9.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2017
dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 423/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-impjegabbiltà tal-gradwati li jitilqu mill-edukazzjoni u mit-taħriġ hija kwistjoni ta’ tħassib f’ħafna Stati Membri, b’mod partikolari minħabba li r-rata ta’ impjieg tal-gradwati reċenti tal-edukazzjoni għolja fl-UE għadha ma rkupratx għalkollox wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 (1), u s-sitwazzjoni tal-impjieg tal-gradwati ta’ programmi edukattivi u ta’ taħriġ vokazzjonali tvarja fl-Istati Membri kollha. |
(2) |
Għalhekk, permezz tal-Linji Gwida għal-Linji Politiċi dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (2), l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, ġew imħeġġa jippromwovu l-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta’ forniment adatt ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti. |
(3) |
Sabiex jinkiseb dak l-għan, informazzjoni ta’ kwalità tajba dwar dak li jagħmlu l-gradwati wara li jiksbu l-kwalifika tagħhom jew wara li jitilqu mill-edukazzjoni u mit-taħriġ hija essenzjali, kemm biex jiġu mifhuma l-kawżi tal-problemi relatati mal-impjegabbiltà tal-gradwati f’reġjuni u f’setturi ekonomiċi partikolari jew għal gradwati minn edukazzjoni għolja jew dixxiplini tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali partikolari, kif ukoll biex jiġu identifikati soluzzjonijiet għal dawk il-problemi relatati mal-impjegabbiltà. Il-valur ta’ tali informazzjoni huwa enfasizzat kemm fl-Istandards u l-Linji Gwida għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (ESG) (3) kif ukoll fil-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET) (4). |
(4) |
Madankollu, peress li s-sistemi għall-ġbir, l-analiżi u l-użu tad-data dwar l-eżiti tal-gradwati mill-edukazzjoni għolja u mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali mhumiex żviluppati sew f’ħafna partijiet tal-Unjoni, tenħtieġ informazzjoni aħjar biex l-istudenti jagħmlu deċiżjonijiet informati dwar x’għandhom jistudjaw, jew għat-tfassil ta’ programmi edukattivi jew ta’ politika tal-gvern. |
(5) |
Barra minn hekk, it-transizzjonijiet għas-suq tax-xogħol huma ġeneralment xprunati mill-kuntest ekonomiku, mil-livell ta’ kwalifika u mill-qasam ta’ studju. Dawn huma wkoll influwenzati minn fatturi soċjodemografiċi u l-isfond soċjoekonomiku tal-familja (5). Għalhekk, il-ġbir ta’ data dwar l-impatt ta’ dawn id-diversi fatturi huwa essenzjali biex il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod komprensiv. |
(6) |
Minkejja li ħafna Stati Membri qed jiżviluppaw sistemi ta’ monitoraġġ, l-iskambju ta’ għarfien, prattika tajba u tagħlim reċiproku huwa limitat. |
(7) |
Peress li d-data komparabbli eżistenti hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni u d-data miġbura fuq livell nazzjonali mhijiex komparabbli għal dik miġbura fi Stati Membri oħra, huwa diffiċli li jinsiltu konklużjonijiet mid-differenzi fix-xejriet u fl-eżiti osservati madwar il-pajjiżi u r-reġjuni. |
(8) |
Ir-riżultati mill-konsultazzjoni pubblika (6) dwar l-aġenda ta’ modernizzazzjoni tal-Unjoni għall-edukazzjoni għolja wrew tħassib li l-edukazzjoni għolja mhix tipprovdi lill-gradwati bl-għarfien, bil-ħiliet u bil-kompetenzi li jeħtieġu biex ikollhom suċċess fl-ambjent edukattiv u fl-ambjent tal-impjiegi li qed jevolvu b’mod rapidu, u f’xi Stati Membri għad hemm spariġġ fil-ħiliet. |
(9) |
L-Istati Membri talbu sabiex tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni, immirata għat-titjib tal-fluss tal-informazzjoni dwar l-impjegabbiltà, l-ispariġġi fil-ħiliet u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. B’mod partikolari, ir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (7) jipproponi l-promozzjoni tar-rilevanza tal-edukazzjoni għolja għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà, inkluż permezz ta’ informazzjoni u antiċipazzjoni aħjar dwar il-ħtiġijiet u l-eżiti tas-suq tax-xogħol, pereżempju l-monitoraġġ tal-karrieri tal-gradwati. |
(10) |
Fil-Konklużjonijiet ta’ Riga tal-2015 l-Istati Membri impenjaw ruħhom ukoll li jiżguraw ċikli kontinwi ta’ tagħrif u ta’ feedback dwar sett ġdid ta’ riżultati fuq terminu medju fil-qasam tal-ETV għall-perjodu 2015 – 2020, permezz ta’ azzjonijiet bħall-użu tad-data dwar l-impjegabbiltà tal-gradwati tal-ETV u taħlita ta’ data dwar it-tagħlim, id-dħul fis-suq tax-xogħol u l-karrieri, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ atturi fil-livell nazzjonali biex id-data tal-gradwati tintuża għall-adattament tal-kurrikuli, il-profili okkupazzjonali u l-kontenut tal-kwalifiki tal-ETV għal rekwiżiti ekonomiċi u tekniċi ġodda. |
(11) |
Sussegwentement, fir-Riżoluzzjoni dwar il-promozzjoni ta’ żvilupp u inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni: il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-Semestru Ewropew 2016 (8), l-Istati Membri enfasizzaw l-importanza li l-ispariġġi fil-ħiliet u d-diskrepanzi fil-ħiliet jiġu indirizzati bħala kwistjoni ta’ prijorità. |
(12) |
Dan bena fuq xogħol preċedenti. Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ (9) tal-2014, l-Istati Membri qablu li, fejn ikun possibbli, jużaw l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ meta ssir valutazzjoni tal-kwalità u tal-effettività tal-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali. |
(13) |
Fl-2013, fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Dimensjoni Soċjali tal-Edukazzjoni Għolja (10), l-Istati Membri qablu li jiffaċilitaw l-għoti tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet u l-eżiti edukattivi u dawk relatati mas-suq tax-xogħol. |
(14) |
Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-impjegabbiltà tal-gradwati mill-edukazzjoni u t-taħriġ (11) tal-2012, l-Istati Membri qablu wkoll li jistabbilixxu punt ta’ riferiment li sal-2020, 82 % tal-gradwati bejn l-età ta’ 20 u 34 sena, li jkunu telqu mill-edukazzjoni u mit-taħriġ mhux aktar minn tliet snin qabel is-sena ta’ referenza għandhom ikunu impjegati, u jiġi monitorat is-sehem tal-gradwati impjegati mill-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-għan li titjieb il-bażi tal-provi għall-iżvilupp tal-politika dwar l-interfaċċa bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-impjieg, filwaqt li l-Istati Membri u l-Kummissjoni qablu li jiġbru informazzjoni kwalitattiva u prattiki tajbin sabiex jikkumplimentaw il-monitoraġġ kwantitattiv u jtejbu l-pedament għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq il-provi. |
(15) |
Għalhekk, fil-Komunikazzjoni dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea (12) tat prijorità lit-titjib fl-intelliġenza tal-ħiliet u fl-informazzjoni għal għażliet imtejba tal-karriera billi pproponiet inizjattiva dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati terzjarji bħala appoġġ għall-Istati Membri biex itejbu l-informazzjoni dwar it-transizzjoni tal-gradwati għas-suq tax-xogħol. F’dan il-kuntest din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi approċċ komplementari għall-inizjattivi tal-Istati Membri, u l-impenji huma ta’ natura volontarja. |
JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
Skont il-leġislazzjoni nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE li tikkonċerna l-protezzjoni tad-data personali (13), ir-riżorsi disponibbli u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha:
1. |
It-titjib tad-disponibbiltà u l-kwalità tad-data dwar l-attivitajiet tal-gradwati (14) u, fejn opportun, tal-persuni li jitilqu mill-edukazzjoni għolja u mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali mingħajr ma jiggradwaw, inkluż li jsir progress sal-2020 fl-istabbiliment tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati li jistgħu jinkludu:
|
Kontenut tad-data li għandha tinġabar
2. |
B’rikonoxximent tal-ambizzjoni wara din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għat-titjib tal-komparabbiltà tad-data, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data fl-oqsma li ġejjin:
|
Stħarriġ lonġitudinali dwar il-gradwati
3. |
Jinkoraġġixxu rata għolja ta’ rispons, rappreżentattiva u kontinwa għall-istħarriġ lonġitudinali dwar il-gradwati, u, fejn possibbli, il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati li emigraw, kemm għall-finijiet ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ jew mat-tlestija tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom. |
Kooperazzjoni Ewropea
4. |
Jipparteċipaw f’netwerk ta’ esperti, li jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni u t-tagħlim reċiproku fost l-Istati Membri dwar sistemi ta’ monitoraġġ u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom. Dan in-netwerk ser jesplora alternattivi għall-iżvilupp ta’data komparabbli u definizzjonijiet komuni, kif imsemmi fil-paragrafu 2. Fir-rigward ta’ stħarriġ lonġitudinali, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 9, in-netwerk ser jesplora alternattivi għall-iżvilupp ta’ prinċipji komuni, frekwenza ottimali u kif għandu jsir il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati li emigraw. |
5. |
Dan in-netwerk għandu jkun organizzat skont l-istrutturi ta’ governanza eżistenti għall-kooperazzjoni fi ħdan il-qafas għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ fl-2020, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe struttura ġdida li tista’ ssegwih. |
Disseminazzjoni u sfruttament tar-riżultati
6. |
Jittieħdu passi għall-iżgurar ta’ disseminazzjoni u sfruttament f’waqthom, regolari u wiesa’ tar-riżultati tal-analiżi tal-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati, bl-objettiv li:
|
Finanzjament
7. |
Tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-inizjattivi fil-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati billi jiġu allokati riżorsi adegwati u pluriennali, bl-użu ta’ sorsi ta’ finanzjament nazzjonali jew Ewropej, bħall-Erasmus+ jew il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, fejn opportun u f’konformità ma’ riżorsi eżistenti, il-bażi ġuridika u l-prijoritajiet definiti għall-perijodu 2014-2020, u mingħajr ebda preġudizzju għan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. |
Rappurtar
8. |
Fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, u regolarment kull sena wara, jevalwaw u jirrappurtaw lill-Kummissjoni, permezz tan-netwerk ta’ esperti, dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:
9. |
Tiżviluppa l-fażi pilota ta’ stħarriġ Ewropew dwar gradwati fl-edukazzjoni terzjarja (15), maħsub biex itejjeb id-disponibbiltà ta’ informazzjoni komparabbli dwar l-impjieg tal-gradwati u l-eżiti soċjali b’kont meħud tar-riżultati tal-Istudju ta’ Fattibilità Eurograduate (16) u l-esperjenzi tal-Istati Membri b’sistemi ta’ monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati tagħhom. Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tippreżenta rapport tar-riżultati ta’ dan l-istudju pilota lin-netwerk ta’ esperti. Jekk il-fażi pilota tkun suċċess, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Istati Membri dwar jekk tipproċedix għal introduzzjoni sħiħa ta’ stħarriġ Ewropew dwar gradwati fl-edukazzjoni terzjarja. |
10. |
Tipprovdi appoġġ għall-bini ta’ kapaċità kif meħtieġ, għall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati, ibbażat fuq prattika tajba. Fil-każ tal-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, dan ser jinkludi mmappjar komprensiv fl-Istati Membri kollha, li jindirizza l-alternattivi għal kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u jista’ jservi bħala bażi biex tiġi esplorata l-fattibilità ta’ stħarriġ Ewropew fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, jekk dan jitqies meħtieġ. Fil-kuntest ta’ bini ta’ kapaċità, ser jingħata wkoll sostenn għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u s-servizzi ta’ gwida bil-għan li jitjiebu d-disponibbiltà, il-paragunabbiltà u l-affidabbiltà tad-data tal-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati. |
11. |
Tippromwovi t-tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattiki, issaħħaħ il-kooperazzjoni permezz tal-istabbiliment u l-appoġġ tan-netwerk ta’ esperti, u tikkoopera ma’ gruppi ta’ esperti oħra rilevanti, organizzazzjonijiet internazzjonali u istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE. |
12. |
Tiżgura li r-riżultati tal-analiżi tal-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati jkunu disponibbli għal użu mill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. |
13. |
Tappoġġa l-użu minn sorsi ta’ finanzjament Ewropej, bħall-Erasmus+ jew il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, fejn opportun u f’konformità mal-kapaċità finanzjarja, il-bażi ġuridika, proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u l-prijoritajiet tagħhom definiti għall-perijodu 2014-2020, mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. |
14. |
Tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien ħames snin mill-adozzjoni tagħha. |
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. REPS
(1) COM/2015/0690 final.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta’ Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).
(3) ISBN 952-5539-04-0.
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew ta’ Referenza għall-Garanzija tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1).
(5) Dwar l-impatt tal-isfond ta’ sess u migrazzjoni fuq it-transizzjoni mill-iskola għas-suq tax-xogħol, ara OECD/Unjoni Ewropea (2015), Indicators of Immigration Integration 2015 – Settling In, Kapitolu 13.
(6) SWD/2016/0195 final.
(7) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(8) Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-24 ta’ Frar 2016 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni: il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-Semestru Ewropew 2016 (ĠU C 105, 19.3.2016, p. 1).
(10) ĠU C 168, 14.6.2013, p. 2.
(11) ĠU C 169, 15.6.2012, p. 11.
(12) COM(2016) 381 finali.
(13) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(14) Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, “gradwat” tirreferi għal persuna li tkun lestiet kwalunkwe livell ta’ edukazzjoni għolja jew edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (fil-livell 4 u ogħla tal-QEF). Madankollu, huwa rikonoxxut li xi Stati Membri għandhom inizjattivi għall-monitoraġġ tal-perkors ta’ dawk li jitilqu mill-iskola wkoll.
(15) Fil-livell 5 jew ogħla tal-QEK.
(16) L-Istudju tal-Fattibbiltà tal-Eurograduate jkopri biss l-edukazzjoni għolja.