15.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Lulju 2017

dwar il-membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/613/KE

(2017/C 230/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE tas-6 ta’ Awwissu 2004 (1) marbut mal-kreazzjoni ta’ grupp konsultattiv tal-katina alimentari u tas-saħħa tal-annimali u veġetali, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Ġie stabbilit grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti bid-Deċiżjoni 2004/613/KE b’effett mill-25 ta’ Awwissu 2004. Dan il-grupp huwa kkonsultat mill-Kummissjoni fuq il-programm ta’ ħidma tiegħu dwar is-sigurtà tal-ikel u l-għalf, it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-ikel u l-għalf, in-nutrizzjoni tal-bniedem fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti u wkoll dwar kwalunkwe miżuri li l-Kummissjoni trid tieħu jew tipproponi f’dawn l-oqsma.

(2)

Skont l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2004/613/KE, il-Kummissjoni għandha tagħżel l-għaqdiet Ewropej rappreżentattivi li jissodisfaw bl-aktar mod effettiv il-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Deċiżjoni u li rreaġixxew għas-sejħa għal applikazzjonijiet.

(3)

Oriġinarjament, il-Kummissjoni għażlet 36 membru tal-grupp konsultattiv. Il-lista tal-membri oriġinali ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2005 (2).

(4)

Is-sħubija tal-grupp konsultattiv ġiet estiża bid-Deċiżjoni 2011/242/UE (3).

(5)

Il-Kummissjoni issa rrevediet is-sħubija tal-grupp konsultattiv, b’mod partikolari sabiex jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti mir-regoli orizzontali riveduti għall-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni (4). Wara sejħa għal applikazzjonijiet, intgħażlu 45 membru.

(6)

Il-membri kollha tal-grupp konsultattiv għandhom status ugwali.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni taħtar, bħala membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-korpi tal-partijiet ikkonċernati elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Ħatra

Il-Membri għandhom jinħatru għal ħames snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded.

Artikolu 3

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2011/242/UE titħassar.

Artikolu 4

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni hija applikabbli mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.8.2004, p. 17.

(2)  ĠU C 97, 21.4.2005, p. 2.

(3)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 126.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301.


ANNESS

AESGP

Association of the European Self-Medication Industry

AIPCE-CEP

European Fish Processors & Traders Association

AVEC

Association de l’Aviculture, de l’Industrie et du Commerce de Volailles dans les Pays de l’Union Européenne

BEUC

Bureau Européen des Unions de Consommateurs

CEFIC

European Chemical Industry Council

CELCAA

European Liaison Committee for Agriculture and agri-food trade

CLITRAVI

Centre de liaison des industries transformatrices de viande de l’UE

COCERAL

Comité du commerce des céréales, aliments du bétail, oléagineux, huile d’olive, huiles et graisses et agrofournitures de l’UE

COGECA

European agri-cooperatives

COPA

European farmers

ECPA

European Crop Protection Association

ECSLA

European Cold Storage and Logistics Association

EFFAT

European Federation of Food, Agriculture and Tourism Trade Unions

EFPRA

European Fat Processors & Renderers Association

EHPM

European Federation of Associations of Health Product Manufacturers

ELO

European Landowners’ Organization asbl

ENA

European Nurserystock Association

EOCC

European Organic Certifiers Council

EPBA

European Professional Beekeepers Association

EU specialty food ingredients

Federation of European Specialty Food Ingredients Industries (previously known as ELC)

EUROCOMMERCE

EuroCommerce

EUROCOOP

European Community of Consumer Co-operatives

EUROGROUP FOR ANIMALS

Eurogroup for Animals

FACE

Federation of Associations for Hunting & Conservation of the EU

FEAP

Federation of European Aquaculture Producers

FEDIAF

Fédération européenne des industries des aliments pour animaux familiers

FEFAC

Fédération Européenne des Fabricants d’Aliments Composés

FEFANA

EU Association of Specialty Feed Ingredients and their Mixtures

FESASS

Fédération Européenne pour la Santé Animale et la Sécurité Sanitaire

FoEE

Friends of the Earth Europe

FoodDrinkEurope

FoodDrinkEurope

FOODSERVICE EUROPE

FoodServiceEurope

FRESHFEL

Freshfel Europe - the forum for the European fresh fruits and vegetables chain

FVE

Federation of Veterinarians of Europe

HOTREC

HOTREC, Hotels, Restaurants & Cafés in Europe

IFAH-EUROPE

International Federation for Animal Health-Europe AISBL

IFOAM EU GROUP

International Federation of Organic Agriculture Movements EU Regional Group

Independent Retail Europe

Independent Retail Europe (formerly UGAL) - Union of Groups of Independent Retailers of Europe

IPIFF

International Platform of Insects for Food & Feed Association

PAN EUROPE

Pesticide Action Network Europe

PFP

Primary Food Processors

SLOW FOOD

Slow Food (NA)

SNE

Specialised Nutrition Europe

UEAPME

Union européenne de l’Artisanat et des petites et moyennes entreprises, aisbl

UECBV

Union Européenne du Commerce du Bétail et de la Viande