikant(i) tal-insolvenza maħtur(in) fil-proċedimenti (timtela jekk ikun hemm) (**):
2. DEBITUR
2.1. Isem (*)
2.1.1. Isem (jekk id-debitur ikun kumpanija jew persuna ġuridika):
jew
2.1.2. Kunjom:
2.1.3. Isem/Ismijiet:
(jekk id-debitur ikun persuna fiżika)
2.2. Numru ta’ reġistrazzjoni (għandu jimtela jekk ikun hemm wieħed skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih id-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu) (**):
2.3. Indirizz (sakemm ma japplikax il-punt 2.4) (**):
2.3.1. Triq u numru/kaxxa postali:
2.3.2. Post u kodiċi postali:
2.3.3. Pajjiż:
2.4. Data u post tat-twelid (timtela jekk id-debitur ikun persuna fiżika u l-indirizz tiegħu jkun protett) (**):
3. INFORMAZZJONI DWAR IL-KREDITUR LI GĦANDU L-PRETENSJONI(JIET)
3.1. Isem (*):
3.1.1. Isem:
3.1.2. Rappreżentant legali:
(jekk il-kreditur ikun kumpanija jew persuna ġuridika)
jew
3.1.3. Kunjom:
3.1.4. Isem/Ismijiet:
(jekk il-kreditur ikun persuna fiżika)
Punti mmarkati bi (*): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju.
Punti mmarkati bi (**): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju soġġett għal kundizzjoni.
Punt mingħajr sinjali speċifiċi: l-għoti tal-informazzjoni huwa fakultattiv/opzjonali.
6.1.7. L-ammont totali tal-pretensjoni (il-punt 6.1.1 + punt 6.1.6) (*):
6.1.8. Munita (*):
Euro (EUR) Lev Bulgaru (BGN) Koruna Ċeka (CZK) Kuna Kroata (HRK) Forint Ungeriż (HUF) Zloty Pollakka (PLN) Leu Rumen (RON) Krona Svediża (SEK) Pound tar-Renju Unit (GBP) Oħrajn (speċifika bil-kodiċi ISO):
6.2. Id-data li fiha nibtet il-pretensjoni (*):
6.3. Id-data li fiha l-pretensjoni saret dovuta (jekk differenti mill-punt 6.2):
6.4. Kostijiet li nibtu mid-dikjarazzjoni tal-pretensjoni qabel ma nfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza (timtela jekk mitluba) (**):
6.4.1. ammont ta’ tali kostijiet:
6.4.2. dettalji tal-kostijiet:
6.4.3. Munita:
Euro (EUR) Lev Bulgaru (BGN) Koruna Ċeka (CZK) Kuna Kroata (HRK) Forint Ungeriż (HUF) Zloty Pollakka (PLN) Leu Rumen (RON) Krona Svediża (SEK) Pound tar-Renju Unit (GBP) Oħrajn (speċifika bil-kodiċi ISO):
6.5. Natura tal-pretensjoni (*):
il-pretensjoni hija relatata ma’ obbligu kuntrattwali tad-debitur
obbligazzjoni tad-debitur li tirriżulta minn att delittwali volontarju
tinbet minn obbligu mhux kuntrattwali ieħor
marbuta ma dritt in rem tal-kreditur
[arretrati ta’ manteniment statutorji pendenti li d-debitur, fi ksur ta’ dmiru, ma ħallasx intenzjonalment]
pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratt ta’ impjieg
pretensjoni ta’ taxxa
pretensjonijiet fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet lil korpi tas-sigurtà soċjali
oħrajn (speċifika)
7. TIDDIKJARA LI GĦANDEK POŻIZZJONI PREFERENZJALI (*)
le
iva
jekk iva, speċifika:
Punti mmarkati bi (*): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju.
Punti mmarkati bi (**): l-għoti tal-informazzjoni huwa mandatorju soġġett għal kundizzjoni.
Punt mingħajr sinjali speċifiċi: l-għoti tal-informazzjoni huwa fakultattiv/opzjonali.