11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/2059

tal-31 ta' Ottubru 2017

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/2/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-26 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP NESTOR/1/2016 (2), biex ħatar lis-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP NESTOR mill-1 ta' Settembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (3), li estendiet il-mandat tal-Missjoni dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) sal-31 ta' Diċembru 2018 u li tatha l-isem ġdid ta' “Missjoni dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)”.

(4)

Fl-10 ta' Jannar 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Somalia/1/2017 (4), li estendiet il-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia mit-13 ta' Diċembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2017.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li l-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia jiġi estiż mit-13 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1633 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (EUCAP NESTOR/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/114 tal-10 ta' Jannar 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia/1/2017) (ĠU L 18, 24.1.2017, p. 49).