10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/228
tad-9 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-ismijiet u tal-oqsma ta' kompetenza tal-bordijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 iwaqqaf għaxar bordijiet xjentifiċi responsabbli biex jipprovdu opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), kull wieħed bl-isferi tiegħu ta' kompetenza. Dawk il-bordijiet jinkludu fost l-oħrajn: il-Bord fuq l-addittivi tal-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda mal-ikel (“il-Bord ANS”), il-Bord dwar prodotti dijetetiċi, nutriment u allerġiji (“il-Bord NDA”), u l-Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar (“il-Bord CEF”). |
(2) |
Fit-3 ta' Frar 2016, l-Awtorità ressqet talba lill-Kummissjoni biex tibdel l-ismijiet tal-Bordijiet ANS, NDA, u CEF sabiex iqisu l-bidliet mistennija fl-iżvilupp tekniku u xjentifiku. |
(3) |
Il-bidliet tekniċi u xjentifiċi jħallu impatt l-aktar fuq il-piż tax-xogħol tal-bordijiet. B'mod partikolari, x'aktarx ix-xogħol tal-Bord CEF se jiżdied fis-snin li ġejjin minħabba l-ħtieġa li jiġu evalwati l-applikazzjonijiet pendenti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni tal-enżimi tal-ikel, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant, l-evalwazzjoni tal-aromatizzanti li bħalissa qed titwettaq mill-Bord CEF għandha tiġi assenjata lill-Bord ANS. |
(4) |
Madankollu biex il-Bord ANS attwali ma jkunx mgħobbi żżejjed, l-evalwazzjoni tas-sorsi tan-nutrijenti u ta' sustanzi oħa b'effett fiżjoloġiku miżjuda mal-ikel għandhom jiġu assenjati lill-Bord NDA, għax x'aktarx ix-xogħol tiegħu se jonqos minħabba l-finalizzazzjoni tal-valuri referenzjarji dijetetiċi u t-tnaqqis fl-applikazzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din ir-riallokazzjoni hija wkoll f'konformità mal-għarfien tal-Bord NDA, billi xi sustanzi użati bħala sorsi ta' nutrijent jaqgħu fil-kategorija ta' ikel ġdid, li bħalissa qed jiġi vvalutat mill-Bord NDA. |
(5) |
Għalhekk, l-ismijiet tal-tliet bordijiet ikkonċernati qed jinbidlu b'dan ir-Regolament kif ġej: il-Bord ANS qed jingħata l-isem il-ġdid ta' “Bord dwar l-addittivi tal-ikel u l-aromatizzanti”, il-Bord NDA qed jingħata l-isem il-ġdid ta' “Bord dwar in-nutrizzjoni, l-ikel ġdid u l-allerġeni tal-ikel” u l-Bord CEF qed jingħata l-isem il-ġdid ta' “Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi u l-għajnuniet għall-ipproċessar”. |
(6) |
Il-mandat attwali tal-membri tal-Bordijiet ANS u CEF se jispiċċa fit-30 ta' Ġunju 2017 u l-mandat attwali tal-membri tat-tmien bordijiet xjentifiċi l-oħra tal-Awtorità, inkluż il-Bord NDA, se jispiċċa fit-30 ta' Ġunju 2018. Sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għall-organizzazzjoni effiċjenti tal-bordijiet mill-Awtorità skont l-Artikolu 28(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2018. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
il-punt (j) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).