18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/56


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1341

tas-17 ta' Lulju 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-Reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jiżdiedu 16-il persuna mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“242

Samir Dabul

(magħruf ukoll bħala Samir Daaboul)

Data tat-twelid: 4 ta' Settembru 1965

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi. Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi), entità elenkata.

18.7.2017

243.

Ali Wanus

(magħruf ukoll bħala Ali Wannous)

(Image)

Data tat-twelid: 5 ta' Frar 1964

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

244.

Yasin Ahmad Dahi

(magħruf ukoll bħala: Yasin Dahi; Yasin Dhahi)

(Image)

Data tat-twelid: 1960

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal għoli fi ħdan id-Direttorat tal-Intelligence Militari tal-Forzi Armati Sirjani. Eks-kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari 235 f'Damasku u l-Intelligence Militari f'Homs. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili.

18.7.2017

245.

Muhammad Yousef Hasouri

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Yousef Hasouri; Mohammed Yousef Hasouri)

(Image)

Titlu: Brigadier Ġeneral

Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri huwa uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Huwa għandu l-pożizzjoni ta' Kap tal-Persunal tal-Brigata tal-Forza tal-Ajru 50 u Deputat Kmandant tal-Bażi tal-Ajru ta' Shayrat. Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri jopera fis-settur tal-proliferazzjoni ta' armi kimiċi. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

18.7.2017

246.

Malik Hasan

(magħruf ukoll bħala: Malek Hassan)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tat-22 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana u fil-katina tal-kmand tat-22 Diviżjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' armi kimiċi minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tat-22 Diviżjoni, bħall-attakk fuq Talmenas li, kif irrapportat mill-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti twettaq minn ħelikopters tar-reġim ibbażati fil-mitjar ta' Hama.

18.7.2017

247.

Jayyiz Rayyan Al-Musa

(magħruf ukoll bħala: Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Gvernatur ta' Hasaka, maħtur minn Bashar al-Assad; huwa assoċjat ma' Bashar Al-Assad.

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks-Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti.

18.7.2017

248.

Mayzar 'Abdu Sawan

(magħruf ukoll bħala: Meezar Sawan)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tal-20 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal għoli tal-forza tal-ajru Sirjan huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili inkluż attakki kontra żoni ċivili minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tal-20 Diviżjoni.

18.7.2017

249.

Isam Zahr Al-Din

(magħruf ukoll bħala: Isam Zuhair al-Din; Isam Zohruddin; Issam Zahruddin; Issam Zahreddine; Essam Zahruddin)

(Image)

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Gwardja Repubblikana, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż matul l-assedju ta' Baba Amr fi Frar 2012.

18.7.2017

250.

Mohammad Safwan Katan

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Safwan Qattan)

(Image)

 

Mohammad Safwan Katan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Safwan Katan kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

251.

Mohammad Ziad Ghritawi

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Ziad Ghraywati)

(Image)

 

Mohammad Ziad Ghritawi huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Ziad Ghritawi kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

252.

Mohammad Darar Khaludi

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Darar Khloudi)

(Image)

 

Mohammad Darar Khaludi huwa inġinier fis- Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Darar Khaludi kien magħruf ukoll li kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

253.

Khaled Sawan

(Image)

 

Dr. Khaled Sawan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Huwa kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa kien assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

254.

Raymond Rizq

(magħruf ukoll bħala: Raymond Rizk)

(Image)

 

Raymond Rizq huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

255.

Fawwaz El-Atou

(magħruf ukoll bħala: Fawaz Al Atto)

(Image)

 

Fawwaz El-Atou huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Fawwaz El-Atou kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas- Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

256.

Fayez Asi

(magħruf ukoll bħala: Fayez al-Asi)

(Image)

 

Fayez Asi huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

257.

Hala Sirhan

(magħruf ukoll bħala: Halah Sirhan)

(Image)

Data tat-twelid: 5 ta' Jannar 1953

Titlu: Dr.

Dr. Hala Sirhan taħdem mal-Intelligence Militari Sirjana fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Hija operat f'Institute 3000, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi.

Hija assoċjata mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017”