31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/387


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/587

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 22(4) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Grad għoli ta' trasparenza huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-investituri jkunu infurmati b'mod adegwat dwar il-livell veru tat-tranżazzjonijiet attwali u potenzjali fl-ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż (ETFs, exchange-traded funds), ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, irrispettivament minn jekk dawk it-tranżazzjonijiet iseħħux fi swieq regolati, faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali (MTF, multilateral trading facilities), u minn internalizzaturi sistematiċi, jew barra minn dawk il-faċilitajiet. Dan il-grad għoli ta' trasparenza għandu jiżgura wkoll li l-proċess tal-iskoperta tal-prezz fir-rigward ta' strumenti finanzjarji partikolari nnegozjati f'ċentri tan-negozjar differenti ma jiġix imfixkel mill-frammentazzjoni tal-likwidità, u b'hekk l-investituri ma jiġux ippenalizzati.

(2)

Fl-istess ħin, huwa essenzjali li jiġi rikonoxxut li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ikollhom jiġu pprovduti eżenzjonijiet mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar jew differimenti minn obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar, sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-likwidità bħala konsegwenza mhux intenzjonata ta' obbligi biex jiġu żvelati ordnijiet u tranżazzjonijiet u b'hekk jagħmlu pożizzjonijiet ta' riskji pubbliċi. Għalhekk, huwa l-każ li jiġu speċifikati ċ-ċirkustanzi preċiżi taħt liema jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar u differimenti mit-trasparenza ta' wara n-negozjar.

(3)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma relatati mill-qrib peress li jittrattaw mar-rekwiżiti ta' trasparenza applikabbli għaċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess effiċjenti għall-partijiet interessati, b'mod partikolari dawk li huma soġġetti għall-obbligi, huwa l-każ li jiġu inklużi f'Regolament wieħed.

(4)

Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħtu eżenzjonijiet fir-rigward ta' rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar jew jawtorizzaw id-differiment ta' obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar, huma għandhom jittrattaw is-swieq regolati kollha, il-faċilitajiet ta' negozjar multilaterali u d-ditti tal-investiment li jinnegozjaw barra minn ċentri tan-negozjar b'mod ugwali u mhux diskriminatorju.

(5)

Huwa l-każ li tiġi prevista kjarifika ta' numru limitat ta' termini tekniċi. Dawk id-definizzjonijiet tekniċi huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi f'dan ir-Regolament u, għalhekk, jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' ġabra unika tar-regoli għas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Dawk id-definizzjonijiet huma purament funzjonali għall-finijiet tal-istabbiliment tal-obbligi ta' trasparenza għall-ekwità u għal strumenti finanzjarji simili għal ekwità u għandhom ikunu strettament limitati għal fehim ta' dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 idaħħal fl-ambitu tar-reġim ta' trasparenza strumenti simili għal ekwità bħal irċevuti tad-depożiti, ETFs u ċertifikati, kif ukoll ishma u strumenti simili għal ekwità oħra nnegozjati biss f'MTF. Sabiex jiġi stabbilit reġim ta' trasparenza komprensiv u uniformi huwa meħtieġ li jiġi kkalibrat il-kontenut tal-informazzjoni ta' qabel in-negozjar li għandu jsir pubbliku miċ-ċentri tan-negozjar.

(7)

Ċentru tan-negozjar li jkun qed iħaddem sistema ta' talba għal kwotazzjoni (RFQ, request for quote) għandu minn tal-inqas jippubblika l-offerti tad-ditta u l-prezzijiet tal-offerta jew l-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interess u l-intensità mehmuża ma' dawk il-prezzijiet sa mhux aktar tard miż-żmien meta dak li jagħmel it-talba jkun jista' jeżegwixxi tranżazzjoni skont ir-regoli tas-sistema. Dan għandu jsir biex jiġi żgurat li membri jew parteċipanti li jkunu qegħdin jipprovdu l-kwotazzjonijiet tagħhom lil dak li qiegħed jagħmel it-talba l-ewwel, ma jkunux fi żvantaġġ.

(8)

Il-metodoloġija speċifika u d-dejta meħtieġa biex jitwettqu kalkoli għall-iskop tal-ispeċifikazzjoni tar-reġim tat-trasparenza applikabbli għal ekwità u strumenti finanzjarji simili għal ekwità għandhom jiġu applikati flimkien mal-elementi komuni fir-rigward tal-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet għal dejta li għandhom jiġu indirizzati għal ċentri tan-negozjar, Arranġamenti Approvati għall-Pubblikazzjoni (APAs, Approved Publication Arrangements) u Fornituri ta' Tejps Ikkonsolidati (CTPs, Consolidated Tape Providers) għall-finijiet ta' trasparenza u kalkoli oħrajn stabbilti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 (2).

(9)

Ir-reġim ta' trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jkun ikkalibrat tajjeb għas-suq u applikat b'mod uniformi madwar l-Unjoni. B'mod partikolari, determinazzjoni statika tal-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità, id-daqsijiet tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala u d-daqsijiet tas-suq standard ma jaqbdux b'mod adegwat modifikazzjonijiet regolari ta' mudelli tan-negozjar li jaffettwaw l-ekwità u strumenti simili għal ekwità. Huwa għaldaqstant essenzjali li jiġu stabbiliti l-kalkoli meħtieġa li jridu jsiru, inkluż il-perjodi ta' żmien li jridu jitqiesu meta jsiru l-kalkoli u l-perjodi ta' żmien li matulhom ir-riżultati ta' dawn il-kalkoli huma applikabbli, il-metodi tal-kalkoli, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-kalkoli f'konformità mad-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti għall-fini tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (3). F'dan ir-rigward, biex jiġu evitati l-effetti ta' distorsjoni tas-suq, il-perjodi tal-kalkoli għandhom jiżguraw li l-limiti massimi rilevanti tar-reġim huma aġġornati f'intervalli adatti biex jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa xieraq ukoll li tkun prevista l-pubblikazzjoni ċċentralizzata tar-riżultati tal-kalkoli, sabiex b'hekk ikunu disponibbli għall-parteċipanti kollha tas-suq finanzjarju u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni f'post uniku u b'mod faċli biex jintuża mill-utent. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bir-riżultati tal-kalkoli tagħhom u l-ESMA għandha tippubblika dawk il-kalkoli fuq is-sit web tagħha.

(10)

Sabiex jitwettqu l-kalkoli għad-determinazzjoni tar-rekwiżiti għat-trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandhom jiġu żviluppati l-kontenut, il-frekwenza tat-talbiet għal dejta u l-formati u l-perjodu ta' żmien li fih ċentri tan-negozjar, APAs u CTPs għandhom iwieġbu għal talbiet bħal dawn f'konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Ir-riżultati tal-kalkoli magħmulin abbażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jeħtieġu li jiġu ppubblikati sabiex il-parteċipanti tas-suq ikunu infurmati b'dawk ir-riżultati u jiksbu trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar fil-prattika. Huwa xieraq ukoll li tkun prevista l-pubblikazzjoni ċċentralizzata tar-riżultati tal-kalkoli, sabiex b'hekk ikunu disponibbli għall-parteċipanti kollha tas-suq finanzjarju u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni f'post uniku u b'mod faċli biex jintuża mill-utent. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) bir-riżultati tal-kalkoli tagħhom u mbagħad l-ESMA għandha tippubblika dawk il-kalkoli fuq is-sit web tagħha.

(11)

Għal ETFs, u għall-kuntrarju tal-ishma, irċevuti depożitarji, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, il-fatturat medju ta' kuljum ma jidhirx bħala indikatur adattat għall-kalibrazzjoni tal-limiti massimi fuq skala kbira. Għal dawn l-istrumenti, il-miżura tal-likwidità attwali mhijiex maqbuda b'mod adegwat mill-fatturat medju ta' kuljum peress li l-mekkaniżmi ta' ħolqien u ta' tifdija inerenti għall-ETFs jippermettu l-aċċess għal likwidità addizzjonali u mhux esposta. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' evażjoni, huwa importanti wkoll li ż-żewġ ETFs fuq l-istess sottostanti jkollhom l-istess limiti massimi fuq skala kbira, irrispettivament minn jekk ikollhomx fatturat medju ta' kuljum simili jew le. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit limitu massimu uniku fuq skala kbira għall-ETFs kollha, li għandu japplika rrispettivament mis-sottostanti tagħhom jew mil-likwidità tagħhom.

(12)

L-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli kemm jista' jkun qrib taż-żmien reali għandha tkun disponibbli bl-aktar mod immedjat teknikament possibbli, dejjem jekk wieħed jassumi livell raġonevoli ta' effiċjenza u ta' nefqa fuq sistemi min-naħa tal-persuna kkonċernata. L-informazzjoni għandha tkun ippubblikata biss qrib il-limitu massimu ta' żmien preskritt f'każijiet eċċezzjonali fejn is-sistemi disponibbli ma jippermettux pubblikazzjoni f'perjodu iqsar ta' żmien.

(13)

Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw id-dettalji ta' tranżazzjonijiet mwettqin barra minn ċentru tan-negozjar permezz ta' APA. Għalhekk, il-mod ta' kif id-ditti tal-investiment jirrappurtaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet lil APAs għandu jiġi stabbilit u dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw flimkien mar-rekwiżiti applikabbli għal APAs speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2017/571.

(14)

L-investituri jeħtieġ li jkollhom informazzjoni affidabbli u f'waqtha dwar il-livell ta' interess tan-negozjar fi strumenti finanzjarji. Informazzjoni dwar ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet bħat-trasferiment ta' strumenti finanzjarji bħala kollateral, ma tipprovdix informazzjoni sinifikanti lill-investituri fir-rigward tal-livell ta' interess ta' negozjar ġenwin fi strument finanzjarju. Il-ħtieġa li d-ditti ta' investiment jippubblikaw dawk it-tranżazzjonijiet, tikkawża sfidi operattivi u kostijiet sinifikanti mingħajr titjib fil-proċess tal-formazzjoni tal-prezz. Għalhekk, l-obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet eżegwiti barra minn ċentru tan-negozjar għandhom japplikaw biss fil-każ ta' xiri jew ta' bejgħ ta' ishma, riċevuta depożitorja, ETF, ċertifikat jew strumenti finanzjarji simili oħrajn. Huwa essenzjali li ċertu tranżazzjonijiet bħal dawk li jinvolvu l-użu ta' kwalunkwe strument bħal dan għal self kollaterali jew finijiet oħrajn fejn l-iskambju huwa ddeterminat minn fatturi oħrajn għajr il-valutazzjoni tas-suq attwali, ma għandhomx jiġu ppubblikati peress li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezz u jkun hemm ir-riskju li jikkonfondu lill-investitur u jfixklu l-aħjar eżekuzzjoni.

(15)

Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet eżegwiti barra mir-regoli ta' ċentru tan-negozjar, huwa essenzjali li jiġi ċċarat liema ditta ta' investiment għandha tippubblika tranżazzjoni f'każijiet fejn iż-żewġ partijiet għat-tranżazzjoni huma ditti ta' investiment stabbiliti fl-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet mingħajr duplikazzjoni. Għalhekk, ir-responsabbiltà li tranżazzjoni tiġi ppubblikata għandha taqa' dejjem fuq id-ditta ta' investiment li tbigħ, sakemm waħda mill-kontropartijiet biss tkun internalizzatur sistematiku u hija d-ditta tax-xiri.

(16)

Meta kontraparti waħda biss hija internalizzatur sistematiku fi strument finanzjarju partikolari u hija wkoll d-ditta tax-xiri għal dak l-istrument, din għandha tkun responsabbli biex tagħmel it-tranżazzjoni pubblika peress li l-klijenti tagħha jistennewha li tagħmel dan u tinsab f'pożizzjoni aħjar biex timla t-taqsima tar-rappurtar li ssemmi l-istatus tagħha ta' internalizzatur sistematiku. Sabiex jiġi żgurat li tranżazzjoni tiġi ppubblikata darba biss, l-internalizzatur sistematiku għandu jinforma lill-parti l-oħra li jkun sejjer jagħmel it-tranżazzjoni pubblika.

(17)

Huwa importanti li jinżammu l-istandards attwali għall-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet imwettqin bħala negozjar dahar ma' dahar (back-to-back trades) sabiex tiġi evitata l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjoni unika bħala negozjar multiplu u biex tiġi pprovduta ċertezza legali li fuqha ditta tal-investiment hija responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' tranżazzjoni. Għalhekk, żewġ negozjati li jaqblu mdaħħla fl-istess ħin u għall-istess prezz ma' parti unika interposta għandhom jiġu ppubblikati bħala tranżazzjoni unika.

(18)

Sabiex jiġi żgurat li r-reġim regolatorju ta' trasparenza l-ġdid ikun jista' jaħdem b'mod effettiv, huwa l-każ li jiġu previsti l-ġbir ta' ċerta dejta u l-pubblikazzjoni bikrija tal-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità, id-daqsijiet tal-ordnijiet li huma ta' skala kbira, il-limiti massimi għal pubblikazzjoni differita u d-daqsijiet tas-swieq standard.

(19)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li r-reġim regolatorju ta' trasparenza l-ġdid ikun jista' jaħdem b'mod effettiv, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(20)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(21)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“negozjar tal-portafoll” tfisser tranżazzjonijiet f'ħames strumenti finanzjarji differenti jew aktar, fejn dawk it-tranżazzjonijiet huma nnegozjati fl-istess ħin mill-istess klijent u bħala lott uniku kontra prezz ta' referenza speċifiku;

(2)

“tranżazzjoni give-up” jew “tranżazzjoni give-in” tfisser tranżazzjoni fejn ditta tal-investiment tgħaddi negozjar tal-klijent, jew tirċievi negozjar tal-klijent minn, ditta tal-investiment oħra għall-iskop ta' pproċċessar ta' wara n-negozjar;

(3)

“tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli” tfisser tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli kif definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/577;

(4)

“internalizzatur sistematiku” tfisser ditta tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 2

Tranżazzjonijiet li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezz

(L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni f'ishma ma tikkontribwixxix għall-proċess tal-iskoperta tal-prezz meta kwalunkwe ċirkostanza minn dawk li ġejjin tkun tapplika:

(a)

it-tranżazzjoni hija eżegwita b'referenza għal prezz li huwa kkalkulat fuq każijiet ta' żminijiet multipli skont punt referenzjarju partikolari, inkluż tranżazzjonijiet eżegwiti b'referenza għal prezz medju ppeżat skont il-volum jew prezz medju ppeżat skont iż-żmien;

(b)

it-tranżazzjoni hija parti minn negozjar tal-portafoll;

(c)

it-tranżazzjoni hija kontinġenti fuq ix-xiri, il-bejgħ, il-ħolqien jew it-tifdija ta' kuntratt derivattiv jew strument finanzjarju ieħor fejn il-komponenti kollha tan-negozjar għandhom jiġu eżegwiti biss bħala lott uniku;

(d)

it-tranżazzjoni hija eżegwita minn kumpanija tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li tittrasferixxi s-sjieda benefiċjarja ta' ishma minn impriża tal-investiment kollettiva waħda għal oħra u fejn l-ebda ditta tal-investiment mhija parti għat-tranżazzjoni;

(e)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni give-up jew tranżazzjoni give-in;

(f)

l-għan tat-tranżazzjoni huwa t-trasferiment tal-ishma bħala kollaterali fi tranżazzjonijiet bilaterali jew fil-kuntest ta' marġini kontroparti ċentrali (CCP, central counterparty) jew rekwiżiti kollaterali jew bħala parti mill-proċess ta' mmaniġġjar ta' inadempjenza ta' CCP;

(g)

it-tranżazzjoni tirriżulta fil-forniment ta' ishma fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' bonds konvertibbli, opzjonijiet, garanziji koperti jew derivattivi simili oħrajn;

(h)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli;

(i)

it-tranżazzjoni hija mwettqa skont ir-regoli jew proċeduri ta' ċentru tan-negozjar, CCP jew depożitorju ċentrali tat-titoli biex isir xiri sfurzat ta' tranżazzjonijiet mhux saldati f'konformitá mar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

KAPITOLU II

TRASPARENZA TA' QABEL IN-NEGOZJAR

Taqsima 1

Trasparenza ta' qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta' negozjar

Artikolu 3

Obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar

(L-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-firxa tal-prezzijiet attwali tad-domanda u l-offerta u l-profondità tal-interessi ta' negozjar ta' dawk il-prezzijiet. L-informazzjoni għandha ssir pubblika f'konformità mat-tip tas-sistemi ta' negozjar li joperaw kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I.

2.   Ir-rekwiżiti ta' trasparenza msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe “indikazzjoni azzjonabbli tal-interessi” kif definit fl-Artikolu 2(1)(33) u f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 4

L-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità

(L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor, għandu jitqies li jkun iċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat fi ħdan l-Unjoni għal dak l-istrument finanzjarju.

2.   Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw il-fatturat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 17(4) fir-rigward ta' kull strument finanzjarju fir-rigward ta' liema huma l-awtoritajiet kompetenti u għal kull ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju huwa nnegozjat.

3.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jinkludi, għal kull ċentru tan-negozjar, tranżazzjonijiet eżegwiti skont ir-regoli ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar, minbarra prezz ta' referenza u t-tranżazzjonijiet innegozjati indikati kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I u tranżazzjonijiet eżegwiti abbażi ta' mill-inqas ordni waħda li bbenefikat minn eżenzjoni fuq skala kbira u fejn id-daqs tat-tranżazzjoni huwa ogħla mil-limitu massimu fuq skala kbira applikabbli kif iddeterminat skont l-Artikolu 7;

(b)

għandu jkopri kemm is-sena kalendarja preċedenti jew, fejn applikabbli, il-perjodu tas-sena kalendarja preċedenti li matulha l-istrument finanzjarju kien ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma kienx sospiż min-negozjar.

4.   Sakemm l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal strument finanzjarju speċifiku huwa ddeterminat skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafi 1 sa 3, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għandu jkun iċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju huwa ammess l-ewwel darba għan-negozjar jew nnegozjat l-ewwel.

5.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn li kienu ammessi għan-negozjar jew innegozjati l-ewwel f'ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat jew inqas qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 5

Karatteristiċi speċifiċi ta' tranżazzjonijiet innegozjati

(Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni nnegozjata f'ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħrajn għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni li hija nnegozjata b'mod privat iżda rrappurtata skont ir-regoli ta' ċentru tan-negozjar u fejn tapplika kwalunkwe ċirkustanza minn dawn li ġejjin:

(a)

żewġ membri jew parteċipanti ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar huma involuti fi kwalunkwe waħda mill-kapaċitajiet li ġejjin:

(i)

wieħed jinnegozja f'ismu stess meta l-ieħor jaġixxi f'isem klijent;

(ii)

it-tnejn li huma jinnegozjaw f'isimhom;

(iii)

it-tnejn li huma jaġixxu f'isem klijent;

(b)

membru wieħed jew parteċipant wieħed ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar huwa kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

jaġixxi f'isem kemm ix-xerrej kif ukoll il-bejjiegħ;

(ii)

jinnegozja f'ismu stess fil-konfront ta' ordni ta' klijent.

Artikolu 6

Tranżazzjonijiet innegozjati soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq kurrenti

(Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni nnegozjata f'ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq kurrenti tal-istrument finanzjarju fejn tapplika kwalunkwe ċirkustanza minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni hija eżegwita b'referenza għal prezz li huwa kkalkolat fuq każijiet ta' żminijiet multipli skont punti referenzjarji partikolari, inkluż tranżazzjonijiet eżegwiti b'referenza għal prezz medju ppeżat bil-volum jew prezz medju ppeżat biż-żmien;

(b)

it-tranżazzjoni hija parti minn negozjar tal-portafoll;

(c)

it-tranżazzjoni hija kontinġenti fuq ix-xiri, il-bejgħ, il-ħolqien jew it-tifdija ta' kuntratt derivattiv jew strument finanzjarju ieħor fejn il-komponenti kollha tan-negozjar huma maħsuba li jiġu eżegwiti bħala lott uniku;

(d)

it-tranżazzjoni hija eżegwita minn kumpanija tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE li tittrasferixxi l-appartenenza benefiċjarja ta' strumenti finanzjarji minn impriża ta' investiment kollettiv waħda għal oħra u meta l-ebda ditta tal-investiment mhija parti għat-tranżazzjoni;

(e)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni give-up jew tranżazzjoni give-in;

(f)

l-iskop tat-tranżazzjoni huwa t-trasferiment ta' strumenti finanzjarji bħala kollaterali fi tranżazzjonijiet bilaterali jew fil-kuntest ta' marġini ta' CCP jew ta' rekwiżiti kollaterali jew bħala parti mill-proċess ta' mmaniġġjar ta' inadempjenza ta' CCP;

(g)

it-tranżazzjoni tirriżulta fil-forniment ta' strumenti finanzjarji fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' bonds konvertibbli, opzjonijiet, garanziji koperti jew derivattivi finanzjarji simili oħrajn;

(h)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli;

(i)

it-tranżazzjoni hija mwettqa skont ir-regoli jew il-proċeduri ta' ċentru tan-negozjar, CCP jew depożitorju ċentrali tat-titoli biex isir xiri sfurzat ta' tranżazzjonijiet mhux issaldati skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014;

(j)

kwalunkwe tranżazzjoni oħra ekwivalenti għal waħda minn dawk deskritti fil-punti (a) sa (i) peress li hija kontinġenti fuq il-karatteristiċi tekniċi li mhumiex relatati mal-valwazzjoni tas-suq attwali tal-istrument finanzjarju nnegozjat.

Artikolu 7

Ordnijiet li huma kbar fl-iskala

(L-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Ordni fir-rigward ta' sehem, irċevuta tad-depożiti, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandha titqies li hija kbira fl-iskala meta l-ordni hija daqs jew akbar mid-daqs minimu tal-ordnijiet imniżżlin fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II.

2.   Ordni fir-rigward ta' ETF għandha titqies bħala li hija kbira fl-iskala meta l-ordni hija daqs jew akbar minn EUR 1 000 000.

3.   Għall-fini tad-determinazzjoni ta' ordnijiet li huma kbar fl-iskala, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw, f'konformità mal-paragrafu 4, il-fatturat medju ta' kuljum fir-rigward tal-ishma, irċevuti depożitarji, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn innegozjati f'ċentru tan-negozjar.

4.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jinkludi tranżazzjonijiet eżegwiti fl-Unjoni fir-rigward tal-istrument finanzjarju, kemm jekk kienu nnegozjati f'ċentru tan-negozjar kif ukoll jekk innegozjati barra;

(b)

għandu jkopri l-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja preċedenti u jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti jew, fejn applikabbli, dik il-parti tas-sena kalendarja li matulha l-istrument finanzjarju kien ammess għan-negozjar jew kien innegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma kienx sospiż min-negozjar.

Il-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għal ishma, irċevuti depożitarji, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħrajn li kienu ammessi l-ewwel darba għan-negozjar jew innegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat jew inqas qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti.

5.   Diment li l-prezz jew kundizzjonijiet rilevanti oħrajn għall-eżekuzzjoni ta' ordni ma jkunux emendati, l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandha tkompli tapplika fir-rigward ta' ordni li hija kbira fl-iskala meta tiddaħħal f'reġistru tal-ordnijiet iżda li, wara eżekuzzjoni parzjali, taqa' taħt il-limitu massimu applikabbli għal dak l-istrument finanzjarju kif iddeterminat f'konformità mal-paragrafi 1 u 2.

6.   Qabel ma sehem, irċevuta depożitarja, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jiġi nnegozjat għal-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima tal-fatturat medju ta' kuljum għal dak l-istrument finanzjarju filwaqt li titqies kwalunkwe storja preċedenti ta' negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju u ta' strumenti finanzjarji oħrajn li jitqiesu li għandhom karatteristiċi simili, u jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' dik l-istima.

7.   Il-fatturat medju ta' kuljum stmat imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jintuża għall-kalkolu tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala matul perjodu ta' sitt ġimgħat wara d-data li fiha s-sehem, l-irċevuta depożitarja, iċ-ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor kienu ammessi għan-negozjar jew kienu nnegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar.

8.   L-awtorità kompetenti għandha tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-fatturat medju ta' kuljum bbażat fuq l-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 7.

9.   Il-fatturat medju ta' kuljum imsemmi fil-paragrafu 8 għandu jintuża għall-kalkolu tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala u sakemm japplika fatturat medju ta' kuljum ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 3.

10.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-fatturat medju ta' kuljum għandu jiġi kkalkulat bid-diviżjoni tal-fatturat totali għal strument finanzjarju partikolari kif speċifikat fl-Artikolu 17(4) bin-numru tal-ġranet tan-negozjar fil-perjodu kkunsidrat. In-numru ta' ġranet tan-negozjar fil-perjodu kkunsidrat huwa n-numru ta' ġranet tan-negozjar fl-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità għal dak l-istrument finanzjarju kif iddeterminat skont l-Artikolu 4.

Artikolu 8

It-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmumin f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet

(L-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   It-tip ta' ordni miżmuma f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar sakemm tiġi żvelata li għaliha l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar jistgħu jkunu eżentati, hija ordni li:

(a)

hija maħsuba li tkun żvelata lir-reġistru tal-ordnijiet imħaddem minn ċentru tan-negozjar u hija kontinġenti fuq kundizzjonijiet oġġettivi li huma definiti minn qabel mill-protokoll tas-sistema;

(b)

ma tistax tinteraġixxi ma' interessi ta' negozjar oħrajn qabel l-iżvelar lir-reġistru tal-ordnijiet imħaddem miċ-ċentru tan-negozjar;

(c)

ladarba tkun żvelata lir-reġistru tal-ordnijiet, tinteraġixxi ma' ordnijiet oħrajn f'konformità mar-regoli applikabbli għal ordnijiet ta' dak it-tip fil-ħin tal-iżvelar.

2.   Ordnijiet miżmuma f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar sakemm jiġu żvelati li fir-rigward tagħhom jistgħu jiġu eżentati l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar, meta jidħlu fis-seħħ u wara kwalunkwe emenda, għandhom ikollhom wieħed mid-daqsijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta' ordni ta' riżerva, daqs li huwa akbar minn jew ugwali għal EUR 10 000;

(b)

għall-ordnijiet l-oħrajn kollha, daqs li huwa akbar minn jew daqs il-kwantità negozjabbli minima stabbilita bil-quddiem mill-operatur tas-sistema skont ir-regoli u l-protokolli tiegħu.

3.   Ordni ta' riżerva kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) għandha titqies bħala ordni tal-limitu li tikkonsisti f'ordni żvelata relatata ma' porzjon ta' kwantità u ordni mhux żvelata relatata mal-bqija tal-kwantità fejn il-kwantità mhux żvelata tista' tkun tiġi eżegwita biss wara r-rilaxx tagħha lir-reġistru tal-ordnijiet bħala ordni żvelata ġdida.

Taqsima 2

Trasparenza ta' qabel in-negozjar għall-internalizzaturi sistematiċi u ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra minn ċentru tan-negozjar

Artikolu 9

Arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta' kwotazzjoni vinkolanti

(L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Kwalunkwe arranġament li internalizzatur sistematiku jadotta sabiex ikun konformi mal-obbligu li jagħmel il-kwotazzjonijiet vinkolanti pubbliċi għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-arranġament jinkludi l-passi raġonevoli kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata tkun affidabbli, issorveljata kontinwament għall-iżbalji, u tkun korretta hekk kif jiġu skoperti l-iżbalji;

(b)

l-arranġament ikun konformi ma' arranġamenti tekniċi ekwivalenti għal dawk speċifikati għal Arranġamenti Approvati għall-Pubblikazzjoni (APAs, Approved Publication Arrangements) fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571 li jiffaċilitaw il-konsolidiazzjoni tad-dejta b'dejta simili minn sorsi oħrajn;

(c)

l-arranġament jagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-pubbliku fuq bażi mhux diskriminatorja;

(d)

l-arranġament jinkludi l-pubblikazzjoni tal-ħin meta ddaħħlu jew ġew emendati l-kwotazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 50 tad-Direttiva 2014/65/UE kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 (9).

Artikolu 10

Prezzijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq

(L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Il-prezzijiet ippubblikati minn internalizzatur sistematiku għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq meta dawn ikunu qrib fil-prezz, fil-ħin tal-pubblikazzjoni, għal kwotazzjonijiet ta' daqsijiet ekwivalenti għall-istess strument finanzjarju fuq l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif iddeterminat skont l-Artikolu 4 għal dak l-istrument finanzjarju.

Artikolu 11

Id-daqs tas-suq standard

(L-Artikolu 14(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Id-daqs tas-suq standard għal ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħrajn li għalihom hemm suq likwidu għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-valur medju ta' tranżazzjonijiet għal kull strument finanzjarju kkalkulat f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 u f'konformità mat-Tabella 3 tal-Anness II.

2.   Għall-iskop tad-determinazzjoni tad-daqs tas-suq standard li huwa applikabbli għal strument finanzjarju speċifiku kif stabbilit fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw il-valur medju ta' tranżazzjonijiet fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħrajn kollha nnegozjati f'ċentru tan-negozjar li għalihom hemm suq likwidu u fir-rigward ta' liema huma l-awtorità kompetenti.

3.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jqis it-tranżazzjonijiet eżegwiti fl-Unjoni fir-rigward tal-istrument finanzjarju kkonċernat, kemm jekk eżegwiti f'ċentru tan-negozjar jew barra;

(b)

għandu jkopri jew is-sena kalendarja preċedenti jew, fejn applikabbli, il-perjodu tas-sena kalendarja preċedenti li matulha l-istrument finanzjarju kien ammess għan-negozjar jew nnegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma kienx sospiż min-negozjar;

(c)

għandu jeskludi tranżazzjonijiet kbar fl-iskala tan-negozjati ta' wara kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I.

Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn li kienu ammessi għan-negozjar l-ewwel darba jew innegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat jew inqas qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti.

4.   Qabel ma sehem, irċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili oħrajn jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħti stima tal-fatturat medju ta' kuljum għal dak l-istrument finanzjarju filwaqt li titqies kwalunkwe storja preċedenti ta' negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju u ta' strumenti finanzjarji oħrajn li jitqiesu li għandhom karatteristiċi simili, u jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' dik l-istima.

5.   Il-valur medju stmat ta' tranżazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 għandu jintuża bħala d-daqs standard tas-suq għal sehem, irċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor matul perjodu ta' sitt ġimgħat wara d-data li fiha s-sehem, l-irċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor kienu ammessi għall-ewwel darba għal negozjar jew kienu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar.

6.   L-awtorità kompetenti għandha tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-valur medju ta' tranżazzjonijiet bbażat fuq l-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 5.

7.   Il-valur medju ta' tranżazzjonijiet fil-paragrafu 6 għandu japplika immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu u sakemm japplika valur medju ġdid ta' tranżazzjonijiet ikkalkulat f'konformità mal-paragrafi 2 u 3.

8.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur medju ta' tranżazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat bid-diviżjoni tal-fatturat totali għal strument finanzjarju partikolari kif stabbilit fl-Artikolu 17(4) bin-numru totali ta' tranżazzjonijiet eżegwiti għal dak l-istrument finanzjarju fil-perjodu kkunsidrat.

KAPITOLU III

TRASPARENZA TA' WARA N-NEGOZJAR GĦAL ĊENTRI TA' NEGOZJAR U DITTI TA' INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW BARRA MINN ĊENTRU TAN-NEGOZJAR.

Artikolu 12

Obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar

(L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Operaturi tas-suq u ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar u ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra mir-regoli ta' ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji ta' kull tranżazzjoni billi japplikaw it-tabelli ta' referenza 2, 3 u 4 tal-Anness I.

2.   Meta rapport ta' negozjar ippubblikat qabel jiġi kkanċellat, ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra ċentru tan-negozjar u operaturi tas-suq u ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw rapport ta' negozjar ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport ta' negozjar oriġinali u l-markatura tal-kanċellazzjoni speċifikata fit-Tabella 4 tal-Anness I.

3.   Meta rapport ta' negozjar ippubblikat qabel jiġi emendat, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar u ditti ta' investiment li joperaw barra minn ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

rapport tan-negozjar ġdid, li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport ta' negozjar oriġinali u l-markatura tal-kanċellazzjoni speċifikata fit-Tabella 4 tal-Anness I;

(b)

rapport ta' negozjar ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport ta' negozjar oriġinali bid-dettalji meħtieġa kollha kkoreġuti u l-markatura tal-emenda speċifikata fit-Tabella 4 tal-Anness I.

4.   Meta tranżazzjoni bejn żewġ ditti tal-investiment hija konkluża barra mir-regoli ta' ċentru tan-negozjar, kemm jekk f'isimhom stess jew f'isem klijenti, id-ditta tal-investiment li tbigħ l-istrument finanzjarju kkonċernat biss għandha tippubblika t-tranżazzjoni permezz ta' APA.

5.   B'deroga mill-paragrafu 4, fejn waħda mid-ditti ta' investiment biss hi parti għat-tranżazzjoni hija internalizzatur sistematiku fl-istrument finanzjarju partikolari u tkun qed taġixxi bħala d-ditta tax-xiri, dik id-ditta biss għandha tippubblika t-tranżazzjoni permezz ta' APA, filwaqt li tinforma lill-bejjiegħ bl-azzjoni meħuda.

6.   Id-ditti ta' investiment għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li t-tranżazzjoni ssir pubblika bħala tranżazzjoni unika. Għal dak il-għan, żewġ innegozjar li jaqblu mdaħħla fl-istess ħin u għall-istess prezz ma' parti unika interposta għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni unika.

Artikolu 13

Applikazzjoni ta' trasparenza ta' wara n-negozjar għal ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet eżegwiti barra minn ċentru tan-negozjar

(L-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-obbligu fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 m'għandux japplika għal dan li ġej:

(a)

tranżazzjonijiet esklużi elenkati taħt l-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (10) fejn applikabbli;

(b)

tranżazzjonijiet eżegwiti minn kumpanija tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew maniġer tal-fond ta' investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE li jittrasferixxu l-appartenenza benefiċjarja ta' strumenti finanzjarji minn impriża ta' investiment kollettiv waħda għal oħra u meta l-ebda ditta tal-investiment mhija parti għat-tranżazzjoni;

(c)

tranżazzjonijiet give-up u tranżazzjonijiet give-in;

(d)

trasferimenti ta' strumenti finanzjarji bħala kollaterali fi tranżazzjonijiet bilaterali jew fil-kuntest ta' marġini ta' CCP jew rekwiżiti kollaterali jew bħala parti mill-proċess ta' mmaniġġjar tal-inadempjenza ta' CCP.

Artikolu 14

Pubblikazzjoni f'ħin reali ta' tranżazzjonijiet

(L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għal tranżazzjonijiet li jseħħu f'ċentru tan-negozjar partikolari, l-informazzjoni ta' wara n-negozjar għandha tiġi ppubblikata fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

meta t-tranżazzjoni sseħħ matul il-ħinijiet tan-negozju ta' kuljum taċ-ċentru tan-negozjar, fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien minuta mit-tranżazzjoni rilevanti;

(b)

meta t-tranżazzjoni sseħħ barra mill-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum taċ-ċentru tan-negozjar, qabel il-ftuħ tal-jum li jmiss tan-negozjar għal dak iċ-ċentru tan-negozjar.

2.   Għal tranżazzjonijiet li jseħħu barra minn ċentru tan-negozjar, l-informazzjoni ta' wara n-negozjar għandha tiġi ppubblikata fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

meta t-tranżazzjoni sseħħ matul il-ħinijiet tan-negozju ta' kuljum tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 4 għas-sehem, l-irċevuta depożitarja, l-ETF, iċ-ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor ikkonċernati, jew matul il-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum tad-ditta tal-investiment, fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien minuta mit-tranżazzjoni rilevanti;

(b)

meta t-tranżazzjoni sseħħ fi kwalunkwe każ mhux kopert mill-punt (a), minnufih mal-bidu tal-ħinijiet ta' negozjar ta' kuljum tad-ditta tal-investiment u sa mhux aktar tard qabel il-ftuħ tal-jum ta' negozjar li jkun imiss tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 4.

3.   Informazzjoni relatata ma' negozjar tal-portafoll għandha ssir pubblika fir-rigward ta' kull tranżazzjoni kostitwenti fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli, b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa għall-allokazzjoni tal-prezzijiet għal ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn partikolari. Kull tranżazzjoni kostitwenti għandha tiġi vvalutata separatament sabiex jiġi ddeterminat jekk il-pubblikazzjoni ddiferita fir-rigward ta' dik it-tranżazzjoni hijiex applikabbli skont l-Artikolu 15.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni ddiferita ta' tranżazzjonijiet

(L-Artikolu 7(1) u 20(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Meta awtorità kompetenti tawtorizza l-pubblikazzjoni ddifferita tad-dettalji ta' tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-operaturi tas-suq u d-ditti ta' investiment li jħaddmu ċentru tan-negozjar u ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra minn ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw kull tranżazzjoni sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu rilevanti stabbilit fit-Tabelli 4, 5 u 6 tal-Anness II sakemm il-kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

it-tranżazzjoni hija bejn ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess għajr permezz ta' negozjar matched principal u kontroparti oħra;

(b)

id-daqs tat-tranżazzjoni hija ugwali għal jew jaqbeż id-daqs kwalifikattiv minimu rilevanti speċifikat fit-Tabelli 4, 5 jew 6 tal-Anness II, skont il-każ.

2.   Id-daqs kwalifikattiv minimu rilevanti għall-finijiet tal-punt (b) fil-paragrafu 1 għandu jiġi ddeterminat skont il-fatturat medju ta' kuljum ikkalkulat kif imniżżel fl-Artikolu 7.

3.   Għal tranżazzjonijiet fir-rigward ta' liema hija permessa pubblikazzjoni ddifferita sat-tmiem tal-jum tan-negozjar kif speċifikat fit-Tabelli 4, 5 u 6 tal-Anness II, id-ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra minn ċentru tan-negozjar u l-operaturi tas-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji ta' dawk it-tranżazzjonijiet jew:

(a)

fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali possibbli wara t-tmiem tal-jum tan-negozjar li jinkludi l-irkant tal-għeluq, fejn applikabbli, għal tranżazzjonijiet eżegwiti aktar minn sagħtejn qabel it-tmiem tal-jum tan-negozjar;

(b)

mhux aktar tard min-nofsinhar ħin lokali fil-jum ta' negozjar li jkun imiss għat-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti fil-punt (a).

Għat-tranżazzjonijiet li jseħħu barra minn ċentru tan-negozjar, ir-referenzi għal jiem tan-negozjar u rkanti tal-għeluq għandhom ikunu dawk tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 4.

4.   Meta tranżazzjoni bejn żewġ ditti ta' investiment hija eżegwita barra mir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar, l-awtorità kompetenti għall-fini tad-determinazzjoni tar-reġim ta' differiment applikabbli għandha tkun l-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment responsabbli biex tippubblika n-negozju permezz ta' APA skont il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 12.

Artikolu 16

Ir-referenzi għal jum ta' negozjar u l-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum

1.   Referenza għal jum ta' negozjar fir-rigward ta' ċentru tan-negozjar għandha tkun referenza għal kwalunkwe jum li matulu dak iċ-ċentru tan-negozjar huwa miftuħ għan-negozjar.

2.   Referenza għal ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum ta' ċentru tan-negozjar jew ta' ditta ta' investiment għandha tkun referenza għall-ħinijiet li ċ-ċentru tan-negozjar jew d-ditta tal-investiment jistabbilixxu bil-quddiem u li jippubblikaw bħala l-ħinijiet ta' negozjar tagħhom.

3.   Referenza għall-ftuħ tal-jum tan-negozjar f'ċentru tan-negozjar partikolari għandha tkun referenza għall-bidu tal-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar.

4.   Referenza għall-għeluq tal-jum tan-negozjar f'ċentru tan-negozjar partikolari għandha tkun referenza għall-għeluq tal-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-KALKOLI TA' QABEL IN-NEGOZJAR U TA' WARA N-NEGOZJAR

Artikolu 17

Metodoloġija, data tal-pubblikazzjoni u data tal-applikazzjoni tal-kalkoli ta' trasparenza

(L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Sa mhux aktar tard minn 14-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u sal-1 ta' Marzu ta' kull sena wara dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fir-rigward ta' kull strument finanzjarju li għalih huma l-awtorità kompetenti, jiġbru d-dejta, jikkalkulaw u jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

iċ-ċentru tan-negozjar li huwa l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikolu 4(2);

(b)

il-fatturat medju ta' kuljum għall-fini tal-identifikazzjoni tad-daqs tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala kif stabbilit fl-Artikolu 7(3);

(c)

il-valur medju tat-tranżazzjonijiet għall-fini tad-determinazzjoni tad-daqs standard tas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 11(2).

2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti ta' investiment, inkluż id-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għal perjodu ta' 12-il xahar mill-1 ta' April tas-sena li fiha l-informazzjoni tiġi ppubblikata.

Meta l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hija ssostitwita b'informazzjoni ġdida skont il-paragrafu 3 matul il-perjodu ta' 12-il xahar imsemmi hawnhekk, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-swieq u d-ditti ta' investiment inklużi ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw dik l-informazzjoni l-ġdida għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata skont il-paragrafu 1 tkun aġġornata fuq bażi regolari għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li l-bidliet kollha għal sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili speċifiċi li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kalkoli preċedenti u l-informazzjoni ppubblikata jiġu inklużi f'aġġornamenti bħal dawn.

4.   Għall-finijiet tal-kalkoli msemmijin fil-paragrafu 1, il-fatturat fir-rigward ta' strument finanzjarju għandu jkun ikkalkulat billi jingħaddu r-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni eżegwita matul perjodu ta' żmien definit, in-numru ta' unitajiet ta' dak l-istrument skambjat bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja bil-prezz unitarju applikabbli għal tranżazzzjoni bħal din.

5.   Wara t-tmiem tal-jum tan-negozjar, iżda qabel it-tmiem tal-jum, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti d-dettalji mniżżlin fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness III, kull meta l-istrument finanzjarju huwa ammess għan-negozjar jew l-ewwel innegozjat f'dak iċ-ċentru tan-negozjar jew kull meta dawk id-dettalji li ġew sottomessi inbidlu.

Artikolu 18

Referenza għall-awtoritajiet kompetenti

(L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-awtorità kompetenti għal strument finanzjarju speċifiku responsabbli biex twettaq il-kalkoli u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4, 7, 11 u 17 għandha tkun l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u speċifikata fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B'deroga mill-Artikolu 17(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru d-dejta, jikkalkulaw u jiżguraw il-pubblikazzjoni immedjatament wara t-tlestija tagħhom f'konformità mal-perjodi ta' żmien li ġejjin:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data mhux inqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-kalkoli mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data inkluża fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jintemm fil-jum ta' qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-kalkoli sa mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   Il-kalkoli msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data mhux inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq dejta disponibbli għal perjodu ta' referenza ta' erbgħin ġimgħa li jibda tnejn u ħamsin ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data inkluża fil-perjodu li jibda mhux inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jintemm mhux inqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq dejta disponibbli għall-ewwel erba' ġimgħat tal-perjodu ta' nnegozjar ta' dak l-istrument finanzjarju;

(c)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data inkluża fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jintemm fil-jum ta' qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq l-istorja tan-negozjar preċedenti ta' dawk l-istrumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħrajn meqjusa li għandhom karatteristiċi simili għal dawk l-istrumenti finanzjarji.

3.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-swieq u d-ditti ta' investiment, inkluż id-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għal perjodu ta' ħmistax-il xahar li jibda mid-data tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

4.   Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dan li ġej fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2:

(a)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 tibqa' adatta għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 hija aġġornata abbażi ta' perjodu itwal ta' negozjar u storja ta' negozjar aktar komprensiva, fejn meħtieġ.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Madankollu, l-Artikolu 19 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum u l-provvediment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' trasparenza u ta' kalkoli oħrajn (ara l-paġna 174 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (ara l-paġna 126 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(6)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(7)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (ara l-paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara l-paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

L-informazzjoni li għandha ssir pubblika

Tabella 1

Deskrizzjoni tat-tip ta' sistemi ta' negozjar u l-informazzjoni relatata li għandha ssir pubblika skont l-Artikolu 3

Tip ta' sistema ta' negozjar

Deskrizzjoni tas-sistema ta' negozjar

Informazzjoni li għandha ssir pubblika

Sistema ta' negozjar b'irkanti kontinwi permezz ta' ktieb tal-ordnijiet.

Sistema li permezz ta' ktieb tal-ordnijiet u algoritmu għan-negozjar li taħdem mingħajr intervent uman tqabbel l-ordnijiet tal-bejgħ mal-ordnijiet tax-xiri fuq il-bażi tal-aħjar prezz disponibbli fuq bażi kontinwa.

In-numru aggregat ta' ordnijiet u ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra li jirrappreżentaw f'kull livell ta' prezz għal mill-inqas l-aħjar ħames livelli ta' prezzijiet ta' xiri u ta' bejgħ.

Sistema ta' negozjar bbażata fuq il-kwotazzjonijiet

Sistema fejn it-tranżazzjonijiet jiġu konklużi fuq il-bażi ta' kwotazzjonijiet sodi li jitqiegħdu kontinwament għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti, li teħtieġ li l-ġeneraturi tas-suq iżommu l-kwotazzjonijiet f'daqs li jibbilanċja l-ħtiġiet tal-membri u tal-parteċipanti biex jagħmlu negozju fi kwantitajiet kummerċjali u bir-riskju li għalihom jesponi ruħu l-ġeneratur tas-suq.

L-aqwa prezz ta' xiri u ta' bejgħ ta' kull ġeneratur tas-suq f'ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra negozjati f'sistema ta' negozju, flimkien mal-volumi marbuta ma' dawk il-prezzijiet.

Il-kwotazzjonijiet li saru pubbliċi għandhom ikunu dawk li jirrappreżentaw impenji vinkolanti sabiex jinxtraw u jinbiegħu l-istrumenti finanzjarji u li jindikaw il-prezz u l-volum ta' strumenti finanzjarji fejn il-ġeneraturi tas-suq irreġistrati jkunu lesti jbigħu jew jixtru. Madankollu, f'kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-swieq, il-prezzijiet indikattivi jew, ta' xiri jew ta' bejgħ biss, jistgħu jkunu permessi għal perjodu limitat.

Sistema ta' negozjar bi rkant perjodiku

Sistema li tqabbel l-ordnijiet fuq il-bażi ta' rkant perjodiku u algoritmu ta' negozjar imħaddma mingħajr l-intervent uman.

Il-prezz li bih is-sistema tan-negozjar bi rkant tissodisfa bl-aħjar mod l-algoritmu tan-negozjar tagħha fir-rigward tal-ishma, ir-riċevuti depożitarji, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f'sistema ta' negozjar u l-volum li potenzjalment jista' jitwettaq b'dak il-prezz mill-parteċipanti f'dik is-sistema.

Sistema ta' negozjar b'talbiet għal kwotazzjonijiet

Sistema ta' negozjar fejn kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet huma pprovduti bi tweġiba għal talba ta' kwotazzjoni ppreżentata minn membru jew parteċipant jew iktar. Il-kwotazzjoni hija eżegwibbli biss mill-membru jew mill-parteċipant tar-rikjesta. Il-membru jew il-parteċipant tar-rikjesta jista' jikkonkludi tranżazzjoni billi jaċċetta l-kwotazzjoni jew il-kwotazzjonijiet ipprovduti lilu b'talba.

Il-kwotazzjonijiet u l-volumi mehmuża minn kull membru jew parteċipant li, jekk jiġu aċċettati, jwasslu għal tranżazzjoni skont ir-regoli tas-sistema. Il-kwotazzjonijiet kollha mressqa bi tweġiba għal talba għal kwotazzjoni jistgħu jiġu ppubblikati fl-istess ħin, iżda mhux iktar tard minn meta jsiru eżegwibbli.

Kwalunkwe sistema oħra ta' negozjar

Kwalunkwe tip ieħor ta' sistema ta' negozjar, inkluża sistema ibrida li jaqgħu taħt żewġ tipi ta' sistemi tan-negozjar jew aktar msemmija f'din it-tabella.

Informazzjoni adegwata rigward il-livell tal-ordnijiet jew tal-kwotazzjonijiet u tal-interess tan-negozjar fir-rigward ta' ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f'sistema ta' negozjar; b'mod partikolari, l-aqwa ħames livelli ta' prezzijiet ta' xiri u ta' bejgħ u/jew kwotazzjonijiet fuq iż-żewġ naħat ta' kull ġeneratur tas-suq f'dak l-instrument, jekk il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' skoperta tal-prezz tippermetti dan.


Tabella 2

Tabella tas-simboli għat-Tabella 3

Simbolu

Tip ta' dejta

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{CURRENCYCODE_3}

karattri alfanumeriċi 3

kodiċi tal-munita bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-munita ISO 4217

{DATE_TIME_FORMAT}

Il-format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJTss:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li l-ittra “T” għandha tintuża

“ss” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa ċifri n b'kollox, li minnhom sa ċifri m jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi għandhom il-prefissi “–” (minus);

Fejn japplika, il-valuri għandhom jiġu arrotondati u mhux maqtugħa.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.


Tabella 3

Lista ta' dettalji għall-fini ta' trasparenza ta' wara n-negozjar

Identifikatur tal-kaxxa

Deskrizzjoni u dettalji li jridu jiġu ppubblikati

Tip ta' eżekuzzjoni jew post tal-pubblikazzjoni

Format li għandu jimtela kif definit fit-Tabella 2

Id-data u l-ħin tan-negozjar

Id-data u l-ħin meta ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Għal transazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin meta l-partijiet jiftiehmu l-kontenut ta' dawn il-kaxxi li ġejjin: kwantità, prezz, il-minuti fil-kaxxi 31, 34 u 44 kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590, il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument, il-klassifikazzjoni tal-istrument u l-kodiċi tal-istrument sottostanti, fejn ikun applikabbli. Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar il-ħin rrappurtat għandu jkun preċiż għal mill-inqas l-eqreb sekonda.

Meta t-tranżazzjoni tirriżulta minn ordni trażmessa minn ditta ta' esekuzzjoni f'isem il-klijent lil parti terza meta l-kundizzjonijiet ta' trasmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590 ma kinux ġew issodisfati, din għandha tkun id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni aktar milli l-ħin tat-trażmissjoni tal-ordnijiet.

Suq Regolat (RM), Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar (MTF), Faċilità Organizzata tan-Negozjar (OTF)

Arranġament Approvat ta' Pubblikazzjoni (APA)

Fornitur ta' informazzjoni konsolidata (CTP)

{DATE_TIME_FORMAT}

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

RM, MTF

APA

CTP

{ISIN}

Prezz

Il-prezz ta' negozjar tat-tranżazzjoni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax dovut.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

Meta l-prezz attwalment mhux disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”.

Fejn il-prezz mhuwiex applikabbli l-kaxxa m'għandhiex timtela.

L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-parti tal-Kwantità.

RM, MTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz

Prezz tal-munita

Il-munita li biha jiġi espress il-prezz (applikabbli jekk il-prezz huwa espress bħala valur monetarju).

RM, MTF

APA

CTP

{CURRENCYCODE_3}

Kwantità

Għadd ta' unitajiet tal-istrumenti finanzjarji.

Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju.

L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxa tal-Prezz.

RM, MTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala unitajiet ta' numru

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

Ċentru tal-eżekuzzjoni

L-identifikazzjoni tas-sit fejn ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Uża l-MIC tas-segment ISO 10383 għal transazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar,. Fejn is-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC li jaħdem.

Uża kodiċi MIC “XOFF” għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar, fejn it-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju ma tkunx eżegwita f'post ta' negozjar, internalizzatur sistematiku jew pjattaforma tan-negozjar organizzata barra l-Unjoni.

Uża SINT għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar, fejn it-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju hija eżegwita fuq Internalizzatur Sistematiku.

RM, MTF

APA

CTP

ċentri tan-negozjar: {MIC}

Internalizzaturi sistematiċi: “SINT”

Id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni

Id-data u l-ħin meta t-tranżazzjoni ġiet ippubblikata minn ċentru tan-negozjar jew APA.

Għal transazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin għandhom ikunu preċiżi sa mill-inqas l-eqreb sekonda.

RM, MTF

APA

CTP

{DATE_TIME_FORMAT}

Post tal-pubblikazzjoni

Il-kodiċi użat sabiex jiġi identifikat il-post tan-negozjar jew l-APA li tippubblika t-tranżazzjoni.

CTP

ċentru tan-negozjar: {MIC}

APA: ISO 10383 segment MIC (4 karattri) fejn disponibbli. Inkella, kodiċi b' 4 karattri kif ippubblikat fil-lista ta' fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-dejta fuq is-sit elettroniku tal-ESMA.

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni

Kodiċi alfanumeriku assenjat minn ċentri tan-negozjar (skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 (1)) u APAs u użati f'kwalunkwe referenza għan-negozjar speċifiku.

Il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC ta' segment skont ISO10383 u għal kull jum ta' negozjar. Fejn iċ-ċentru tan-negozjar ma jużax MICs ta' segment, il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC operativ għal kull jum ta' negozjar.

Fejn l-APA ma jużax MICs, għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull kodiċi b'4 karattri użati biex jidentifikaw l-APA għal kull jum ta' negozjar.

Il-komponenti tal-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni ma għandhomx jiżvelaw l-identità tal-kontropartijiet tat-tranżazzjoni li għalih il-kodiċi jkun qiegħed jinżamm.

RM, MTF

APA

CTP

{ALPHANUM-52}


Tabella 4

Lista ta' indikaturi għall-fini ta' trasparenza ta' wara n-negozjar

Indikatur

Isem

Tip ta' eżekuzzjoni jew post tal-pubblikazzjoni

Deskrizzjoni

“BENC”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet ta' riferiment

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti b'referenza għal prezz li huwa kkalkulat fuq diversi istanzi ta' żmien skont referenzjarju partikolari, bħalma huwa l-prezz medju ponderat skont il-volum jew il-prezz medju skont il-ħin.

“ACTX”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet tat-tip agency cross

APA

CTP

Tranżazzjonijiet fejn ditta tal-investiment ġabet flimkien l-ordnijiet tal-klijenti max-xiri u l-bejgħ imwettqa bħala tranżazzjoni waħda u li jinvolvu l-istess volum u prezz.

“NPFT”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' prezz mhux iffurmat

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn fatturi oħra għajr il-valutazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju kif elenkat taħt l-Artikolu 13.

“TNCP”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet għall-finijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjoni li ma tikkontribwixxix għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet għall-finijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif stabbilit fl-Artikolu 2.

“SDIV”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' dividend speċjali

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li huma jew:

 

eżegwiti matul il-perjodu ex-dividend fejn id-dividend jew forma oħra ta' distribuzzjoni dovuta lix-xerrej minflok lil bejjiegħ; jew

 

eżegwiti matul il-perjodu tal-cum-dividend fejn id-dividend jew forma oħra ta' distribuzzjoni tkun dovuta lil bejjiegħ minflok lix-xerrej;

“LRGS”

Indikatur ta' tranżazzjoni fuq skala kbira ta' wara n-negozjar

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li huma fuq skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq li għalihom il-pubblikazzjoni differita hija permessa skont l-Artikolu 15.

“RFPT”

Indikatur ta' tranżazzjoni bi prezz ta' referenza

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet li huma eżegwiti skont sistemi li joperaw skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“NLIQ”

Indikatur ta' tranżazzjoni nnegozjata fi strumenti finanzjarji likwidi

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti skont l-Artikolu 4(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“OILQ”

Indikatur ta' tranżazzjoni nnegozjata fi strumenti finanzjarji illikwidi

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti skont l-Artikolu 4(1)(b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“PRIC”

Indikatur ta' tranżazzjoni nnegozjata suġġetta għal kundizzjonijiet oħrajn għajr il-prezz kurrenti tas-suq

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti skont l-Artikolu 4(1)(b)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif stabbilit fl-Artikolu 6.

“ALGO”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' algoritmu

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti bħala riżultat ta' ditta ta' investiment li tkun impenjata f'negozjar algoritmiku kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE.

“SIZE”

Indikatur ta' tranżazzjoni ogħla mid-daqs standard tas-suq

APA

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti fuq internalizzatur sistematiku fejn id-daqs ta' ordni li jmiss kienet ogħla mid-daqs standard tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 11.

“ILQD”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' strument illikwidu

APA

CTP

Tranżazzjonijiet fi strumenti illikwidi kif determinat skont l-Artikoli minn 1 sa 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 (2) eżegwiti fuq internalizzatur sistematiku.

“RPRI”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet li jkunu rċevew titjib fil-prezz

APA

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti taħt internalizzatur sistematiku b'titjib tal-prezz skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“CANC”

Indikatur ta' kanċellazzjoni

RM, MTF

APA

CTP

Meta tranżazzjoni ppublikata qabel tiġi mħassra.

“AMND”

Indikatur ta' emenda

RM, MTF

APA

CTP

Meta tranżazzjoni ppublikata qabel hija emendata.

“DUPL”

Indikatur ta' rapporti duplikati ta' negozjar

APA

Meta tranżazzjoni tiġi rrappurtata lil aktar minn APA wieħed skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji (ara l-paġna 193 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta' portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (ara l-paġna 90 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS II

Ordnijiet ta' skala kbira meta kkomparati mad-daqs normali tas-suq, id-daqsijiet standard tas-suq u l-pubblikazzjonijiet differiti u dewmien

Tabella 1

Ordnijiet ta' skala kbira meta mqabblin mad-daqs normali tas-suq għall-ishma u riċevuti depożitarji

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

ADT < 50 000

50 000 ≤ ADT < 100 000

100 000 ≤ ADT < 500 000

500 000 ≤ ADT < 1 000 000

1 000 000 ≤ ADT < 5 000 000

5 000 000 ≤ ADT < 25 000 000

25 000 000 ≤ ADT < 50 000 000

50 000 000 ≤ ADT < 100 000 000

ADT ≥ 100 000 000

Id-daqs minimu ta' ordnijiet li jikkwalifikaw bħala skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq f'EUR

15 000

30 000

60 000

100 000

200 000

300 000

400 000

500 000

650 000


Tabella 2

Ordnijiet ta' skala kbira meta mqabbla maċ-ċertifikati tad-daqs normali tas-suq għall-ishma u strumenti finanzjarji simili oħra

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

ADT < 50 000

ADT ≥ 50 000

Id-daqs minimu ta' ordnijiet li jikkwalifikaw bħala skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq f'EUR

15 000

30 000


Tabella 3

Id-daqsijiet standard tas-suq

Valur medju ta' tranżazzjonijiet (AVT) f'EUR

AVT < 20 000

20 000 ≤ AVT < 40 000

40 000 ≤ AVT < 60 000

60 000 ≤ AVT < 80 000

80 000 ≤ AVT < 100 000

100 000 ≤ AVT < 120 000

120 000 ≤ AVT < 140 000

Eċċ.

Id-daqs standard tas-suq

10 000

30 000

50 000

70 000

90 000

110 000

130 000

Eċċ.


Tabella 4

Il-limiti tal-pubblikazzjonijiet iddiferiti u d-dewmien għall-ishma u r-riċevuti depożitarji

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

Id-daqs minimu ta' kwalifika tat-tranżazzjoni għad-dewmien permess f'EUR

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni wara t-tranżazzjoni

> 100 m

10 000 000

60 minuta

20 000 000

120 minuta

35 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

50 m–100 m

7 000 000

60 minuta

15 000 000

120 minuta

25 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

25 m–50 m

5 000 000

60 minuta

10 000 000

120 minuta

12 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

5 m–25 m

2 500 000

60 minuta

4 000 000

120 minuta

5 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

1 m–5 m

450 000

60 minuta

750 000

120 minuta

1 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

500 000 –1 m

75 000

60 minuta

150 000

120 minuta

225 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

100 000 –500 000

30 000

60 minuta

80 000

120 minuta

120 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

50 000 –100 000

15 000

60 minuta

30 000

120 minuta

50 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

< 50 000

7 500

60 minuta

15 000

120 minuta

25 000

Tmien tal-jum ta' negozjar


Tabella 5

Il-limiti u d-dewmien tal-pubblikazzjonijiet iddiferiti għal ETFs

Id-daqs minimu ta' kwalifika tat-tranżazzjoni għad-dewmien permess f'EUR

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni wara t-tranżazzjoni

10 000 000

60 minuta

50 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar


Tabella 6

Il-limiti u d-dewmien tal-pubblikazzjonijiet iddiferiti għal ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

Id-daqs minimu ta' kwalifika tat-tranżazzjoni għad-dewmien permess f'EUR

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni wara t-tranżazzjoni

ADT < 50 000

15 000

120 minuta

30 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

ADT ≥ 50 000

30 000

120 minuta

60 000

Tmien tal-jum ta' negozjar


ANNESS III

Id-dejta ta' referenza li għandha tkun ipprovduta għall-fini tal-kalkoli tat-trasparenza

Tabella 1

Tabella ta' simboli

Simbolu

Tip ta' Dejta

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383


Tabella 2

Dettalji tad-dejta ta' referenza li għandha tkun ipprovduta għall-fini tal-kalkoli tat-trasparenza

#

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Format u standards għar-rappurtar

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

2

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

3

Ċentru tan-negozjar

Is-segment MIC għal ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku, fejn disponibbli, inkella MIC operazzjonali.

{MIC}

4

Identifikatur MiFIR

Identifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji ta' ekwità

 

Ishma kif imsemmijin fl-Artikolu 4(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Riċevuti depożitarji kif definiti fl-Artikolu 4(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

ETF kif definiti fl-Artikolu 4(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Ċertifikati kif definiti fl-Artikolu 2(1)(27) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

 

Strument finanzjarju li huma simili għal ekwitajiet oħrajn huwa sigurtà trasferibbli li hija strument ta' ekwità simili għal azzjoni, ETF, riċevuta depożitarja jew ċertifikat iżda mhijiex azzjoni, ETF, riċevuta depożitarja jew ċertifikat.

Strumenti finanzjarji ta' ekwità:

 

SHRS = ishma

 

ETFS = ETFs

 

DPRS = riċevuti depożitarji

 

CRFT = ċertifikati

 

OTHR = strumenti finanzjari li huma simili għal ekwitajiet oħrajn