22.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Awwissu 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Maasvallei Limburg (DOP))

(2017/C 278/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Belġju u n-Netherlands bagħtu applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Maasvallei Limburg” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, l-Artikolu 97(1) u l-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret matul il-proċedura preliminari nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Maasvallei Limburg” għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Maasvallei Limburg” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“MAASVALLEI LIMBURG”

PDO-BE-02172

Id-data tal-applikazzjoni: 12.5.2016

1.   Isem/ismijiet li se jiġi/jiġu reġistrat(i)

Maasvallei Limburg

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni tal-oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Acolon

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: aħmar skur.

Ir-riħa: aromi ta’ frott aħmar u iswed, bħalma huma l-lampun, it-tut tal-għollieq, il-mirtill u l-pruna.

It-togħma: togħma sħiħa ta’ frott. Il-tannini rotob jiżguraw li l-inbid jimmatura malajr fil-flixkun. L-inbejjed tal-Maasvallei Limburg jikkonservaw ukoll l-aċidità tagħhom filwaqt li joħolqu bilanċ armonjuż bejn it-tannini, il-frott u l-fond.

It-togħma finali: il-frott jiddomina t-togħma ta’ wara.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Auxerrois

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: ħafif (isfar tal-lumi) u ċar.

Ir-riħa: ta’ aromi tat-tuffieħ isfar misjur, xi kultant tal-lanġas aħdar.

It-togħma: xott, b’aċidità fina, ratba. L-inbejjed b’togħma tal-frott, b’aromi tat-tuffieħ u tal-lanġas.

It-togħma finali: It-togħma finali tal-Auxerrois hi intensa u twila f’ħafna mis-snin, parzjalment minħabba t-tisħin globali, li affettwa bil-kbir l-mikroklima tal-Maasvallei Limburg.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Chardonnay

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: ċar, bejn isfar lewn it-tiben u kulur dehbi medju (l-effett tal-injam)

Ir-riħa: frisk ħafna, b’aromi tal-frott tal-lumi, xi kultant tal-bettiegħ abjad, tal-berquq, tal-butir, tax-xiwi u tal-vanilla, kif ukoll ta’ aromi kumplessi (bil-batonnage).

It-togħma: xotta. It-togħma fil-ħalq tvarja minn astrinġenti għal sensazzjoni żejtnija fil-palat L-inbejjed huma ta’ togħma tal-frott u eleganti, imma jistgħu joħolqu benna wiesgħa, intensa u għammiela meta jiġu mmaturati fl-injam. Fix-Chardonnay, iż-żrar tal-Maasvallei Limburg jipproduċi mineralità partikolari. Fl-inbejjed, l-aċidi partikolarment raffinati joħorġu fid-dieher it-terroir.

It-togħma finali: is-sottoswol taż-żrar hu l-bażi tal-intensità minerali dejjiema.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Dornfelder

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: intensiv, aħmar skur.

Ir-riħa: Dornfelder għandu aromi intensi tal-frott: ta’ ċirasa tal-amarena, ta’ tut tal-għollieq u ta’ tut tas-sebuqa.

It-togħma: togħma predominanti qawwija ta’ frott. Il-Maasvallei Limburg huwa kkaratterizzat minn aċidi pjuttost diskreti u minn tannini ħfief ħafna, misjura.

It-togħma finali: eki tal-ispettru sħiħ tal-aroma tar-riħa, ta’ spiss b’xi għud is-sus.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Gewürztraminer

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: L-inbid għandu dehra ta’ isfar intens, b’riflessjonijiet dehbin ħfief.

Ir-riħa: Ix-xamma tkopri firxa wiesgħa ta’ aromi. Għandu riħa qawwija, kumplessa, b’noti artikolati ta’ frott, fjuri, ċitru u ħwawar eżotiċi. L-aromi tal-għasel u l-frott misjur jinħassu wkoll ta’ spiss.

It-togħma: L-inbid għandu korp konsiderevoli u hu strutturat tajjeb b’aċidi diskreti karatteristiċi tas-sottoswol tal-Maasvallei Limburg.

It-togħma finali: eki tal-ispettru sħiħ tal-aroma tar-riħa, ta’ spiss b’xi għud is-sus.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Pinot Blanc

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: ċar, kulur isfar.

Ir-riħa: b’togħma ta’ frott, b’noti ta’ lanġas misjur u ħjiel ta’ ħwara.

It-togħma: il-mineralità mis-sottoswol taż-żrar tal-Maasvallei Limburg, xi ftit frizzanti.

It-togħma finali: Twila fid-duratura b’għeluq komplet tal-benniet, b’bilanċ ta’ aċidi u togħmiet tal-frott ippronunzjati ħafna, tipikament tal-Maasvallei Limburg.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Pinot Gris

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: isfar ċar b’faxxa sabiħa ta’ bżieżaq żgħar.

Ir-riħa: pura bi fwejjaħ intensi tal-lanġas isfar, l-għasel (xi kultant lewż) u espressjoni miftuħa ta’ ħwawar, bżar u frak taż-żrar taż-żnieda b’daqsxejn ta’ riħa ta’ xiwi.

It-togħma u t-togħma finali: bilanċ perfett bejn l-aċidi sottili, tipiċi tal-Maasvallei Limburg, u ħjiel ta’ għasel, segwit mit-togħma twila finali.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Pinot Noir

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: abjad, rosé, u aħmar li jvarja bejn lewn ir-rubini u r-rummien.

Ir-riħa: l-inbejjed huma intensi u b’togħma ta’ frott, b’aromi delikati ta’ frott irqiq aħmar, lampun, ċirasa sewda u tut.

It-togħma: Artab qisu bellus, tannini misjura, ibbilanċjat sew bi struttura kbira u l-espressjoni tipika tat-territorju tal-Maasvallei Limburg. Fil-flixkun, jista’ jimmatura sa 10 snin.

It-togħma finali: intensa ħafna, b’togħma twila finali.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Riesling

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: isfar kulur il-lumi u ċar fid-dehra.

Ir-riħa: friska ħafna bi fwieħa intensa ta’ frotta tal-ħaġar abjad (ħawħ) u tuffieħ, xi kultant lanġas aħdar u ħjiel taċ-ċitru.

It-togħma: Iż-żrar tal-Maasvallei Limburg jagħti l-inbid togħma ta’ xiwi bi ħjiel ta’ ħwara. Meta jimmatura, l-aroma karatteristika partikolari taż-żejt mhux maħdum u l-għasel tippredomina.

It-togħma finali: intensa, b’togħma twila finali.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Siegerrebe

Il-kategorija tal-inbid hija kkaratterizzata mill-varjetali, deskritti kif ġej:

Il-kulur: isfar ċar.

Ir-riħa: Inbid verament aromatiku minħabba l-kwalitajiet tipiċi tal-għenbiet orġinali tiegħu Madeleine Angevine u Gewürztraminer, li jidhru b’mod aktar espliċitu fil-Maasvallei Limburg b’karattru mħawwar u b’acidità li l-esperjenza turi li mhumiex prominenti daqshekk f’reġjuni oħra tal-inbid.

It-togħma: kumbinazzjoni tajba ta’ aċidi u aromi.

It-togħma finali: togħma intensa fil-ħalq.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Karatteristiċi proprji oħrajn

Għall-għeneb frisk, għall-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew l-inbid bikri li għadu qed jiffermenta, il-kontenut tal-alkoħol naturali skont il-volum jista’ jiżdied, fl-impriża tal-produttur biss, billi jiżdied is-sukrożju, il-most tal-għeneb ikkonċentrat jew l-most ikkonċentrat u msaffi. Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum jista’ jiżdied b’volum massimu ta’ 2,5 %.

Tkun tista’ sseħħ id-deaċidifikazzjoni parzjali tal-most u tal-inbid bikri li għadu qed jiffermenta.

Wara l-15 ta’ Marzu, id-deaċidifikazzjoni parzjali tal-inbid tkun tista’ tista’ ssir sa 1 g/l, bħala aċidu tartariku, jiġifieri 13,3 meq/l.

Jekk waħda mill-karatteristiċi ma tiġix ddefinita, il-valuri minimi u massimi applikabbli jkunu dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009, jew ir-regolamenti ministerjali nazzjonali, jekk japplikaw.

L-assemblaġġ hu possibbli, iżda din hi xi ħaġa eċċezzjonali.

5.   Prassi tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prassi enoloġiċi essenzjali

Prassi enoloġika speċifika

Il-fermantazzjoni b’temperatura kkontrollata permezz ta’ sistema tat-tkessiħ u tat-tisħin f’tankijiet tal-azzar inossidabbli u/jew fi btieti tal-ballut.

b.   Produzzjoni massima

Acolon, Auxerrois B, Chardonnay B, Gewürztraminer B, Pinot Blanc B, Pinot Gris G, Riesling B u Siegerrebe Rs.

75 ettolitru għal kull ettaru

Acolon, Auxerrois B, Chardonnay B, Gewürztraminer B, Pinot Blanc B, Pinot Gris B, Riesling B u Siegerrebe Rs.

10 750 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Dornfelder N

90 ettolitru għal kull ettaru

Dornfelder N

12 850 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Pinot Noir N

60 ettolitru għal kull ettaru

Pinot Noir N

8 600 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Iż-żona definita għall-produzzjoni tal-inbid mill-Maasvallei Limburg hija żona ta’ vitikultura A, li tinsab tul l-art imtarrġa li hemm bejn iż-żewġ naħat tal-Maas fir-reġjun Belġjan u f’dak Olandiż ta’ Limburg, marbutin ma’ xulxin b’rabta storika u ġeografika.

Il-muniċipalitajiet, l-ibliet fuq in-naħa tal-Belġju: Kinrooi, Maaseik, Dilsen-Stokkem, Maasmechelen u Lanaken.

Fuq in-naħa Olandiża: Stein, Sittard-Geleen, Echt-Susteren, Maasgouw, Roermond, Maasgouw u Leudal.

Il-wiċċ taż-żona definita hija 155,09 km2.

7.   Id-dwieli ewlenin tal-inbid

 

Auxerrois B

 

Acolon

 

Gewürztraminer B

 

Dornfelder N

 

Chardonnay B

 

Siegerrebe Rs

 

Riesling B

 

Pinot Noir N

 

Pinot Gris G

 

Pinot Blanc B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Post

Iż-żona tal-Maasvallei Limburg qiegħda fil-pjanura alluvjali taċ-ċagħaq żgħir tal-Maas (il-parti li l-aktar tifforma l-fruntiera fiżika bejn in-Netherlands u l-Belġju). Is-sottoswol hu magħmul minn saff oħxon ta’ ċagħaq żgħir, li s-sedimentazzjoni ċaqalqet minn Jura u l-Ardennes. Il-wiċċ taċ-ċagħaq żgħir hu ta’ ħxuna bejn 5 u 15-il metru. Saff oħxon ta’ trab ġulġlieni straħ fuq iċ-ċagħaq żgħir li biddel il-Maasvallei f’reġjun li attira l-biedja. Storikament u ekonomikament, ir-reġjun żviluppa b’mod rapidu meta l-Maas kienet għadha navigabbli. Bis-saħħa t’hekk tfaċċaw iċ-ċentri kummerċjali bħal Roermond, Stokkem u Maaseik.

Il-varjetajiet rilevanti tal-għeneb ġewwa ż-żona ġeografika definita

Il-varjetajiet tal-għeneb li jirnexxu tajjeb fi klima moderata huma preżenti wkoll fil-Maasvallei Limburg: Acolon, Auxerrois B, Chardonnay B, Dornfelder N, Gewürztraminer B, Pinot Blanc B, Pinot Gris G, Pinot Noir N, Riesling B u Siegerrebe Rs. In-natura reġjonali tas-sottoswol karatteristiku tat-trab ġulġlieni u ċ-ċagħaq żgħir, kif spjegat fid-dettall fit-taqsima t’hawn taħt li tiddeskrivi ir-rabta każwali kif ukoll il-karatteristiċi tat-togħma tal-inbejjed varjetali.

Rabta kawżali: Storika

L-għeneb għall-inbid kien ikkultivat fl-abbaziji tul il-Maas fil-Medju Evu bikri. It-testi storiċi jirreferu għal produzzjoni modesta tal-inbid bejn il-ħitan tal-abbazija. Għadd ta’ ismijiet tal-post jirreferu wkoll għall-għelieqi tad-dwieli (inkluża [id-dielja] “‘Wingerd”) li jindikaw storja ta’ vitikultura fiż-żona. L-inbid kien wieħed mir-raġunijiet għala l-kunvent tas-sorijiet nobbli tal-Benedittini f’Thorn akkwista status l-ewwel bħala allod u fl-aħħar bħala abbazija-prinċipat. Għadd ta’ ismijiet tal-post, bħal “wingerd”, “wingerdenplein” u oħrajn jindikaw storja rikka ta’ vitikultura. Il-leġġenda tas-seklu tmienja tal-“miraklu tal-inbid” f’Aldeneik hi ta’ min jinnotaha.

Dawn ir-referenzi tal-preżenza tal-inbid jistgħu jinstabu fil-Maasvallei kollu.

Rabta kawżali: ġeoloġija/ħamrija

Iċ-ċagħaq iż-żgħir mill-Maas jikkonsistu l-aktar minn ġebla tal-ġir, kwarz u żnied. It-taħlita tat-tipi ta’ ġebel tagħmilha rikka ħafna fil-minerali, li tinbidel fi nbejjed ibbilanċjati b’togħma tipikament minerali u aċidi sottili.

Il-ħamrija tat-trab ġulġlieni ramli fuq saff taċ-ċagħaq żgħir jagħti aktar qawwa, fond u rikkezza u varjetà usa’ ta’ benniet. Is-sottoterran taż-żrar u l-ġebel joħloq l-effett frizzanti u fuq l-inbejjed qawwija kollha, b’togħma tipikament minerali. L-għeruq tad-dielja dejjem jestendu qalb is-saff taċ-ċagħaq żgħir u jibqgħu sejrin tal-livell wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art, fejn jinsabu ħafna mill-minerali li jagħtu lill-inbejjed il-benniet tipiċi tagħhom.

Rabta kawżali: Il-klima

Maturazzjoni bil-mod f’mikroklima karatteristika tal-Maasvallei Limburg tgħin lit-togħma tiżviluppa, kif deskritt hawn taħt. L-aċidi jinqasmu gradwalment fl-iljieli friski tal-ħarifa li jfisser li l-għeneb jista’ jsir bil-mod u l-aromi tipiċi tar-reġjun jissaħħu. Il-Kempisch Plateau jipproteġi l-Maasvallei minn wara minn xita żejda filwaqt li joffri ambjent kenni, jiġifieri aktar sħun u aktar xott. L-ilma mil-lagi maħluq mill-estrazzjoni taċ-ċagħaq iż-żgħir jgħin biex tiġi regolarizzata t-temperatura u tiġi żgurata ventilazzjoni eċċellenti. B’riżultat ta’ dan, il-ħajt tal-weraq jinxef malajr, u jippermetti l-għeneb jikseb bilanċ ġust ta’ zokkor, aċidi u aromi.

Rabta kawżali: fatturi umani

Kif intqal diġà, il-vintikultura ilha sseħħ fil-Maasvallei Limburg għal sekli. Sa min-nofs is-seklu l-ieħor, iż-żona kompliet tiġi ffurmata bl-attività tal-bniedem, jiġifieri l-estrazzjoni taż-żrar u l-kostruzzjoni tal-lagi artifiċjali tal-Maasplassen. Din tiddistingwi l-inbejjed ta’ dan il-DOP mill-IĠP u ismijiet oħra. Dan jiġri minħabba l-ilqugħ mis-sħana maħluq mill-wiċċ kbir tal-ilma tax-xmara Maas u l-lagi artifiċjali ta’ Maasplassen, li jfisser li ftit li xejn hemm ċans ta’ ġlata tar-rebbiegħa imma anki l-garanzija ta’ temperaturi ogħla fil-ħarifa li huma ta’ importanza kruċjali għall-maturazzjoni kwalitattiva kkontrollata tal-għeneb. Dan jiggarantixxi kontinwità fit-togħma tal-inbid u jippermetti li jinkisbu parametri distinti tal-inbid f’dak li hu l-valur pH, l-aċidità u z-zokkor.

Dawn il-karatteristiċi naturali, amplifikati mill-attività umana, huma uniċi fl-Ewropa, u għalhekk huma essenzjali għad-definizzjoni dejqa taż-żona.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

M’hemm xejn x’jiġi nnotifikat

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.rvo.nl/sites/default/files/Productdossier%20BOB%20Maasvallei.pdf

http://lv.vlaanderen.be/nl/landbouwbeleid/kwaliteitssystemen/beschermde-oorsprongsbenamingen-bob-en-beschermde-geografische