21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1093

tal-20 ta' Ġunju 2017

li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta' rapporti ta' pożizzjoni minn ditti tal-investiment u operaturi tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 (1) dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u b'mod partikolari l-Artikolu 58(5) tiegħu.

Billi:

(1)

Il-format tar-rapport ta' kull ġimgħa dwar il-pożizzjonijiet aggregati li għandhom kategoriji differenti ta' persuni għal derivattivi ta' komoditajiet jew kwoti ta' emissjonijiet differenti jew derivattivi tagħhom innegozjat f'ċentri tan-negozjar għandu jikklassifika dawn il-pożizzjonijiet f'pożizzjonijiet li b'mod li jkun kalkolabbli oġġettivament inaqqas ir-riskji direttament relatati ma' attivitajiet kummerċjali, pożizzjonijiet oħra u totali sabiex jipprovdi trasparenza dwar il-qasma bejn attivitajiet relatati finanzjarja u mhux finanzjarji f'derivattivi ta' komodità, kwoti ta' emissjonijiet jew derivattivi tagħhom.

(2)

Il-format ta' rapporti ta' kuljum li jipprovdu analiżi sħiħa ta' ditti ta' investiment u l-pożizzjonijiet tal-klijenti tagħhom f'derivattivi ta' komoditajiet jew kwota tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom innegozjati f'ċentri tan-negozjar u kuntratti barra l-borża (OTC) ekonomikament ekwivalenti għandhom ikunu strutturati sabiex jappoġġaw il-monitoraġġ u l-applikazzjoni ta' limiti ta' pożizzjoni skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE.

(3)

Pożizzjonijiet li jkunu nqalgħu bħala konsegwenza ta' negozji ta' xiri u bejgħ mifruxa bejn dati ta' kunsinna jew komoditajiet jew b'riżultat ta' strateġiji kumplessi oħrajn għandhom jiġu rrapportati fuq bażi diżaggregata sakemm il-kombinazzjoni ta' prodotti hija nnegozjata bħala strument finanzjarju uniku identifikat permezz ta' ISIN u l-pożizzjonijiet miżmumin fiha huma soġġetti għal limitu speċifiku.

(4)

Sabiex iwettqu dmirijiethom b'mod effettiv u konsistenti, l-awtoritajiet rilevanti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli (ESMA) għandhom jiġu pprovduti b'data li tista' titqabbel ma' ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw ċentri tan-negozjar. L-użu ta' format komuni fl-infrastrutturi kollha tas-suq finanzjarju jiffaċilita l-użu akbar tagħhom minn varjetà wiesgħa ta' parteċipanti fis-suq, u b'hekk jippromwovi l-istandardizzazzjoni.

(5)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-ipproċessar dirett u t-tnaqqis ta' kostijiet lill-parteċipanti fis-suq, għandhom jintużaw formati standard minn kull ditta tal-investiment u kull operatur tas-suq li jopera ċentri tan-negozjar.

(6)

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji stabbilita fid-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tapplika mit-3 ta' Jannar 2018. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(8)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rapporti ta' kull ġimgħa

1.   Id-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw ċentru ta' negozjar għandhom jippreparaw ir-rapport ta' kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 58(1)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, separatament għal kull derivattiv ta' komoditajiet, kwota tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom li jkunu nnegozjati f'dak iċ-ċentru tan-negozjar, skont il-format stabbilit fit-Tabelli tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkontjenu l-aggregat tal-pożizzjonijiet kollha li għandhom persuni differenti f'kull kategorija stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness I f'derivattiva ta' komoditajiet, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tagħhom li huma nnegozjati f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.

Artikolu 2

Rapporti ta' kuljum

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'analiżi tal-pożizzjonijiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 58(2) tad-Direttiva 2014/65/UE permezz ta' rapport ta' kuljum fil-format stipulat fit-Tabelli tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkontjeni l-pożizzjonijiet tal-maturitajiet kollha tal-kuntratti kollha.

Artikolu 3

Format tar-rappurtar

L-operaturi ta' ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment għandhom jissottomettu r-rapporti msemmija fl-Artikoli 1 u 2 f'format XML standard komuni.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Format tar-Rapporti ta' kull ġimgħa

Tabella 1

Rapporti ta' kull ġimgħa

{Isem taċ-Ċentru tan-Negozjar}

{Identifikatur taċ-Ċentru tan-Negozjar}

{Data li jirreferi għaliha r-Rapport ta' kull Ġimgħa}

{Data u ħin tal-Pubblikazzjoni}

{Isem tal-Kuntratt tad-Derivattivi tal-Komoditajiet, tal-Kwoti tal-Emissjonijiet jew Derivattivi tagħhom}

{Kodiċi tal-Prodott taċ-Ċentru}

{Status tar-rapport}

 

Notazzjoni tal-kwantità ta' pożizzjonijiet

 

Ditti ta' investiment jew istituzzjonijiet ta' kreditu

Fondi ta' Investiment

Istituzzjonijiet Finanzjarji Oħra

Il-Kumpaniji Kummerċjali

Operaturi b'obbligi ta' konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE

Twil

Qasir

Twil

Qasir

Twil

Qasir

Twil

Qasir

Twil

Qasir

Għadd ta' pożizzjonijiet

 

Tnaqqis ta' Riskju direttament relatat ma' attivitajiet kummerċjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidliet sa mir-rapport preċedenti (+/–)

 

Tnaqqis ta' Riskju direttament relatat ma' attivitajiet kummerċjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwal tal-interess totali miftuħ

 

Tnaqqis ta' Riskju direttament relatat ma' attivitajiet kummerċjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għadd ta' Persuni li għandhom pożizzjoni f'kull kategorija

 

 

Ikkombinati

Ikkombinati

Ikkombinati

Ikkombinati

Ikkombinati

It-Total

 

 

 

 

 


Tabella 2

Tabella tas-simboli għat-Tabella 3

SIMBOLU

TIPI TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifri b'kollox li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi:

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

in-numri negattivi huma prefissi b'“–” (minus).

Fejn japplika, il-valuri huma arrotondati u mhux imqassra.

{DATEFORMAT}

Format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format segwenti:

SSSS-XX-JJ.

{DATE_TIME_FORMAT}

Format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format segwenti:

SSSS-XX-JJTss:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li għandha tintuża l-ittra “Ħ”

“ss” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n ċifri b'kollox

Kaxxa numerika kemm għal valuri ta' numri sħaħ pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.


Tabella 3

Tabella ta' oqsma li għandhom jiġu rrappurtati għal kull derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivat għall-finijiet tal-Artikolu 1

KAXXA

DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR

Isem taċ-Ċentru tan-Negozjar

Kaxxa biex timtela bl-isem sħiħ taċ-ċentru tan-negozjar.

{ALPHANUM-350}

Identifikatur taċ-Ċentru tan-Negozjar

Kaxxa biex timtela bis-segment MIC tal-ISO 10383 taċ-ċentru tan-negozjar. Meta s-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC operattiv.

{MIC}

Id-data li jirreferi għaliha r-Rapport ta' kull Ġimgħa

Kaxxa biex timtela' bid-data li tikkorrispondi għall-Ġimgħa tal-ġimgħa kalendarja li fiha l-pożizzjoni hija miżmuma.

{DATEFORMAT}

Id-data u l-ħin tal-Pubblikazzjoni

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin meta r-rapport huwa ppubblikat fuq is-sit web taċ-ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

Isem tal-Kuntratt tad-Derivattivi tal-Komoditajiet, tal-Kwoti tal-Emissjonijiet jew Derivattivi tagħhom

Kaxxa biex timtela bl-isem tal-kuntratt tad-derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet, jew derivattiv tagħhom identifikati bil-kodiċi tal-prodott taċ-ċentru.

{ALPHANUM-350}

Kodiċi tal-prodott taċ-ċentru

Kaxxa biex timtela b'identifikatur alfanumeriku uniku u mhux ambigwu użata miċ-ċentru tan-negozjar li jiġbor flimkien kuntratti b'maturitajiet differenti u bi prezzijiet tal-eżerċitar fl-istess prodott.

{ALPHANUM-12}

Status tar-rapport

Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport huwiex ġdid jew jekk rapport preċedenti huwiex imħassar jew emendat.

Fejn rapport sottomess preċedentament huwa imħassar jew emendat, rapport li jkun fih id-dettalji kollha tar-rapport oriġinali għandu jintbagħat u l-“istatus tar-rapport” għandu jiġu mmarkat bħala “CANC”.

Għal emendi, rapport ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tal-oriġinali bid-dettalji kollha meħtieġa emendati għandu jintbagħat u l-“istatus tar-Rapport” għandu jiġi mmarkati bħala “AMND”

“NEWT”— Ġdid

“CANC”— Tħassar

“AMND”— Emendat

Għadd ta' pożizzjonijiet

Kaxxa biex timtela bil-kwantità aggregata ta' interess miftuħ miżmuma l-Ġimgħa fi tmiem il-jum ta' negozjar. Il-kwantità għandha tkun espressa jew f'għadd ta' lottijiet (meta l-limiti tal-pożizzjonijiet huma espressi fi kwantitajiet) jew inkella unitajiet tas-sottostanti.

Kuntratti ta' opzjoni għandhom ikunu inklużi fl-aggregazzjoni u rrappurtati fuq bażi ekwivalenti delta.

{DECIMAL-15/2}

Notazzjoni tal-kwantità ta' pożizzjonijiet

Din il-kaxxa għandha timtela bl-unitajiet użati biex jirrappurtaw l-għadd ta' pożizzjonijiet.

“LOTS”— jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f'lottijiet

jew

{ALPHANUM-25}— deskrizzjoni tal-unitajiet użati jekk il-kwantità ta' pożizzjonijiet hija espressa f'unitajiet tas-sottostanti

Bidliet sa mir-rapport preċedenti (+/–)

Kaxxa biex timtela bil-kwantità ta' pożizzjonijiet li jirriflettu ż-żieda jew it-tnaqqis fil-pożizzjoni b'relazzjoni mal-Ġimgħa ta' qabel.

Fil-każ ta' tnaqqis fil-pożizzjoni n-numru għandu jiġi espress bħala numru negattiv prefiss b'“–” (minus).

{DECIMAL-15/2}

Perċentwal tal-interess totali miftuħ

Kaxxa biex timtela bil-perċentwal tal-interess totali miftuħ rappreżentat mill-pożizzjonijiet.

{DECIMAL-5/2}

Għadd ta' persuni li għandhom pożizzjoni f'kull kategorija

Kaxxa biex timtela bl-għadd ta' persuni li għandhom pożizzjoni fil-kategorija.

Jekk l-għadd ta' persuni li għandhom pożizzjoni fil-kategorija huwa inqas mill-għadd speċifikat fl-Att Delegat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 58(6) MiFID II (1), il-kaxxa għandha timtela b'“.” (punt).

{INTEGER-7}

jew

{ALPHANUM-1} jekk il-kaxxa għandha timtela b'“.” (punt).


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tad-ditti tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).


ANNESS II

Format għar-Rapport ta' kuljum

Tabella 1

Tabella tas-simboli għat-Tabella 2

SIMBOLU

TIPI TA' DATA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifri b'kollox li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi:

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

in-numri negattivi huma prefissi b'“–” (minus).

Fejn japplika, il-valuri huma arrotondati u mhux imqassra.

{DATEFORMAT}

Format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format segwenti:

SSSS-XX-JJ.

{DATE_TIME_FORMAT}

Format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format segwenti:

SSSS-XX-JJTss:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li għandha tintuża l-ittra “Ħ”

“ss” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN kif definit f'ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta' entità ġuridika kif definit f'ISO 17442

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383

{NATIONAL_ID}

35 karattru alfanumeriku

L-ID huwa dak stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2017/590 (1) dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-ANNESS II ta' dak ir-Regolament.

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n ċifri b'kollox

Kaxxa numerika kemm għal valuri ta' numri sħaħ pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.


Tabella 2

Tabelli ta' oqsma li għandhom jiġu rrappurtati għall-pożizzjonijiet kollha bil-maturitajiet kollha tal-kuntratti kollha għall-finijiet tal-Artikolu 2

KAXXA

DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR

Id-data u l-ħin ta' sottomissjoni tar-rapport

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin meta r-rapport huwa sottomess.

{DATE_TIME_FORMAT}

Numru ta' referenza tar-rapport

Kaxxa biex timtela bl-identifikatur uniku mogħti mis-sottomittent li jidentifika mingħajr ambigwità ir-rapport kemm lis-sottomittent kif ukoll lill-awtorità kompetenti riċeventi.

{ALPHANUM-52}

Data tal-jum ta' negozjar tal-pożizzjoni rrappurtata

Kaxxa biex timtela bid-data li fiha l-pożizzjoni rrappurtata tkun miżmuma fl-għeluq tal-jum ta' negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar rilevanti.

{DATEFORMAT}

Status tar-rapport

Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport huwiex ġdid jew jekk rapport sottomess preċedentament huwiex imħassar jew emendat.

Fejn rapport sottomess preċedentament huwa imħassar jew emendat, rapport li jkun fih id-dettalji kollha tar-rapport oriġinali u bl-użu tan-Numru ta' Referenza tar-Rapport oriġinali għandu jintbagħat u l-“istatus tar-rapport” għandu jiġi mmarkat bħala “CANC”.

Għal emendi, rapport ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport oriġinali u bl-użu tan-Numru ta' Referenza tar-Rapport oriġinali bid-dettalji kollha meħtieġa emendati għandu jintbagħat u l-“istatus tar-Rapport” għandu jiġi mmarkati bħala “AMND”

“NEWT”— Ġdid

“CANC”— Tħassar

“AMND”— Emendat

Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta

L-identifikatur tad-ditta tal-investiment li qed tirrapporta. Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) għal entitajiet ġuridiċi jew {NATIONAL_ID} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI.

{LEI}

jew

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

Identifikazzjoni tad-detentur tal-pożizzjoni

Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) għal entitajiet ġuridiċi jew {NATIONAL_ID} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI. (Nota: jekk il-pożizzjoni tinżamm bħal pożizzjoni proprjetarja tad-ditta ta' rapportar, din il-kaxxa għandha tkun identika għall-kaxxa “Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta”).

{LEI}

jew

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

Indirizz tal-posta elettronika tad-detentur tal-pożizzjoni

Indirizz tal-posta elettronika għan-notifiki ta' kwistjonijiet relatati mal-pożizzjonijiet.

{ALPHANUM-256}

Identifikazzjoni tal-Entità omm apikali

Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) għal entitajiet ġuridiċi jew {NATIONAL_ID} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI. Nota: din il-kaxxa tista' tkun identika għall-kaxxa “Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta” jew “Identifikazzjoni tad-detentur tal-pożizzjoni” jekk l-entità omm apikali jkollha l-pożizzjonijiet tagħha, jew tagħmel ir-rapporti tagħha.

{LEI}

jew

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

Indirizz tal-posta elettronika tal-entità omm apikali

Indirizz tal-posta elettronika għall-korrispondenza fir-rigward tal-pożizzjonijiet aggregati.

{ALPHANUM-256}

Omm tal-istatus tal-iskema ta' investiment kollettiv

Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk id-detentur tal-pożizzjoni huwiex impriża ta' investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta' investiment indipendentement mill-impriża omm tagħha kif stipulat mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/591 (3).

“TRUE”— id-detentur tal-pożizzjoni huwa impriża ta' investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta' investiment indipendenti

“FALSE”— id-detentur tal-pożizzjoni mhuwiex impriża ta' investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta' investiment indipendenti

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' kuntratt innegozjat f'ċentri ta' negozjar

Identifikatur tad-derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tagħhom. Ara t-taqsima “Identifikatur taċ-Ċentru tan-Negozjar” għat-trattament ta' kuntratti OTC li huma ekonomikament ekwivalenti għal kuntratti li huma nnegozjati fiċ-ċentri ta' negozjar.

{ISIN}

Kodiċi tal-prodott taċ-ċentru

Kaxxa biex timtela b'identifikatur alfanumeriku uniku u mhux ambigwu użata miċ-ċentru tan-negozjar li jiġbor flimkien kuntratti b'maturitajiet differenti u bi prezzijiet tal-eżerċitar fl-istess prodott.

{ALPHANUM-12}

Identifikatur taċ-ċentru tan-negozjar

Kaxxa biex timtela bis-segment MIC tal-ISO 10383 għal pożizzjonijiet irrappurtati fir-rigward ta' kuntratti li jsiru fiċ-ċentru tan-negozjar. Meta s-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC operattiv.

Uża l-kodiċi MIC “XXXX” għal pożizzjonijiet li mhumiex f'ċentru tan-negozjar f'kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti.

Uża l-kodiċi MIC “XOFF” għal derivattivi jew kwoti tal-emissjonijiet elenkati nnegozjati barra l-borża.

{MIC}

Tip ta' pożizzjoni

Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk il-pożizzjoni hijiex jew f'futuri, opzjonijiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, derivattivi ta' komoditajiet definiti taħt il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE (4) jew kwalunkwe tip ta' kuntratt ieħor.

“OPTN”— Opzjonijiet, inklużi opzjonijiet negozjabbli separatament fuq tipi FUTR, SDRV jew OTHR, esklużi prodotti fejn l-opzjonalità huwa biss element integrat

“FUTR”— Futuri

“EMIS”— Kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom

“SDRV”— Derivattivi ta' komoditajiet definiti skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE

“OTHR”— Kull tip ieħor ta' kuntratt

Maturità tal-pożizzjoni

Indikazzjoni ta' jekk il-maturità tal-kuntratt li jinkludi l-pożizzjoni rrappurtata jirrelatax max-xahar spot jew max-xhur l-oħra kollha. Nota: rapporti separati huma meħtieġa għal xhur spot u għax-xhur l-oħra kollha.

“SPOT”— xahar spot, inklużi l-pożizzjonijiet kollha fit-tipi ta' pożizzjonijiet EMIS u SRDV

“OTHR”— ix-xhur l-oħra kollha

Kwantità ta' pożizzjonijiet

Kaxxa biex timtela bil-kwantità netta ta' pożizzjonijiet miżmuma fid-derivattiv ta' komodità, kwoti ta' emissjonijiet jew derivattivi tagħhom espressi jew f'lottijiet, meta l-limiti tal-pożizzjonijiet huma espressi f'lottijiet, jew inkella f'unitajiet tas-sottostanti.

Din il-kaxxa għandha timtela b'numru pożittiv għal pożizzjonijiet twal u numru negattiv għal pożizzjonijiet qosra.

Jekk il-pożizzjoni hija f'derivattivi ta' komoditajiet definiti skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE din il-kaxxa għandha timtela bin-numru ta' unitajiet miżmuma.

{DECIMAL-15/2}

Notazzjoni tal-kwantità ta' pożizzjonijiet

Din il-kaxxa għandha timtela bl-unitajiet użati biex tiġi rrappurtata l-kwantità ta' pożizzjonijiet.

“LOTS”— jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f'lottijiet

{ALPHANUM-25}— deskrizzjoni tal-unitajiet użati jekk il-kwantità ta' pożizzjonijiet hija espressa f'unitajiet tas-sottostanti

“UNIT”— jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f'unitajiet

Kwantità ta' pożizzjonijiet ekwivalenti għad-delta

Jekk it-Tip tal-Pożizzjoni hija “OPTN” jew opzjoni fuq “EMIS”, din il-kaxxa għandha tikkontjeni l-kwantità ekwivalenti għad-delta tal-pożizzjoni rrappurtata fil-qasam “Kwantità ta' Pożizzjonijiet”.

Din il-kaxxa għandha timtela b'numru pożittiv għal sejħiet twal u puts qosra u numru negattiv għal puts twal u sejħiet qosra.

{DECIMAL-15/2}

Indikatur ta' jekk il-pożizzjoni tnaqqasx ir-riskju fir-rigward ta' attività kummerċjali

Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk il-pożizzjoni tnaqqasx ir-riskju skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/591.

“TRUE”— il-pożizzjoni tnaqqas ir-riskju

“FALSE”— il-pożizzjoni ma tnaqqasx ir-riskju


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, 84).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/591 tal-1 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komoditajiet (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 479).

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).