15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/254

tat-30 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012, (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 665/2013, (UE) Nru 811/2013, (UE) Nru 812/2013, (UE) Nru 65/2014, (UE) Nru 1254/2014, (UE) 2015/1094, (UE) 2015/1186 u (UE) 2015/1187 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri tal-verifika

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz tat-tikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Mill-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni adottati abbażi tad-Direttiva 2010/30/UE ħareġ fid-dieher li t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fl-atti delegati, li huma maħsuba biex jużawhom biss l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, intużaw minn xi fornituri biex jistabbilixxu l-valuri meħtieġa li jridu jingħataw fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jinterpretaw dawk il-valuri bil-għan li jiksbu klassifikazzjoni aħjar tat-tikketta enerġetika jew biex jikkomunikaw b'mod ieħor prestazzjoni aħjar tal-prodotti tagħhom.

(2)

It-tolleranzi tal-verifika tfasslu biex jippermettu varjazzjonijiet li jfeġġu fil-kejl li jsir waqt it-testijiet ta' verifika, li jiġru minħabba d-differenzi fit-tagħmir tal-kejl li jużaw il-fornituri u l-awtoritajiet tas-sorveljanza madwar l-Unjoni. It-tolleranzi tal-verifika ma għandhomx jintużaw mill-fornitur biex jistabbilixxu l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jinterpretaw dawk il-valuri bil-għan li jiksbu klassifikazzjoni aħjar tat-tikketta enerġetika jew biex jikkomunikaw prestazzjoni aħjar milli ġiet imkejla jew ikkalkulata effettivament. Il-parametri li jiddikjara jew jippubblika l-fornitur ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika.

(3)

Sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta, biex jintlaħqu l-miri fl-iffrankar tal-enerġija li r-Regolamenti kienu maħsuba li jilħqu u biex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża fuq l-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, għandu jiġi ċċarat li t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fl-atti delegati jistgħu jużawhom biss l-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-finijiet ta' verifika tal-konformità.

(4)

Għaldaqstant ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (2), (UE) Nru 1060/2010 (3), (UE) Nru 1061/2010 (4), (UE) Nru 1062/2010 (5), (UE) Nru 626/2011 (6), (UE) Nru 392/2012 (7), (UE) Nru 874/2012 (8), (UE) Nru 665/2013 (9), (UE) Nru 811/2013 (10), (UE) Nru 812/2013 (11), (UE) Nru 65/2014 (12), (UE) Nru 1254/2014 (13), (UE) 2015/1094 (14), (UE) 2015/1186 (15) u (UE) 2015/1187 (16) għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010

L-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010

L-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010

L-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 4

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2010

L-Annessi VII u VIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2010 huma emendati skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 5

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011

L-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 6

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 392/2012

L-Anness V tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 392/2012 huwa emendat skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 7

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012

L-Anness V tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012 huwa emendat skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 8

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 665/2013

L-Anness VII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 665/2013 huwa emendat skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 9

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 811/2013

L-Anness VIII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 811/2013 huwa emendat skont l-Anness IX ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 10

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013

L-Anness IX tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013 huwa emendat skont l-Anness X ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 11

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 65/2014

L-Anness VIII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 65/2014 huwa emendat skont l-Anness XI ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 12

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1254/2014

L-Anness IX tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1254/2014 huwa emendat skont l-Anness XII ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 13

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1094

L-Anness X tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1094 huwa emendat skont l-Anness XIII ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 14

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1186

L-Anness IX tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1186 huwa emendat skont l-Anness XIV ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 15

Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1187

L-Anness X tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1187 huwa emendat skont l-Anness XV ta' dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta' Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 83).

(12)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta' Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1).

(13)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-unitajiet ta' ventilazzjoni residenzjali (ĠU L 337, 25.11.2014, p. 27).

(14)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 tal-5 ta' Mejju 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 2).

(15)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 20).

(16)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tas-27 ta' April 2015 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 43).


ANNESS I

Emendi fl-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010

L-Anness V jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jħaddmu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali tal-enerġija (AEC )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur AEC dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-ilma (Wt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Wt dikjarat b'iktar minn 10 %.

L-indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif (ID )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur ID dikjarat b'aktar minn 19 %.

Il-konsum tal-enerġija (Et )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 10 %. Meta jkunu jridu jintgħażlu tliet unitajiet oħra, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti ta' dawn it-tliet unitajiet m'għandhiex taqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-ħin tal-programm (Tt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tt dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi u fil-modalità mixgħul u inattiv (Po u Pl )

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl akbar minn 1,00 W, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħul u inattiv (Tl )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tl dikjarat b'iktar minn 10 %.

L-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

Il-valur stabbilit għandu jissodisfa l-valur dikjarat.”


ANNESS II

Emendi fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010

L-Anness VII jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VII

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VI u fl-Anness VIII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-volum gross

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 % jew 1 l (litru), skont liema jkun l-akbar valur.

Il-volum tal-ħżin

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 % jew 1 l (litru), skont liema jkun l-akbar valur. Meta l-utent ikun jista' jibdel il-volumi tal-kompartiment b'temperatura moderata u tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk, b'mod relattiv għal xulxin, għandu jiġi ttestjat il-volum meta l-kompartiment b'temperatura moderata jitnaqqas għall-volum minimu tiegħu.

Il-kapaċità tal-iffriżar

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat (E24h ) b'iktar minn 10 %.

L-umdità tat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid

Il-valur stabbilit tal-umdità relattiva osservata waqt l-ittestjar ma għandux jaqbeż il-firxa dikjarata b'iktar minn 10 % fi kwalunkwe direzzjoni.

L-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

Il-valur stabbilit għandu jissodisfa l-valur dikjarat.”


ANNESS III

Emendi fl-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010

L-Anness V jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jħaddmu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali tal-enerġija (AEC )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur AEC dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija (Et )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 10 %. Meta jkunu jridu jintgħażlu tliet unitajiet oħra, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti ta' dawn it-tliet unitajiet m'għandhiex taqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-ħin tal-programm (Tt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tt dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-ilma (Wt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Wt dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-kontenut tal-indewwa residwali (D)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur D dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-veloċità tad-dawrien

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi u fil-modalità mixgħul u inattiv (Po u Pl )

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl akbar minn 1,00 W, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħul u inattiv (Tl )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tl dikjarat b'iktar minn 10 %.

L-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

Il-valur stabbilit għandu jissodisfa l-valur dikjarat.”


ANNESS IV

Emendi fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2010

(1)

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-parti 2, jitħassar is-subparagrafu (iv) tal-paragrafu (a).

(b)

Titħassar ukoll il-parti 3.

(c)

Fil-parti 4, it-titlu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   

Il-kejl tal-proporzjon tal-luminanza massima msemmi fit-Tabella 2 tal-Anness VIII”.

(2)

L-Anness VIII jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VIII

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 2.

(3)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 2.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 2 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 2

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby/mitfi

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

Il-proporzjon tal-luminanza massima

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas minn 60 % tal-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża fil-modalità mixgħul mogħtija mit-televixin.”


ANNESS V

Emendi fl-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011

L-Anness VIII jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VIII

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġunali (SEER)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

Il-koeffiċjent staġunali tal-prestazzjoni (SCOP)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-elettriku fil-modalità standby

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB(A).”


ANNESS VI

Emendi fl-Anness V tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 392/2012

L-Anness V jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jħaddmu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali tal-enerġija peżat (AEC )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur AEC dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-konsum tal-enerġija peżat (Et )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 6 %.

L-effiċjenza peżata tal-kondensazzjoni (Ct )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur Ct dikjarat b'aktar minn 6 %.

Il-ħin tal-programm peżat (Tt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tt dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi u fil-modalità mixgħul u inattiv (Po u Pl )

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl akbar minn 1,00 W, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 6 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħul u inattiv (Tl )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tl dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur LWA dikjarat.”


ANNESS VII

Emendi fl-Anness V tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012

L-Anness V jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

1.   PROĊEDURA TA' VERIFIKA GĦALL-BOZOZ TAL-ELETTRIKU U GĦALL-MODULI LED LI JIĠU KUMMERĊJALIZZATI BĦALA PRODOTTI INDIVIDWALI

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw lott kampjun ta' mill-anqas 20 bozza tal-istess mudell mingħand l-istess fornitur, u meta jkun possibbli dan il-kampjun għandu jinkiseb bi proporzjonijiet indaqs minn erba' sorsi magħżula b'mod aleatorju.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta jkunu qed jiġu ttestjati l-unitajiet tal-mudell, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati b'dan il-kejl) tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi ta' 10 %.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) u (c), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punt 3, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jirriflettu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika ta' 10 % u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 4 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

2.   PROĊEDURA TA' VERIFIKA GĦALL-UNITAJIET TAT-TIDWIL LI HUMA MAĦSUBA BIEX JIĠU KUMMERĊJALIZZATI JEW LI HUMA KUMMERĊJALIZZATI LILL-UTENT AĦĦARI

L-unitajiet tat-tidwil għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk magħhom tingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott, jekk jiġi dikjarat li jkunu kompatibbli mal-klassijiet kollha tal-effiċjenza enerġetika tal-bozoz li fil-fatt ikunu kompatibbli magħhom, u jekk meta jitħaddmu metodi u kriterji avvanzati għall-analiżi tal-kompatibbiltà jinstab li jkunu kompatibbli mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-bozoz li fil-fatt qed jiġu dikjarati kompatibbli magħhom skont il-punti (2)(IV)(a) u (b) tal-parti 2 tal-Anness I.”


ANNESS VIII

Emendi fl-Anness VII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 665/2013

L-Anness VII jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VII

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 4.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' vacuum cleaner ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ta' vacuum cleaner ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 4.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' vacuum cleaner ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VI.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 4

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali tal-enerġija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

It-trab miġbur minn fuq it-twapet

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 0,03.

It-trab miġbur minn fuq l-art iebsa

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 0,03.

L-emissjoni mill-ġdid tat-trab

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 15 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat.”


ANNESS IX

Emendi fl-Anness VIII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 811/2013

L-Anness VIII jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VIII

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 16.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 16.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 16 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 16

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju, ηs

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB(A).

Il-klassi tal-kontroll tat-temperatura

Il-klassi tal-kontrolli tat-temperatura tikkorrispondi għall-klassi dikjarata tal-unità.

L-effiċjenza tal-kollettur, ηcol

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.

It-telf kostanti, S

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum awżiljarju tal-elettriku, Qaux

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.”


ANNESS X

Emendi fl-Anness IX tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013

L-Anness IX jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IX

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 9.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell ekwivalenti ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun, apparat solari jew pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet oħra magħżula jistgħu jkunu ta' wieħed jew aktar mill-mudelli differenti ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell ekwivalenti ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun, apparat solari jew pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII u fl-Anness VIII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 9

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum ta' kuljum tal-elettriku, Qelec

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA , ġewwa u/jew barra

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB.

Il-konsum ta' kuljum tal-fjuwil, Qfuel

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr ebda regolatur intelliġenti, Qfuel,week

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr ebda regolatur intelliġenti, Qelec,week

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-volum tal-ħżin, V

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

L-erja ta' apertura tal-kollettur, Asol

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

Il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 3 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby, solstandby

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

It-telf kostanti, S

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.”


ANNESS XI

Emendi fl-Anness VIII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 65/2014

L-Anness VIII jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VIII

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 6.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 6.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 6

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-massa tal-forn, M

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur M dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-volum tal-kavità tal-forn, V

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur V dikjarat b'aktar minn 5 %.

ECelectric cavity , ECgas cavity

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri ECelectric cavity u ECgas cavity dikjarati b'iktar minn 5 %.

WBEP , WL

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri WBEP u WL dikjarati b'iktar minn 5 %.

QBEP , PBEP

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx ikunu inqas mill-valuri QBEP u PBEP dikjarati b'aktar minn 5 %.

Qmax

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Qmax dikjarat b'iktar minn 8 %.

Emiddle

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur Emiddle dikjarat b'aktar minn 5 %.

GFEhood

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur GFEhood dikjarat b'aktar minn 5 %.

Po , Ps

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Ps dikjarati b'iktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Ps dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur LWA dikjarat.”


ANNESS XII

Emendi fl-Anness IX tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1254/2014

L-Anness IX jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IX

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet oħra magħżula jistgħu jkunu ta' wieħed jew aktar mill-mudelli differenti ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

SPI

Il-valur stabbilit m'għandux ikun aktar minn 1,07 drabi tal-valur dikjarat.

L-effiċjenza termali RVU

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas minn 0,93 drabi tal-valur dikjarat.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss

Il-valur stabbilit m'għandux ikun aktar mill-valur dikjarat, b'żieda ta' 2 dB.”


ANNESS XIII

Emendi fl-Anness X tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1094

L-Anness X jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS X

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 4.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ekwivalenti li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet oħra magħżula jistgħu jkunu ta' wieħed jew aktar mill-mudell differenti elenkati bħala mudelli ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 4.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ekwivalenti li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII u fl-Anness IX.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 4

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Volum nett

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 %.

Il-konsum tal-enerġija (E24h )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.”


ANNESS XIV

Emendi fl-Anness IX tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1186

L-Anness IX jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IX

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 6. L-unità għandha tiġi ttestjata bi fjuwil bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil li uża l-fornitur biex iwettaq il-kejl deskritt fl-Anness VIII.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 6.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 6

It-tolleranzi tal-verifika

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.”


ANNESS XV

Emendi fl-Anness X tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1187

L-Anness X jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS X

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 5. L-unità għandha tiġi ttestjata bi fjuwil bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil li uża l-fornitur biex iwettaq il-kejl deskritt fl-Anness VIII.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 5.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII u fl-Anness IX.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 5 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 5

It-tolleranzi tal-verifika

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 6 %.”