14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/435

tat-28 ta' Frar 2017

fuq il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ innegozjat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bil-ħsieb li temenda, għat-tieni darba, il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (2), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (3), (“il-Ftehim ta' Cotonou”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/648/UE (4), il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba il-Ftehim ta' Cotonou (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Partijiet fit-22 ta' Ġunju 2010, fil-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE li sar f'Ouagadougou, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f'data aktar tard.

(3)

F'konformità mad-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE (5), il-Ftehim kien applikat provviżorjament mill-31 ta' Ottubru 2010.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif l-ewwel emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (6), huwa hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna(i) li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, billi tiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta' Cotonou, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li bih se tkun ser tintrabat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

J. HERRERA


(1)  ĠU C 65, 19.2.2016, p. 257.

(2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/648/UE tal-14 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħawaħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit- 23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 1).

(5)  Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tal-21 ta' Ġunju 2010 dwar miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 68).

(6)  Il-Ftehim, flimkien mad-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Att Finali, ġew ippublikati fil-ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.