22.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2173

tal-20 ta' Novembru 2017

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Lombardia fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2017) 7587)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali porċini. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jipprevedi li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għall-marda ta' Aujeszky għat-territorju kollu tiegħu jew parti minnu jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Jipprevedi wkoll li jistgħu jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali għall-kummerċ intern tal-UE tal-annimali porċini.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (2) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-moviment tal-ħnieżer bejn Stat Membru u ieħor. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tagħhom tal-mard għall-marda ta' Aujeszky. L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn hemm fis-seħħ programmi ta' kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky.

(3)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta' sostenn għall-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tagħha għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Lombardia, u biex dan ir-reġjun jiġi elenkat kif dovut fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Italja, ir-reġjun tal-Lombardia jenħtieġ li jiġi elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/185/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta' Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta' Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).


ANNESS

ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi approvati ta' kontroll nazzjonali għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Ir-reġjuni

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Ir-Reġjun ta' Friuli-Venezia Giulia

Ir-Reġjun tal-Veneto

Ir-Reġjun tal-Lombardia

LT

Il-Litwanja

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Il-provinċja ta' dolnośląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' kujawsko-pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' lubelskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Voidodship lubuskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' łódzkie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' małopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' mazowieckie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' opolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' podkarpackie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' podlaskie ir-reġjuni amministrattivi li ġejjin: grajewski, kolneński, łomżyński, Łomża, wysokomazowiecki, zambrowski;

Il-provinċja ta' pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' śląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' świętokrzyskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' warmińsko-mazurskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' wielkopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' zachodniopomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha.