17.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/1


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1442

tal-31 ta' Lulju 2017

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-impjanti kbar tal-kombustjoni

(notifikata bid-dokument C(2017) 5225)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f'kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jeċċedux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(2)

Fl-20 ta' Ottubru 2016, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 (2) għadda lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Din l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku.

(3)

Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta' dak id-dokument ta' referenza tal-BAT.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.


ANNESS

KONKLUŻJONIJIET TAL-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT)

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet segwenti speċifikati fl-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE:

1.1: Il-kombustjoni tal-karburanti f'installazzjonijiet b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 50 MW jew aktar, biss meta din l-attività sseħħ f'impjanti ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 50 MW jew aktar.

1.4: Il-gassifikazzjoni tal-faħam jew ta' karburanti oħrajn f'installazzjonijiet b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 20 MW jew aktar, biss meta din l-attività tkun assoċjata direttament ma' impjant ta' kombustjoni.

5.2.: Ir-rimi jew l-irkupru tal-iskart f'impjanti ta' koinċinerazzjoni tal-iskart għal skart mhux perikoluż b'kapaċità li teċċedi t-3 tunnellati fis-siegħa jew għall-iskart perikoluż b'kapaċità li teċċedi l-10 tunnellati kuljum, biss meta din l-attività sseħħ f'impjanti ta' kombustjoni koperti taħt il-punt 1.1 hawn fuq.

B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-attivitajiet upstream u downstream assoċjati direttament mal-attivitajiet imsemmija qabel, inklużi t-tekniki ta' prevenzjoni u kontroll tal-emissjonijiet applikati.

Il-karburanti kkunsidrati f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma kwalunkwe materjal kombustibbli solidu, likwidu u/jew gassuż, inklużi:

karburanti solidi (eż. faħam, linjite, pit);

bijomassa (kif definita fl-Artikolu 3(31) tad-Direttiva 2010/75/UE);

karburanti likwidi (eż. żejt karburanti tqil u żejt tal-gass);

karburanti gassużi (eż. gass naturali, gass li jkun fih l-idroġenu u gass sintetiku);

karburanti speċifiċi għall-industrija (eż. prodotti sekondarji mill-industriji tal-kimika u tal-ħadid u l-azzar);

skart minbarra skart muniċipali mħallat kif definit fl-Artikolu 3(39) u minbarra skart ieħor elenkat fl-Artikolu 42(2)(a)(ii) u (iii) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx dawn li ġejjin:

il-kombustjoni ta' karburanti f'unitajiet b'kapaċità termali kklassifikata ta' inqas minn 15-il MW;

l-impjanti tal-kombustjoni li jibbenifikaw mid-deroga għal tul ta' ħajja limitat jew għal tisħin distrettwali kif stabbilit fl-Artikoli 33 u 35 tad-Direttiva 2010/75/UE, sakemm jiskadu d-derogi stabbiliti fil-permessi tagħhom, għal dak li jikkonċerna l-BAT-AELs għall-inkwinanti koperti mid-deroga, kif ukoll għal inkwinanti oħrajn li l-emissjonijiet tagħhom kienu jitnaqqsu mill-miżuri tekniċi mwarrba mid-deroga;

il-gassifikazzjoni tal-karburanti, meta din ma tkunx assoċjata direttament mal-kombustjoni tal-gass sintetiku li jirriżulta;

il-gassifikazzjoni tal-karburanti u l-kombustjoni sussegwenti tal-gass sintetiku meta dawn ma jkunux assoċjati direttament mar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass;

l-attivitajiet upstream u downstream mhux assoċjati direttament mal-attivitajiet ta' kombustjoni jew gassifikazzjoni;

il-kombustjoni fi fran jew ħiters tal-ipproċessar;

il-kombustjoni f'impjanti tal-post-kombustjoni;

l-ivvampjar;

il-kombustjoni f'bojlers ta' rkupru u berners ta' kubrit ridott totali fl-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta, hekk kif din hija koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta u tal-kartun;

il-kombustjoni tal-karburanti tar-raffinerija fis-sit tar-raffinerija, hekk kif din hija koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass;

ir-rimi jew l-irkupru tal-iskart fi:

impjanti għall-inċinerazzjoni tal-iskart (kif definiti fl-Artikolu 3(40) tad-Direttiva 2010/75/UE),

impjanti għall-koinċinerazzjoni tal-iskart, fejn jirriżulta li aktar minn 40 % tar-rilaxx tas-sħana jiġi minn skart perikoluż,

impjanti għall-koinċinerazzjoni tal-iskart li jaħarqu biss skart, ħlief jekk dan l-iskart ikun kompost tal-anqas parzjalment minn bijomassa, kif definita fl-Artikolu 3(31)(b) tad-Direttiva 2010/75/UE,

hekk kif din hija koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni tal-iskart.

Konklużjonijiet oħrajn tal-BAT u dokumenti ta' referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

Sistemi Komuni ta' Trattament/Ġestjoni tal-Ilma Mormi u tal-Gass ta' Skart fis-Settur tal-Kimika (CWW)

Serje ta' BREF kimiku (LVOC, eċċ.)

Ekonomija u Effetti Transmedjali (ECM)

Emissjonijiet mill-Ħażna (EFS)

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE)

Is-Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS)

Il-Produzzjoni tal-Ħadid u tal-Azzar (IS)

Il-Monitoraġġ ta' Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma minn installazzjonijiet IED (ROM)

Il-Produzzjoni ta' Polpa, Karta u Kartun (PP)

Ir-Raffinar taż-Żejt Minerali u tal-Gass (REF)

L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI)

It-Trattament tal-Iskart (WT)

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu użat

Definizzjoni

Termini ġenerali

Bojler

Kwalunkwe impjant ta' kombustjoni bl-eċċezzjoni ta' magni, turbini tal-gass u fran jew ħiters tal-ipproċessar

Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat (CCGT)

CCGT hija impjant ta' kombustjoni fejn jintużaw żewġ ċikli termodinamiċi (jiġifieri ċ-ċikli Brayton u Rankine). F'CCGT, is-sħana mill-gass li joħroġ mit-tromba ta' ċumnija ta' turbina tal-gass (li topera skont iċ-ċiklu ta' Brayton sabiex tipproduċi l-elettriku) tiġi kkonvertita f'enerġija utli f'ġeneratur tal-fwar tal-irkupru tas-sħana (HRSG), fejn hija tintuża sabiex tiġġenera l-fwar, li mbagħad tespandi f'turbina tal-fwar (li topera skont iċ-ċiklu Rankine sabiex tipproduċi elettriku addizzjonali).

Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, CCGT tinkludi konfigurazzjonijiet kemm bi ħruq supplimentari tal-HRSG kif ukoll mingħajru

Impjant ta' kombustjoni

Kwalunkwe apparat tekniku fejn jiġu ossidizzati l-karburanti sabiex tintuża s-sħana li tiġi ġġenerata. Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, kombinazzjoni fformata minn:

żewġ impjanti ta' kombustjoni separati jew aktar fejn il-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija jiġu skarikati minn ċumnija komuni, jew

impjanti ta' kombustjoni separati li ngħataw permess għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 1987 jew wara, jew li għalihom l-operaturi ppreżentaw applikazzjoni kompleta għal permess f'dik id-data jew warajha, li jiġu installati b'tali mod li, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni fatturi tekniċi u ekonomiċi, il-gassijiet tagħhom li joħorġu mit-tromba ta' ċumnija jistgħu, fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti, jiġu skarikati minn ċumnija komuni

titqies bħala impjant ta' kombustjoni wieħed.

Sabiex tiġi kkalkolata l-kapaċità termali kklassifikata totali ta' kombinazzjoni bħal din, għandhom jiżdiedu flimkien il-kapaċitajiet tal-impjanti ta' kombustjoni individwali kollha kkonċernati, li għandhom kapaċità termali kklassifikata ta' mill-inqas 15-il MW

Unità tal-kombustjoni

Impjant ta' kombustjoni individwali

Kejl kontinwu

Kejl li jsir bl-użu ta' sistema tal-kejl awtomatizzata installata b'mod permanenti fis-sit

Skariku dirett

Skariku (lejn korp tal-ilma riċeventi) fil-punt fejn l-emissjoni tħalli l-installazzjoni mingħajr trattament tul il-katina ulterjuri

Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD)

Sistema komposta minn teknika ta' eliminazzjoni waħda jew kombinazzjoni ta' tekniki ta' eliminazzjoni bl-iskop li jitnaqqas il-livell ta' SOX li joħroġ minn impjant ta' kombustjoni

Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) — eżistenti

Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) li mhijiex sistema ta' FGD ġdida

Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) — ġdida

Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) f'impjant ġdid jew sistema ta' FGD li tinkludi mill-inqas teknika ta' eliminazzjoni waħda introdotta jew kompletament sostitwita f'impjant eżistenti wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT

Żejt tal-gass

Kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 2710 19 25 , 2710 19 29 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 17 jew 2710 20 19 .

Jew kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum, li inqas minn 65 % tal-volum tiegħu (inkluż it-telf) jiddistilla f'temperatura ta' 250 °C u li tal-anqas 85 % tal-volum tiegħu (inkluż it-telf) jiddistilla f'temperatura ta' 350 °C bil-metodu ASTM D86

Żejt karburanti tqil (heavy fuel oil — HFO)

Kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 2710 19 51 sa 2710 19 68 , 2710 20 31 , 2710 20 35 , 2710 20 39 .

Kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum, minbarra ż-żejt tal-gass li, minħabba l-limiti tad-distillazzjoni tiegħu, jaqa' fi ħdan il-kategorija ta' żjut tqal maħsuba għall-użu bħala karburant u li inqas minn 65 % tal-volum tiegħu (inkluż it-telf) jiddistilla f'temperatura ta' 250 °C bil-metodu ASTM D86. Jekk id-distillazzjoni ma tkunx tista' tiġi stabbilità bil-metodu ASTM D86, il-prodott taż-żejt mhux maħdum jiġi kkategorizzat ukoll bħala żejt karburant tqil

Effiċjenza elettrika netta (unità ta' kombustjoni u IGCC)

Il-proporzjon bejn il-produzzjoni elettrika netta (l-elettriku prodott fuq in-naħa tal-vultaġġ għoli tat-trasformatur ewlieni nieqes l-enerġija importata — eż. għall-konsum tas-sistemi awżiljarji) u d-dħul tal-enerġija minn karburant/materja prima (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' karburant/materja prima) fil-konfini tal-unità ta' kombustjoni fuq perjodu ta' żmien partikolari

Effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta

Il-proporzjon bejn l-enerġija mekkanika fl-akkoppjar tat-tagħbija u l-enerġija termali fornuta mill-karburant

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (unità ta' kombustjoni u IGCC)

Il-proporzjon bejn l-enerġija prodotta netta (l-elettriku, l-ilma sħun, il-fwar, l-enerġija mekkanika prodotta nieqsa l-enerġija elettrika u/jew termali importata (eż. għall-konsum tas-sistemi awżiljarji)) u d-dħul tal-enerġija minn karburant (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' karburant) fil-konfini tal-unità ta' kombustjoni fuq perjodu ta' żmien partikolari

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (unità ta' gassifikazzjoni)

Il-proporzjon bejn l-enerġija prodotta netta (l-elettriku, l-ilma sħun, il-fwar, l-enerġija mekkanika prodotta u l-gass sintetiku (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' gass sintetiku) nieqsa l-enerġija elettrika u/jew termali importata (eż. għall-konsum tas-sistemi awżiljarji)) u d-dħul tal-enerġija minn karburant/materja prima (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' karburant/materja prima) fil-konfini tal-unità ta' gassifikazzjoni fuq perjodu ta' żmien partikolari

Sigħat maħduma

Il-ħin, espress f'sigħat, li matulu impjant ta' kombustjoni, kollu kemm hu jew parti minnu, jitħaddem u jkun qed jiskarika l-emissjonijiet fl-arja, minbarra l-perjodi tal-bidu u tal-waqfien

Kejl perjodiku

Id-determinazzjoni ta' mikjel (kwantità partikolari soġġetta għal kejl) f'intervalli ta' żmien speċifikati

Impjant — eżistenti

Impjant ta' kombustjoni li mhuwiex impjant ġdid

Impjant — ġdid

Impjant ta' kombustjoni li jingħata l-ewwel permess fl-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta' impjant ta' kombustjoni fuq il-pedamenti eżistenti, wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT

Impjant tal-post-kombustjoni

Sistema maħsuba biex tippurifika l-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija permezz ta' kombustjoni, li ma titħaddimx bħala impjant ta' kombustjoni indipendenti, bħal ossidant termali (jiġifieri inċineratur tal-gass residwu), li jintuża għat-tneħħija tal-kontenut tal-inkwinant(i) (eż. VOC) mill-gass mit-tromba ta' ċumnija bi jew mingħajr l-irkupru tas-sħana ġġenerata fih. It-tekniki ta' kombustjoni mqassma f'għadd ta' stadji, fejn kull stadju ta' kombustjoni jkun ristrett f'kompartament separat, li jista' jkollu karatteristiċi distinti tal-proċess ta' kombustjoni (eż. il-proporzjon karburant-ajra, il-profil tat-temperatura) jitqiesu bħala li huma integrati fil-proċess ta' kombustjoni u mhumiex meqjusa bħala impjanti tal-post-kombustjoni. Bl-istess mod, meta l-gassijiet iġġenerati f'ħiter/forn tal-ipproċessar jew fi proċess ieħor ta' kombustjoni jkunu sussegwentement ossidizzati f'impjant ta' kombustjoni distint sabiex jiġi rkuprat il-valur enerġetiku tagħhom (bi jew mingħajr l-użu ta' karburant awżiljarju) għall-produzzjoni tal-elettriku, tal-fwar, ta' żejt/ilma sħun jew tal-enerġija mekkanika, l-impjant tal-aħħar mhuwiex meqjus bħala impjant tal-post-kombustjoni

Sistema ta' previżjoni tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet (PEMS)

Sistema li tintuża sabiex tiddetermina l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet ta' inkwinant minn sors ta' emissjoni fuq bażi kontinwa, abbażi tar-relazzjoni tagħha ma' għadd ta' parametri tal-proċess karatteristiċi li jkunu mmonitorjati kontinwament (eż. il-konsum tal-gass kombustibbli, il-proporzjon bejn l-arja u l-karburant) u d-dejta dwar il-kwalità tal-alimentazzjoni jew tal-karburant (eż. il-kontenut tal-kubrit)

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika

Prodotti sekondarji gassużi u/jew likwidi ġġenerati mill-industrija (petro-)kimika u użati bħala karburanti mhux kummerċjali fl-impjanti ta' kombustjoni

Fran jew ħiters tal-ipproċessar

Fran jew ħiters tal-ipproċessar huma:

impjanti ta' kombustjoni li l-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija tagħhom jintużaw għat-trattament termali ta' oġġetti jew materjal tal-għalf permezz ta' mekkaniżmu ta' tisħin b'kuntatt dirett (eż. forn tas-siment u tal-ġir, forn tal-ħġieġ, forn tal-asfalt, proċess ta' tnixxif, reattur użat fl-industrija (petro-)kimika, fran għall-ipproċessar ta' metall ferruż), jew

impjanti ta' kombustjoni li s-sħana radjanti u/jew konduttiva tagħhom tiġi ttrasferita għal oġġetti jew materjal tal-għalf minn ġo ħajt solidu mingħajr ma jintuża fluwidu intermedjarju għat-trasferiment tas-sħana (eż. forn tal-batterija tal-kokk, cowper, forn jew reattur li jsaħħan nixxiegħa tal-proċess li tintuża fl-industrija (petro-)kimika bħal forn ta' sustanza li taqsam bil-fwar, ħiter tal-ipproċessar li jintuża għar-rigassifikazzjoni ta' gass naturali likwifikat (LNG) fit-terminals tal-LNG).

Bħala konsegwenza tal-applikazzjoni ta' prattiki tajbin ta' rkupru tal-enerġija, il-ħiters/fran tal-ipproċessar jista' jkollhom sistema assoċjata għall-ġenerazzjoni tal-fwar/elettriku. Din titqies bħala karatteristika integrali tad-disinn tal-ħiter/forn tal-ipproċessar li ma tistax tiġi kkunsidrata f'iżolament

Karburanti tar-raffinerija

Materjal kombustibbli solidu, likwidu jew gassuż mill-passi ta' distillazzjoni u konverżjoni tar-raffinar taż-żejt mhux raffinat. Eżempji huma l-gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG), il-gass sintetiku, iż-żjut tar-raffinerija u l-kokk petroliferu

Residwi

Sustanzi jew oġġetti ġġenerati mill-attivitajiet koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan id-dokument, bħala skart jew prodotti sekondarji

Perjodu tal-bidu u tal-waqfien

Il-perjodu ta' żmien ta' tħaddim ta' impjant kif stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/249/UE (*1)

Unità — eżistenti

Unità tal-kombustjoni li mhijiex unità ġdida

Unità — ġdida

Unità ta' kombustjoni li tingħata l-ewwel permess fl-impjant ta' kombustjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta' unità ta' kombustjoni fuq il-pedamenti eżistenti tal-impjant ta' kombustjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT

Valida (medja ta' kull siegħa)

Medja ta' kull siegħa titqies bħala valida meta ma ssir ebda manutenzjoni tas-sistema tal-kejl awtomatizzata jew meta ma jkun hemm ebda ħsara fiha


Terminu użat

Definizzjoni

Inkwinanti/parametri

As

Is-somma ta' arseniku u l-komposti tiegħu, espressa bħala As

C3

Idrokarburi li għandhom numru ta' karbonju ugwali għal tlieta

C4+

Idrokarburi li għandhom numru ta' karbonju ta' erbgħa jew akbar

Cd

Is-somma ta' kadmju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cd

Cd+Tl

Is-somma ta' kadmju, tallju u l-komposti tagħhom, espressa bħala Cd+Tl

CH4

Metan

CO

Monossidu tal-karbonju

COD

Domanda kimika ta' ossiġenu. L-ammont ta' ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni totali tal-materja organika f'diossidu tal-karbonju

COS

Sulfur tal-karbonil

Cr

Is-somma ta' kromju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cr

Cu

Is-somma ta' ram u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cu

Trab

Materja partikolata totali (fl-arja)

Fluworur

Fluworur maħlul, espress bħala F

H2S

Sulfur tal-idroġenu

HCl

Il-komposti inorganiċi kollha ta' klorur gassuż, espressi bħala HCl

HCN

Ċjanur tal-idroġenu

HF

Il-komposti inorganiċi kollha ta' fluworu gassuż, espressi bħala HF

Hg

Is-somma ta' merkurju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Hg

N2O

Monossidu dinitroġenu (ossidu nitruż)

NH3

Ammonijaka

Ni

Is-somma ta' nikil u l-komposti tiegħu, espressa bħala Ni

NOX

Is-somma ta' monossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2), espressa bħala NO2

Pb

Is-somma ta' ċomb u l-komposti tiegħu, espressa bħala Pb

PCDD/F

Dibenżo-p-diossini u furani poliklorinati

RCG

Konċentrazzjoni mhux ipproċessata fil-gass mit-tromba ta' ċumnija. Il-konċentrazzjoni ta' SO2 fil-gass mhux raffinat li joħroġ mit-tromba ta' ċumnija bħala medja annwali (taħt il-kundizzjonijiet standard mogħtija skont kunsiderazzjonijiet ġenerali) fil-bokka tas-sistema ta' tnaqqis tal-SOX, espressa f'kontenut ta' ossiġenu ta' referenza ta' 6 % skont il-volum ta' O2

Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V

Is-somma ta' antimonju, arseniku, ċomb, kromju, kobalt, ram, manganiż, nikil, vanadju u l-komposti tagħhom, espressa bħala Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V

SO2

Diossidu tal-kubrit

SO3

Trijossidu tal-kubrit

SOX

Is-somma ta' diossidu tal-kubrit (SO2) u triossidu tal-kubrit (SO3), espressa bħala SO2

Sulfat

Sulfat maħlul, espress bħala SO4 2–

Sulfur, rilaxxat faċilment

Is-somma ta' sulfur maħlul u ta' dawk is-sulfuri mhux maħlula li jiġu rilaxxati faċilment mal-aċidifikazzjoni, espressa bħala S2–

Sulfit

Sulfit maħlul, espress bħala SO3 2–

TOC

Karbonju organiku totali, espress bħala C (fl-ilma)

TSS

Solidi totali sospiżi. Il-konċentrazzjoni tal-massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-gravimetrija

TVOC

Komposti organiċi volatili totali, espressi bħala C (fl-arja)

Zn

Is-somma ta' żingu u l-komposti tiegħu, espressa bħala Zn

AKRONIMI

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:

Akronimu

Definizzjoni

ASU

Unità tal-provvista tal-arja

CCGT

Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat, bi ħruq supplimentari jew mingħajru

CFB

Sodda fluwidizzata ċirkolanti

CHP

Sħana u enerġija kkombinati

COG

Gass ta' forn tal-kokk

COS

Sulfur tal-karbonil

DLN

Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX

DSI

Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal

ESP

Preċipitatur elettrostatiku

FBC

Kombustjoni f'sodda fluwidizzata

FGD

Desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

HFO

Żejt karburanti tqil

HRSG

Ġeneratur tal-fwar bi rkupru tas-sħana

IGCC

Ċiklu kkombinat ta' gassifikazzjoni integrata

LHV

Valur ta' tisħin aktar baxx

LNB

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX

LNG

Gass naturali likwifikat

OCGT

Turbina tal-gass b'ċiklu miftuħ

OTNOC

Kundizzjonijiet minbarra l-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim

PC

Kombustjoni pulverizzata

PEMS

Sistema ta' previżjoni tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet

RKS

Riduzzjoni katalitika selettiva

SDA

Assorbitur niexef bl-isprej

RMKS

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-ambjent.

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma ġeneralment applikabbli.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs)

Meta jingħataw il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għal perjodi differenti tat-teħid tal-medja, jeħtieġ li jiġu rrispettati dawk il-BAT-AELs kollha.

Il-BAT-AELs stabbiliti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jistgħux japplikaw għat-turbini mħaddma b'karburant likwidu u dawk imħaddma bil-gass u għall-magni li jintużaw f'każ ta' emerġenza mħaddma inqas minn 500 siegħa/sena, meta tali użu ta' emerġenza ma jkunx kompatibbli mal-issodisfar tal-BAT-AELs.

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja

Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa ta' sustanza emessa għal volum ta' gass mit-tromba ta' ċumnija taħt il-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef f'temperatura ta' 273,15 K, u pressjoni ta' 101,3 kPa, espressi fl-unitajiet mg/Nm3, μg/Nm3 jew ng I-TEQ/Nm3.

Il-monitoraġġ assoċjat mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja jingħata fi BAT 4

Il-kundizzjonijiet ta' referenza għall-ossiġenu li jintużaw sabiex jesprimu l-BAT-AELs f'dan id-dokument huma murija fit-tabella mogħtija hawn taħt.

Attività

Livell ta' referenza tal-ossiġenu (OR)

Kombustjoni ta' karburanti solidi

6 % skont il-volum

Kombustjoni ta' karburanti solidi f'kombinazzjoni ma' karburanti likwidi u/jew gassużi

Koinċinerazzjoni tal-iskart

Kombustjoni ta' karburanti likwidi u/jew gassużi meta ma sseħħx f'turbina tal-gass jew magna

3 % skont il-volum

Kombustjoni ta' karburanti likwidi u/jew gassużi meta sseħħ f'turbina tal-gass jew magna

15 % skont il-volum

Kombustjoni f'impjanti ta' IGCC

L-ekwazzjoni sabiex tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu hija:

Formula

Fejn:

ER

:

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu OR;

OR

:

il-livell ta' referenza tal-ossiġenu f' % skont il-volum;

EM

:

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet imkejla;

OM

:

il-livell imkejjel tal-ossiġenu f' % skont il-volum.

Għall-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Il-perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Definizzjoni

Medja ta' kuljum

Medja fuq perjodu ta' 24 siegħa abbażi ta' medji validi ta' kull siegħa miksuba b'kejl kontinwu

Medja annwali

Medja fuq perjodu ta' sena abbażi ta' medji validi ta' kull siegħa miksuba b'kejl kontinwu

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Valur medju ta' tliet kejlijiet konsekuttivi ta' mill-inqas 30 minuta kull wieħed (1)

Medja ta' kampjuni miksuba matul sena waħda

Medja tal-valuri miksuba matul sena waħda tal-kejlijiet perjodiċi meħuda bil-frekwenza tal-monitoraġġ stabbilita għal kull parametru

BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma

Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa ta' sustanza emessa għal volum ta' ilma u espressi f'μg/l, mg/l jew g/l. Il-BAT-AELs jirreferu għal medji ta' kuljum, jiġifieri kampjuni aggregati proporzjonali għall-fluss fuq perjodu ta' 24 siegħa. Il-kampjuni aggregati proporzjonali għall-ħin jista' jintuża diment li jkun jista' jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed.

Il-monitoraġġ assoċjat mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma jingħata fi BAT 5

Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEELs)

Livell ta' effiċjenza enerġetika assoċjat mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEEL) jirreferi għall-proporzjon bejn il-produzzjoni netta tal-enerġija tal-unità ta' kombustjoni u d-dħul ta' enerġija minn karburant/materja prima tal-unità ta' kombustjoni fid-disinn attwali tal-unità. Il-produzzjoni netta tal-enerġija tiġi stabbilita fil-kombustjoni, fil-gassifikazzjoni jew fil-konfini tal-unità tal-IGCC, inklużi sistemi awżiljarji (eż. sistemi ta' trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija) u għall-unità mħaddma b'tagħbija sħiħa.

Fil-każ tal-impjanti ta' sħana u enerġija kkombinati (CHP):

il-BAT-AEEL għall-utilizzazzjoni totali netta tal-karburant jirreferi għall-unità ta' kombustjoni mħaddma b'tagħbija sħiħa u adattata sabiex timmassimizza primarjament il-provvista tas-sħana u, it-tieni, il-bqija tal-enerġija li tista' tiġi ġġenerata;

il-BAT-AEEL għall-effiċjenza elettrika netta jirreferi għall-unità ta' kombustjoni li tiġġenera l-elettriku biss b'tagħbija sħiħa.

Il-BAT-AEELs jiġu espressi bħala perċentwal. Id-dħul tal-enerġija minn karburant/materja prima huwa espress bħala valur ta' tisħin aktar baxx (LHV).

Il-monitoraġġ assoċjat mal-BAT-AEELs jingħata fi BAT 2

Kategorizzazzjoni tal-impjanti/unitajiet ta' kombustjoni skont il-kapaċità termali kklassifikata totali tagħhom

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, meta tiġi indikata medda ta' valuri għall-kapaċità termali kklassifikata totali, din għandha tinqara bħala “daqs jew akbar mit-tarf ta' isfel tal-medda u inqas mit-tarf ta' fuq tal-medda”. Pereżempju, il-kategorija tal-impjant 100–300 MWth għandha tinqara bħala: impjanti ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata totali daqs jew akbar minn 100 MW u inqas minn 300 MW.

Meta parti minn impjant ta' kombustjoni li jiskarika gassijiet mit-tromba ta' ċumnija minn kanal separat wieħed jew aktar fi ħdan ċumnija komuni tkun qed titħaddem inqas minn 1 500 siegħa/sena, dik il-parti tal-impjant tista' tiġi kkunsidrata separatament għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT. Għall-partijiet kollha tal-impjant, il-BAT-AELs japplikaw fir-rigward tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant. F'każijiet bħal dawn, l-emissjonijiet minn kull wieħed minn dawk il-kanali jiġu mmonitorjati separatament.

1.   KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT

Il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għal kull karburant inklużi fit-Taqsimiet 2 sa 7 japplikaw minbarra l-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT imsemmija f'din it-taqsima.

1.1.   Sistemi ta' ġestjoni ambjentali

BAT 1.

Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT għandha timplimenta u taderixxi ma' sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

i.

l-impenn tal-maniġment, inkluż tal-maniġment superjuri;

ii.

id-definizzjoni, mill-maniġment, ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni;

iii.

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-objettivi u l-miri meħtieġa, flimkien mal-ippjanar finanzjarju u l-investiment;

iv.

l-implimentazzjoni ta' proċeduri li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

l-istruttura u r-responsabbiltà

(b)

ir-reklutaġġ, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u l-kompetenza

(c)

il-komunikazzjoni

(d)

l-involviment tal-impjegati

(e)

id-dokumentazzjoni

(f)

il-kontroll effettiv tal-proċessi

(g)

il-programmi ta' manutenzjoni regolari ppjanata

(h)

it-tħejjija u r-rispons għal emerġenzi

(i)

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

v.

il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva, li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll ir-Rapport ta' Referenza tal-JRC dwar il-Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma mill-installazzjonijiet tal-IED — ROM)

(b)

it-teħid ta' azzjoni korrettiva u preventiva

(c)

iż-żamma ta' rekords

(d)

l-awditjar intern u estern indipendenti (fejn ikun prattikabbli) sabiex jiġi stabbilit jekk l-EMS tikkonformax jew le mal-arranġamenti ppjanati u jekk ġietx implimentata u miżmuma kif suppost;

vi.

ir-rieżami, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha;

vii.

wara l-iżvilupp ta' teknoloġiji aktar nodfa;

viii.

il-kunsiderazzjoni għall-impatti ambjentali mid-dekummissjonar eventwali tal-installazzjoni fl-istadju ta' tfassil ta' impjant ġdid u matul il-ħajja operattiva tiegħu;

(a)

l-evitar ta' strutturi taħt l-art

(b)

l-inkorporazzjoni ta' karatteristiċi li jiffaċilitaw iż-żarmar

(c)

l-għażla ta' finituri tal-wiċċ li jistgħu jiġu dekontaminati faċilment

(d)

l-użu ta' konfigurazzjoni tat-tagħmir li timminimizza s-sustanzi kimiċi maqbuda u li tiffaċilita t-tbattil jew it-tindif

(e)

it-tfassil ta' tagħmir flessibbli u awtonomu li jippermetti l-għeluq f'fażijiet

(f)

l-użu ta' materjal bijodegradabbli u riċiklabbli fejn ikun possibbli;

ix.

l-applikazzjoni ta' parametri referenzjarji settorjali fuq bażi regolari.

Speċifikament għal dan is-settur, huwa importanti wkoll li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi li ġejjin tal-EMS, deskritti fejn xieraq fil-BAT rilevanti:

x.

programmi ta' garanzija tal-kwalità/kontroll tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li l-karatteristiċi tal-karburanti kollha jiġu stabbiliti u kkontrollati b'mod sħiħ (ara BAT 9);

xi.

pjan ta' ġestjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma waqt kundizzjonijiet minbarra l-kundizzjonijiet normali ta' tħaddim, inklużi l-perjodi tal-bidu u tal-waqfien (ara BAT 10 u BAT 11);

xii.

pjan ta' mmaniġġjar tal-iskart sabiex jiġi żgurat li l-iskart jiġi evitat, jitħejja sabiex jintuża mill-ġdid, jiġi rriċiklat jew irkuprat b'mod ieħor, inkluż bl-użu tat-tekniki mogħtija fi BAT 16;

xiii.

metodu sistematiku sabiex jiġu identifikati u ttrattati l-emissjonijiet mhux ikkontrollati u/jew mhux ippjanati potenzjali fl-ambjent, b'mod partikolari:

(a)

emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma ta' taħt l-art mill-immaniġġjar u l-ħażna ta' karburanti, addittivi, prodotti sekondarji u skart

(b)

emissjonijiet assoċjati mal-awto-tisħin u/jew l-awtofjammabilità tal-karburant fl-attivitajiet tal-immaniġġjar u tal-ħażna;

xiv.

pjan għall-immaniġġjar tat-trab sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mit-tagħbija, il-ħatt, il-ħażna u/jew l-immaniġġjar ta' karburanti, residwi u addittivi;

xv.

pjan għall-immaniġġjar tal-istorbju fejn ikun mistenni jew sostnut inkonvenjent ta' storbju f'riċetturi sensittivi, inklużi:

(a)

protokoll għat-twettiq ta' monitoraġġ tal-istorbju fil-konfini tal-impjant

(b)

programm ta' tnaqqis tal-istorbju

(c)

protokoll għal rispons għal inċidenti ta' storbju li jkun fih azzjonijiet u skedi ta' żmien xierqa

(d)

rieżami ta' inċidenti storiċi ta' storbju, azzjonijiet korrettivi u d-disseminazzjoni ta' għarfien dwar l-inċidenti ta' storbju lill-partijiet affettwati;

xvi.

għall-kombustjoni, il-gassifikazzjoni jew il-koinċinerazzjoni ta' sustanzi b'riħa tinten, pjan għall-immaniġġjar tal-irwejjaħ, inklużi:

(a)

protokoll għat-twettiq ta' monitoraġġ tal-irwejjaħ

(b)

fejn meħtieġ, programm ta' eliminazzjoni tal-irwejjaħ sabiex jiġu identifikati u eliminati jew imnaqqsin l-emissjonijiet tal-irwejjaħ

(c)

protokoll għar-reġistrazzjoni ta' inċidenti ta' rwejjaħ u l-azzjonijiet u l-iskedi ta' żmien xierqa

(d)

rieżami ta' inċidenti storiċi ta' rwejjaħ, azzjonijiet korrettivi u d-disseminazzjoni ta' għarfien dwar l-inċidenti ta' rwejjaħ lill-partijiet affettwati.

Meta valutazzjoni turi li kwalunkwe wieħed mill-elementi elenkati taħt l-entrati x sa xvi mhuwiex meħtieġ, id-deċiżjoni għandha tiġi rreġistrata, inklużi r-raġunijiet.

Applikabbiltà

Il-kamp ta' applikazzjoni (eż. il-livell ta' dettall) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment ikunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, kif ukoll mal-firxa tal-impatti ambjentali li jista' jkollha.

1.2.   Monitoraġġ

BAT 2.

Il-BAT għandha tiddetermina l-effiċjenza elettrika netta u/jew l-utilizzazzjoni totali netta tal-karburant u/jew l-effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta tal-unitajiet ta' gassifikazzjoni, IGCC u/jew kombustjoni billi jitwettaq test tal-prestazzjoni b'tagħbija sħiħa (2), skont l-istandards EN, wara l-kummissjonar tal-unità u wara kull modifika li tista' taffettwa b'mod sinifikanti l-effiċjenza elettrika netta u/jew l-utilizzazzjoni totali netta tal-karburant u/jew l-effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta tal-unità. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT għandha tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

BAT 3.

Il-BAT għandha timmonitorja l-parametri ewlenin tal-proċess rilevanti għall-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, inklużi dawk mogħtija hawn taħt.

Fluss

Parametru/i

Monitoraġġ

Gass mit-tromba ta' ċumnija

Fluss

Determinazzjoni perjodika jew kontinwa

Kontenut ta' ossiġenu, temperatura, u pressjoni

Kejl perjodiku jew kontinwu

Kontenut ta' fwar tal-ilma (3)

Ilma mormi minn trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Fluss, pH u temperatura

Kejl kontinwu

BAT 4.

Il-BAT għandha timmonitorja l-emissjonijiet fl-arja tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f'konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT għandha tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/Parametru

Karburant/Proċess/Tip ta' impjant ta' kombustjoni

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

Standard(s) (4)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ (5)

Monitoraġġ assoċjat ma'

NH3

Meta tintuża RKS u/jew RMKS

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu (6)  (7)

BAT 7

NOX

Faħam u/jew linjite, inkluża koinċinerazzjoni tal-iskart

Bijomassa solida u/jew pit, inkluża koinċinerazzjoni tal-iskart

Bojlers u magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass

Bojlers, magni u turbini mħaddma bil-gass naturali

Gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika

Impjanti ta' IGCC

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu (6)  (8)

BAT 20

BAT 24

BAT 28

BAT 32

BAT 37

BAT 41

BAT 42

BAT 43

BAT 47

BAT 48

BAT 56

BAT 64

BAT 65

BAT 73

Impjanti ta' kombustjoni fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta

Id-daqsijiet kollha

EN 14792

Darba kull sena (9)

BAT 53

N2O

Faħam u/jew linjite f'bojlers b'sodda fluwidizzata ċirkolanti

Bijomassa solida u/jew pit f'bojlers b'sodda fluwidizzata ċirkolanti

Id-daqsijiet kollha

EN 21258

Darba kull sena (10)

BAT 20

BAT 24

CO

Faħam u/jew linjite, inkluża koinċinerazzjoni tal-iskart

Bijomassa solida u/jew pit, inkluża koinċinerazzjoni tal-iskart

Bojlers u magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass

Bojlers, magni u turbini mħaddma bil-gass naturali

Gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika

Impjanti ta' IGCC

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu (6)  (8)

BAT 20

BAT 24

BAT 28

BAT 33

BAT 38

BAT 44

BAT 49

BAT 56

BAT 64

BAT 65

BAT 73

Impjanti ta' kombustjoni fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta

Id-daqsijiet kollha

EN 15058

Darba kull sena (9)

BAT 54

SO2

Faħam u/jew linjite, inkluża koinċinerazzjoni tal-iskart

Bijomassa solida u/jew pit, inkluża koinċinerazzjoni tal-iskart

Bojlers imħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass

Gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Impjanti ta' IGCC

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi u EN 14791

Kontinwu (6)  (11)  (12)

BAT 21

BAT 25

BAT 29

BAT 34

BAT 39

BAT 50

BAT 57

BAT 66

BAT 67

BAT 74

SO3

Meta tintuża RKS

Id-daqsijiet kollha

Ebda standard EN disponibbli

Darba kull sena

Kloruri gassużi, espressi bħala HCl

Faħam u/jew linjite

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Id-daqsijiet kollha

EN 1911

Darba kull tliet xhur (6)  (13)  (14)

BAT 21

BAT 57

Bijomassa solida u/jew pit

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu (15)  (16)

BAT 25

Koinċinerazzjoni tal-iskart

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu (6)  (16)

BAT 66

BAT 67

HF

Faħam u/jew linjite

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Id-daqsijiet kollha

Ebda standard EN disponibbli

Darba kull tliet xhur (6)  (13)  (14)

BAT 21

BAT 57

Bijomassa solida u/jew pit

Id-daqsijiet kollha

Ebda standard EN disponibbli

Darba kull sena

BAT 25

Koinċinerazzjoni tal-iskart

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu (6)  (16)

BAT 66

BAT 67

Trab

Faħam u/jew linjite

Bijomassa solida u/jew pit

Bojlers imħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Impjanti ta' IGCC

Magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi u EN 13284-1 u EN 13284-2

Kontinwu (6)  (17)

BAT 22

BAT 26

BAT 30

BAT 35

BAT 39

BAT 51

BAT 58

BAT 75

Koinċinerazzjoni tal-iskart

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi u EN 13284-2

Kontinwu

BAT 68

BAT 69

Metalli u metallojdi minbarra merkurju (As, Cd, Co, Cr, Cu, Mn, Ni, Pb, Sb, Se, Tl, V, Zn)

Faħam u/jew linjite

Bijomassa solida u/jew pit

Bojlers u magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Id-daqsijiet kollha

EN 14385

Darba kull sena (18)

BAT 22

BAT 26

BAT 30

Koinċinerazzjoni tal-iskart

< 300 MWth

EN 14385

Darba kull sitt xhur (13)

BAT 68

BAT 69

≥ 300 MWth

EN 14385

Darba kull tliet xhur (19)  (13)

Impjanti ta' IGCC

≥ 100 MWth

EN 14385

Darba kull sena (18)

BAT 75

Hg

Faħam u/jew linjite, inkluża koinċinerazzjoni tal-iskart

< 300 MWth

EN 13211

Darba kull tliet xhur (13)  (20)

BAT 23

≥ 300 MWth

Standards EN ġeneriċi u EN 14884

Kontinwu (16)  (21)

Bijomassa solida u/jew pit

Id-daqsijiet kollha

EN 13211

Darba kull sena (22)

BAT 27

Koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa solida u/jew pit

Id-daqsijiet kollha

EN 13211

Darba kull tliet xhur (13)

BAT 70

Impjanti ta' IGCC

≥ 100 MWth

EN 13211

Darba kull sena (23)

BAT 75

TVOC

Magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Id-daqsijiet kollha

EN 12619

Darba kull sitt xhur (13)

BAT 33

BAT 59

Koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam, linjite, bijomassa solida u/jew pit

Id-daqsijiet kollha

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu

BAT 71

Formaldeid

Gass naturali f'magni ta' tqabbid bl-ispark li jużaw żewġ tipi ta' karburant u gass li jinħaraq bil-limitu

Id-daqsijiet kollha

Ebda standard EN disponibbli

Darba kull sena

BAT 45

CH4

Magni mħaddma bil-gass naturali

Id-daqsijiet kollha

EN ISO 25139

Darba kull sena (24)

BAT 45

PCDD/F

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Koinċinerazzjoni tal-iskart

Id-daqsijiet kollha

EN 1948-1, EN 1948-2, EN 1948-3

Darba kull sitt xhur (13)  (25)

BAT 59

BAT 71

BAT 5.

Il-BAT għandha timmonitorja l-emissjonijiet fl-ilma mit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f'konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT għandha tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

Karbonju organiku totali (TOC) (26)

EN 1484

Darba kull xahar

BAT 15

Domanda kimika ta' ossiġenu (COD) (26)

Ebda standard EN disponibbli

Solidi totali sospiżi (TSS)

EN 872

Fluworur (F)

EN ISO 10304-1

Sulfat (SO4 2–)

EN ISO 10304-1

Sulfur, rilaxxat faċilment (S2–)

Ebda standard EN disponibbli

Sulfit (SO3 2–)

EN ISO 10304-3

Metalli u metallojdi

As

Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11885 jew EN ISO 17294-2)

Cd

Cr

Cu

Ni

Pb

Zn

Hg

Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 12846 jew EN ISO 17852)

Klorur (Cl)

Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 10304-1 jew EN ISO 15682)

Nitroġenu totali

EN 12260

1.3.   Il-prestazzjoni tal-kombustjoni u l-prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 6.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjanti ta' kombustjoni u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' CO u sustanzi mhux maħruqa, il-BAT għandha tiżgura kombustjoni ottimizzata u tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

It-taħlit u t-taħwid tal-karburanti

Jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' kombustjoni stabbli u/jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti permezz tat-taħlit ta' kwalitajiet differenti tal-istess tip ta' karburant

Ġeneralment applikabbli

b.

Il-manutenzjoni tas-sistema ta' kombustjoni

Manutenzjoni ppjanata regolari skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-fornituri

c.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.1

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

d.

Disinn tajjeb tat-tagħmir tal-kombustjoni

Disinn tajjeb ta' fran, kompartimenti ta' kombustjoni, berners u apparat assoċjat

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ta' kombustjoni ġodda

e.

Għażla tal-karburant

L-għażla jew il-qalba totali jew parzjali għal karburant(i) ieħor/oħrajn bi profil ambjentali aħjar (eż. b'kontenut baxx ta' kubrit u/jew merkurju) fost il-karburanti disponibbli, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' startjar jew meta jintużaw karburanti ta' riżerva

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi ta' karburanti adegwati bi profil ambjentali aħjar b'mod ġenerali, li jistgħu jiġu affettwati mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru jew mill-bilanċ tal-karburanti tas-sit integrat fil-każ ta' kombustjoni ta' karburanti tal-proċess industrijali.

Għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti, it-tip ta' karburant magħżul jista' jkun limitat mill-konfigurazzjoni u d-disinn tal-impjant

BAT 7.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' ammonja fl-arja mill-użu ta' riduzzjoni katalitika selettiva (RKS) u/jew riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS) għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX, il-BAT għandha tottimizza d-disinn u/jew it-tħaddim ta' RKS u/jew RMKS (eż. il-proporzjon ta' reaġent ottimizzat għal NOX, id-distribuzzjoni ta' reaġent omoġenju u d-daqs ottimali tal-qtar tar-reaġent).

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta' NH3 fl-arja mill-użu ta' RKS u/jew RMKS huwa < 3–10 mg/Nm3 bħala medja annwali jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni. It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jinkiseb meta tintuża RKS u t-tarf ta' fuq tal-medda jista' jinkiseb meta tintuża RMKS mingħajr tekniki ta' eliminazzjoni niedja. Fil-każ tal-impjanti li jaħarqu bijomassa u li jitħaddmu b'tagħbijiet varjabbli, kif ukoll fil-każ tal-magni li jaħarqu HFO u/jew żejt tal-gass, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 15 mg/Nm3.

BAT 8.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja waqt kundizzjonijiet ta' tħaddim normali, il-BAT għandha tiżgura, permezz ta' disinn, tħaddim u manutenzjoni xierqa, li s-sistemi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet jintużaw f'kapaċità u disponibbiltà ottimali.

BAT 9.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjanti ta' kombustjoni u/jew gassifikazzjoni u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT għandha tinkludi l-elementi li ġejjin fil-programmi ta' garanzija tal-kwalità/kontroll tal-kwalità għall-karburanti kollha użati, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali (ara BAT 1):

i.

Karatterizzazzjoni sħiħa inizjali tal-karburant użat, inklużi tal-anqas il-parametri elenkati hawn taħt u f'konformità mal-istandards EN. Jistgħu jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn, sakemm jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti;

ii.

Ittestjar regolari tal-kwalità tal-karburant sabiex jiġi vverifikat li huwa jkun konsistenti mal-karatterizzazzjoni inizjali u skont l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tal-impjant. Il-frekwenza tal-ittestjar u l-parametri magħżula mit-tabella ta' hawn taħt huma bbażati fuq il-varjabbiltà tal-karburant u fuq valutazzjoni tar-rilevanza tar-rilaxxi tal-inkwinanti (eż. il-konċentrazzjoni fil-karburant, it-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija applikat);

iii.

L-aġġustament sussegwenti tal-konfigurazzjonijiet tal-impjant kif u meta meħtieġ u prattikabbli (eż. l-integrazzjoni tal-karatterizzazzjoni u l-kontroll tal-karburanti fis-sistema ta' kontroll avvanzata (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.1)).

Deskrizzjoni

Il-karatterizzazzjoni inizjali u l-ittestjar regolari tal-karburant jistgħu jsiru mill-operatur u/jew mill-fornitur tal-karburant. Jekk dawn isiru mill-fornitur, ir-riżultati sħaħ jiġu pprovduti lill-operatur fil-forma ta' speċifikazzjoni u/jew garanzija mill-fornitur ta' prodott (karburant).

Karburant(i)

Sustanzi/Parametri soġġetti għal karatterizzazzjoni

Bijomassa/pit

LHV

umdità

Irmied

C, Cl, F, N, S, K, Na

Metalli u metallojdi (As, Cd, Cr, Cu, Hg, Pb, Zn)

Faħam/linjite

LHV

Umdità

Volatili, irmied, karbonju fiss, C, H, N, O, S

Br, Cl, F

Metalli u metallojdi (As, Cd, Co, Cr, Cu, Hg, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl, V, Zn)

HFO

Irmied

C, S, N, Ni, V

Żejt tal-gass

Irmied

N, C, S

Gass naturali

LHV

CH4, C2H6, C3, C4+, CO2, N2, indiċi Wobbe

Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika (27)

Br, C, Cl, F, H, N, O, S

Metalli u metallojdi (As, Cd, Co, Cr, Cu, Hg, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl, V, Zn)

Gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

LHV, CH4 (għal COG), CXHY (għal COG), CO2, H2, N2, kubrit totali, trab, indiċi Wobbe

Skart (28)

LHV

Umdità

Volatili, irmied, Br, C, Cl, F, H, N, O, S

Metalli u metallojdi (As, Cd, Co, Cr, Cu, Hg, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl, V, Zn)

BAT 10.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma waqt kundizzjonijiet minbarra l-kundizzjonijiet normali ta' tħaddim (OTNOC), il-BAT għandha tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' ġestjoni bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), li jkun proporzjonat mar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti potenzjali u li jinkludi l-elementi li ġejjin:

id-disinn xieraq tas-sistemi meqjusa bħala rilevanti fl-ikkawżar ta' OTNOC li jista' jkollhom impatt fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u/jew fil-ħamrija (eż. kunċetti ta' disinn b'tagħbija baxxa għat-tnaqqis tat-tagħbijiet minimi fil-bidu u fil-waqfien għal ġenerazzjoni stabbli fit-turbini tal-gass);

it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' pjan speċifiku ta' manutenzjoni preventiva għal dawn is-sistemi rilevanti;

ir-rieżami u r-reġistrazzjoni tal-emissjonijiet ikkawżati mill-OTNOC u miċ-ċirkostanzi assoċjati u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi, jekk ikunu meħtieġa;

il-valutazzjoni perjodika tal-emissjonijiet globali waqt l-OTNOC (eż. il-frekwenza tal-avvenimenti, it-tul ta' żmien, kwantifikazzjoni/stima tal-emissjonijiet) u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi, jekk ikunu meħtieġa.

BAT 11.

Il-BAT għandha timmonitorja kif xieraq l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma waqt l-OTNOC.

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ jista' jitwettaq permezz ta' kejl dirett tal-emissjonijiet jew permezz ta' monitoraġġ tal-parametri sostituti, jekk jiġi pprovat li dan ikun ta' kwalità xjentifika ugwali jew aħjar mill-kejl dirett tal-emissjonijiet. L-emissjonijiet matul il-bidu u l-waqfien (SU/SD) jistgħu jiġu vvalutati abbażi ta' kejl dettaljat tal-emissjonijiet imwettaq għal proċedura tipika ta' SU/SD tal-anqas darba kull sena u bl-użu tar-riżultati ta' dan il-kejl bil-għan li jiġu stmati l-emissjonijiet għal kull SU/SD matul is-sena.

1.4.   Effiċjenza enerġetika

BAT 12.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet ta' kombustjoni, gassifikazzjoni u/jew IGCC imħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2.

L-ottimizzazzjoni tal-kombustjoni timminimizza l-kontenut ta' sustanzi mhux maħruqa fil-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija u fir-residwi ta' kombustjoni solidi

Ġeneralment applikabbli

b.

L-ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-mezz operattiv

It-tħaddim bl-ogħla pressjoni u temperatura possibbli tal-gass jew fwar fil-mezz operattiv, fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati ma', pereżempju, il-kontroll tal-emissjonijiet ta' NOX jew il-karatteristiċi tal-enerġija mitluba

c.

L-ottimizzazzjoni taċ-ċiklu tal-fwar

It-tħaddim bi pressjoni aktar baxxa fl-egżost tat-turbina mill-utilizzazzjoni tal-aktar temperatura baxxa possibbli tal-ilma tat-tkessiħ fil-kondensatur, fi ħdan il-kundizzjonijiet tad-disinn

d.

Il-minimizzazzjoni tal-konsum tal-enerġija

Il-minimizzazzjoni tal-konsum tal-enerġija interna (eż. effiċjenza akbar tal-pompa tal-ilma tal-alimentazzjoni)

e.

It-tisħin minn qabel tal-arja ta' kombustjoni

L-użu mill-ġdid ta' parti mis-sħana rkuprata mill-gass mit-tromba ta' ċumnija tal-kombustjoni għat-tisħin minn qabel tal-arja użata fil-kombustjoni

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet relatati mal-ħtieġa li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet ta' NOX

f.

It-tisħin minn qabel tal-karburant

It-tisħin minn qabel ta' karburant bl-użu tas-sħana rkuprata

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disinn tal-bojler u mal-ħtieġa li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet ta' NOX

g.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2.

Il-kontroll kompjuterizzat tal-parametri ewlenin tal-kombustjoni jippermetti li tittejjeb l-effiċjenza tal-kombustjoni

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda. L-applikabbiltà għall-unitajiet antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

h.

Tisħin minn qabel tal-ilma tal-alimentazzjoni bl-użu tas-sħana rkuprata

It-tisħin minn qabel tal-ilma li joħroġ mill-kondensatur tal-fwar bis-sħana rkuprata, qabel jerġa' jintuża fil-bojler

Applikabbli biss għaċ-ċirkwiti tal-fwar u mhux għall-bojlers sħan.

L-applikabbiltà għall-unitajiet eżistenti tista' tkun limitata minħabba r-restrizzjonijiet assoċjati mal-konfigurazzjoni tal-impjant u l-ammont ta' sħana li tista' tiġi rkuprata

i.

Irkupru tas-sħana permezz ta' koġenerazzjoni (CHP)

Irkupru tas-sħana (primarjament mis-sistema tal-fwar) għall-produzzjoni ta' ilma sħun/fwar li jintuża fi proċessi/attivitajiet industrijali jew f'netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali. L-irkupru ta' sħana addizzjonali huwa possibbli minn:

gass mit-tromba ta' ċumnija

tkessiħ tal-gradilja

sodda fluwidizzata ċirkolanti

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-domanda lokali għas-sħana u l-enerġija.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tal-kompressuri tal-gass bi profil ta' sħana operattiva imprevedibbli

j.

l-istat ta' tħejjija tas-CHP

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2.

Applikabbli biss għal unitajiet ġodda meta jkun hemm potenzjal realistiku għall-użu tas-sħana fil-ġejjieni qrib l-unità

k.

Kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2.

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet CHP, sakemm ikun hemm biżżejjed domanda għal sħana b'temperatura baxxa

l.

Akkumulazzjoni tas-sħana

Ħażna tal-akkumulazzjoni tas-sħana f'modalità ta' CHP

Applikabbli biss għall-impjanti CHP.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ ta' domanda baxxa għat-tagħbija tas-sħana

m.

Ċumnija niedja

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2.

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda u eżistenti mgħammra b'FGD niedja

n.

Skariku mit-torri tat-tkessiħ

Ir-rilaxx tal-emissjonijiet fl-arja minn torri tat-tkessiħ u mhux minn ċumnija ddedikata

Applikabbli biss għall-unitajiet mgħammra b'FGD niedja meta t-tisħin mill-ġdid tal-gass mit-tromba ta' ċumnija jkun meħtieġ qabel ir-rilaxx u meta s-sistema ta' tkessiħ tal-unità tkun torri tat-tkessiħ

o.

Tnixxif minn qabel tal-karburant

It-tnaqqis tal-kontenut ta' umdità tal-karburant qabel il-kombustjoni sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-kombustjoni

Applikabbli għall-kombustjoni ta' bijomassa u/jew pit fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati ma' riskji ta' kombustjoni spontanja (eż. il-kontenut ta' umdità fil-pit jinżamm 'il fuq minn 40 % tul il-katina kollha tal-konsenja).

Il-modifika tal-impjanti eżistenti tista' tkun ristretta mill-valur kalorifiku żejjed li jista' jinkiseb mill-operazzjoni tat-tnixxif u mill-possibbiltajiet ta' modifika limitati offruti minn xi disinji ta' bojlers jew konfigurazzjonijiet ta' impjanti

p.

Minimizzazzjoni tat-telf tas-sħana

Il-minimizzazzjoni tat-telf tas-sħana residwa, eż. dawk li jseħħu permezz tal-gagazza jew dawk li jistgħu jitnaqqsu permezz tal-iżolament ta' sorsi ta' radjazzjoni

Applikabbli biss għall-unitajiet ta' kombustjoni mħaddma b'karburanti solidi u għall-unitajiet ta' gassifikazzjoni/IGCC

q.

Materjali avvanzati

L-użu ta' materjali avvanzati li wrew li kapaċi jifilħu għal temperaturi u pressjonijiet operattivi għoljin u li b'hekk kapaċi jiksbu effiċjenzi akbar fil-proċess ta' fwar/kombustjoni

Applikabbli biss għall-impjanti ġodda

r.

Ammeljoramenti fit-turbina tal-fwar

Dawn jinkludu tekniki bħaż-żieda tat-temperatura u tal-pressjoni tal-fwar bi pressjoni medja, iż-żieda ta' turbina bi pressjoni baxxa u modifiki fil-ġeometrija tax-xfafar tar-rotor tat-turbina

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta mid-domanda, mill-kundizzjonijiet tal-fwar u/jew mill-ħajja limitata tal-impjant

s.

Kundizzjonijiet superkritiċi u ultra-superkritiċi tal-fwar

L-użu ta' ċirkwit tal-fwar, inklużi sistemi ta' tisħin mill-ġdid tal-fwar, li fihom il-fwar jista' jilħaq pressjonijiet 'il fuq minn 220,6 bar u temperaturi 'l fuq minn 374 °C fil-każ ta' kundizzjonijiet superkritiċi u 'l fuq minn 250 — 300 bar u temperaturi 'l fuq minn 580 — 600 °C fil-każ ta' kundizzjonijiet ultra-superkritiċi

Applikabbli biss għal unitajiet ġodda ta' ≥ 600 MWth imħaddma > 4 000 siegħa/sena.

Mhux applikabbli meta l-iskop tal-unità jkun li tipproduċi temperaturi u/jew pressjonijiet baxxi tal-fwar fl-industriji tal-ipproċessar.

Mhux applikabbli għal turbini tal-gass u magni li jiġġeneraw il-fwar f'modalità ta' CHP.

Għall-unitajiet li jaħarqu l-bijomassa, l-applikabbiltà tista' tkun ristretta minn korrużjoni b'temperatura għolja fil-każ ta' ċerta bijomassa

1.5.   L-użu tal-ilma u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 13.

Sabiex jitnaqqsu l-użu tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi kkontaminat li jiġi skarikat, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Riċiklaġġ tal-ilma

Il-flussi tal-ilma residwali mill-impjant, inkluż ilma tal-iskol, jerġgħu jintużaw għal skopijiet oħrajn. Il-grad tar-riċiklaġġ huwa limitat mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-fluss tal-ilma riċevitur u l-bilanċ tal-ilma tal-impjant

Mhux applikabbli għall-ilma mormi mis-sistemi ta' tkessiħ meta jkunu preżenti sustanzi kimiċi għat-trattament tal-ilma u/jew konċentrazzjonijiet għolja ta' melħ mill-ilma baħar

b.

Immaniġġjar tal-irmied niexef fil-qiegħ

Irmied niexef u sħun fil-qiegħ li jaqa' mill-forn għal fuq sistema mekkanika ta' trasportaturi biċ-ċineg u li jitkessaħ bl-arja ambjentali. Ma jintużax ilma fil-proċess.

Applikabbli biss għall-impjanti li jaħarqu karburanti solidi.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi li jipprevjenu l-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti

BAT 14.

Sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ilma mormi mhux ikkontaminat u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT għandha tissegrega l-flussi tal-ilma mormi u tittrattahom separatament, skont il-kontenut tal-inkwinanti.

Deskrizzjoni

Il-flussi tal-ilma mormi tipikament segregati u ttrattati jinkludu l-ilma tal-iskol tas-superfiċje, l-ilma tat-tkessiħ u l-ilma mormi mit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Applikabbiltà

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta fil-każ tal-impjanti eżistenti minħabba l-konfigurazzjoni tas-sistemi tad-drenaġġ.

BAT 15.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mit-trattament ta' gass mit-tromba ta' ċumnija, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt, kif ukoll tuża tekniki sekondarji mill-aktar qrib possibbli tas-sors sabiex tiġi evitata dilwizzjoni.

Teknika

Inkwinanti tipiċi evitati/imnaqqsin

Applikabbiltà

Tekniki primarji

a.

Kombustjoni ottimizzata (ara BAT 6) u sistemi ta' trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (eż. RKS/RMKS, ara BAT 7)

Komposti organiċi, ammonja (NH3)

Ġeneralment applikabbli

Tekniki sekondarji (29)

b.

Adsorbiment fuq karbonju attivat

Komposti organiċi, merkurju (Hg)

Ġeneralment applikabbli

ċ.

Trattament bijoloġiku aerobiku

Komposti organiċi bijodegradabbli, ammonju (NH4 +)

Ġeneralment applikabbli għat-trattament ta' komposti organiċi. It-trattament bijoloġiku aerobiku tal-ammonju (NH4 +) ma jistax ikun applikabbli fil-każ ta' konċentrazzjonijiet għolja ta' klorur (jiġifieri madwar 10 g/l)

d.

Trattament bijoloġiku anossiku/anaerobiku

Merkurju (Hg), nitrat (NO3 ), nitrit (NO2 )

Ġeneralment applikabbli

e.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi

Ġeneralment applikabbli

f.

Kristallizzazzjoni

Metalli u metallojdi, sulfat (SO4 2–), fluworur (F)

Ġeneralment applikabbli

g.

Filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni)

Solidi sospiżi, metalli

Ġeneralment applikabbli

h.

Flotazzjoni

Solidi sospiżi, żejt liberu

Ġeneralment applikabbli

i.

Skambju tal-jonji

Metalli

Ġeneralment applikabbli

j.

Newtralizzazzjoni

Aċidi, alkali

Ġeneralment applikabbli

k.

Ossidazzjoni

Sulfur (S2–), sulfit (SO3 2–)

Ġeneralment applikabbli

l.

Preċipitazzjoni

Metalli u metallojdi, sulfat (SO4 2–), fluworur (F)

Ġeneralment applikabbli

m.

Sedimentazzjoni

Solidi sospiżi

Ġeneralment applikabbli

n.

Strippaġġ

Ammonja (NH3)

Ġeneralment applikabbli

Il-BAT-AELs jirreferu għall-iskariki diretti f'korp tal-ilma riċeventi fil-punt li fih l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.

Tabella 1

BAT-AELs għall-iskariki diretti f'korp tal-ilma riċeventi mit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Sustanza/Parametru

BAT-AELs

Medja ta' kuljum

Karbonju organiku totali (TOC)

20–50 mg/l (30)  (31)  (32)

Domanda kimika ta' ossiġenu (COD)

60-150 mg/l (30)  (31)  (32)

Solidi totali sospiżi (TSS)

10-30 mg/l

Fluworur (F)

10–25 mg/l (32)

Sulfat (SO4 2–)

1,3–2,0 g/l (32)  (33)  (34)  (35)

Sulfur (S2–), rilaxxat faċilment

0,1-0,2 mg/l (32)

Sulfit (SO3 2–)

1-20 mg/l (32)

Metalli u metallojdi

As

10–50 μg/l

Cd

2-5 μg/l

Cr

10–50 μg/l

Cu

10–50 μg/l

Hg

0,2-3 μg/l

Ni

10–50 μg/l

Pb

10-20 μg/l

Zn

50-200 μg/l

1.6.   L-immaniġġjar tal-iskart

BAT 16.

Sabiex titnaqqas il-kwantità ta' skart li jintbagħat għar-rimi mill-proċess ta' kombustjoni u/jew gassifikazzjoni u t-tekniki ta' eliminazzjoni, il-BAT għandha torganizza operazzjonijiet sabiex timmassimizza, f'ordni ta' prijorità u wara li tieħu f'kunsiderazzjoni l-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja

a.

il-prevenzjoni tal-iskart, eż. timmassimizza l-proporzjon ta' residwi li jirriżultaw bħala prodotti sekondarji;

b.

it-tħejjija tal-iskart għal użu mill-ġdid, eż. skont il-kriterji tal-kwalità speċifiċi mitluba;

c.

ir-riċiklaġġ tal-iskart;

d.

irkupru ta' skart ieħor (eż. irkupru tal-enerġija),

permezz tal-implimentazzjoni ta' kombinazzjoni xierqa ta' tekniki bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ġenerazzjoni tal-ġibs bħala prodott sekondarju

Ottimizzazzjoni tal-kwalità tar-residwi ta' reazzjonijiet ibbażati fuq il-kalċju ġġenerati mill-FGD niedja sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala sostitut għall-ġibs li ġej mill-minjieri (eż. bħala materja prima fl-industrija tal-plasterbord). Il-kwalità tal-franka li tintuża fl-FGD niedja tinfluwenza l-purità tal-ġibs prodott

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-kwalità meħtieġa tal-ġibs, ir-rekwiżiti tas-saħħa assoċjati ma' kull użu speċifiku u skont il-kundizzjonijiet tas-suq

b.

Riċiklaġġ jew irkupru ta' residwi fis-settur tal-kostruzzjoni

Ir-riċiklaġġ jew l-irkupru ta' residwi (eż. minn proċessi ta' desulfurizzazzjoni semi-niexfa, irmied li jtir, irmied fil-qiegħ) bħala materjal tal-kostruzzjoni (eż. fil-bini tat-toroq, sabiex jissostitwixxu r-ramel fil-produzzjoni tal-konkrit, jew fl-industrija tas-siment)

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-kwalità meħtieġa tal-materjal (eż. proprjetajiet fiżiċi, il-kontenut ta' sustanzi perikolużi) assoċjati ma' kull użu speċifiku u skont il-kundizzjonijiet tas-suq

ċ.

Irkupru tal-enerġija bl-użu ta' skart fit-taħlita ta' karburanti

Il-kontenut tal-enerġija residwa ta' ħama u rmied b'ħafna karbonju ġġenerati mill-kombustjoni ta' faħam, linjite, żejt karburanti tqil, pit jew bijomassa jista' jiġi rkuprat, pereżempju, permezz tat-taħlit mal-karburant

Ġeneralment applikabbli meta l-impjanti jkunu jistgħu jaċċettaw l-iskart fit-taħlita ta' karburanti u teknikament ikunu jistgħu jinkorporaw il-karburanti fil-kompartiment tal-kombustjoni

d.

It-tħejjija ta' katalist użat għal użu mill-ġdid

It-tħejjija ta' katalist għal użu mill-ġdid (eż. sa erba' darbiet għal katalisti ta' RKS) treġġa' lura l-prestazzjoni oriġinali kollha jew parti minnha, billi testendi l-ħajja operattiva tal-katalist għal diversi deċennji. It-tħejjija ta' katalist użat għal użu mill-ġdid hija integrata fi skema ta' ġestjoni tal-katalisti

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-kundizzjoni mekkanika tal-katalist u l-prestazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-kontroll tal-emissjonijiet ta' NOX u NH3

1.7.   Emissjonijiet tal-ħoss

BAT 17.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Miżuri operattivi

Dawn jinkludu:

spezzjoni u manutenzjoni mtejba tat-tagħmir

għeluq tal-bibien u tat-twieqi ta' żoni magħluqin, jekk possibbli

tagħmir imħaddem minn persunal bl-esperjenza

evitar ta' attivitajiet storbjużi bil-lejl, jekk possibbli

dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-istorbju matul l-attivitajiet ta' manutenzjoni

Ġeneralment applikabbli

b.

Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju

Dan potenzjalment jinkludi kompressuri, pompi u diski

Ġeneralment applikabbli meta t-tagħmir ikun ġdid jew ikun inbidel

ċ.

Attenwazzjoni tal-ħoss

Il-propagazzjoni tal-ħoss tista' titnaqqas billi jiddaħħlu ostakoli bejn l-emittent u r-riċevitur. L-ostakoli xierqa jinkludu ħitan, ċnut u binjiet ta' protezzjoni

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-inseriment ta' ostakoli jista' jkun limitat min-nuqqas ta' spazju

d.

Tagħmir għall-kontroll tal-istorbju

Dan jinkludi:

mezzi li jnaqqsu l-istorbju

Isulazzjoni tat-tagħmir

l-għeluq ta' tagħmir storbjuż

iżolazzjoni akustika tal-bini

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta min-nuqqas ta' spazju

e.

Post xieraq għat-tagħmir u għall-bini

Il-livelli ta' storbju jistgħu jitnaqqsu billi tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur u billi l-bini jintuża bħala lqugħ għall-istorbju

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir u tal-unitajiet tal-produzzjoni tista' tkun ristretta min-nuqqas ta' spazju jew mill-ispejjeż eċċessivi

2.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOMBUSTJONI TA' KARBURANTI SOLIDI

2.1.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

2.1.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 18.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, u minbarra BAT 6, il-BAT għandha tuża t-teknika mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Proċess ta' kombustjoni integrat li jiżgura effiċjenza għolja tal-bojlers u li jinkludi tekniki primarji għat-tnaqqis tal-NOX (eż. introduzzjoni tal-arja fi stadji, introduzzjoni tal-karburanti fi stadji, berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB) u/jew riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija)

Proċessi ta' kombustjoni bħal kombustjoni pulverizzata, kombustjoni fis-sodda fluwidizzata jew tqabbid tal-gradilja li tiċċaqlaq

Ġeneralment applikabbli

2.1.2.   Effiċjenza enerġetika

BAT 19.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Immaniġġjar tal-irmied niexef fil-qiegħ

Irmied niexef u sħun fil-qiegħ li jaqa' mill-forn għal fuq sistema mekkanika ta' trasportaturi biċ-ċineg u li, wara li jiġi ridirezzjonat lejn il-forn sabiex jinħaraq mill-ġdid, jitkessaħ bl-arja ambjentali. L-enerġija utli tiġi rkuprata kemm mill-ħruq mill-ġdid tal-irmied kif ukoll mit-tkessiħ tal-irmied

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi li jipprevjenu l-modifika tal-unitajiet ta' kombustjoni eżistenti


Tabella 2

Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (36)  (37)

Effiċjenza elettrika netta (%) (38)

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (38)  (39)  (40)

Unità ġdida (41)  (42)

Unità eżistenti (41)  (43)

Unità ġdida jew eżistenti

Imħaddma bil-faħam, ≥ 1 000 MWth

45 – 46

33,5 – 44

75 – 97

Imħaddma bil-linjite, ≥ 1 000 MWth

42 – 44 (44)

33,5 – 42,5

75 – 97

Imħaddma bil-faħam, < 1 000 MWth

36,5 – 41,5 (45)

32,5 – 41,5

75 – 97

Imħaddma bil-linjite, < 1 000 MWth

36,5 – 40 (46)

31,5 – 39,5

75 – 97

2.1.3.   L-emissjonijiet ta' NOX, N2O u CO fl-arja

BAT 20.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Ġeneralment tintuża flimkien ma' tekniki oħrajn

Ġeneralment applikabbli

b.

Taħlita ta' tekniki primarji oħrajn għat-tnaqqis tal-NOX (eż. introduzzjoni tal-arja fi stadji, introduzzjoni tal-karburanti fi stadji, riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija, berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB))

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3 għal kull teknika unika.

L-għażla u l-prestazzjoni ta' (taħlita) xierqa ta' tekniki primarji jistgħu jiġu influwenzati mid-disinn tal-bojler

c.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Tista' tiġi applikata ma' RKS “slip”

L-applikabbiltà tista' tiġi limitata fil-każ tal-bojlers b'erja trażversali għolja li tipprevjeni t-taħlit omoġenju ta' NH3 u NOX.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 1 500 siegħa/sena b'tagħbijiet varjabbli ħafna fuq il-bojler

d.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 300 MWth imħaddma < 500 siegħa/sena.

Mhux applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 100 MWth.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena u għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' ≥ 300 MWth imħaddma < 500 h/yr

e.

Tekniki kkombinati għat-tnaqqis ta' NOX u SOX

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Applikabbli fuq bażi ta' każ b'każ, skont il-karatteristiċi tal-karburant u l-proċess tal-kombustjoni


Tabella 3

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (47)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (48)  (49)

< 100

100-150

100-270

155-200

165-330

100-300

50-100

100-180

80-130

155-210

≥ 300, bojler b'FBC li jaħraq faħam u/jew linjite u bojler b'PC imħaddem bil-linjite

50 – 85

< 85 – 150 (50)  (51)

80 – 125

140 – 165 (52)

≥ 300, bojler b'PC imħaddem bil-faħam

65 – 85

65 – 150

80 – 125

< 85 – 165 (53)

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda ġeneralment tkun kif ġejja:

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni (MWth)

Il-livell indikattiv tal-emissjonijiet ta' CO (mg/Nm3)

< 300

< 30–140

≥ 300, bojler b'FBC li jaħraq faħam u/jew linjite u bojler b'PC imħaddem bil-linjite

< 30–100 (54)

≥ 300, bojler b'PC imħaddem bil-faħam

< 5–100 (54)

2.1.4.   Emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja

BAT 21.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Injezzjoni ta' sorbent f'bojler (fil-forn jew fis-sodda)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4

Ġeneralment applikabbli

b.

Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4.

It-teknika tista' tintuża għat-tneħħija tal-HCl/HF meta ma tiġi implimentata ebda teknika speċifika fil-punt tar-rimi tal-FGD

c.

Assorbitur niexef bl-isprej (SDA)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4

d.

Purifikatur niexef ta' sodda fluwidizzata ċirkolanti (CFB)

e.

Purifikazzjoni niedja

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4.

It-tekniki jistgħu jintużaw għat-tneħħija tal-HCl/HF meta ma tiġi implimentata ebda teknika speċifika fil-punt tar-rimi tal-FGD

f.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4

Mhux applikabbli għall-impjanti tal-kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-applikazzjoni tat-teknika għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 300 MWth u għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena

g.

FGD fl-ilma baħar

h.

Tekniki kkombinati għat-tnaqqis ta' NOX u SOX

Applikabbli fuq bażi ta' każ b'każ, skont il-karatteristiċi tal-karburant u l-proċess tal-kombustjoni

i.

Is-sostituzzjoni jew it-tneħħija ta' ħiter gass-gass li jinsab downstream mill-FGD niedja

Is-sostituzzjoni tal-ħiter gass-gass downstream mill-FGD niedja minn estrattur tas-sħana b'aktar minn pajp wieħed, jew it-tneħħija u l-iskariku tal-gass mit-tromba ta' ċumnija minn torri tat-tkessiħ jew ċumnija niedja

Applikabbli biss meta l-iskambjatur tas-sħana jkollu bżonn jinbidel jew jiġi sostitwit fl-impjanti ta' kombustjoni mgħammra b'FGD niedja u ħiter gass-gass downstream

j.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4.

L-użu ta' karburant b'kontenut baxx ta' kubrit (eż. 'l isfel għal 0.1 wt-%, bażi niexfa), kloru jew fluworu

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru. L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba restrizzjonijiet fid-disinn fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni li jaħarqu karburanti indiġeni speċifiċi ħafna


Tabella 4

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (55)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (56)

< 100

150-200

150-360

170-220

170-400

100-300

80-150

95-200

135-200

135-220 (57)

≥ 300, Bojler b'PC

10-75

10-130 (58)

25-110

25-165 (59)

≥ 300, Bojler b'sodda fluwidizzata (60)

20-75

20-180

25-110

50-220

Għal impjant ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' aktar minn 300 MW, li huwa ddisinjat speċifikament sabiex jaħraq karburanti ta' linjite indiġenu u li jista' juri li ma jistax jikseb il-BAT-AELs imsemmija fi Table 4 għal raġunijiet tekno-ekonomiċi, il-BAT-AELs medji ta' kuljum stabbiliti fi Table 4 ma japplikawx, u t-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL medja annwali huwa kif ġej:

(i)

għal sistema FGD ġdida: RCG × 0,01 b'massimu ta' 200 mg/Nm3;

(ii)

għal sistema FGD eżistenti: RCG × 0,03 b'massimu ta' 320 mg/Nm3;

fejn l-RCG tirrappreżenta l-konċentrazzjoni ta' SO2 fil-gass mhux raffinat li joħroġ mit-tromba ta' ċumnija bħala medja annwali (taħt il-kundizzjonijiet standard mogħtija skont kunsiderazzjonijiet ġenerali) fil-bokka tas-sistema ta' tnaqqis tal-SOX, espressa f'kontenut ta' ossiġenu ta' referenza ta' 6 % skont il-volum ta' O2.

(iii)

Jekk tiġi applikata injezzjoni ta' sorbent fil-bojler bħala parti mis-sistema FGD, l-RCG tista' tiġi aġġustata billi tittieħed f'kunsiderazzjoni l-effiċjenza ta' din it-teknika fit-tnaqqis ta' SO2 (ηΒSI), kif ġej: RCG (aġġustata) = RCG (imkejla)/(1-ηΒSI).

Tabella 5

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite

Inkwinant

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali jew medja tal-kampjuni miksuba matul sena waħda

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (61)

HCl

< 100

1-6

2-10 (62)

≥ 100

1-3

1-5 (62)  (63)

HF

< 100

< 1-3

< 1-6 (64)

≥ 100

< 1-2

< 1-3 (64)

2.1.5.   Emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja

BAT 22.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Ġeneralment applikabbli

b.

Filtru b'borża

ċ.

Injezzjoni ta' sorbent f'bojler

(fil-forn jew fis-sodda)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5.

It-tekniki jintużaw primarjament għall-kontroll ta' SOX, HCl u/jew HF

d.

Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa

e.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara l-applikabbiltà fi BAT 21


Tabella 6

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (65)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (66)

< 100

2-5

2-18

4-16

4-22 (67)

100-300

2-5

2-14

3-15

4-22 (68)

300-1 000

2-5

2-10 (69)

3-10

3-11 (70)

≥ 1 000

2-5

2-8

3-10

3-11 (71)

2.1.6.   L-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja

BAT 23.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Ko-benefiċċju mit-tekniki li jintużaw primarjament sabiex inaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti oħrajn

a.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5.

Effiċjenza ogħla fit-tneħħija tal-merkurju tinkiseb f'temperaturi tal-gass mit-tromba ta' ċumnija taħt il-130 °C.

It-teknika tintuża primarjament għall-kontroll tat-trab

Ġeneralment applikabbli

b.

Filtru b'borża

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5.

It-teknika tintuża primarjament għall-kontroll tat-trab

c.

Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5.

It-tekniki jintużaw primarjament għall-kontroll ta' SOX, HCl u/jew HF

d.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara l-applikabbiltà fi BAT 21

e.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Tintuża biss flimkien ma' tekniki oħrajn sabiex tissaħħaħ jew titnaqqas l-ossidazzjoni tal-merkurju qabel jinġabar f'FGD jew sistema ta' tneħħija tat-trab sussegwenti.

It-teknika tintuża primarjament għall-kontroll tal-NOX

Ara l-applikabbiltà fi BAT 20

Tekniki speċifiċi maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju

f.

Injezzjoni ta' sorbent ta' karbonju (eż. karbonju attivat jew karbonju attivat aloġenat) fil-gass mit-tromba ta' ċumnija

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5.

Ġeneralment tintuża flimkien ma' ESP/filtru b'borża. L-użu ta' din it-teknika jista' jirrikjedi passi ta' trattament addizzjonali għas-segregazzjoni ulterjuri tal-karbonju li jkun fih il-merkurju qabel l-użu mill-ġdid ulterjuri tal-irmied li jtir

Ġeneralment applikabbli

g.

L-użu ta' addittivi aloġenati fil-karburant jew injettati fil-forn

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Ġeneralment applikabbli fil-każ ta' kontenut baxx ta' aloġenu fil-karburant

h.

It-trattament minn qabel tal-karburanti

Il-ħasil, it-taħlit u t-taħwid tal-karburanti sabiex ikun limitat/jitnaqqas il-kontenut ta' merkurju jew jittejjeb il-ġbir tal-merkurju permezz ta' tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis

L-applikabbiltà hija soġġetta għal stħarriġ preċedenti għall-karatterizzazzjoni tal-karburant u għall-istima tal-effettività potenzjali tat-teknika

i.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 7

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u linjite

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (μg/Nm3)

Medja annwali jew medja tal-kampjuni miksuba matul sena waħda

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (72)

faħam

linjite

faħam

linjite

< 300

< 1-3

< 1-5

< 1-9

< 1-10

≥ 300

< 1-2

< 1-4

< 1-4

< 1-7

2.2.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1

2.2.1.   Effiċjenza enerġetika

Tabella 8

Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (73)  (74)

Effiċjenza elettrika netta (%) (75)

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (76)  (77)

Unità ġdida (78)

Unità eżistenti

Unità ġdida

Unità eżistenti

Bojler ta' bijomassa solida u/jew pit

33,5 sa > 38

28-38

73-99

73-99

2.2.2.   L-emissjonijiet ta' NOX, N2O u CO fl-arja

BAT 24.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

c.

Introduzzjoni tal-arja fi stadji

d.

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji

e.

Riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

f.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Tista' tiġi applikata ma' RKS “slip”

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena b'tagħbijiet varjabbli ħafna fuq il-bojler.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena b'tagħbijiet varjabbli ħafna fuq il-bojler.

Għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti, applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mat-tieqa tat-temperatura u ż-żmien tar-residenza meħtieġa għas-sustanzi reattivi injettati

g.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

L-użu ta' karburanti b'kontenut għoli ta' alkali (eż. tiben) jista' jirrikjedi li r-RKS tiġi installata downstream mis-sistema għat-tnaqqis tat-trab

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' < 300 MWth.

Mhux applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' < 100 MWth


Tabella 9

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (79)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (80)

50-100

70-150 (81)

70-225 (82)

120–200 (83)

120-275 (84)

100-300

50-140

50-180

100-200

100-220

≥ 300

40-140

40-150 (85)

65-150

95-165 (86)

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:

< 30-250 mg/Nm3 għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' 50-100 MWth imħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena, jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda ta' 50-100 MWth;

< 30-160 mg/Nm3 għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' 100-300 MWth imħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena, jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda ta' 100-300 MWth;

< 30-80 mg/Nm3 għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' ≥ 300 MWth imħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena, jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda ta' ≥ 300 MWth.

2.2.3.   Emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja

BAT 25.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Injezzjoni ta' sorbent f'bojler (fil-forn jew fis-sodda)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.4

Ġeneralment applikabbli

b.

Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI)

c.

Assorbitur niexef bl-isprej (SDA)

d.

Purifikatur niexef ta' sodda fluwidizzata ċirkolanti (CFB)

e.

Purifikazzjoni niedja

f.

Kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

g.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Mhux applikabbli għall-impjanti tal-kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena

h.

Għażla tal-karburant

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 10

Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għal SO2 (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (87)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (88)

< 100

15-70

15-100

30-175

30-215

100-300

< 10-50

< 10-70 (89)

< 20-85

< 20-175 (90)

≥ 300

< 10-35

< 10-50 (89)

< 20-70

< 20-85 (91)


Tabella 11

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għal HCl (mg/Nm3) (92)  (93)

BAT-AELs għal HF (mg/Nm3)

Medja annwali jew medja tal-kampjuni miksuba matul sena waħda

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (94)  (95)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (96)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (96)

< 100

1-7

1-15

1-12

1-35

< 1

< 1,5

100-300

1-5

1-9

1-12

1-12

< 1

< 1

≥ 300

1-5

1-5

1-12

1-12

< 1

< 1

2.2.4.   Emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja

BAT 26.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Ġeneralment applikabbli

b.

Filtru b'borża

ċ.

Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5

It-tekniki jintużaw primarjament għall-kontroll ta' SOX, HCl u/jew HF

d.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara l-applikabbiltà fi BAT 25

e.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 12

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għat-trab (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (97)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (98)

< 100

2-5

2-15

2-10

2-22

100-300

2-5

2-12

2-10

2-18

≥ 300

2-5

2-10

2-10

2-16

2.2.5.   L-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja

BAT 27.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Tekniki speċifiċi maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju

a.

Injezzjoni ta' sorbent ta' karbonju (eż. karbonju attivat jew karbonju attivat aloġenat) fil-gass mit-tromba ta' ċumnija

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5

Ġeneralment applikabbli

b.

L-użu ta' addittivi aloġenati fil-karburant jew injettati fil-forn

Ġeneralment applikabbli fil-każ ta' kontenut baxx ta' aloġenu fil-karburant

ċ.

Għażla tal-karburant

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

Ko-benefiċċju mit-tekniki li jintużaw primarjament sabiex inaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti oħrajn

d.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5.

It-tekniki jintużaw primarjament għall-kontroll tat-trab

Ġeneralment applikabbli

e.

Filtru b'borża

f.

Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5.

It-tekniki jintużaw primarjament għall-kontroll ta' SOX, HCl u/jew HF

g.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara l-applikabbiltà fi BAT 25

Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit huwa < 1–5 μg/Nm3 bħala medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni.

3.   IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOMBUSTJONI TA' KARBURANTI LIKWIDI

Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima ma japplikawx għall-impjanti ta' kombustjoni fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta; dawn huma koperti mit-Taqsima 4.3

3.1.   Bojlers imħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1

3.1.1.   Effiċjenza enerġetika

Tabella 13

Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (99)  (100)

Effiċjenza elettrika netta (%)

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (101)

Unità ġdida

Unità eżistenti

Unità ġdida

Unità eżistenti

Bojler imħaddem bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

> 36,4

35,6-37,4

80-96

80-96

3.1.2.   Emissjonijiet ta' NOX u CO fl-arja

BAT 28.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Introduzzjoni tal-arja fi stadji

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji

c.

Riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

d.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

e.

Żieda ta' ilma/fwar

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-disponibbiltà tal-ilma

f.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena b'tagħbijiet varjabbli ħafna fuq il-bojler.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena b'tagħbijiet varjabbli ħafna fuq il-bojler

g.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Mhux applikabbli għall-impjanti tal-kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena.

Mhux applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 100 MWth

h.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ta' kombustjoni ġodda. L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

i.

Għażla tal-karburant

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 14

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (102)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (103)

< 100

75-200

150-270

100-215

210-330 (104)

≥ 100

45-75

45-100 (105)

85-100

85–110 (106)  (107)

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:

10-30 mg/Nm3 għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' < 100 MWth imħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena, jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda ta' < 100 MWth;

10-20 mg/Nm3 għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' ≥ 100 MWth imħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena, jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda ta' ≥ 100 MWth.

3.1.3.   Emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja

BAT 29.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4

Ġeneralment applikabbli

b.

Assorbitur niexef bl-isprej (SDA)

c.

Kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

d.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

(FGD niedja)

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-applikazzjoni tat-teknika għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 300 MWth.

Mhux applikabbli għall-impjanti tal-kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena

e.

FGD fl-ilma baħar

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-applikazzjoni tat-teknika għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 300 MWth.

Mhux applikabbli għall-impjanti tal-kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena

f.

Għażla tal-karburant

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 15

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għal SO2 (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (108)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (109)

< 300

50-175

50-175

150-200

150-200 (110)

≥ 300

35-50

50-110

50-120

150-165 (111)  (112)

3.1.4.   Emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja

BAT 30.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Ġeneralment applikabbli

b.

Filtru b'borża

c.

Multiċikluni

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5.

Il-multiċikluni jistgħu jintużaw flimkien ma' tekniki oħrajn ta' tneħħija tat-trab.

d.

Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5.

It-teknika tintuża primarjament għall-kontroll ta' SOX, HCl u/jew HF

e.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5.

It-teknika tintuża primarjament għall-kontroll ta' SOX, HCl u/jew HF

Ara l-applikabbiltà fi BAT 29

f.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 16

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għat-trab (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (113)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (114)

< 300

2-10

2-20

7-18

7-22 (115)

≥ 300

2-5

2-10

7-10

7-11 (116)

3.2.   Magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

Fir-rigward ta' magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass, it-tekniki ta' eliminazzjoni sekondarji għall-NOx, SO2 u għat-trab jistgħu ma jkunux applikabbli għal magni fi gżejjer li jiffurmaw parti minn sistema żgħira iżolata (117) jew sistema mikro iżolata (118), minħabba restrizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u loġistiċi/infrastrutturali, sakemm ma jkunux interkonnessi mal-grilja tal-elettriku kontinentali jew ma jkollhomx aċċess għal provvista naturali tal-gass. Il-BAT-AELs għall-magni ta' dan it-tip għandhom għalhekk japplikaw biss f'sistema żgħira iżolata u f'sistema mikro iżolata mill-1 ta' Jannar 2025 għall-magni l-ġodda, u mill-1 ta' Jannar 2030 għall-magni eżistenti.

3.2.1.   Effiċjenza enerġetika

BAT 31.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ċiklu kkombinat

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2

Ġeneralment applikabbli għal unitajiet ġodda mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena.

Applikabbli għall-unitajiet eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disinn taċ-ċiklu tal-fwar u d-disponibbiltà tal-ispazju.

Mhux applikabbli għall-unitajiet eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena


Tabella 17

Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (119)

Effiċjenza elettrika netta (%) (120)

Unità ġdida

Unità eżistenti

Magna b'moviment rotattiv imħaddma b'HFO u/jew żejt tal-gass — ċiklu wieħed

41,5-44,5 (121)

38,3-44,5 (121)

Magna b'moviment rotattiv imħaddma b'HFO u/jew żejt tal-gass — ċiklu kkombinat

> 48 (122)

Ebda BAT-AEEL

3.2.2.   L-emissjonijiet ta' NOX, CO u komposti organiċi volatili fl-arja

BAT 32.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Kunċett ta' kombustjoni b'emissjonijiet baxxi ta' NOX f'magni diżil

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR)

Mhux applikabbli għal magni four-stroke

c.

Żieda ta' ilma/fwar

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-disponibbiltà tal-ilma.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata meta ma jkun disponibbli ebda pakkett ta' modifika

d.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena.

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti

BAT 33.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO u komposti organiċi volatili fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

 

Ġeneralment applikabbli

b.

Katalizzaturi tal-ossidazzjoni

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-kontenut ta' kubrit tal-karburant


Tabella 18

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (123)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (124)  (125)

≥ 50

115-190 (126)

125-625

145-300

150-750

Bħala indikazzjoni, għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti li jaħarqu biss HFO u mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda li jaħarqu biss HFO,

il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun 50–175 mg/Nm3;

il-medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni għal-livelli ta' emissjonijiet ta' TVOC ġeneralment tkun 10–40 mg/Nm3.

3.2.3.   Emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja

BAT 34.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.4

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

b.

Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI)

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena

c.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-applikazzjoni tat-teknika għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 300 MWth.

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena


Tabella 19

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għal SO2 (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (127)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (128)

Id-daqsijiet kollha

45-100

100-200 (129)

60-110

105-235 (129)

3.2.4.   Emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja

BAT 35.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

b.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena

c.

Filtru b'borża


Tabella 20

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għat-trab (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (130)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (131)

≥ 50

5-10

5-35

10-20

10-45

3.3.   Turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

3.3.1.   Effiċjenza enerġetika

BAT 36.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni taż-żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ċiklu kkombinat

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2

Ġeneralment applikabbli għal unitajiet ġodda mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena.

Applikabbli għall-unitajiet eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disinn taċ-ċiklu tal-fwar u d-disponibbiltà tal-ispazju.

Mhux applikabbli għall-unitajiet eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena


Tabella 21

Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għat-turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (132)

Effiċjenza elettrika netta (%) (133)

Unità ġdida

Unità eżistenti

Turbina tal-gass b'ċiklu miftuħ imħaddma biż-żejt tal-gass

> 33

25-35.7

Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat imħaddma biż-żejt tal-gass

> 40

33-44

3.3.2.   Emissjonijiet ta' NOX u CO fl-arja

BAT 37.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Żieda ta' ilma/fwar

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba d-disponibbiltà tal-ilma

b.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

Applikabbli biss għall-mudelli ta' turbini li għalihom ma hemmx berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX disponibbli fis-suq

c.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena.

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti

BAT 38.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Katalizzaturi tal-ossidazzjoni

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti

Bħala indikazzjoni, il-livell ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass li jużaw żewġ tipi ta' karburant għal użu f'każ ta' emerġenza u mħaddma < 500 siegħa/sena ġeneralment ikun 145–250 mg/Nm3, bħala medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni.

3.3.3.   Emissjonijiet ta' SOX u trab fl-arja

BAT 39.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX u trab fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża t-teknika mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant, li tista' tkun affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru


Tabella 22

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 u trab fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass fit-turbini tal-gass, inklużi turbini tal-gass li jużaw żewġ tipi ta' karburant

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

BAT-AELs (mg/Nm3)

SO2

Trab

Medja annwali (134)

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni (135)

Medja annwali (134)

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni (135)

Impjanti ġodda u eżistenti

35-60

50-66

2-5

2-10

4.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOMBUSTJONI TA' KARBURANTI GASSUŻI

4.1.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' gass naturali

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' gass naturali. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1. Huma ma japplikawx għall-impjanti ta' kombustjoni fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta. dawn huma koperti mit-Taqsima. 4.3.

4.1.1.   Effiċjenza enerġetika

BAT 40.

Sabiex iżid l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' gass naturali, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Iċ-Ċiklu kkombinat

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2

Ġeneralment applikabbli għal turbini tal-gass u magni ġodda, minbarra meta mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

Applikabbli għat-turbini tal-gass u l-magni eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disinn taċ-ċiklu tal-fwar u d-disponibbiltà tal-ispazju.

Mhux applikabbli għat-turbini tal-gass u l-magni eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

Mhux applikabbli għat-turbini tal-gass bi trażmissjoni mekkanika mħaddma f'modalità mhux kontinwa b'varjazzjonijiet tat-tagħbija estiżi u bidu u waqfien frekwenti.

Mhux applikabbli għall-bojlers


Tabella 23

Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' gass naturali

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (136)  (137)

Effiċjenza elettrika netta (%)

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (138)  (139)

Effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta (%) (139)  (140)

Unità ġdida

Unità eżistenti

Unità ġdida

Unità eżistenti

Magna tal-gass

39,5-44 (141)

35-44 (141)

56-85 (141)

Ebda BAT-AEEL.

Bojler imħaddem bil-gass

39-42,5

38-40

78-95

Ebda BAT-AEEL.

Turbina tal-gass b'ċiklu miftuħ ≥ 50 MWth

36-41,5

33-41,5

Ebda BAT-AEEL

36,5-41

33,5-41

Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat (CCGT)

CCGT, 50–600 MWth

53-58,5

46-54

Ebda BAT-AEEL

Ebda BAT-AEEL

CCGT, ≥ 600 MWth

57-60,5

50-60

Ebda BAT-AEEL

Ebda BAT-AEEL

CHP CCGT, 50–600 MWth

53-58,5

46-54

65-95

Ebda BAT-AEEL

CHP CCGT, ≥ 600 MWth

57-60,5

50-60

65-95

Ebda BAT-AEEL

4.1.2.   Emissjonijiet ta' NOX, CO, NMVOC u CH4 fl-arja

BAT 41.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Introduzzjoni tal-arja u/jew tal-karburanti fi stadji

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3.

L-introduzzjoni tal-arja fi stadji ta' spiss tkun assoċjata ma' berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX

Ġeneralment applikabbli

b.

Riċirkolazzjoni tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

c.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

d.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Din it-teknika ta' spiss tintuża flimkien ma' tekniki oħrajn jew tista' tintuża weħidha għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

e.

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-ħtiġijiet tal-proċess

f.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena b'tagħbijiet varjabbli ħafna fuq il-bojler.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena b'tagħbijiet varjabbli ħafna fuq il-bojler

g.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Mhux applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 100 MWth.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena

BAT 42.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Din it-teknika ta' spiss tintuża flimkien ma' tekniki oħrajn jew tista' tintuża weħidha għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

b.

Żieda ta' ilma/fwar

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba d-disponibbiltà tal-ilma

c.

Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (DLN)

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tat-turbini fejn ma huwa disponibbli ebda pakkett ta' modifika jew meta jiġu installati sistemi ta' żieda ta' ilma/fwar

d.

Kunċett ta' disinn b'tagħbija baxxa

L-adattament tat-tagħmir għall-kontroll tal-proċess u ta' tagħmir relatat sabiex tinżamm effiċjenza tajba tal-kombustjoni meta tvarja d-domanda għall-enerġija, eż. billi tittejjeb il-kapaċità tal-kontroll tal-fluss tal-arja fil-bokka jew billi l-proċess ta' kombustjoni jinqasam fi stadji ta' kombustjoni diżakkoppjati

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disinn tat-turbina tal-gass

e.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli għal ħruq supplimentari għall-ġeneraturi tal-fwar għall-irkupru tas-sħana (HRSGs) fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni għat-turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat (CCGT)

f.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Mhux applikabbli fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Mhux applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti ta' < 100 MWth.

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena

BAT 43.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali fil-magni, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Din it-teknika ta' spiss tintuża flimkien ma' tekniki oħrajn jew tista' tintuża weħidha għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

b.

Kunċett ta' ħruq bil-limitu

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Ġeneralment tintuża flimkien ma' RKS

Applikabbli biss għal magni ġodda mħaddma bil-gass

c.

Kunċett avvanzat ta' ħruq bil-limitu

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Applikabbli biss għall-magni ġodda ta' tqabbid bl-ispark plugs

d.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti.

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena

BAT 44.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali, il-BAT għandha tiżgura kombustjoni ottimizzata u/jew tuża katalisti tal-ossidazzjoni.

Deskrizzjoni

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3.

Tabella 24

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'turbini tal-gass

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3) (142)  (143)

Medja annwali (144)  (145)

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Turbini tal-gass b'ċiklu miftuħ (OCGTs) (146)  (147)

OCGT ġdida

≥ 50

15-35

25-50

OCGT eżistenti (minbarra t-turbini għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika) — L-impjanti kollha minbarra dawk imħaddma < 500 siegħa/sena

≥ 50

15-50

25-55 (148)

Turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat (CCGTs) (146)  (149)

CCGT ġdida

≥ 50

10-30

15-40

CCGT eżistenti b'utilizzazzjoni totali netta tal-karburant ta' < 75 %

≥ 600

10-40

18-50

CCGT eżistenti b'utilizzazzjoni totali netta tal-karburant ta' ≥ 75 %

≥ 600

10-50

18-55 (150)

CCGT eżistenti b'utilizzazzjoni totali netta tal-karburant ta' < 75 %

50-600

10-45

35-55

CCGT eżistenti b'utilizzazzjoni totali netta tal-karburant ta' ≥ 75 %

50-600

25-50 (151)

35-55 (152)

Turbini tal-gass b'ċiklu miftuħ u kkombinat

Turbina tal-gass li bdiet titħaddem mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, jew turbina tal-gass eżistenti għal użu f'każ ta' emerġenza u mħaddma < 500 siegħa/sena

≥ 50

L-ebda BAT-AEL

60–140 (153)  (154)

Turbina tal-gass eżistenti għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika — L-impjanti kollha minbarra dawk imħaddma < 500 siegħa/sena

≥ 50

15-50 (155)

25-55 (156)

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għal kull tip ta' impjant ta' kombustjoni eżistenti mħaddem ≥ 1 500 siegħa/sena u għal kull tip ta' impjant ta' kombustjoni ġdid ġeneralment tkun kif ġejja:

OCGT ġdida ta' ≥ 50 MWth: < 5–40 mg/Nm3. Għall-impjanti b'effiċjenza elettrika (EE) netta akbar minn 39 %, jista' jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni għall-ogħla tarf tal-medda, li jkun jikkorrispondi għal [l-ogħla tarf] x EE/39, fejn EE hija l-effiċjenza tal-enerġija elettrika netta jew l-effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta tal-impjant stabbilita fil-kundizzjonijiet tal-karga bażika tal-ISO.

OCGT eżistenti ta' ≥ 50 MWth (minbarra t-turbini għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika): < 5–40 mg/Nm3. L-ogħla tarf ta' din il-medda ġeneralment ikun 80 mg/Nm3 fil-każ tal-impjanti eżistenti li ma jistgħux jiġu mgħammra b'tekniki niexfa għat-tnaqqis ta' NOX, jew 50 mg/Nm3 għall-impjanti li jitħaddmu b'tagħbija baxxa.

CCGT ġdida ta' ≥ 50 MWth: < 5-30 mg/Nm3. Għall-impjanti b'effiċjenza elettrika (EE) netta akbar minn 55 %, jista' jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni għall-ogħla tarf tal-medda, li jkun jikkorrispondi għal [l-ogħla tarf] x EE/55, fejn EE hija l-effiċjenza tal-enerġija elettrika netta tal-impjant stabbilita fil-kundizzjonijiet tal-karga bażika tal-ISO.

CCGT eżistenti ta' ≥ 50 MWth: < 5-30 mg/Nm3. L-ogħla tarf ta' din il-medda ġeneralment ikun 50 mg/Nm3 għall-impjanti li jitħaddmu b'tagħbija baxxa.

It-turbini tal-gass eżistenti ta' ≥ 50 MWth għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika: < 5–40 mg/Nm3. L-ogħla tarf tal-medda ġeneralment ikun 50 mg/Nm3 meta l-impjanti jitħaddmu b'tagħbija baxxa.

Fil-każ ta' turbina tal-gass mgħammra b'berners DLN, dawn il-livelli indikattivi jikkorrispondu għal meta l-operazzjoni ta' DLN tkun effettiva.

Tabella 25

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali fil-bojlers u l-magni

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali (157)

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (158)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (159)

Bojler

10-60

50-100

30-85

85-110

Magna (160)

20-75

20-100

55-85

55-110 (161)

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:

< 5–40 mg/Nm3 għall-bojlers eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena;

< 5–15 mg/Nm3 għal bojlers ġodda;

30-100 mg/Nm3 għall-magni eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena u għal magni ġodda.

BAT 45.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC) u ta' metan (CH4) fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'magni ta' tqabbid bl-ispark li jużaw gass li jinħaraq bil-limitu, il-BAT għandha tiżgura kombustjoni ottimizzata u/jew tuża katalisti ta' ossidazzjoni.

Deskrizzjoni

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3. Il-katalisti ta' ossidazzjoni mhumiex effettivi fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' idrokarburi saturati li jkun fihom anqas minn erba' atomi ta' karbonju.

Tabella 26

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' formaldeid u CH4 fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'magna ta' tqabbid bl-ispark li tuża gass li jinħaraq bil-limitu

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni (MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Formaldeid

CH4

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid jew eżistenti

Impjant ġdid

Impjant eżistenti

≥ 50

5-15 (162)

215-500 (163)

215-560 (162)  (163)

4.2.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar (gass ta' forn tal-blast, gass ta' forn tal-kokk, gass ta' forn tal-ossiġenu bażiku), individwalment, f'taħlita, jew simultanjament ma' karburanti gassużi u/jew likwidi oħrajn. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

4.2.1.   Effiċjenza enerġetika

BAT 46.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2

Applikabbli biss għall-impjanti integrati tal-azzar


Tabella 27

Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar fil-bojlers

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (164)  (165)

Effiċjenza elettrika netta (%)

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (166)

Bojler tal-gass eżistenti b'kombustjoni b'aktar minn tip wieħed ta' karburant

30-40

50-84

Bojler tal-gass ġdid b'kombustjoni b'aktar minn tip wieħed ta' karburant (167)

36-42,5

50-84


Tabella 28

Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar f'CCGTs

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (168)  (169)

Effiċjenza elettrika netta (%)

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (170)

Unità ġdida

Unità eżistenti

CHP CCGT

> 47

40-48

60-82

CCGT

> 47

40-48

Ebda BAT-AEEL

4.2.2.   Emissjonijiet ta' NOX u CO fl-arja

BAT 47.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX iddisinjati apposta f'ringieli multipli għal kull tip ta' karburant jew l-inklużjoni ta' karatteristiċi speċifiċi għal kombustjoni b'aktar minn tip wieħed ta' karburant (eż. żennuni multipli ddedikati għall-ħruq ta' karburanti differenti jew l-inklużjoni ta' taħlit minn qabel tal-karburanti)

Ġeneralment applikabbli

b.

Introduzzjoni tal-arja fi stadji

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

c.

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji

d.

Riċirkolazzjoni tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija

e.

Sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2.

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant

f.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Din it-teknika tintuża flimkien ma' tekniki oħrajn

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

g.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena

h.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Mhux applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 100 MWth.

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti u mill-konfigurazzjoni tal-impjanti ta' kombustjoni

BAT 48.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar f'CCGTs, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant

b.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Din it-teknika tintuża flimkien ma' tekniki oħrajn

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

c.

Żieda ta' ilma/fwar

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

F'turbini tal-gass li jużaw żewġ tipi ta' karburant u DLN għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, iż-żieda ta' ilma/fwar ġeneralment tintuża meta jaħarqu gass naturali

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba d-disponibbiltà tal-ilma

d.

Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (DLN)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

DLN li jaħarqu gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar huma differenti minn dawk li jaħarqu gass naturali biss

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mar-reattività tal-gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, bħal gass ta' forn tal-kokk.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tat-turbini fejn ma huwa disponibbli ebda pakkett ta' modifika jew meta jiġu installati sistemi ta' żieda ta' ilma/fwar

e.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Applikabbli biss għal ħruq supplimentari għall-ġeneraturi tal-fwar għall-irkupru tas-sħana (HRSGs) tal-impjanti ta' kombustjoni għat-turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat (CCGT)

f.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti

BAT 49.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Katalizzaturi tal-ossidazzjoni

Applikabbli biss għas-CCGTs.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata min-nuqqas ta' spazju, mir-rekwiżiti tat-tagħbija u mill-kontenut ta' kubrit tal-karburant


Tabella 29

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

livell ta' referenza ta' O2 (vol-%)

BAT-AELs (mg/Nm3) (171)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Bojler ġdid

3

15-65

22-100

Bojler eżistenti

3

20–100 (172)  (173)

22–110 (172)  (174)  (175)

CCGT ġdida

15

20-35

30-50

CCGT eżistenti

15

20-50 (172)  (173)

30-55 (175)  (176)

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:

< 5-100 mg/Nm3 għall-bojlers eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena;

< 5-35 mg/Nm3 għal bojlers ġodda;

< 5-20 mg/Nm3 għas-CCGTs eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena jew għal CCGTs ġodda.

4.2.3.   Emissjonijiet ta' SOX fl-arja

BAT 50.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Is-sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess u l-għażla ta' karburant awżiljarju

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.2.

Safejn ikun permess mill-impjanti tal-ħadid u tal-azzar, jiġi massimizzat l-użu ta':

maġġoranza ta' gass ta' forn tal-blast b'kontenut baxx ta' kubrit fil-kontenut tal-karburanti;

taħlita ta' karburanti b'kontenut b'medja baxxa ta' kubrit, eż. karburanti tal-proċess individwali b'kontenut baxx ħafna ta' kubrit bħal:

Gass ta' forn tal-blast b'kontenut ta' kubrit < 10 mg/Nm3;

gass ta' forn tal-kokk b'kontenut ta' kubrit < 300 mg/Nm3;

u karburanti awżiljarji bħal:

gass naturali;

karburanti likwidi b'kontenut ta' kubrit ta' ≤ 0,4 % (fil-bojlers).

L-użu ta' ammont limitat ta' karburanti b'kontenut ogħla ta' kubrit

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant

b.

It-trattament minn qabel tal-gass ta' forn tal-kokk fl-impjanti tal-ħadid u tal-azzar

L-użu ta' waħda mit-tekniki li ġejjin:

desulfurizzazzjoni permezz ta' sistemi ta' assorbiment;

desulfurizzazzjoni ossidattiva niedja

Applikabbli biss għall-impjanti ta' kombustjoni tal-gass ta' forn tal-kokk


Tabella 30

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

livell ta' referenza ta' O2 (%)

BAT-AELs għal SO2 (mg/Nm3)

Medja annwali (177)

Medja annwali jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni (178)

Bojler ġdid jew eżistenti

3

25-150

50-200 (179)

CCGT ġdida jew eżistenti

15

10-45

20-70

4.2.4.   Emissjonijiet ta' trab fl-arja

BAT 51.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Għażla/ġestjoni tal-karburant

L-użu ta' taħlita ta' gassijiet tal-proċess u karburanti awżiljarji b'kontenut ta' medja baxxa ta' trab jew irmied

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant

b.

It-trattament minn qabel tal-gass ta' forn tal-blast fl-impjanti tal-ħadid u tal-azzar

L-użu ta' tagħmir wieħed għat-tneħħija tat-trab niexef jew ta' taħlita ta' tali tagħmir (eż. difletturi, tagħmir li jaqbad it-trab, ċikluni, preċipitaturi elettrostatiċi) u/jew tagħmir għall-eliminazzjoni tat-trab sussegwenti (tagħmir ta' tisfija mill-impuritajiet tat-tip venturi, tagħmir ta' tisfija mill-impuritajiet tat-tip hurdle, tagħmir ta' tisfija mill-impuritajiet tat-tip annular gap, preċipitaturi elettrostatiċi niedja, diżintegraturi)

Applikabbli biss jekk jinħaraq gass ta' forn tal-blast

c.

It-trattament minn qabel tal-gass ta' forn tal-ossiġenu bażiku fl-impjanti tal-ħadid u tal-azzar

L-użu ta' tneħħija tat-trab niexfa (eż. ESP jew filtru b'borża) jew niedja (eż. ESP jew purifikatur niedi). Aktar deskrizzjonijiet huma mogħtija fil-BREF dwar il-Ħadid u l-Azzar.

Applikabbli biss jekk jinħaraq gass ta' forn tal-ossiġenu bażiku

d.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5

Applikabbli biss għall-impjanti ta' kombustjoni li jaħarqu proporzjon sinifikanti ta' karburanti awżiljarji b'kontenut għoli ta' rmied

e.

Filtru b'borża


Tabella 31

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

BAT-AELs għat-trab (mg/Nm3)

Medja annwali (180)

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni (181)

Bojler ġdid jew eżistenti

2-7

2-10

CCGT ġdida jew eżistenti

2-5

2-5

4.3.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

BAT 52.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Tekniki

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-proċess

L-ottimizzazzjoni tal-proċess sabiex jiġu minimizzati r-rekwiżiti tal-enerġija mekkanika

Ġeneralment applikabbli

b.

Telf tal-pressjoni tal-kontroll

L-ottimizzazzjoni u ż-żamma tas-sistemi tal-egżost u l-bokka b'mod li t-telf tal-pressjoni jinżamm kemm jista' jkun baxx

c.

Kontroll tat-tagħbija

It-tħaddim ta' settijiet multipli ta' ġeneraturi jew kumpressuri f'punti ta' tagħbija li jimminimizzaw l-emissjonijiet

d.

Minimizzazzjoni tar-“riżerva ċirkolanti”

Meta r-riżerva ċirkolanti titħaddem għal raġunijiet ta' affidabbiltà operazzjonali, l-għadd ta' turbini addizzjonali jiġi minimizzat, minbarra f'ċirkostanzi eċċezzjonali

e.

Għażla tal-karburant

Tiġi pprovduta provvista ta' gass kombustibbli minn punt fil-proċess ta' gass u żejt tat-topside li joffri firxa minima ta' parametri ta' kombustjoni tal-gass kombustibbli, eż. valur kalorifiku, u konċentrazzjonijiet minimi ta' komposti ta' kubrit għall-minimizzazzjoni tal-formazzjoni ta' SO2. Għall-karburanti distillati likwidi, tingħata preferenza lill-karburanti b'emissjonijiet baxxi ta' kubrit

f.

Tajming tal-injezzjoni

L-ottimizzazzjoni tat-tajming tal-injezzjoni fil-magni

g.

Irkupru tas-sħana

L-utilizzazzjoni tas-sħana mill-egżost tal-magna/tat-turbina tal-gass għal finijiet ta' tisħin tal-pjattaforma

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ta' kombustjoni ġodda.

Fl-impjanti ta' kombustjoni eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun ristretta mil-livell ta' domanda għas-sħana u mit-tqassim (spazju) tal-impjant ta' kombustjoni

h.

L-integrazzjoni tal-enerġija ta' faċilitajiet tal-gass/taż-żejt multipli

L-użu ta' sors ta' enerġija ċentrali għall-provvista ta' għadd ta' pjattaformi parteċipanti li jinsabu f'faċilitajiet tal-gass/taż-żejt differenti

L-applikabbiltà tista' tkun limitata skont il-lokazzjoni tal-faċilitajiet tal-gass/taż-żejt differenti u skont l-organizzazzjoni tal-pjattaformi parteċipanti differenti, inkluż l-allinjament tal-iskedi ta' żmien fir-rigward tal-ippjanar, il-bidu u l-waqfien tal-produzzjoni

BAT 53.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

b.

Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (DLN)

Applikabbli għat-turbini tal-gass ġodda (tagħmir standard) fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-varjazzjonijiet fil-kwalità tal-karburant.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata għat-turbini tal-gass eżistenti minn: id-disponibbiltà ta' pakkett ta' modifika (għal tħaddim b'tagħbija baxxa), il-kumplessità tal-organizzazzjoni tal-pjattaforma u d-disponibbiltà tal-ispazju

c.

Kunċett ta' ħruq bil-limitu

Applikabbli biss għal magni ġodda mħaddma bil-gass

d.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

Applikabbli biss għall-bojlers

BAT 54.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi f'turbini tal-gass fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Katalizzaturi tal-ossidazzjoni

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Il-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti u mir-restrizzjonijiet tal-piż


Tabella 32

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti gassużi f'turbini tal-gass b'ċiklu miftuħ fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

BAT-AELs (mg/Nm3) (182)

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Turbina tal-gass ġdida li taħraq karburanti gassużi (183)

15-50 (184)

Turbina tal-gass eżistenti li taħraq karburanti gassużi (183)

< 50-350 (185)

Bħala indikazzjoni, il-medja tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni ġeneralment tkun:

< 100 mg/Nm3 għat-turbini tal-gass eżistenti li jaħarqu karburanti gassużi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena;

< 75 mg/Nm3 għat-turbini tal-gass ġodda li jaħarqu karburanti gassużi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta.

5.   IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IMPJANTI MĦADDMA B'AKTAR MINN TIP WIEĦED TA' KARBURANT

5.1.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, individwalment, f'taħlita, jew simultanjament ma' karburanti gassużi u/jew likwidi oħrajn. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

5.1.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 55.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 6 u hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

It-trattament minn qabel tal-karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika

Isir trattament minn qabel tal-karburanti fuq is-sit u/jew barra mis-sit tal-impjant ta' kombustjoni sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-kombustjoni tal-karburanti

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-karatteristiċi tal-karburanti tal-proċess u d-disponibbiltà tal-ispazju

5.1.2.   Effiċjenza enerġetika

Tabella 33

Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Tip ta' unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs (186)  (187)

Effiċjenza elettrika netta (%)

Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (188)  (189)

Unità ġdida

Unità eżistenti

Unità ġdida

Unità eżistenti

Bojler li juża karburanti tal-proċess likwidi mill-industrija tal-kimika, inkluż meta mħallta ma' HFO, żejt tal-gass u/jew karburanti likwidi oħrajn

> 36,4

3,.6-37,4

80-96

80-96

Bojler li juża karburanti tal-proċess gassużi mill-industrija tal-kimika, inkluż meta mħallta ma' gass naturali u/jew karburanti gassużi oħrajn

39-42,5

38-40

78-95

78-95

5.1.3.   Emissjonijiet ta' NOX u CO fl-arja

BAT 56.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Introduzzjoni tal-arja fi stadji

c.

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

L-applikazzjoni tal-introduzzjoni tal-karburanti fi stadji meta jintużaw taħlitiet ta' karburanti likwidi tista' tirrikjedi disinn tal-berner speċifiku

d.

Riċirkolazzjoni tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ta' kombustjoni ġodda.

Applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mas-sikurezza tal-installazzjoni kimika

e.

Żieda ta' ilma/fwar

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba d-disponibbiltà tal-ilma

f.

Għażla tal-karburant

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant u/jew użu alternattiv tal-karburant tal-proċess

g.

Sistema ta' kontroll avvanzata

L-applikabbiltà għall-impjanti ta' kombustjoni antiki tista' tkun ristretta mill-ħtieġa li tiġi mmodifikata s-sistema ta' kombustjoni u/jew is-sistema ta' kontroll-kmand

h.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mas-sikurezza tal-installazzjoni kimika.

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tal-impjanti ta' kombustjoni mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena b'bidliet frekwenti fil-karburanti u varjazzjonijiet frekwenti fit-tagħbijiet

i.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-konfigurazzjoni tal-kanal, id-disponibbiltà tal-ispazju u s-sikurezza tal-installazzjoni kimika.

Mhux applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena.

Mhux applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 100 MWth


Tabella 34

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Il-fażi tal-karburanti użata fl-impjant ta' kombustjoni

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (190)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (191)

Taħlita ta' gassijiet u likwidi

30-85

80-290 (192)

50-110

100-330 (192)

Gassijiet biss

20-80

70-100 (193)

30-100

85-110 (194)

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għall-impjanti eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena u għall-impjanti ġodda ġeneralment tkun < 5–30 mg/Nm3.

5.1.4.   Emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja

BAT 57.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.4

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant u/jew użu alternattiv tal-karburant tal-proċess

b.

Injezzjoni ta' sorbent f'bojler (fil-forn jew fis-sodda)

Applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-konfigurazzjoni tal-kanal, id-disponibbiltà tal-ispazju u s-sikurezza tal-installazzjoni kimika.

Il-FGD niedja u l-FGD fl-ilma baħar mhumiex applikabbli għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-applikazzjoni tal-FGD niedja jew l-FGD fl-ilma baħar għall-impjanti ta' kombustjoni ta' < 300 MWth u għall-modifika tal-impjanti ta' kombustjoni mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena b'FGD niedja jew FGD fl-ilma baħar

c.

Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI)

d.

Assorbitur niexef bl-isprej (SDA)

e.

Purifikazzjoni niedja

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.4.

Il-purifikazzjoni niedja tintuża sabiex tneħħi l-HCl u l-HF meta ma tintuża ebda FGD niedja sabiex tnaqqas l-emissjonijiet ta' SOX

f.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.4

g.

FGD fl-ilma baħar


Tabella 35

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali (195)

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni (196)

Bojlers ġodda u eżistenti

10-110

90-200


Tabella 36

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni tal-karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

HCl HF

HF

Medja ta' kampjuni miksuba matul sena waħda

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (197)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (197)

< 100

1-7

2-15 (198)

< 1-3

< 1-6 (199)

≥ 100

1-5

1-9 (198)

< 1-2

< 1-3 (199)

5.1.5.   Emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja

BAT 58.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' trab, metalli marbuta ma' partikuli u speċi ta' traċċi mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5

Ġeneralment applikabbli

b.

Filtru b'borża

c.

Għażla tal-karburant

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5.

L-użu ta' taħlita ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika u karburanti awżiljarji b'kontenut ta' medja baxxa ta' trab jew irmied

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' tipi differenti ta' karburant u/jew użu alternattiv tal-karburant tal-proċess

d.

Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.5.

It-teknika tintuża primarjament għall-kontroll ta' SOX, HCl u/jew HF

Ara l-applikabbiltà fi BAT 57

e.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)


Tabella 37

Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab mill-kombustjoni ta' taħlitiet ta' gassijiet u likwidi komposti minn 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni

(MWth)

BAT-AELs għat-trab (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (200)

Impjant ġdid

Impjant eżistenti (201)

< 300

2-5

2-15

2-10

2-22 (202)

≥ 300

2-5

2-10 (203)

2-10

2-11 (202)

5.1.6.   L-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili u dibenżo-diossini u furani poliklorinati fl-arja

BAT 59.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' komposti organiċi volatili u dibenżo-diossini u furani poliklorinati mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija fi BAT 6 u hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Injezzjoni tal-karbonju attivata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5

Applikabbli biss għall-impjanti ta' kombustjoni li jużaw karburanti derivati minn proċessi kimiċi li jinvolvu sustanzi klorinati.

Għall-applikabbiltà tar-RKS u tat-tberrid rapidu, ara l-BAT 56 u l-BAT 57

b.

Tberrid rapidu bl-użu ta' purifikazzjoni niedja/kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Ara d-deskrizzjoni ta' purifikazzjoni niedja/kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija fit-Taqsima 8.4

c.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Is-sistema ta' RKS hija adatta u akbar minn sistema ta' RKS li tintuża biss għat-tnaqqis ta' NOX


Tabella 38

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' PCDD/F u TVOC fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers

Inkwinant

Unità

BAT-AELs

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

PCDD/F (204)

ng I-TEQ/Nm3

< 0,012-0.,36

TVOC

mg/Nm3

0,6-12

6.   IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOINĊINERAZZJONI TAL-ISKART

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

Meta jiġi ko-inċinerat l-iskart, il-BAT-AELs f'din it-taqsima japplikaw għall-volum kollu ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jiġi ġġenerat.

Barra minn hekk, meta l-iskart jiġi ko-inċinerat flimkien mal-karburanti koperti mit-Taqsima 2, il-BAT-AELs stabbiliti fit-Taqsima 2 japplikaw ukoll (i) għall-volum kollu ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jiġi ġġenerat, u (ii) għall-volum ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jirriżulta mill-kombustjoni tal-karburanti koperti minn dik it-taqsima bl-użu tal-formula tar-regola tat-taħlit stabbilita fl-Anness VI (il-parti 4) għad-Direttiva 2010/75/UE, fejn il-BAT-AELs għall-volum ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jirriżulta mill-kombustjoni tal-iskart għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' BAT 61.

6.1.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 60.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni, jiġu żgurati kundizzjonijiet stabbli tal-kombustjoni u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT għandha tuża t-teknika BAT 60 (a) ta' hawn taħt u taħlita tat-tekniki mogħtija fi BAT 6 u/jew it-tekniki l-oħrajn mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Il-pre-aċċettazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-iskart

Tiġi implimentata proċedura għall-wasla ta' kwalunkwe skart fl-impjant ta' kombustjoni skont il-BAT korrispondenti mill-BREF dwar it-Trattament tal-Iskart. Jiġu stabbiliti kriterji ta' aċċettazzjoni għal parametri kritiċi bħall-valur tat-tisħin u l-kontenut ta' ilma, irmied, kloru u fluworu, kubrit, nitroġenu, PCB, metalli (volatili (eż. Hg, Tl, Pb, Co, Se) u mhux volatili (eż. V, Cu, Cd, Cr, Ni)), fosfru u alkali (meta jintużaw prodotti sekondarji mill-annimali).

Jiġu applikati sistemi ta' garanzija tal-kwalità għal kull tagħbija ta' skart sabiex jiġu garantiti l-karatteristiċi tal-iskart ko-inċinerat u jiġu kkontrollati l-valuri tal-parametri kritiċi definiti (eż. EN 15358 għall-karburant solidu u mhux perikoluż irkuprat)

Ġeneralment applikabbli

b.

Għażla/limitazzjoni tal-iskart

L-għażla bir-reqqa tal-fluss tal-massa u t-tip ta' skart, flimkien mal-limitazzjoni tal-perċentwal tal-aktar skart imniġġes li jista' jiġi ko-inċinerat. Il-limitazzjoni tal-proporzjon ta' rmied, kubrit, fluworu, merkurju u/jew kloru fl-iskart li jidħol fl-impjant ta' kombustjoni.

Il-limitazzjoni tal-ammont ta' skart li jrid jiġi ko-inċinerat

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-politika dwar l-immaniġġjar tal-iskart tal-Istat Membru

c.

It-taħlit tal-iskart mal-karburant ewlieni

It-taħlit effettiv tal-iskart mal-karburant ewlieni, minħabba li fluss ta' karburant eteroġenju jew imħallat ħażin, jew inkella distribuzzjoni inugwali, jistgħu jinfluwenzaw it-tqabbid u l-kombustjoni fil-bojler u, għalhekk, għandhom jiġu evitati

It-taħlit huwa possibbli biss meta l-imġiba tat-tħin tal-karburant ewlieni u l-iskart tkun simili jew meta l-ammont ta' skart ikun żgħir wisq meta mqabbel mal-karburant ewlieni

d.

Tnixxif tal-iskart

It-tnixxif minn qabel tal-iskart qabel jiġi introdott fil-kompartiment tal-kombustjoni, bil-għan li tinżamm il-prestazzjoni għolja tal-bojler

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mis-sħana rikuperabbli insuffiċjenti mill-proċess, mill-kundizzjonijiet tal-kombustjoni meħtieġa jew mill-kontenut ta' umdità tal-iskart

e.

It-trattament minn qabel tal-iskart

Ara t-tekniki deskritti fil-BREFs dwar it-Trattament tal-Iskart u l-Inċinerazzjoni tal-Iskart, inklużi t-tħin, il-piroliżi u l-gassifikazzjoni

Ara l-applikabbiltà fil-BREF dwar it-Trattament tal-Iskart u fil-BREF dwar l-Inċinerazzjoni tal-Iskart

BAT 61.

Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet miżjuda mill-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni, il-BAT għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fil-parti tal-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija li jirriżultaw mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma jkunux ogħla minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni tal-iskart.

BAT 62.

Sabiex jitnaqqas l-impatt fuq ir-riċiklaġġ tar-residwi tal-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni, il-BAT għandha żżomm kwalità tajba ta' ġibs, irmied u gagazza, kif ukoll residwi oħrajn, skont ir-rekwiżiti stabbiliti għar-riċiklaġġ tagħhom meta l-impjant ma jkunx qed jikkoinċenera l-iskart, bl-użu ta' waħda mit-tekniki mogħtija fil-BAT 60 jew taħlita tagħhom u/jew permezz tar-restrizzjoni tal-koinċinerazzjoni għal frazzjonijiet ta' skart b'konċentrazzjonijiet ta' inkwinanti simili għal dawk f'karburanti maħruqa oħrajn.

6.1.2.   Effiċjenza enerġetika

BAT 63.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-koinċinerazzjoni tal-iskart, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u BAT 19, skont it-tip ta' karburant ewlieni użat u l-konfigurazzjoni tal-impjant.

Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) huma mogħtija fi Table 8 għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit u fi Table 2 għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite.

6.1.3.   Emissjonijiet ta' NOX u CO fl-arja

BAT 64.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 20.

BAT 65.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 24.

6.1.4.   Emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja

BAT 66.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 21.

BAT 67.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 25.

6.1.5.   Emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja

BAT 68.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 22.

Tabella 39

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' metall fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant ta' kombustjoni (MWth)

BAT-AELs

Il-perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V (mg/Nm3)

Cd+Tl (μg/Nm3)

< 300

0,005-0,5

5-12

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

 300

0,005-0,2

5-6

Medja ta' kampjuni miksuba matul sena waħda

BAT 69.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 26.

Tabella 40

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' metall fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit

BAT-AELs

(medja tal-kampjuni miksuba matul sena waħda)

Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V (mg/Nm3)

Cd+Tl (μg/Nm3)

0,075-0,3

< 5

6.1.6.   L-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja

BAT 70.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa, pit, faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 23 u BAT 27.

6.1.7.   L-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili u dibenżo-diossini u furani poliklorinati fl-arja

BAT 71.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili u dibenżo-diossini u furani poliklorinati fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa, pit, faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija fi BAT 6, BAT 26 u hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Injezzjoni tal-karbonju attivata

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.5.

Dan il-proċess huwa bbażat fuq l-adsorbiment ta' molekuli ta' inkwinanti mill-karbonju attivat

Ġeneralment applikabbli

b.

Tberrid rapidu bl-użu ta' purifikazzjoni niedja/kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Ara d-deskrizzjoni ta' purifikazzjoni niedja/kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija fit-Taqsima 8.4

ċ.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Is-sistema ta' RKS hija adatta u akbar minn sistema ta' RKS li tintuża biss għat-tnaqqis ta' NOX

Ara l-applikabbiltà fi BAT 20 u fi BAT 24


Tabella 41

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' PCDD/F u TVOC fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa, pit, faħam u/jew linjite

Tip ta' impjant ta' kombustjoni

BAT-AELs

PCDD/F (ng I-TEQ/Nm3)

TVOC (mg/Nm3)

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Medja annwali

Medja ta' kuljum

Impjant ta' kombustjoni mħaddem minn bijomassa, pit, faħam u/jew linjite

< 0,01–0,03

< 0,1–5

0,5–10

7.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-GASSIFIKAZZJONI

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-impjanti ta' gassifikazzjoni kollha assoċjati direttament mal-impjanti ta' kombustjoni u għall-impjanti b'IGCC. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.

7.1.1.   Effiċjenza enerġetika

BAT 72.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet ta' IGCC u gassifikazzjoni, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Irkupru tas-sħana mill-proċess ta' gassifikazzjoni

Billi jeħtieġ li l-gass sintetiku jiġi mkessaħ sabiex ikun jista' jitnaddaf aktar, l-enerġija tista' tiġi rkuprata għall-produzzjoni ta' fwar addizzjonali maħsub biex jiżdied maċ-ċiklu tat-turbina tal-fwar, li tippermetti l-produzzjoni ta' enerġija elettrika addizzjonali

Applikabbli biss għall-unitajiet IGCC u għall-unitajiet ta' gassifikazzjoni assoċjati direttament mal-bojlers bi trattament minn qabel tal-gass sintetiku li jirrikjedi t-tkessiħ tal-gass sintetiku

b.

Integrazzjoni tal-proċessi ta' gassifikazzjoni u kombustjoni

L-unità tista' tiġi ddisinjata b'integrazzjoni sħiħa tal-unità tal-provvista tal-arja (ASU) u t-turbina tal-gass, bl-arja kollha alimentata lill-ASU tiġi fornuta (estratta) mill-kompressur tat-turbina tal-gass

L-applikabbiltà hija limitata għall-unitajiet IGCC mill-ħtiġijiet tal-flessibbiltà tal-impjant integrat sabiex il-grilja tiġi pprovduta malajr bl-elettriku meta ma jkunx hemm impjanti tal-enerġija rinnovabbli disponibbli

c.

Sistema niexfa għall-alimentazzjoni b'materja prima

L-użu ta' sistema niexfa għall-alimentazzjoni tal-karburant lill-gassifikatur, bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-proċess ta' gassifikazzjoni

Applikabbli biss għal unitajiet ġodda

d.

Gassifikazzjoni b'temperatura għolja u pressjoni għolja

L-użu ta' teknika ta' gassifikazzjoni b'parametri ta' tħaddim b'temperatura għolja u pressjoni għolja, bil-għan li tiġi massimizzata l-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija

Applikabbli biss għal unitajiet ġodda

e.

Titjib fid-disinn

Titjib fid-disinn, bħal:

modifiki tar-rifrattarju tal-gassifikatur u/jew tas-sistema ta' tkessiħ;

installazzjoni ta' turbina ta' espansjoni sabiex tirkupra l-enerġija mill-waqgħa fil-pressjoni tal-gass sintetiku qabel il-kombustjoni

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet tal-IGCC


Tabella 42

Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-unitajiet ta' gassifikazzjoni u IGCC

Tip ta' konfigurazzjoni tal-unità ta' kombustjoni

BAT-AEELs

L-effiċjenza elettrika netta (%) ta' unità ta' IGCC

L-utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) ta' unità ta' gassifikazzjoni ġdida jew eżistenti

Unità ġdida

Unità eżistenti

Unità ta' gassifikazzjoni assoċjata direttament ma' bojler mingħajr trattament minn qabel tal-gass sintetiku

Ebda BAT-AEEL

> 98

Unità ta' gassifikazzjoni assoċjata direttament ma' bojler bi trattament minn qabel tal-gass sintetiku

Ebda BAT-AEEL

> 91

Unità tal-IGCC

Ebda BAT-AEEL

34–46

> 91

7.1.2.   Emissjonijiet ta' NOX u CO fl-arja

BAT 73.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-impjanti b'IGCC, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Ġeneralment applikabbli

b.

Żieda ta' ilma/fwar

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3.

Għal dan il-għan, jintuża mill-ġdid ċertu ammont ta' fwar bi pressjoni intermedja ġġenerat mit-turbina tal-fwar

Applikabbli biss għall-parti tat-turbina tal-gass tal-impjant b'IGCC.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba d-disponibbiltà tal-ilma

c.

Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (DLN)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Applikabbli biss għall-parti tat-turbina tal-gass tal-impjant b'IGCC.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti b'IGCC ġodda.

Applikabbli fuq bażi ta' każ b'każ għall-impjanti b'IGCC eżistenti, skont id-disponibbiltà ta' pakkett ta' modifika. Mhux applikabbli għall-gass sintetiku b'kontenut ta' idroġenu ta' > 15 %

d.

Dilwizzjoni tal-gass sintetiku b'nitroġenu mormi mill-unità tal-provvista tal-arja (ASU)

L-ASU tissepara l-ossiġenu min-nitroġenu fl-arja, bil-għan li tipprovdi ossiġenu ta' kwalità għolja lill-gassifikatur. In-nitroġenu mormi mill-ASU jintuża mill-ġdid sabiex titnaqqas it-temperatura tal-kombustjoni fit-turbina tal-gass, billi jitħallat minn qabel mal-gass sintetiku qabel il-kombustjoni

Applikabbli biss meta l-ASU tintuża għall-proċess ta' gassifikazzjoni

e.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.3

Mhux applikabbli għall-impjanti b'IGCC mħaddma < 500 siegħa/sena.

Il-modifika tal-impjanti b'IGCC eżistenti tista' tkun ristretta mid-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti.

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi għall-modifika tal-impjanti b'IGCC mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena


Tabella 43

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-impjanti b'IGCC

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant b'IGCC

(MWth)

BAT-AELs (mg/Nm3)

Medja annwali

Medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Impjant ġdid

Impjant eżistenti

Impjant ġdid

Impjant eżistenti

≥ 100

10–25

12–45

1–35

1–60

Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għall-impjanti eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena u għall-impjanti ġodda ġeneralment tkun < 5–30 mg/Nm3.

7.1.3.   Emissjonijiet ta' SOX fl-arja

BAT 74.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX fl-arja mill-impjanti b'IGCC, il-BAT għandha tuża t-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Tneħħija tal-gass aċiduż

Il-komposti ta' kubrit mill-materja prima ta' proċess ta' gassifikazzjoni jitneħħew mill-gass sintetiku permezz ta' tneħħija tal-gass aċiduż, eż. bl-inklużjoni ta' reattur ta' idroliżi b'COS (u HCN) u bl-assorbiment ta' H2S bl-użu ta' solvent bħal methyl diethanolamine. Il-kubrit imbagħad jiġi rkuprat bħala kubrit elementali likwidu jew solidu (eż. permezz ta' unità Claus), jew inkella bħala aċidu tal-kubrit, skont id-domandi tas-suq

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ tal-impjanti b'IGCC tal-bijomassa minħabba l-kontenut baxx ħafna ta' kubrit fil-bijomassa

Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-impjanti b'IGCC ta' ≥ 100 MWth huwa 3–16 mg/Nm3, espress bħala medja annwali.

7.1.4.   Emissjonijiet ta' trab, metalli marbuta ma' partikuli, ammonijaka u aloġenu fl-arja

BAT 75.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab, metalli marbuta ma' partikuli, ammonijaka u aloġenu fl-arja mill-impjanti b'IGCC, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Filtrazzjoni tal-gass sintetiku

Tneħħija tat-trab bl-użu ta' ċikluni ta' rmied li jtir, filtri b'borża, ESPs u/jew filtri tax-xemgħa sabiex ineħħu l-irmied li jtir u l-karbonju mhux ikkonvertit. Il-filtri b'borża u l-ESPs jintużaw fil-każ ta' gass sintetiku b'temperaturi sa 400 °C

Ġeneralment applikabbli

b.

Riċirkolazzjoni tal-irmied u l-qatran tal-gass sintetiku lejn il-gassifikatur

Il-qatran u l-irmied b'kontenut għoli ta' karbonju li jiġu ġġenerati fil-gass sintetiku mhux maħdum jiġu sseparati f'ċikluni u riċirkolati lejn il-gassifikatur, fil-każ ta' temperatura baxxa tal-gass sintetiku fl-iżbokk tal-gassifikatur (< 1 100  °C)

ċ.

Ħasil tal-gass sintetiku

Il-gass sintetiku jgħaddi minn ġo purifikatur tal-ilma, downstream minn teknika/i ta' tneħħija tat-trab oħrajn, fejn il-kloruri, l-ammonijaka, il-partikuli u l-aloġenuri jiġu sseparati


Tabella 44

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja mill-impjanti b'IGCC

Il-kapaċità termali kklassifikata totali ta' impjant b'IGCC

(MWth)

BAT-AELs

Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V (mg/Nm3)

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

Hg (μg/Nm3)

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

Trab (mg/Nm3)

(medja annwali)

≥ 100

< 0,025

< 1

< 2,5

8.   DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI

8.1.   Tekniki ġenerali

Teknika

Deskrizzjoni

Sistema ta' kontroll avvanzata

L-użu ta' sistema awtomatika kompjuterizzata sabiex tikkontrolla l-effiċjenza tal-kombustjoni u tappoġġja l-prevenzjoni u/jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din tinkludi wkoll l-użu ta' monitoraġġ bi prestazzjoni għolja.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Miżuri meħuda sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija, eż. fil-forn/bojler, filwaqt li jimminimizzaw l-emissjonijiet (b'mod partikolari ta' CO). Din tinkiseb b'taħlita ta' tekniki, inklużi d-disinn tajjeb tat-tagħmir ta' kombustjoni, l-ottimizzazzjoni tat-temperatura (eż. taħlit effikaċi tal-karburant u l-arja ta' kombustjoni) u ż-żmien ta' residenza fiż-żona tal-kombustjoni, kif ukoll l-użu ta' sistema ta' kontroll avvanzata.

8.2.   Tekniki maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika

Teknika

Deskrizzjoni

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara t-Taqsima 8.1

l-istat ta' tħejjija tas-CHP

Il-miżuri meħuda sabiex jippermettu l-esportazzjoni aktar tard ta' kwantità utli ta' sħana lejn tagħbija ta' sħana barra mis-sit b'mod li jinkiseb tnaqqis ta' mill-inqas 10 % fl-użu tal-enerġija primarja, meta mqabbel mal-ġenerazzjoni separata tas-sħana u l-enerġija prodotta. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u ż-żamma tal-aċċess għal punti speċifiċi fis-sistema tal-fwar minn fejn jista' jiġi estratt il-fwar, kif ukoll id-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti sabiex aktar tard ikunu jistgħu jitwaħħlu oġġetti bħal pajpijiet, skambjaturi tas-sħana, kapaċità żejda ta' demineralizzazzjoni tal-ilma, impjant ta' bojler standby u turbini ta' kontropressjoni. Is-sistemi ta' Bilanċ tal-Impjant (BoP) u s-sistemi ta' kontroll/strumentazzjoni huma addattati għal ammeljorament. Hija possibbli wkoll il-konnessjoni aktar tard tat-turbina/i ta' kontropressjoni.

Ċiklu kkombinat

It-taħlita ta' żewġ ċikli termodinamiċi jew aktar, eż. ċiklu Brayton (turbina tal-gass/magna ta' kombustjoni) ma' ċiklu Rankine (turbina tal-fwar/bojler) għall-konverżjoni tat-telf tas-sħana mill-gass mit-tromba ta' ċumnija tal-ewwel ċiklu f'enerġija utli miċ-ċiklu/i sussegwenti.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara t-Taqsima 8.1

Kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Skambjatur tas-sħana fejn l-ilma jissaħħan minn qabel mill-gass mit-tromba ta' ċumnija qabel jissaħħan fil-kondensatur tal-fwar. Il-kontenut tal-fwar fil-gass mit-tromba ta' ċumnija b'hekk jikkondensa hekk kif jitkessaħ mill-ilma tat-tisħin. Il-kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija jintuża kemm biex iżid l-effiċjenza enerġetika tal-unità ta' kombustjoni kif ukoll biex ineħħi inkwinanti bħal trab, SOX, HCl u HF mill-gass mit-tromba ta' ċumnija.

Sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess

Sistema li tippermetti li l-gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar li jistgħu jintużaw bħala karburanti (eż. gassijiet ta' forn tal-blast, forn tal-kokk u forn tal-ossiġenu bażiku) jkunu diretti lejn l-impjanti ta' kombustjoni, skont id-disponibbiltà ta' dawn il-karburanti u t-tip ta' impjanti ta' kombustjoni f'impjant tal-azzar integrat.

Kundizzjonijiet superkritiċi tal-fwar

L-użu ta' ċirkwit tal-fwar, inklużi sistemi ta' tisħin mill-ġdid tal-fwar, fejn il-fwar ikun jista' jilħaq pressjonijiet 'il fuq minn 220,6 bar u temperaturi ta' > 540 °C.

Kundizzjonijiet ultra-superkritiċi tal-fwar

L-użu ta' ċirkwit tal-fwar, inklużi sistemi ta' tisħin mill-ġdid, fejn il-fwar ikun jista' jilħaq pressjonijiet 'il fuq minn 250-300 bar u temperaturi ta' aktar minn 580-600 °C.

Ċumnija niedja

Id-disinn taċ-ċumnija sabiex tippermetti l-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma mill-gass mit-tromba ta' ċumnija saturat u b'hekk jiġi evitat l-użu ta' reheater tal-gass mit-tromba ta' ċumnija wara l-FGD niedja.

8.3.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX u/jew CO fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Sistema ta' kontroll avvanzata

Ara t-Taqsima 8.1

Introduzzjoni tal-arja fi stadji

Il-ħolqien ta' diversi żoni ta' kombustjoni fil-kompartiment tal-kombustjoni b'kontenut differenti ta' ossiġenu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX u l-iżgurar ta' kombustjoni ottimizzata. It-teknika tinvolvi żona ta' kombustjoni primarja bi ħruq substojkjometriku (jiġifieri b'defiċjenza tal-arja) u żona ta' kombustjoni sekondarja ta' ħruq mill-ġdid (li titħaddem bl-arja eċċessiva) sabiex tittejjeb il-kombustjoni. Xi bojlers żgħar u antiki jistgħu jirrikjedu tnaqqis tal-kapaċità sabiex ikun hemm l-ispazju għall-introduzzjoni tal-arja fi stadji.

Tekniki kkombinati għat-tnaqqis ta' NOX u SOX

L-użu ta' tekniki ta' eliminazzjoni integrati u kumplessi għat-tnaqqis ikkombinat ta' NOX, SOX u, ta' spiss, inkwinanti oħrajn mill-gass mit-tromba ta' ċumnija, eż. karbonju attivat u proċessi ta' DeSONOX. Huma jistgħu jiġu applikati weħidhom jew inkella flimkien ma' tekniki primarji oħrajn f'bojlers b'PC imħaddma bil-faħam.

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara t-Taqsima 8.1

Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (DLN)

Berners b'turbini tal-gass li jinkludu t-taħlit minn qabel tal-arja u l-karburant qabel jiddaħħlu fiż-żona tal-kombustjoni. Permezz tat-taħlit tal-arja u l-karburant qabel il-kombustjoni jinkisbu distribuzzjoni tat-temperatura omoġenja u temperatura aktar baxxa tal-fjamma, li jirriżultaw f'emissjonijiet aktar baxxi ta' NOX.

Riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija jew tal-gass tal-egżost (FGR/EGR)

Ir-riċirkolazzjoni ta' parti mill-gass mit-tromba ta' ċumnija għall-kompartiment tal-kombustjoni sabiex tieħu post parti mill-arja ta' kombustjoni friska, bl-effett doppju ta' tkessiħ tat-temperatura u limitazzjoni tal-kontenut ta' O2 għall-ossidazzjoni tan-nitroġenu, sabiex b'hekk tiġi limitata l-ġenerazzjoni tal-NOX. Din timplika l-provvista tal-gass mit-tromba ta' ċumnija mill-forn għal ġol-fjamma sabiex jitnaqqsu l-kontenut ta' ossiġenu u, għaldaqstant, it-temperatura tal-fjamma. L-użu ta' berners speċjali jew provvedimenti oħrajn huwa bbażat fuq ir-riċirkolazzjoni interna tal-gassijiet tal-kombustjoni li jkessħu l-bażi tal-fjammi u jnaqqsu l-kontenut ta' ossiġenu fl-iżjed parti sħuna tal-fjammi.

Għażla tal-karburant

L-użu ta' karburant b'kontenut baxx ta' nitroġenu.

Introduzzjoni tal-karburant fi stadji

It-teknika hija bbażata fuq it-tnaqqis tat-temperatura tal-fjamma jew hot spots lokalizzati permezz tal-ħolqien ta' diversi żoni ta' kombustjoni fil-kompartiment tal-kombustjoni b'livelli differenti ta' injezzjonijiet ta' karburant u arja. Il-modifika tista' tkun inqas effikaċi f'impjanti iżgħar milli f'impjanti akbar.

Kunċett ta' ħruq bil-limitu u kunċett avvanzat ta' ħruq bil-limitu

Il-kontroll tat-temperatura massima tal-fjamma f'kundizzjonijiet ta' ħruq bil-limitu huwa l-approċċ ta' kombustjoni primarju għal-limitazzjoni tal-formazzjoni ta' NOX f'magni li jaħdmu bil-gass. Il-kombustjoni bil-limitu tnaqqas il-proporzjon ta' karburant-arja fiż-żoni fejn jiġu ġġenerati l-NOX, sabiex b'hekk it-temperatura massima tal-fjamma tkun inqas mit-temperatura tal-fjamma adjabatika stojkjometrika, għaldaqstant hija tnaqqas il-formazzjoni ta' NOX termali. L-ottimizzazzjoni ta' dan il-kunċett tissejjaħ il-“kunċett avvanzat ta' ħruq bil-limitu”.

Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB)

It-teknika (inklużi l-berners avvanzati jew ultra avvanzati b'emissjonijiet baxxi ta' NOX) hija bbażata fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tat-temperaturi massimi tal-fjammi; il-berners tal-bojlers huma maħsuba biex idewmu iżda wkoll itejbu l-kombustjoni u jżidu t-trasferiment tas-sħana (emissività akbar tal-fjamma). It-taħlit tal-arja/karburant inaqqas id-disponibbiltà tal-ossiġenu u jnaqqas it-temperatura massima tal-fjamma, sabiex b'hekk idewwem il-konverżjoni ta' nitroġenu marbut ma' karburant għal NOX u l-formazzjoni ta' NOX termali, filwaqt li jżomm effiċjenza għolja tal-kombustjoni. Tista' tkun assoċjata ma' disinn modifikat tal-kompartiment ta' kombustjoni tal-forn. Id-disinn ta' berners b'emissjonijiet baxxi ħafna ta' NOX (ULNBs) jinkludi l-introduzzjoni tal-kombustjoni fi stadji (arja/karburant) u r-riċirkolazzjoni tal-gassijiet mill-firebox (riċirkolazzjoni interna tal-gass mit-tromba ta' ċumnija). Il-prestazzjoni tat-teknika tista' tiġi influwenzata mid-disinn tal-bojler meta jiġu mmodifikati impjanti antiki.

Kunċett ta' kombustjoni b'emissjonijiet baxxi ta' NOX f'magni diżil

It-teknika tikkonsisti f'taħlita ta' modifiki tal-magni interni, eż. ottimizzazzjoni tal-kombustjoni u tal-injezzjoni tal-karburant (it-tajming tard ħafna tal-injezzjoni tal-karburant flimkien mal-għeluq bikri tal-valv tal-arja fil-bokka), turboċarġing jew iċ-ċiklu Miller.

Katalizzaturi tal-ossidazzjoni

L-użu ta' katalisti (li ġeneralment ikun fihom metalli prezzjużi bħal palladju jew platinu) għall-ossidazzjoni ta' monossidu tal-karbonju u idrokarburi mhux maħruqa mal-ossiġenu sabiex jifformaw is-CO2 u l-fwar tal-ilma.

Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni

L-użu tal-arja tal-kombustjoni fit-temperatura ambjentali. L-arja tal-kombustjoni ma tissaħħanx minn qabel fi preheater ta' arja riġenerattiva.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu b'ammonijaka jew urea fil-preżenza ta' katalist. It-teknika hija bbażata fuq ir-riduzzjoni tal-NOX għal nitroġenu f'sodda katalitika permezz tar-reazzjoni mal-ammonijaka (b'mod ġenerali soluzzjoni milwiema) f'temperatura operattiva ottimali ta' madwar 300–450 °C. Jistgħu jiġu applikati diversi saffi ta' katalisti. Riduzzjoni ogħla tal-NOX tinkiseb bl-użu ta' diversi saffi ta' katalisti. Id-disinn tat-teknika jista' jkun modulari u jistgħu jintużaw katalisti speċjali u/jew tisħin minn qabel sabiex ilaħħqu mat-tagħbijiet baxxi jew ma' tieqa wiesgħa tat-temperatura tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. RKS “fil-kanal” jew “slip” hija teknika li tikkombina r-RMKS ma' RKS downstream li tnaqqas il-ħruġ tal-ammonijaka mill-unità ta' RMKS.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu b'ammonijaka jew urea mingħajr katalist. It-teknika hija bbażata fuq it-tnaqqis ta' NOX għal nitroġenu permezz tar-reazzjoni mal-ammonijaka jew l-urea f'temperatura għolja. It-tieqa tat-temperatura operattiva tinżamm bejn 800 °C u 1 000  °C għal reazzjoni ottimali.

Żieda ta' ilma/fwar

L-ilma jew il-fwar jintuża bħala dilwent għat-tnaqqis tat-temperatura tal-kombustjoni f'turbini tal-gass, magni jew bojlers u, b'hekk, tal-formazzjoni ta' NOX termali. Dan għandu jew jitħallat minn qabel mal-karburant qabel il-kombustjoni tiegħu (emulsjoni, umidifikazzjoni jew saturazzjoni tal-karburant) jew inkella jiġi injettat direttament fil-kompartiment tal-kombustjoni (injezzjoni ta' ilma/fwar).

8.4.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' SOX, HCl u/jew HF fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Injezzjoni ta' sorbent f'bojler (fil-forn jew fis-sodda)

L-injezzjoni diretta ta' sorbent niexef fil-kompartiment tal-kombustjoni, jew iż-żieda ta' adsorbenti bbażati fuq kalċju jew manjeżju mas-sodda ta' bojler bis-sodda fluwidizzata. Il-wiċċ tal-partikuli tas-sorbent jirreaġixxi mal-SO2 fil-gass mit-tromba ta' ċumnija jew fil-bojler bis-sodda fluwidizzata. Din it-teknika tintuża l-aktar flimkien ma' teknika ta' eliminazzjoni tat-trab.

Purifikatur niexef ta' sodda fluwidizzata ċirkolanti (CFB)

Il-gass mit-tromba ta' ċumnija mill-preheater tal-arja fil-bojler jidħol fl-assorbitur tas-CFB fil-qiegħ u jiċċirkola vertikalment 'il fuq minn ġo sezzjoni ta' Venturi fejn sorbent solidu u ilma jiġu injettati separatament fil-fluss tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. Din it-teknika tintuża l-aktar flimkien ma' teknika ta' eliminazzjoni tat-trab.

Tekniki kkombinati għat-tnaqqis ta' NOX u SOX

Ara t-Taqsima 8.3

Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI)

L-injezzjoni u d-dispersjoni ta' sorbent ta' trab niexef fil-fluss tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. Is-sorbent (eż. karbonat tas-sodju, bikarbonat tas-sodju, ġir idrat) jirreaġixxi mal-gassijiet aċidużi (eż. l-ispeċi ta' kubrit gassuż u Hcl) sabiex jifformaw solidu li jitneħħa b'tekniki ta' eliminazzjoni tat-trab (filtru b'borża jew preċipitatur elettrostatiku). Id-DSI ġeneralment tintuża flimkien ma' filtru b'borża.

Kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

Ara t-Taqsima 8.2

Għażla tal-karburant

L-użu ta' karburant b'kontenut baxx ta' kubrit, kloru u/jew fluworu

Sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess

Ara t-Taqsima 8.2

FGD fl-ilma baħar

Tip mhux riġenerattiv speċifiku ta' purifikazzjoni niedja bl-użu ta' alkalinità naturali tal-ilma baħar għall-assorbiment tal-komposti aċidużi fil-gass mit-tromba ta' ċumnija. Ġeneralment tirrikjedi tnaqqis upstream tat-trab.

Assorbitur niexef bl-isprej (SDA)

L-introduzzjoni u d-dispersjoni ta' sospensjoni/soluzzjoni ta' reaġent alkalin fil-fluss tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. Il-materjal jirreaġixxi mal-ispeċi ta' kubrit gassuż sabiex jifformaw solidu li jitneħħa b'tekniki ta' eliminazzjoni tat-trab (filtru b'borża jew preċipitatur elettrostatiku). L-SDA ġeneralment jintuża flimkien ma' filtru b'borża.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Teknika jew taħlita ta' tekniki ta' purifikazzjoni li permezz tagħha/tagħhom l-ossidi tal-kubrit jitneħħew mill-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija b'diversi proċessi li ġeneralment ikunu jinvolvu sorbent alkalin għall-ġbir ta' SO2 gassuż u t-trasformazzjoni tiegħu f'solidi. Fil-proċess ta' purifikazzjoni niedja, il-komposti gassużi jinħallu f'likwidu adattat (ilma jew soluzzjoni alkalina). Tista' tinkiseb it-tneħħija simultanja ta' komposti solidi u gassużi. Downstream mill-purifikatur niedi, il-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija jiġu saturati bl-ilma u hija meħtieġa separazzjoni tal-qtar qabel l-iskariku tal-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija. Il-likwidu li jirriżulta mill-purifikazzjoni niedja jintbagħat f'impjant għat-trattament tal-ilma mormi u l-materja li ma tinħallx tinġabar permezz ta' sedimentazzjoni jew filtrazzjoni.

Purifikazzjoni niedja

L-użu ta' likwidu, tipikament ilma jew soluzzjoni milwiema, għall-ġbir ta' komposti aċidużi mill-gass mit-tromba ta' ċumnija permezz ta' assorbiment.

8.5.   Tekniki maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' trab, metalli, inkluż merkurju, u/jew PCDD/F

Teknika

Deskrizzjoni

Filtru b'borża

Il-filtri b'borża jew tad-drapp huma kostruwiti minn drapp minsuġ jew bil-feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikuli. L-użu ta' filtru b'borża jirrikjedi l-għażla ta' drapp addattat għall-karatteristiċi tal-gass mit-tromba ta' ċumnija u t-temperatura operazzjonali massima.

Injezzjoni ta' sorbent f'bojler (fil-forn jew fis-sodda)

Ara d-deskrizzjoni ġenerali fit-Taqsima 8.4. Hemm kobenefiċċji fil-forma ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' trab u metall.

Injezzjoni ta' sorbent ta' karbonju (eż. karbonju attivat jew karbonju attivat aloġenat) fil-gass mit-tromba ta' ċumnija

Adsorbiment ta' merkurju u/jew PCDD/F minn sorbenti ta' karbonju, bħal karbonju attivat (aloġenat), bi trattament kimiku jew mingħajru Is-sistema ta' injezzjoni ta' sorbent tista' tittejjeb biż-żieda ta' filtru b'borża supplimentari.

Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa

Ara d-deskrizzjoni ġenerali ta' kull teknika (jiġifieri assorbitur niexef bl-isprej (SDA), injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI), purifikatur niexef ta' sodda fluwidizzata ċirkolanti (CFB)) fit-Taqsima 8.4. Hemm kobenefiċċji fil-forma ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' trab u metall.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b'tali mod li l-partikuli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu joperaw taħt firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet. L-effiċjenza tal-eliminazzjoni ġeneralment tiddependi fuq l-għadd ta' kampijiet, iż-żmien ta' residenza (daqs), il-proprjetajiet tal-katalisti u l-apparat għat-tneħħija tal-partikuli upstream. Ġeneralment, l-ESPs ikunu jinkludu bejn żewġ u ħames kampijiet. L-aktar ESPs moderni (bi prestazzjoni għolja) għandhom sa seba' kampijiet.

Għażla tal-karburant

L-użu ta' karburant b'kontenut baxx ta' rmied jew metalli (eż. merkurju).

Multiċikluni

Sett ta' sistemi għall-kontroll tat-trab, abbażi ta' forza ċentrifugali, fejn il-partikuli jiġu sseparati mill-gass tat-trasportatur, immuntati f'kompartiment wieħed jew diversi kompartimenti.

L-użu ta' addittivi aloġenati fil-karburant jew injettati fil-forn

Iż-żieda ta' komposti aloġeni (eż. addittivi brominati) fil-forn għall-ossidazzjoni tal-merkurju elementali fi speċi solubbli jew ta' partikuli, sabiex b'hekk tittejjeb it-tneħħija tal-merkurju fis-sistemi ta' eliminazzjoni downstream.

Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja)

Ara d-deskrizzjoni ġenerali fit-Taqsima 8.4. Hemm kobenefiċċji fil-forma ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' trab u metalli.

8.6.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ilma

Teknika

Deskrizzjoni

Adsorbiment fuq karbonju attivat

Iż-żamma ta' inkwinanti solubbli fuq il-wiċċ ta' partikuli solidi u porużi ħafna (l-adsorbent). Ġeneralment jintuża karbonju attivat għall-adsorbiment ta' komposti organiċi u merkurju.

Trattament bijoloġiku aerobiku

L-ossidazzjoni bijoloġika ta' inkwinanti organiċi dissolti ma' ossiġenu bl-użu tal-metaboliżmu ta' mikroorganiżmi. Fil-preżenza tal-ossiġenu dissolt — injettat bħala arja jew ossiġenu pur — il-komponenti organiċi jiġu mineralizzati f'diossidu tal-karbonju u ilma jew jiġu ttrasformati f'bijomassa u metaboliti oħrajn. Taħt ċerti kundizzjonijiet, in-nitrifikazzjoni aerobika sseħħ ukoll meta l-mikroorganiżmi jossidizzaw l-ammonju (NH4 +) għan-nitrit intermedju (NO2 -), li mbagħad ikompli jiġi ossidizzat għal nitrat (NO3 -).

Trattament bijoloġiku anossiku/anaerobiku

It-tnaqqis bijoloġiku tal-inkwinanti bl-użu tal-metaboliżmu ta' mikroorganiżmi (eż. in-nitrat (NO3 -) jitnaqqas għal nitroġenu gassuż elementali, l-ispeċijiet ossidizzati ta' merkurju jitnaqqsu għal merkurju elementali).

It-trattament anossiku/anaerobiku tal-ilma mormi mill-użu ta' sistemi ta' eliminazzjoni niedja ġeneralment jitwettaq f'bijoreatturi b'rita fissa bl-użu ta' karbonju attivat bħala trasportatur.

It-trattament bijoloġiku anossiku/anaerobiku għat-tneħħija tal-merkurju jiġi applikat flimkien ma' tekniki oħrajn.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw sabiex jisseparaw is-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jitwettqu f'passi suċċessivi. Il-koagulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta' koagulanti b'ċarġ oppost għal dawk tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta' polimeri, sabiex b'hekk il-kolliżjonijiet tal-partikuli ta' mikroflok iġegħluhom jingħaqdu sabiex jipproduċu floks akbar.

Kristallizzazzjoni

It-tneħħija ta' inkwinanti joniċi mill-ilma mormi permezz tal-kristallizzazzjoni tagħhom fuq materjal ta' propagazzjoni, bħal ramel jew minerali, fi proċess ta' sodda fluwidizzata

Filtrazzjoni

Is-separazzjoni tas-solidi mill-ilma mormi billi jingħaddu minn ġo midjum poruż. Hija tinkludi tipi differenti ta' tekniki, eż. filtrazzjoni tar-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni.

Flotazzjoni

Is-separazzjoni ta' partikuli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma' bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment arja. Il-partikuli galleġġjanti jakkumulaw fil-wiċċ tal-ilma u jinġabru permezz ta' xkumaturi.

Skambju tal-joni

Iż-żamma ta' inkwinanti joniċi mill-ilma mormi u s-sostituzzjoni tagħhom b'joni aktar aċċettabbli bl-użu ta' reżina għall-iskambju tal-joni. L-inkwinanti jinżammu temporanjament u wara jiġu rilaxxati f'likwidu ta' kontroħasil jew riġenerazzjoni.

Newtralizzazzjoni

L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal-livell ta' pH newtrali (bejn wieħed u ieħor 7) permezz taż-żieda ta' sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) ġeneralment jintuża sabiex iżid il-pH, filwaqt li l-aċidu tal-kubrit (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) ġeneralment jintuża sabiex inaqqas il-pH. Il-preċipitazzjoni ta' xi inkwinanti tista' sseħħ matul in-newtralizzazzjoni.

Separazzjoni taż-żejt mill-ilma

It-tneħħija taż-żejt liberu mill-ilma mormi permezz ta' separazzjoni bi gravità bl-użu ta' apparat bħas-separatur tal-American Petroleum Institute, interċettatur bil-pjanċi kkorrugati, jew interċettatur bil-pjanċi paralleli. Is-separazzjoni taż-żejt mill-ilma normalment tkun segwita minn flotazzjoni, appoġġjata minn koagulazzjoni/flokkulazzjoni. F'xi każijiet, jista' jkun meħtieġ li jitkissru l-emulsjonijiet qabel is-separazzjoni taż-żejt mill-ilma.

Ossidazzjoni

Il-konverżjoni tal-inkwinanti b'aġenti ossidanti kimiċi għal komposti simili li huma inqas perikolużi u/jew aktar faċli biex jiġu eliminati. Fil-każ tal-ilma mormi mill-użu ta' sistemi ta' eliminazzjoni niedja, l-arja tista' tintuża għall-ossidazzjoni tas-sulfit (SO3 2-) għal sulfat (SO4 2-).

Preċipitazzjoni

Il-konverżjoni ta' inkwinanti maħlula f'komposti li ma jinħallux biż-żieda ta' preċipitanti kimiċi. Sussegwentement, il-preċipitanti solidi fformati jiġu sseparati permezz ta' sedimentazzjoni, flotazzjoni jew filtrazzjoni. Is-sustanzi kimiċi tipiċi li jintużaw għall-preċipitazzjoni tal-metall huma l-ġir, id-dolomit, l-idrossidu tas-sodju, il-karbonat tas-sodju, is-sulfur tas-sodju u l-organosulfur. L-imluħa tal-kalċju (minbarra l-ġir) jintużaw għall-preċipitazzjoni tas-sulfat jew tal-fluworur.

Sedimentazzjoni

Is-separazzjoni tas-solidi sospiżi permezz tad-depożitar gravitazzjonali.

Strippaġġ

It-tneħħija ta' inkwinanti li jistgħu jitnaddfu (eż. ammonijaka) mill-ilma mormi permezz ta' kuntatt ma' fluss għoli ta' kurrent ta' gass sabiex jiġu ttrasferiti għall-fażi gassuża. L-inkwinanti jitneħħew mill-gass tal-istrippaġġ fi trattament downstream u potenzjalment ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw.


(*1)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/249/UE tas-7 ta' Mejju 2012 rigward id-determinazzjoni tal-perjodi tal-bidu u tal-waqfien tat-tħaddim għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 44).

(1)  Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet marbuta mat-teħid tal-kampjuni jew limitazzjonijiet analitiċi, kejl ta' 30 minuta jkun inadegwat, għandu jiġi allokat perjodu xieraq għat-teħid tal-kampjuni. Għal PCDD/F, jintuża perjodu ta' teħid ta' kampjuni ta' bejn 6 u 8 sigħat.

(2)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, jekk għal raġunijiet tekniċi t-test tal-prestazzjoni ma jkunx jista' jitwettaq bl-unità titħaddem b'tagħbija sħiħa għall-provvista tas-sħana, it-test jista' jiġi supplimentat jew sostitwit b'kalkolu li juża parametri ta' tagħbija sħiħa.

(3)  Il-kejl kontinwu tal-kontenut ta' fwar tal-ilma tal-gass mit-tromba ta' ċumnija ma jkunx neċessarju jekk il-gass mit-tromba ta' ċumnija inkluż fil-kampjun jitnixxef qabel issir l-analiżi.

(4)  L-istandards EN ġeneriċi għall-kejl kontinwu huma EN 15267-1, EN 15267-2, EN 15267-3 u EN 14181. L-istandards EN għall-kejl perjodiku huma mogħtija fit-tabella.

(5)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma tapplikax meta t-tħaddim tal-impjant ikun għall-iskop waħdieni li jsir kejl tal-emissjonijiet.

(6)  Fil-każ ta' impjanti b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW imħaddma < 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sitt xhur. Għat-turbini tal-gass, il-monitoraġġ perjodiku jitwettaq b'tagħbija tal-impjant ta' kombustjoni ta' > 70 %. Għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam, linjite, bijomassa solida u/jew pit, jeħtieġ li l-frekwenza tal-monitoraġġ tieħu f'kunsiderazzjoni wkoll il-Parti 6 tal-Anness VI għall-IED.

(7)  Fil-każ tal-użu ta' RKS, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sena, jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(8)  Fil-każ ta' turbini mħaddma b'gass naturali b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW mħaddma < 1 500 siegħa/sena, jew fil-każ tal-OCGTs eżistenti, minflok, tista' tintuża PEMS.

(9)  Minflok, tista' tintuża PEMS.

(10)  Qegħdin isiru żewġ settijiet ta' kejlijiet, wieħed bl-impjant imħaddem b'tagħbijiet ta' > 70 % u l-ieħor b'tagħbijiet ta' < 70 %.

(11)  Bħala alternattiva għall-kejl kontinwu fil-każ ta' impjanti li jaħarqu żejt b'kontenut ta' kubrit magħruf u meta ma jkun hemm ebda sistema ta' desulfurizzazzjoni ta' gass mit-tromba ta' ċumnija, jistgħu jintużaw kejlijiet perjodiċi tal-anqas darba kull tliet xhur u/jew proċeduri oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' SO2.

(12)  Fil-każ tal-karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' tiġi aġġustata għall-impjanti ta' < 100 MWth wara karatterizzazzjoni inizjali tal-karburant (ara BAT 5) abbażi ta' valutazzjoni tar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti (eż. il-konċentrazzjoni fil-karburant, it-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija applikat) fl-emissjonijiet fl-arja, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.

(13)  Jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed, jista' jsir kejl perjodiku kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti u/jew tal-iskart jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas darba kull sena. Għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam, linjite, bijomassa solida u/jew pit, jeħtieġ li l-frekwenza tal-monitoraġġ tieħu f'kunsiderazzjoni wkoll il-Parti 6 tal-Anness VI għall-IED.

(14)  Fil-każ tal-karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' tiġi aġġustata wara karatterizzazzjoni inizjali tal-karburant (ara BAT 5) abbażi ta' valutazzjoni tar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti (eż. il-konċentrazzjoni fil-karburant, it-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija applikat) fl-emissjonijiet fl-arja, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.

(15)  Fil-każ ta' impjanti b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW imħaddma < 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sena. Fil-każ ta' impjanti b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW imħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' titnaqqas għal tal-anqas darba kull sitt xhur.

(16)  Jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed, jista' jsir kejl perjodiku kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti u/jew tal-iskart jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas darba kull sitt xhur.

(17)  Fil-każ ta' impjanti li jaħarqu gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sitt xhur, jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(18)  Il-lista tal-inkwinanti mmonitorjati u l-frekwenza tal-monitoraġġ jistgħu jiġu aġġustati wara karatterizzazzjoni inizjali tal-karburant (ara BAT 5) abbażi ta' valutazzjoni tar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti (eż. il-konċentrazzjoni fil-karburant, it-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija applikat) fl-emissjonijiet fl-arja, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.

(19)  Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sitt xhur.

(20)  Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sena.

(21)  Il-teħid kontinwu tal-kampjuni flimkien ma' analiżi frekwenti tal-kampjuni integrati fiż-żmien, eż. permezz ta' metodu standardizzat ta' monitoraġġ b'nassa assorbenti, jistgħu jintużaw bħala alternattiva għall-kejl kontinwu.

(22)  Jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed minħabba l-kontenut baxx ta' merkurju fil-karburant, jista' jitwettaq kejl perjodiku biss kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.

(23)  Il-frekwenza minima tal-monitoraġġ ma tapplikax fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(24)  Il-kejl jitwettaq bl-impjant imħaddem b'tagħbijiet ta' > 70 %.

(25)  Fil-każ ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-monitoraġġ huwa applikabbli biss meta l-karburanti jkun fihom sustanzi klorinati.

(26)  Il-monitoraġġ tat-TOC u l-monitoraġġ tas-COD huma alternattivi. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla ppreferuta għaliex ma jiddependix fuq l-użu ta' komposti tossiċi ħafna.

(27)  Il-lista ta' sustanzi/parametri kkaratterizzati tista' titnaqqas għal dawk biss li jistgħu jkunu mistennija b'mod raġonevoli li jkunu preżenti fil-karburant(i) abbażi tal-informazzjoni dwar il-materja prima u l-proċessi tal-produzzjoni.

(28)  Din il-karatterizzazzjoni titwettaq mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' aċċettazzjoni u pre-aċċettazzjoni tal-iskart stabbilita f'BAT 60(a), li tista' twassal għall-karatterizzazzjoni u/jew il-kontroll ta' sustanzi/parametri oħrajn minbarra dawk elenkati hawnhekk.

(29)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 8.6

(30)  Japplika jew il-BAT-AEL għal TOC jew inkella l-BAT-AEL għal COD. TOC huwa l-għażla preferuta peress li l-monitoraġġ tiegħu ma jiddependix fuq l-użu ta' komposti tossiċi ħafna.

(31)  Dan il-BAT-AEL japplika wara t-tnaqqis tat-tagħbija fil-bokka.

(32)  Dan il-BAT-AEL japplika biss għall-ilma mormi mill-użu ta' FGD niedja.

(33)  Dan il-BAT-AEL japplika biss għall-impjanti ta' kombustjoni li jużaw komposti tal-kalċju fit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija.

(34)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ma jistax japplika fil-każ ta' ilma mormi mielaħ ħafna (eż. konċentrazzjonijiet ta' klorur ≥ 5 g/l) minħabba s-solubbiltà akbar tas-sulfat tal-kalċju.

(35)  Dan il-BAT-AEL ma japplikax għall-iskariki fil-baħar jew f'korpi ta' ilma salmastru.

(36)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(37)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).

(38)  It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jikkorrispondi għal każijiet fejn l-effiċjenza enerġetika miksuba tiġi affettwata b'mod negattiv (sa erba' punti perċentwali) mit-tip ta' sistema ta' tkessiħ użata jew mill-pożizzjoni ġeografika tal-unità.

(39)  Dawn il-livelli ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.

(40)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.

(41)  It-truf ta' isfel tal-meded tal-BAT-AEEL jinkisbu fil-każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi mhux favorevoli, unitajiet imħaddma b'linjite ta' grad baxx u/jew unitajiet antiki (ikkummissjonati għall-ewwel darba qabel l-1985).

(42)  It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEEL jista' jinkiseb b'parametri tal-fwar għolja (pressjoni, temperatura).

(43)  It-titjib li jista' jinkiseb fl-effiċjenza elettrika jiddependi fuq l-unità speċifika, iżda żieda ta' aktar minn tliet punti perċentwali titqies bħala li tirrifletti l-użu tal-BAT għall-unitajiet eżistenti, skont id-disinn oriġinali tal-unità u l-modifiki diġà mwettqa.

(44)  Fil-każ tal-unitajiet li jaħarqu linjite b'valur ta' tisħin aktar baxx inqas minn 6 MJ/kg, it-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEEL huwa 41,5 %.

(45)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEEL jista' jkun sa 46 % fil-każ tal-unitajiet ta' ≥ 600 MWth li jużaw kundizzjonijiet superkritiċi jew ultra-superkritiċi tal-fwar.

(46)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEEL jista' jkun sa 44 % fil-każ tal-unitajiet ta' ≥ 600 MWth li jużaw kundizzjonijiet superkritiċi jew ultra-superkritiċi tal-fwar.

(47)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(48)  Fil-każ ta' impjanti ta' bojlers b'PC imħaddma bil-faħam li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1987, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli RKS u/jew RMKS, l-ogħla tarf tal-medda huwa 340 mg/Nm3.

(49)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(50)  It-tarf ta' isfel tal-medda jitqies bħala li jista' jinkiseb meta tintuża RKS.

(51)  L-ogħla tarf tal-medda huwa 175 mg/Nm3 għall-bojlers b'FBC li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u għall-bojlers b'PC imħaddma bil-linjite.

(52)  L-ogħla tarf tal-medda huwa 220 mg/Nm3 għall-bojlers b'FBC li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u għall-bojlers b'PC imħaddma bil-linjite.

(53)  Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda huwa 200 mg/Nm3 għall-impjanti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena u 220 mg/Nm3 għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(54)  L-ogħla tarf tal-medda jista' jkun sa 140 mg/Nm3 fil-każ tal-limitazzjonijiet minħabba d-disinn tal-bojlers u/jew fil-każ tal-bojlers b'sodod fluwidizzati mhux mgħammra b'tekniki ta' eliminazzjoni sekondarji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX.

(55)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(56)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(57)  Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, it-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL huwa 250 mg/Nm3.

(58)  It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jinkiseb bl-użu ta' karburanti b'emissjonijiet baxxi ta' kubrit flimkien mal-aktar disinji avvanzati ta' sistemi ta' eliminazzjoni niedja.

(59)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 220 mg/Nm3 fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u mħaddma < 1 500 siegħa/sena. Għal impjanti eżistenti oħrajn li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 205 mg/Nm3.

(60)  Għall-bojlers b'sodda fluwidizzata ċirkolanti, it-tarf ta' isfel tal-medda jista' jinkiseb bl-użu ta' FGD niedja b'effiċjenza għolja. L-ogħla tarf tal-medda jista' jinkiseb bl-użu ta' injezzjoni ta' sorbent fis-sodda tal-bojler.

(61)  Jista' jkun diffiċli biex jinkiseb it-tarf ta' isfel ta' dawn il-meded tal-BAT-AEL fil-każ tal-impjanti mgħammra b'FGD niedja u ħiter gass-gass downstream.

(62)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 20 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin: l-impjanti li jaħarqu karburanti fejn il-kontenut medju ta' kloru jkun 1 000 mg/kg (niexef) jew ogħla; impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena; Bojlers b'FBC. Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(63)  Fil-każ tal-impjanti mgħammra b'FGD niedja b'ħiter gass-gass downstream, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 7 mg/Nm3.

(64)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 7 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin: l-impjanti mgħammra b'FGD niedja b'ħiter gass-gass downstream; impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena; Bojlers b'FBC. Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(65)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(66)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(67)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 28 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(68)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 25 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(69)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 12 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(70)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 20 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(71)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 14 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(72)  It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinkiseb bit-tekniki speċifiċi ta' tnaqqis tal-merkurju.

(73)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(74)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).

(75)  It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jikkorrispondi għal każijiet fejn l-effiċjenza enerġetika miksuba tiġi affettwata b'mod negattiv (sa erba' punti perċentwali) mit-tip ta' sistema ta' tkessiħ użata jew mill-pożizzjoni ġeografika tal-unità.

(76)  Dawn il-livelli ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.

(77)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.

(78)  It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jkun 'l isfel sa 32 % fil-każ tal-unitajiet ta' < 150 MWth li jaħarqu karburanti tal-bijomassa b'umdità għolja.

(79)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(80)  Għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(81)  Għall-impjanti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 200 mg/Nm3.

(82)  Għall-impjanti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 250 mg/Nm3.

(83)  Għall-impjanti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 260 mg/Nm3.

(84)  Għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 310 mg/Nm3.

(85)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 160 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(86)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 200 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(87)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(88)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(89)  Għall-impjanti eżistenti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' kubrit ikun 0,1 wt-% (niexef) jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 100 mg/Nm3.

(90)  Għall-impjanti eżistenti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' kubrit ikun 0,1 wt-% (niexef) jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 215 mg/Nm3.

(91)  Għall-impjanti eżistenti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' kubrit ikun 0,1 wt-% (niexef) jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 165 mg/Nm3, jew inkella 215 mg/Nm3 jekk dawk l-impjanti jkunu bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u/jew ikunu bojlers b'FBC li jaħarqu l-pit.

(92)  Għall-impjanti li jaħarqu karburanti fejn il-kontenut medju ta' kloru jkun ≥ 0,1 wt-% (niexef), jew għall-impjanti eżistenti li jaħarqu bijomassa flimkien ma' karburant b'kontenut għoli ta' kubrit (eż. pit) jew li jużaw addittivi għall-konverżjoni tal-alkali klorur (eż. kubrit elementali), l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL għall-medja annwali għal impjanti ġodda huwa 15 mg/Nm3, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL għall-medja annwali għall-impjanti eżistenti huwa 25 mg/Nm3. Il-medja ta' kuljum tal-medda tal-BAT-AEL ma tapplikax għal dawn l-impjanti.

(93)  Il-medja ta' kuljum tal-medda tal-BAT-AEL ma tapplikax għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena. L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL għall-medja annwali għall-impjanti ġodda mħaddma < 1 500 siegħa/sena huwa 15 mg/Nm3.

(94)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(95)  Jista' jkun diffiċli biex jinkiseb it-tarf ta' isfel ta' dawn il-meded tal-BAT-AEL fil-każ tal-impjanti mgħammra b'FGD niedja u ħiter gass-gass downstream.

(96)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(97)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(98)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(99)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(100)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).

(101)  Dawn il-livelli ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.

(102)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(103)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(104)  Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli RKS u/jew RMKS, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 450 mg/Nm3.

(105)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 110 mg/Nm3 għall-impjanti ta' 100-300 MWth u l-impjanti ta' ≥ 300 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(106)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 145 mg/Nm3 għall-impjanti ta' 100-300 MWth u l-impjanti ta' ≥ 300 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(107)  Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali ta' > 100 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli RKS u/jew RMKS, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 365 mg/Nm3.

(108)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(109)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(110)  Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003 u mħaddma < 1 500 siegħa/sena, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 400 mg/Nm3.

(111)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 175 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(112)  Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli FGD niedja, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 200 mg/Nm3.

(113)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(114)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(115)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 25 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(116)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 15 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.

(117)  Kif definita fil-punt 26 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/UE.

(118)  Kif definita fil-punt 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/UE.

(119)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(120)  Il-BAT-AEELs tal-effiċjenza elettrika netta japplikaw kemm għall-unitajiet ta' CHP li d-disinn tagħhom huwa orjentat lejn il-ġenerazzjoni tal-enerġija, kif ukoll għall-unitajiet li jiġġeneraw biss enerġija.

(121)  Jista' jkun diffiċli li jinkisbu dawn il-livelli fil-każ ta' magni mgħammra b'tekniki sekondarji ta' eliminazzjoni intensivi fl-enerġija.

(122)  Jista' jkun diffiċli li jinkiseb dan il-livell fil-każ ta' magni li jużaw radjatur bħala sistema ta' tkessiħ f'postijiet ġeografiċi sħan u xotti.

(123)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għal impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena jew għal impjanti li ma jistgħux jiġu mgħammra b'tekniki sekondarji ta' eliminazzjoni.

(124)  Il-medda tal-BAT-AEL hija 1 150–1 900 mg/Nm3 għal impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena jew għal impjanti li ma jistgħux jiġu mgħammra b'tekniki sekondarji ta' eliminazzjoni.

(125)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(126)  Għall-impjanti li jinkludu unitajiet ta' < 20MWth li jaħarqu l-HFO, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL applikabbli għal dawk l-unitajiet huwa 225 mg/Nm3.

(127)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(128)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(129)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 280 mg/Nm3 jekk ma tkun tista' tiġi applikata ebda teknika ta' eliminazzjoni sekondarja. Dan jikkorrispondi għal kontenut ta' kubrit tal-karburant ta' 0,5 wt-% (niexef).

(130)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(131)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(132)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(133)  Il-BAT-AEELs tal-effiċjenza elettrika netta japplikaw kemm għall-unitajiet ta' CHP li d-disinn tagħhom huwa orjentat lejn il-ġenerazzjoni tal-enerġija, kif ukoll għall-unitajiet li jiġġeneraw biss enerġija.

(134)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(135)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(136)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(137)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).

(138)  Il-BAT-AEELs tal-utilizzazzjoni totali netta tal-karburanti ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.

(139)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.

(140)  Dawn il-BAT-AEELs japplikaw għall-unitajiet użati għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika.

(141)  Jista' jkun diffiċli biex jinkisbu dawn il-livelli fil-każ ta' magni adattati sabiex jilħqu livelli ta' NOX aktar baxxi minn 190 mg/Nm3.

(142)  Dawn il-BAT-AELs japplikaw ukoll għall-kombustjoni ta' gass naturali f'turbini mħaddma b'żewġ tipi ta' karburanti.

(143)  Fil-każ ta' turbina tal-gass mgħammra b'DLN, dawn il-BAT-AELs japplikaw biss meta l-operazzjoni ta' DLN tkun effettiva.

(144)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(145)  L-ottimizzazzjoni tal-funzjonament ta' teknika eżistenti sabiex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX tista' twassal għal livelli ta' emissjonijiet ta' CO fl-ogħla tarf tal-medda indikattiva għall-emissjonijiet ta' CO mogħtija wara din it-tabella.

(146)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għat-turbini eżistenti għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika jew għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena.

(147)  Għall-impjanti b'effiċjenza elettrika (EE) netta akbar minn 39 %, jista' jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni għall-ogħla tarf tal-medda, li jkun jikkorrispondi għal [l-ogħla tarf] × EE/39, fejn EE hija l-effiċjenza tal-enerġija elettrika netta jew l-effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta tal-impjant stabbilita fil-kundizzjonijiet tal-karga bażika tal-ISO.

(148)  L-ogħla tarf tal-medda huwa 80 mg/Nm3 fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003 u mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena.

(149)  Għall-impjanti b'effiċjenza elettrika (EE) netta akbar minn 55 %, jista' jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni għall-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL, li jkun jikkorrispondi għal [l-ogħla tarf] × EE/55, fejn EE hija l-effiċjenza tal-enerġija elettrika netta tal-impjant stabbilita fil-kundizzjonijiet tal-karga bażika tal-ISO.

(150)  Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 65 mg/Nm3.

(151)  Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 55 mg/Nm3.

(152)  Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 80 mg/Nm3.

(153)  It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL għal NOX jista' jinkiseb bil-berners DLN.

(154)  Dawn il-livelli huma indikattivi.

(155)  Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 60 mg/Nm3.

(156)  Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 65 mg/Nm3.

(157)  L-ottimizzazzjoni tal-funzjonament ta' teknika eżistenti sabiex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX tista' twassal għal livelli ta' emissjonijiet ta' CO fl-ogħla tarf tal-medda indikattiva għall-emissjonijiet ta' CO mogħtija wara din it-tabella.

(158)  Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(159)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(160)  Dawn il-BAT-AELs japplikaw biss għall-magni ta' tqabbid bl-ispark u li jużaw żewġ tipi ta' karburant. Huma ma japplikawx għall-magni li jużaw gass u diżil.

(161)  Fil-każ tal-magni għal użu f'każ ta' emerġenza mħaddma < 500 siegħa/sena li ma jistgħux japplikaw il-kunċett ta' ħruq bil-limitu jew jużaw RKS, l-ogħla tarf tal-medda indikattiva huwa 175 mg/Nm3.

(162)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(163)  Dan il-BAT-AEL huwa espress bħala C waqt tħaddim b'tagħbija sħiħa.

(164)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(165)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).

(166)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.

(167)  Il-firxa wiesgħa ta' effiċjenzi tal-enerġija fl-unitajiet CHP tiddependi ħafna fuq id-domanda lokali għall-elettriku u s-sħana.

(168)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(169)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).

(170)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.

(171)  L-impjanti li jaħarqu taħlita ta' gassijiet b'LHV ekwivalenti ta' > 20 MJ/Nm3 huma mistennija li jarmu l-emissjonijiet fl-ogħla tarf tal-meded tal-BAT-AEL.

(172)  It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinkiseb meta tintuża RKS.

(173)  Għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.

(174)  Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 160 mg/Nm3. Barra minn hekk, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinqabeż meta ma tkunx tista' tintuża RKS u meta jintuża proporzjon għoli ta' COG (eż. > 50 %) u/jew meta jinħaraq COG b'livell relattivament għoli ta' H2. F'dan il-każ, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 220 mg/Nm3.

(175)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(176)  Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 70 mg/Nm3.

(177)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.

(178)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(179)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinqabeż meta jintuża sehem għoli ta' COG (eż. > 50 %). F'dan il-każ, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 300 mg/Nm3.

(180)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.

(181)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi

(182)  Dawn il-BAT-AELs huma bbażati fuq > 70 % tal-enerġija fil-karga bażika disponibbli fil-ġurnata.

(183)  Din tinkludi turbini tal-gass li jużaw tip ta' karburant wieħed u dawk li jużaw żewġ tipi ta' karburanti.

(184)  L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 250 mg/Nm3 jekk il-berners DLN ma jkunux applikabbli.

(185)  It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinkiseb b'berners DLN.

(186)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.

(187)  Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).

(188)  Dawn il-BAT-AEELs ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.

(189)  Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.

(190)  Għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.

(191)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(192)  Għall-impjanti eżistenti ta' ≤ 500 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003 u li jużaw karburanti likwidi b'kontenut ta' nitroġenu ogħla minn 0,6 wt-%, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 380 mg/Nm3.

(193)  Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 180 mg/Nm3.

(194)  Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 210 mg/Nm3.

(195)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.

(196)  Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(197)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(198)  Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 20 mg/Nm3.

(199)  Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 7 mg/Nm3.

(200)  Għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.

(201)  Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.

(202)  Għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 25 mg/Nm3.

(203)  Għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 15 mg/Nm3.

(204)  Dawn il-BAT-AELs japplikaw biss għall-impjanti li jużaw karburanti derivati minn proċessi kimiċi li jinvolvu sustanzi klorinati.