2.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/176
tal-25 ta' Jannar 2017
li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù
(notifikata bid-dokument C(2017) 303)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 fih previst li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE (2) stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati mal-kisi tal-injam tal-art, li huma validi sal-31 ta' Diċembru 2016. |
(4) |
Sabiex ikunu riflessi aħjar il-firxa fis-suq tal-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù u l-livell l-aktar modern ta' dawn il-prodotti, u sabiex jittieħed kont tal-innovazzjoni li seħħet matul l-aħħar snin, huwa xieraq li l-isem u l-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti jiġu mmodifikati u li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. |
(5) |
L-għan tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE riveduti huwa li jintużaw materjali prodotti b'mod iktar sostenibbli abbażi ta' approċċ tal-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, li jillimita l-konsum tal-enerġija u l-użu ta' komposti perikolużi, il-livelli ta' residwi perikolużi, l-effett kontributorju tal-kisi tal-art għat-tniġġis tal-arja ta' ġewwa u li jiġu promossi prodotti ta' kwalità għolja li jservu għal żmien twil. Il-kriterji riveduti, flimkien mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti. |
(6) |
Kodiċi li jikkorrispondi għall-grupp ta' prodotti jifforma parti integrali tan-numri ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Sabiex il-korpi kompetenti jkunu jistgħu jassenjaw numru ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù li jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, jeħtieġ li jiġi assenjat numru tal-kodiċi lil dan il-grupp ta' prodotti. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2010/18/KE għalhekk għandha tiġi mħassra. |
(8) |
Huwa xieraq li l-produtturi tal-prodotti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-kisi tal-injam abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni 2010/18/KE, jingħataw perjodu tranżitorju, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodott tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji riveduti. Barra minn hekk il-produtturi għandhom jingħataw perjodu ta' żmien biżżejjed biex jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta' prodotti ta' “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” għandu jinkludi l-kisi tal-art ta' ġewwa, inklużi l-pavimenti tal-injam, pavimenti laminati, kisi tal-art tas-sufra u pavimenti tal-bambù li huma magħmula, għal aktar minn 80 % skont il-piż tal-prodott finali, minn materjali jew fibri tal-injam, u b'bażi ta' injam, tas-sufra, u b'bażi tas-sufra, tal-bambù, u b'bażi tal-bambù, li ma fihomx fibri sintetiċi fi kwalunkwe saff kompost.
Dan m'għandux jinkludi l-kisi tal-ħajt, il-kisi għall-użu estern, il-kisi b'funzjoni strutturali jew komposti ta' invellar.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Kisi tal-art tal-injam” tfisser assemblaġġ ta' elementi tal-injam, pannelli preassemblati jew panewijiet tal-parkè li jikkostitwixxu s-superfiċje tal-art li jitkagħbar bl-użu; |
(2) |
“kisi tal-art tas-sufra” tfisser kisi tal-art magħmula minn sufra mfarrka mħallta ma' legatura, u li wara jitħalla jibbies, jew diversi saffi tas-sufra, ta' agglomerat jew ta' folji tal-injam, li jiġu ppressati flimkien bil-kolla u li huma maħsuba biex jintużaw b'kisja; |
(3) |
“kisja” tfisser preparazzjoni ta' kisi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
(4) |
“Kisi tal-art tal-bambù” tfisser kisi tal-art magħmul mill-bambù f'biċċiet solidi jew f'agglomerati mħallta ma' legatura; |
(5) |
“pavimenti laminati” tfisser kisi tal-art riġidu b'saff tas-superfiċje li jikkonsisti minn saff irqiq wieħed jew aktar magħmul minn materjal fibruż (normalment karta), imxappap bir-reżina aminoplastika ssettjata bis-sħana (normalment melamina), ippressata jew inkollata fuq substrat, normalment komplut b'rinforz; |
(6) |
“kompost organiku semivolatili” (KOSV) tfisser il-komposti organiċi kollha li, f'kolonna kapillari miksija b'5 % fenilpolisilossan u 95 % metilpolisilossan, jgħaddu minn elużjoni b'firxa ta' retenzjoni bejn n-eżadekan (eskluż) u n-dokosan (inkluż); |
(7) |
“valur R” tfisser is-somma tal-valuri Ri kollha fejn il-valur Ri huwa l-proporzjon Ci/LCIi, fejn Ci huwa l-konċentrazzjoni bil-massa fil-kompartiment tal-kompost i, u LCIi huwa il-valur LCI (il-konċentrazzjoni l-aktar baxxa ta' interess) tal-kompost i definit skont il-European Collaborative Action on Urban Air, Indoor Environment and Human Exposure Reports (4); |
(8) |
“sustanza” tfisser sustanza skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(9) |
“taħlita” tfisser taħlita skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
(10) |
“prodott bijoċidali” tfisser prodott bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
(11) |
“preservattiv” tfisser kwalunkwe prodott tat-tip ta' prodott 8 (preservattivi tal-injam) kif speċifikat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, inklużi prodotti użati għall-preservazzjoni tas-sufra jew tal-bambù; |
(12) |
“sustanza attiva” tfisser sustanza attiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012; |
(13) |
“materjal riċiklat” tfisser materjal li jkun ġie riproċessat minn materjal irkuprat jew riċiklat permezz ta' proċess ta' manifattura u li jiġi magħmul f'prodott finali jew f'komponent biex jiġi inkorporat fi prodott, eskluż l-iskart tal-injam, laqx u fibri minn operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar u tas-serrar, kif definit f'ISO 14021; |
(14) |
“materjal b'bażi tal-injam” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tal-injam, minn laqx tal-injam jew l-injam minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura. Materjali b'bażi tal-injam jinkludu: ħardbord, fajberbord, fajberbord b'densità medja u għolja, ċippbord, pannell b'filamenti orjentati (oriented strand board/OSB), plajwudd, u panewijiet tal-injam solidu. Il-materjal jista' jkun miksi b'finitura waqt il-produzzjoni tal-manifattura tal-kisi tal-art; |
(15) |
“materjal b'bażi tas-sufra” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tas-sufra, minn laqx tas-sufra jew is-sufra minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura; |
(16) |
“materjal b'bażi tal-bambù” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tal-bambù, minn laqx tal-bambù jew il-bambù minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura; |
(17) |
“fibri sintetiċi” tfisser il-fibri polimeri kollha; |
(18) |
“enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
(19) |
“garanzija tal-oriġini” tfisser garanzija tal-oriġini skont it-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2009/28/KE. |
Artikolu 3
Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jaqa' fi ħdan il-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE kif ukoll mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” għandu jkun “035”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2010/18/KE hija mħassra.
Artikolu 7
B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “kisi tal-art tal-injam” li jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn qabel id-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu sottomessi skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.
Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).
(3) Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).
(4) http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC83683/eca%20report%2029_final.pdf
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
ANNESS
QAFAS
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù:
Kriterju 1. |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Kriterju 2. |
Materjali b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù |
Kriterju 3. |
Rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi |
Kriterju 4. |
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-sustanzi |
Kriterju 5. |
Konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni |
Kriterju 6. |
Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-kisi tal-art |
Kriterju 7. |
Emissjonijiet ta' formaldeid mill-kisi tal-art u mill-coreboard |
Kriterju 8. |
Adegwatezza għall-użu |
Kriterju 9. |
Reparabbiltà u garanzija estiża |
Kriterju 10. |
Informazzjoni għall-konsumaturi |
Kriterju 11. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE |
Appendiċi I. |
Gwida dwar il-kalkolu tal-kwantità ta' kompost organiku volatili applikat |
Appendiċi II. |
Gwida dwar il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni |
Appendiċi III. |
Lista ta' standards |
VALUTAZZJONI U VERIFIKA
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju.
Fejn l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-test, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur(i) tiegħu, eċċ., kif jixraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu b'mod preferenzjali l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jinħarġu minn korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditazzjoni għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew żjajar fil-post.
Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa ir-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ikun intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.
Jekk il-fornitur jippreferi ma jiżvelax is-sustanzi li jissostitwixxu taħlita lill-applikant, dik l-informazzjoni tista' tintbagħat direttament lill-korp kompetenti mill-fornitur.
Kriterju 1. Deskrizzjoni tal-prodott
Il-korp kompetenti għandu jipprovdi deskrizzjoni teknika tal-kisi tal-art li turi l-partijiet jew il-materjali li jiffurmaw il-prodott finali tal-kisi tal-art, id-dimensjonijiet tiegħu u deskrizzjoni tal-proċess ta' manifattura. Dik id-deskrizzjoni għandha tiġi akkumpanjata mil-lista ta' materjali għall-prodott li tiddikjara l-piż totali tal-prodott u kif dan jinqasam bejn il-materjali differenti użati.
Għandu jkun hemm konformità mal-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti kif definit fl-Artikolu 1.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità, sostnuta mill-informazzjoni li ġejja dwar il-kisi tal-art:
— |
marka/isem kummerċjali (2); |
— |
deskrizzjoni tal-prodott, inklużi disinji tekniċi li juru l-partijiet jew il-materjali użati fil-prodott finali; |
— |
il-lista ta' materjali: il-perċentwal tal-kompożizzjoni tal-materja prima, is-sustanzi jew it-taħlitiet fil-prodott finali bil-massa, inkluż kwalunkwe addittiv u trattament tas-superfiċe, meta rilevanti; |
— |
lista tal-partijiet komponenti kollha (3) tal-prodott u l-piż rispettiv; |
— |
deskrizzjoni tal-proċess ta' manifattura. Il-fornituri tal-materja prima jew tas-sustanzi għandhom ikunu deskritti bl-isem legali, bis-sit tal-produzzjoni, bid-dettalji tal-kuntatt u b'deskrizzjoni tal-istadju(i) tal-produzzjoni li huma wettqu jew li jiffurmaw parti minnhom. |
L-iskeda ta' dejta tal-prodotti, id-dikjarazzjoni ambjentali dwar il-prodotti jew dokument ekwivalenti jistgħu jiġu aċċettati bħala evidenza ta' konformità ma' dan il-kriterju sakemm ikun jinkludi l-informazzjoni elenkata.
Kriterju 2. Materjali b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù
Dan ir-rekwiżit japplika għall-materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù li jiżnu aktar minn 1 % tal-prodott lest.
Il-materjali kollha tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù m'għandhomx joriġinaw minn organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) u għandhom ikunu koperti minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Forest Stewardship Council (FSC), il-Programme for the Endorsement of Forest Certification (PEFC) jew minn skema ekwivalenti.
L-injam, is-sufra, u l-bambù verġni kollha għandhom ikunu koperti minn ċertifikati validi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew minn skema ekwivalenti.
Meta skema ta' ċertifikazzjoni tippermetti t-taħlit ta' materjal mhux iċċertifikat ma' materjal iċċertifikat u/jew riċiklat fi prodott jew f'linja ta' produzzjoni, minimu ta' 70 % tal-materjal tal-injam, tas-sufra u/jew tal-bambù, għandu jkun materjal sostenibbli iċċertifikat bħala verġni u/jew materjal riċiklat.
Materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb b'mod legali u li jissodisfa kull rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn ċertifikat validu maħruġ minn katina tal-kustodja indipendenti tal-manifattur għall-materjali kollha tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù użati fil-prodott jew fil-linja ta' produzzjoni u għandu juri li l-ebda materjal mhu ġej minn OMĠ. L-applikant għandu jipprovdi dokumenti ta' kontabbiltà awditjati li juru li mill-inqas 70 % tal-materjali oriġinaw minn foresti jew żoni ġestiti skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew minn sorsi riċiklati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mill-katina indipendenti rileavnti tal-iskema ta' kustodja. Il-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom ikunu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti ta' parti terza.
Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.
Kriterju 3. Rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi
Il-preżenza fil-prodott u fi kwalunkwe parti/materjal komponenti tiegħu, ta' sustanzi li huma identifikati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-perikli elenkati fit-Tabella 3.1 ta' din id-Deċiżjoni, għandhom ikunu ristretti skont il-kriterji 3.a u 3.b. Għall-fini ta' dan il-kriterju, il-Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs) u l-klassifikazzjonijiet ta' perikli CLP huma miġbura fit-Tabella 3.1 skont il-karatteristiċi perikolużi tagħhom.
Tabella 3.1
Raggruppament tal-perikli ristretti
Perikli tal-Grupp 1 — SVHCs u CLP
Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 1:
— |
sustanzi li jidhru fil-Lista ta' Kandidati għall-SVHCs |
— |
karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) tal-kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df |
Perikli tal-Grupp 2 — CLP
Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 2:
— |
il-kategorija CMR 2: H341, H351, H361f, H361d, H361df, H362 |
— |
tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410 |
— |
tossiċità akuta tal-kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330, H304 |
— |
tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304 |
— |
tossiċità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372 |
— |
sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1: H317 |
Perikli tal-Grupp 3 — CLP
Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 3:
— |
tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413 |
— |
tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070 |
— |
STOT tal-kategorija 2: H371, H373 |
3.a. Restrizzjoni ta' SVHCs
Il-prodott u kwalunkwe parti komponenti tiegħu, m'għandux ikun fih SVHCs, f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż skont il-piż).
M'għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit lil-Lista ta' SVHCs Kandidati li jinsabu fil-prodott jew fi kwalunkwe parti komponenti tiegħu f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż skont il-piż).
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jiġbor id-dikjarazzjonijiet dwar assenza ta' SVHCs ogħla mil-limitu speċifikat ta' konċentrazzjoni għall-prodott u għal kwalunkwe parti komponenti użat fil-prodott. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati ippubblikata mill-ECHA (5).
3.b. Restrizzjoni ta' sustanzi u taħlitiet klassifikati skont is-CLP użati fil-kisi tal-art
Sustanzi jew taħlitiet użati mill-manifattur tal-kisi tal-art jew mill-fornituri tiegħu matul it-tħejjija tal-materja prima, il-manifattura, l-assemblaġġ jew kwalunkwe trattament ieħor tal-kisi tal-art li m'għandux jiġi kklassifikat ma' kwalunkwe mill-perikli tas-CLP elenkati fit-Tabella 3.1. Sustanzi jew taħlitiet ristretti għandhom jinkludu adeżivi, żebgħa, primers, verniċ, ilwin, reżini, prodotti bijoċidali, materjal għall-mili, xemgħa, żjut, mili tal-ġonot, koloranti u siġillanti.
Madankollu, l-użu ta' dawn is-sustanzi ristretti għandu jkun permess jekk tkun tapplika tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
— |
is-sustanza jew it-taħlita ristretta kienet użata fi kwantitajiet li jammontaw għal anqas minn 0,10 % tal-piż totali tal-kisi tal-art u ta' kwalunkwe parti komponenti tiegħu; |
— |
is-sustanza ristretta tibdel il-proprjetajiet tagħha meta tiġi pproċessata (eż. ma tibqax bijodisponibbli jew tgħaddi minn reazzjoni kimika) u għalhekk il-perikli ristretti tas-CLP ma jibqgħux japplikax u kwalunkwe kontenut residwu li ma rreaġixxix, tas-sustanza kimika huwa inqas minn 0,10 % tal-piż totali tal-kisi tal-art u kwalunkwe parti komponenti tiegħu. |
Valutazzjoni u verifika
L-applikant u/jew il-fornituri tiegħu għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 3.b u jekk ikun xieraq, sostnuta minn lista ta' sustanzi jew taħlitiet rilevanti użati flimkien ma' dikjarazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni jew in-nonklassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, il-kwantitajiet miżjuda tagħhom u jekk xieraq, dikjarazzjonijiet jekk is-sustanzi jew taħlitiet jibdlux l-proprjetajiet tagħhom mal-ipproċessar b'tali mod li l-perikli ristretti tas-CLP ma jibqgħux japplikaw. F'dak il-każ, il-kwantitajiet tal-kontenut residwu mingħajr reazzjoni tas-sustanza ristretta għandha tiġi pprovduta.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta b'rabta mal-klassifikazzjoni jew in-nonklassifikazzjoni tal-periklu għal kull sustanza:
(i) |
in-numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) tas-sustanza (6), tal-Komunità Ewropea (KE) (7) jew numru ieħor tal-lista (fejn disponibbli għat-taħlitiet); |
(ii) |
il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża s-sustanza jew it-taħlita; |
(iii) |
il-klassifikazzjonijiet armonizzati tal-periklu tas-CLP; |
(iv) |
entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi ta' dejta tas-sustanzi reġistrati tar-REACH ta' ECHA (8) (jekk ma tkunx disponibbli klassifikazzjoni armonizzata); |
(v) |
klassifikazzjonijiet ta' taħlitiet skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
Meta jkunu qegħdin jitqiesu entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi ta' dejta dwar sustanzi reġistrati ta' REACH, għandha tingħata prijorità lil entrati minn sottomissjonijiet konġunti.
Meta klassifikazzjoni tkun reġistrata bħala “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva” skont il-bażi ta' dejta dwar is-sustanzi reġistrati ta' REACH, jew meta s-sustanza tkun għadha ma ġietx irreġistrata fis-sistema REACH, għandha tiġi pprovduta d-dejta tossikoloġika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b'tali mod li tkun biżżejjed biex issostni l-awtoklassifikazzjoni konklużiva skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-gwida ta' sostenn tal-ECHA. Fil-każ ta' entrati fil-bażi ta' dejta “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva”, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati.: Għal dak il-għan, is-sorsi ta' informazzjoni li ġejjin għandhom ikunu aċċettati:
(i) |
l-istudji tossikoloġiċi u l-valutazzjonijiet tal-perikli mill-aġenziji regolatorji kollaborattivi tal-ECHA (9), mill-korpi regolatorji tal-Istati Membri jew mill-korpi intergovernattivi; |
(ii) |
Skeda ta' Dejta ta' Sigurtà (SDS) mimlija kollha skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
(iii) |
ġudizzju espert iddokumentat li jinħareġ minn tossikologu professjonali, li għandu jkun ibbażat fuq reviżjoni tad-dokumentazzjoni xjentifika u tad-dejta tal-ittestjar eżistenti, fejn meħtieġ sostnut minn riżultati ta' testijiet ġodda li jkunu saru minn laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi approvati mill-ECHA; |
(iv) |
ċertifikazzjoni, fejn xieraq, imsejsa fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat tal-valutazzjoni tal-konformità li jagħmel valutazzjonijiet tal-perikli skont is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni (GHS) jew is-sistemi tal-klassifikazzjoni ta' periklu tas-CLP. |
Skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi perikolużi tas-sustanzi tista' tinkiseb b'mezzi differenti mit-testijiet, pereżempju bl-użu ta' metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bl-użu tar-ragruppar jew tar-read-across.
Kriterju 4. Rekwiżiti speċifiċi dwar is-sustanzi
4. a. Kontaminanti fl-injam, fis-sufra u fil-bambù riċiklati
Il-fibri riċiklati kollha jew il-laqx tal-injam użati fil-manifattura tal-prodott finali tal-kisi tal-art għandhom jiġu ttestjati skont l-istandard tal-European Panel Federation (EPF) għall-kundizzjonijiet dwar il-konsenja ta' injam riċiklat (10) jew ma' standard ekwivalenti ieħor li għandu limiti ugwali jew aktar stretti, u għandhom jikkonformaw mal-limiti għal kontaminanti kif elenkat fit-Tabella 4.1.
Tabella 4.1.
Limiti għall-kontaminanti fl-injam, fis-sufra, fil-bambù riċiklati u fil-fibri jew fil-laqx tagħhom (mg/kg ta' materjal riċiklat niexef)
Kontaminanti |
Valuri ta' limitu |
Kontaminanti |
Valuri ta' limitu |
Arseniku (As) |
25 |
Merkurju (Hg) |
25 |
Kadmju (Cd) |
50 |
Fluworu (F) |
100 |
Kromju (Cr) |
25 |
Kloru (Cl) |
1 000 |
Ram (Cu) |
40 |
Pentaklorofenol (PCP) |
5 |
Ċomb (Pb) |
90 |
Żjut tal-qatran (benżo(a)piren) |
0,5 |
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni lill-korp kompetenti li jkun fiha:
— |
dikjarazzjoni mingħand il-manifattur jew mingħand il-fornitur tal-panewijiet, kif xieraq, li l-ebda injam, sufra, bambù riċiklat jew il-fibra jew il-laqx tagħhom ma ntuża fil-kisi tal-art, jew |
— |
dikjarazzjoni mingħand il-manifattur jew il-fornitur tal-panewijiet, kif xieraq, li kull injam, sufra, bambù riċiklat jew il-fibri jew il-laqx użati tagħhom ġew ittestjati b'mod rappreżentattiv skont l-istandard EPF għall-kundizzjonijiet tal-konsenja ta' injam riċiklat jew skont standard ekwivalenti ieħor li għandu limiti ugwali jew aktar stretti, sostnuti minn rapporti tat-testijiet li juru li l-kampjuni riċiklati jikkonformaw mal-limiti speċifikati fit-Tabella 4.1. |
4.b. Prodotti bijoċidali
It-trattament tal-injam, tas-sufra u/jew tal-bambù tal-kisi tal-art bi prodotti bijoċidali m'għandux ikun permess.
Is-sustanzi attivi li ġejjin m'għandhomx ikunu permessi għall-preservazzjoni fil-bott tat-taħlitiet b'bażi ta' ilma bħal adeżivi jew verniċ:
— |
taħlita (3:1) ta' klorometilisotijażolinon u metilisotijażolinon (CMIT/MIT CAS No 55965-84-9) f'konċentrazzjoni ogħla minn 15 ppm; |
— |
metilisotijażolinon b'konċentrazzjoni ogħla minn 200 ppm; |
— |
isotijażolini oħra b'konċentrazzjoni ogħla minn 500 ppm. |
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni li ma ntużawx prodotti bijoċidali jew, jekk applikabbli, b'dikjarazzjoni sostnuta bi skeda ta' dejta ta' sigurtà (SDS) mill-fornituri tat-taħlitiet ibbażati fuq l-ilma li tiddikjara liema sustanzi attivi ġew użati bħala preżervattivi fil-bott għat-taħlitiet ibbażati fuq l-ilma.
4.c. Metalli tqal fiż-żebgħat, fil-primers u fil-verniċi
Kull żebgħa, primer, jew verniċ li jintuża fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù jew b'bażi tal-bambù m'għandux ikun fihom sustanzi bbażati fuq il-metalli li ġejjin: kadmju, ċomb, kromju VI, merkurju, arseniku jew selenju f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (piż skont il-piż) għal kull metall individwali u fil-każ ta' żebgħa fil-bott, formulazzjoni ta' primer jew verniċ.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant jew il-fornitur tiegħu, kif xieraq, għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u jipprovdu l-SDS rispettivi mill-fornituri taż-żebgħa, primers u verniċ użati.
4. d. Kontenut tal-kompost organiku volatili fit-trattament tas-superfiċe
Prodotti tat-trattament tas-superfiċe użati fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù jew b'bażi tal-bambù għandu jkollhom wieħed minn dawn li ġejjin:
— |
kontenut totali tal-kompost organiku volatili ta' inqas minn jew ugwali għal 5 % tal-piż skont il-piż (il-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-bott); |
— |
kontenut totali tal-kompost organiku volatili akbar minn 5 % tal-piż skont il-piż sakemm dawn jidhru li jiġu applikati fi kwantitajiet li jammontaw għal anqas minn 10 g/m2 ta' erja tas-superfiċe trattat. |
Il-kriterju jirrigwarda l-kontenut totali tal-kompost organiku volatili fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe mal-kompożizzjoni kimika tagħhom fil-forma mxarrba. Jekk il-prodotti jeħtieġu dilwizzjoni qabel ma jintużaw, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwit.
Għall-fini ta' dan il-kriterju, Kompost Organiku Volatili tfisser kompost organiku volatili kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2004/42/KE.
Dan il-kriterju ma japplikax għal taħlitiet użati għat-tiswija (pereżempju għenieqed, kontrolli, daqqiet, eċċ.) waqt il-proċess tal-manifattura.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta b'SDS ta' kwalunkwe sustanza jew taħlita tat-trattament tas-superfiċe użata fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u/jew b'bażi tal-bambù. Jekk l-SDS tiddikjara li l-kontenut tal-kompost organiku volatili tas-sustanzi jew talitiet tat-trattament tas-superfiċe użati huwa inqas minn jew daqs 5 % piż skont il-piż, ma tkunx neċessarja verifika ulterjuri.
Jekk l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-kompost organiku volatili ma tiġix inkluża fl-SDS, il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jiġi kkalkulat mil-lista tas-sustanzi f'taħlita tat-trattament tas-superfiċe. Il-konċentrazzjoni ta' kull ingredjent ta' kompost organiku volatili għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż.
Alternattivament, jekk il-kontenut tal-kompost organiku volatili huwa ogħla minn 5 % tal-piż skont il-piż, l-applikant għandu jipprovdi kalkolu li juri li l-kwantità effettiva ta' kompost organiku volatili effettiv applikata għal kull m2 ta' erja tas-superfiċe trattat tal-kisi ta' art hi inqas minn 10 g/m2, skont il-gwida pprovduta fl-Appendiċi I.
4.e. Il-kontenut ta' kompost organiku volatili użat fis-sustanzi u fit-taħlitiet
Il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jkun anqas minn:
— |
3 % tal-piż skont il-piż kemm f'adeżivi kif ukoll f'reżini tal-bott użati fil-manifattura tal-kisi tal-art; |
— |
1 % tal-piż skont il-piż f'sustanzi oħra minbarra adeżivi, reżini u trattament tas-superfiċe tal-bott (il-kriterju 4.d) użati fil-manifattura tal-kisi tal-art. |
Formaldeid liberu ta' reżini likwidi amminoplastiċi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art għandu jkun inqas minn 0,2 % tal-piż skont il-piż.
Il-kriterju jirrigwarda l-kompost organiku volatili totali fis-sustanzi mal-kompożizzjoni kimika tagħhom fil-forma mxarrba. Jekk it-taħlitiet jeħtieġu dilwizzjoni mal-ilma qabel ma jintużaw, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwit.
Għall-fini ta' dan il-kriterju, KOV tfisser il-kompost organiku volatili kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2004/42/KE.
Dan il-kriterju ma japplikax għal taħlitiet użati għat-tiswija (pereżempju għenieqed, kontrolli, daqqiet, eċċ.) waqt il-proċess tal-manifattura.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta bl-SDS tar-reżin, adeżivi jew sustanzi kollha oħra tal-bott użati jew b'dokumentazzjoni ekwivalenti li ssostni d-dikjarazzjoni ta' konformità, flimkien ma' riċetta kompluta bit-tqassim tal-kwantitajiet u n-numri CAS.
Jekk l-SDS tindika li l-kontenut tal-kompost organiku volatili huwa inqas minn 3 % tal-piż skont il-piż tal-adeżiva u tar-reżina tal-bott użata jew inqas minn 1 % tal-piż skont il-piż ta' sustanzi oħra użati, l-ebda verifika ulterjuri ma għandha tkun meħtieġa.
Jekk l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-kompost organiku volatili ma tkunx inkluża fl-SDS, il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jiġi kkalkulat mil-lista ta' sustanzi. Il-konċentrazzjoni ta' kull ingredjent ta' kompost organiku volatili għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż.
L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test li juru li l-kontenut ta' formaldeid liberu fir-reżini likwidi amminoplastiċi huwa inqas minn 0,2 % tal-piż skont il-piż f'konformità mal-istandard EN 1243.
4.f. Plastifikanti
Kwalunkwe adeżiv, reżina jew sustanza jew taħlita tat-trattament tas-superfiċe ma għandux ikun fiha plastifikanti tal-ftalat li jissemmew fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-assenza ta' dawn il-ftalati għandha titqies bħala s-somma totali tal-ftalati elenkati li jammontaw għal inqas minn 0,10 % tas-sustanza jew taħlita tal-piż tal-adeżiva, tar-reżina jew tat-trattament tas-superfiċe (1 000 mg/kg).
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dokumentazzjoni li jkun fiha:
— |
dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju mingħand il-fornitur jew il-manifattur tal-kisi tal-art li ma ntużawx plastifikanti tal-ftalat, jew |
— |
dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju mill-fornitur jew mill-manifattur tal-kisi tal-art li tiddikjara li l-plastifikanti tal-ftalat intużaw u li ma ntużaw ebda ftalati li jissodisfaw il-kriterju tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fl-adeżiv, ir-reżina jew is-sustanza jew it-taħlita tat-trattament tas-superfiċe. Fl-assenza ta' dikjarazzjoni xierqa, il-materjali tas-sustanza jew tat-taħlita tal-adeżiv, tar-reżina jew tat-trattament tas-superfiċe għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta' dawn il-ftalati skont l-istandard ISO 8214-6. |
4.g. Komposti organiċi aloġenati
Komposti aloġenati organiċi m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art (eż. bħal binders, adeżivi, kisjiet, eċċ.).
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx komposti organiċi aloġenati. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.
4.h. Ritardanti tal-fjammi
Ir-ritardanti tal-fjammi m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx ritardanti tal-fjammi. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.
4.i. Ażiridina u poliażiridina
Ażiridina u poliażiridina m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art (eż. bħala trattament tas-superfiċe, kisjiet, eċċ.).
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx l-ażiridina u l-poliażiridina. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.
Kriterju 5. Konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni
Il-medja annwali tal-enerġija kkonsmata matul il-produzzjoni tal-kisi tal-art għandha tkun ikkalkulata kif indikat fit-Tabella 5.1 u fl-Appendiċi II u għandha teċċedi l-limiti li ġejjin (E = punteġġ):
Prodott |
Il-punteġġ E |
Pavimenti tal-injam mastizz |
> 11,0 |
Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi Kisi tal-art bil-folji tal-injam Kisi tal-art tas-sufra u madum tal-art tas-sufra Kisi tal-art tal-bambù Pavimenti laminati |
> 8,0 |
Tabella 5.1.
Kalkolu tal-punteġġ E
Formola |
|
Parametru ambjentali |
Rekwiżiti massimi |
|
|
A |
Proporzjon ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum totali annwali tal-enerġija |
% |
— |
B |
L-elettriku annwali mixtri |
kWh/m2 |
15 kWh/m2 |
|
C |
Konsum annwali tal-fjuwil |
kWh/m2 |
35 kWh/m2 |
|
Fejn A = proporzjon bejn l-enerġija ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-enerġija totali. Fin-numeratur tal-proporzjon A għandu jinqara bħala fjuwils sorsi ta' enerġija rinnovabbli mixtrija (l-ammont ta' fjuwil × bil-valur standard), magħdud bis-sħana ġġenerata fuq il-post minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils, magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku fuq il-post iġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils u magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku mixtri minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Fid-denominatur tal-proporzjon A għandu jinqara bħala fjuwils sorsi ta' enerġija rinnovabbli mixtrija (l-ammont ta' fjuwil × bil-valur standard), magħdud bis-sħana ġġenerata fuq il-post minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils, magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku fuq il-post iġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils u magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku mixtri minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. |
|
B = l-elettriku annwali mixtri tfisser is-somma tal-elettriku mixtri mingħand fornitur estern. Fil-każ li l-elettriku li jinxtara huwa elettriku ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, għandu jiġi applikat fattur ta' 0,8. |
|
C = il-konsum annwali tal-fjuwil tfisser is-somma tal-fjuwils kollha mixtrija jew mixtrija bħala prodotti sekondarji fil-manifattura tal-pavimenti u użati biex tiġi ġġenerata l-enerġija fuq il-post. |
|
Il-punteġġ E għandu jiġi kkalkulat għal kull m2 ta' kisi tal-art prodott u għandu jqis l-enerġija diretta kkonsmata fil-produzzjoni tal-pavimenti. Il-konsum tal-enerġija indiretta ma titqiesx. |
Li ġej hija lista indikattiva ta' attivitajiet li għandhom jiġu inklużi u li mhumiex inklużi fil-kalkoli tal-konsum ta' enerġija. L-attivitajiet għandhom jibdew mal-wasla tal-qatgħat mis-siġar (zkuk), tas-sufra u tal-bambù fil-faċilitajiet tal-manifattur jew tal-fornituri tiegħu sa tmiem il-proċess tal-manifattura.
Prodott |
Kundizzjonijiet tal-elettriku u l-konsum tal-fjuwil (lista indikattiva) |
|||||||||||||||||||
Inkluż |
Mhux inkluż |
|||||||||||||||||||
Pavimenti tal-injam mastizz |
|
|
||||||||||||||||||
Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi |
|
|||||||||||||||||||
Kisi tal-art tas-sufra u madum tal-art tas-sufra |
|
|||||||||||||||||||
Kisi tal-art tal-bambù |
||||||||||||||||||||
Pavimenti laminati |
|
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jiddikjara u juri:
— |
it-tip u l-kwantità ta' elettriku li, bħala medja, inxtara mingħand fornitur estern kull sena. Fil-każ li jinxtara elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, għandhom jiġu pprovduti garanziji ta' oriġini skont id-Direttiva 2009/28/KE. Meta d-Direttiva 2009/28/KE ma tapplikax fil-pajjiż fejn il-kisi tal-art tkun manifatturata, għandhom jiġu pprovduti mezzi ekwivalenti ta' prova; |
— |
it-tip(i) u l-kwantitajiet ta' fjuwils li ntużaw fil-manifattura tal-kisi tal-art permezz tal-kuntratti, il-kontijiet jew ta' dokumentazzjoni ekwivalenti li tinkludi d-dati, il-kwantità mwassla/mixtrija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil (eż. proprjetajiet fiżikokimiċi, valur ta' tisħin baxx (LHV), eċċ.). Dikjarazzjoni dwar liema minn dawk il-fjuwils użati li huma ġejjin minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu inklużi; |
— |
il-kwantità ta' enerġija li intużat fl-istadji tal-manifattura inklużi fil-kalkolu tal-punteġġ E flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ (eż. kejl tal-enerġija fi stadji differenti tal-manifattura, konsum tal-enerġija tat-tagħmir kif rapportat fl-iskedi tal-prodott, eċċ.); |
— |
it-tip u l-kwantità ta' enerġija li nbiegħu. Il-kalkoli għandhom jinkludu t-tip u l-kwantità tal-fjuwils, jekk hemm, użati għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mibjugħa, id-dati jew il-perjodi ta' ħin li fihom ikun ġie ġġenerat u d-dati tal-bejgħ; |
— |
dikjarazzjoni tal-kwantità medja ta' pavimenti li għaliha tirreferi l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE (f'm2), prodotta kull sena. |
Id-dokumenti użati biex jikkomunikaw il-konsum tal-enerġija, il-fjuwil mixtri u l-ġenerazzjoni tal-enerġija kif ukoll id-dokumenti li jikkomunikaw il-produzzjoni tal-pavimenti lill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jintużaw biex juru konformità ma' dan il-kriterju.
Kriterju 6. Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-kisi tal-art
Il-kisi tal-art m'għandux jaqbeż il-valuri tal-emissjonijiet elenkati fit-Tabella 6.1 imkejla f'kompartiment tal-ittestjar skont l-istandard tal-ittestjar CEN/TS16516. L-imballaġġ u l-konsenja ta' kampjuni li jintbagħtu għall-ittestjar, l-immaniġġar u l-kondizzjonament tagħhom għandhom isegwu l-proċeduri deskritti fl-standard CEN/TS16516.
Tabella 6.1.
Rekwiżiti tal-emissjonijiet
Prodotti |
Rekwiżiti tal-emissjonijiet |
|
Kompost |
Valur ta' limitu wara ħżin għal 28 jum f'kompartiment tal-ittestjar ivventilat (ara CEN/TS16516) f'mg/m3 arja (d) |
|
Pavimenti tal-injam mastizz Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi Kisi tal-art bil-folji tal-injam |
Kompost organiku volatili totali mingħajr aċidu aċetiku (CAS 64-19-7) |
< 0,3 |
Kisi tal-art tas-sufra Kisi tal-art tal-bambù |
Kompost organiku volatili totali |
|
Pavimenti laminati |
Kompost organiku volatili totali |
< 0,16 |
Kisi tal-art kollha |
Kompost organiku semivolatili totali |
< 0,1 |
Pavimenti tal-injam mastizz Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi Kisi tal-art bil-folji tal-injam |
Valur-R għas-sustanzi tal-Inqas Konċentrazzjonijiet ta' Interess (LCI) mingħajr l-aċidu aċetiku (CAS 64-19-7) |
≤ 1 |
Kisi tal-art tas-sufra Kisi tal-art tal-bambù Pavimenti laminati |
Valur R għal sustanzi LCI |
≤ 1 |
Kisi tal-art kollha |
Sustanzi karċinoġeniċi |
< 0,001 |
Għall-fini ta' dan il-kriterju, KOV tfisser il-komposti organiċi volatili kollha li jgħaddu minn elużjoni bejn n-eżan u n-eżadekan u li tinkludihom fuq kolonna kromatografika tal-gass u li għandhom punt ta' tgħollija fil-medda approssimattiva ta' bejn 68 °C u 287 °C, fejn l-kejl twettaq bl-użu ta' kolonna kapillari miksija b'5 % fenil/95 % metil-polisilossan.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta mir-rapporti tat-testijiet li twettqu fil-kompartiment tal-ittestjar skont CEN/TS16516 jew skont metodu ekwivalenti li juri li l-limiti fit-Tabella 6.1 huma ssodisfati. Ir-rapporti tal-ittestjar għandhom jinkludu:
— |
Il-metodu ta' ttestjar użat; |
— |
Ir-riżultati tal-ittestjar u l-kalkoli meħtieġa li juru l-limiti fit-Tabella 6.1. |
Jekk il-limiti ta' konċentrazzjoni fil-kompartiment speċifikati fit-28 jum ikunu jistgħu jintlaħqu 3 ijiem wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, jew fi kwalunkwe perjodu ta' żmien ieħor bejn 3 u 27 jum wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, hemmhekk tista' tiġi ddikjarata konformità mar-rekwiżiti u t-test jista' jitwaqqaf qabel iż-żmien.
Id-dejta mit-testijiet sa 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE għandha tkun valida għall-prodotti sakemm ma jkunx sar tibdil lill-proċess tal-manifattura jew lill-formulazzjonijiet kimiċi użati li jitqies li jżid l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-prodott finali.
Ċertifikat validu minn tikketti rilevanti tal-klima ta' ġewwa jista' jintuża wkoll bħala prova ta' konformità jekk it-tikketta tal-klima ta' ġewwa tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-kriterju, u jekk dan jitqies mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti.
Kriterju 7. Emissjonijiet ta' formaldeid mill-kisi tal-art u mill-coreboard
Il-kisi tal-art immanifatturat bl-użu ta' coreboards, adeżivi, reżini jew aġenti għall-irfinar b'bażi ta' formaldeid, u jekk intużaw, il-coreboards mhux trattati manifatturati bl-użu ta' adeżivi jew reżini b'bażi tal-formaldeid għandu jkollhom wieħed minn dawn li ġejjin:
— |
emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas minn 50 % tal-valur massimu li jippermettilhom jiġu kklassifikati bħala E1 kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1 (li japplika għall-kisi tal-art kollha u għall-coreboards mhux MDF/mhux HDF); |
— |
emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas minn 65 % tal-E1 kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1 tal-limitu massimu li japplika għall-coreboards li mhumiex trattati, mhux MDF/mhux HDF; |
— |
emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas mil-limiti stabbiliti fl-istandard tal-Fażi II tal-California Air Resources Board (CARB) jew fl-istandard Japanese F-3 star jew F-4 star. |
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. Il-valutazzjoni u l-verifika tal-kisi tal-art u tal-coreboards b'emissjonijiet baxxi ta' formaldeid ivarjaw skont l-iskema ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Id-dokumentazzjoni ta' verifika meħtieġa għal kull skema hija deskritta fit-Tabella 7.1.
Tabella 7.1.
Id-dokumentazzjoni ta' verifika tal-kisi tal-art b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' formaldeid
Skema ta' ċertifikazzjoni |
Valutazzjoni u verifika |
E1 (kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1) |
Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, li tgħid li l-kisi tal-art u l-coreboards mhux trattati mhux MDF/mhux HDF huma konformi ma' 50 % ta' E1 kif definit fl-Anness B tal-limiti tal-emissjonijiet ta' EN 13986+A1 (11) jew, fil-każ tal-coreboards mhux trattati tal-MDF/HDF, ma' 65 % ta' E1 kif definit fl-Anness B tal-limiti tal-emissjonijiet ta' EN 13986+A1, sostnuta minn rapporti tat-testijiet li twettqu skont EN 120, EN 717-2 jew EN 717-1 jew b'metodu ekwivalenti. |
CARB: Limiti tal-Fażi II |
Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, sostnuta minn riżultati ta' testijiet skont l-ASTM E1333 jew l-ASTM D6007, li juru li l-kisi tal-art huwa konformi mal-limiti tal-emissjonijiet ta' formaldeid tal-Fażi II definiti fil-California Composite Wood Products Regulation 93120 (12). Il-kisi tal-art u l-coreboard jistgħu jingħatw tikketta skont is-Sezzjoni 93120.3(e), li jkun fiha dettalji dwar l-isem tal-manifattur, in-numru tal-lott tal-prodott jew il-lott manifatturat, u n-numru CARB assenjat liċ-ċertifikatur terz (din il-parti mhijiex obbligatorja jekk il-prodotti jinbiegħu barra mill-Kalifornja jew jekk dawn kienu magħmula mingħajr ebda formaldeid miżjud jew bl-użu ta' ċerti reżini abbażi ta' formaldeid b'emissjonijiet ultrabaxxi). |
Limiti F-3 star jew F-4 star |
Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, tal-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet ta' formaldeid skont JIS A 5905 (għall-fajberbord) jew skont JIS A 5908:2003 (għaċ-ċippbord u għall-plajwudd), sotnuta mir-rapporti tat-testijiet skont il-metodu dessikatur JIS A 1460. |
Kriterju 8. Adegwatezza għall-użu
Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.
Il-kisi tal-art għandu jiġi ttestjat u kklassifikat skont l-aktar verżjonijiet riċenti tal-istandards u l-indikazzjonijiet inklużi fit-Tabella 8.1.
Tabella 8.1.
Standards għall-ittestjar u l-klassifikazzjoni tal-kisi tal-art
Pavimenti |
Metodu tal-ittestjar |
Klassifikazzjoni |
Folji tal-injam kisi tal-art (13) |
EN 1534 għar-Reżistenza għall-indentazzjoni (Resistance to indentation) EN 13329 għan-Nefħa tal-ħxuna (Thickness swelling) Metodu ta' ttestjar adegwat għar-reżistenza għall-impatti (14) Metodu ta' ttestjar adegwat għar-reżistenza għat-tkagħbir bl-użu (14) ISO 24334 għall-qawwa tal-qbid (Locking strength) |
EN ISO 10874 (1) |
Pavimenti tal-injam solidu u b'ħafna saffi bil-verniċ tal-fabbrika |
Ħxuna tas-saff ta' fuq Ebusija tal-injam tas-saff tas-superfiċe (2) |
EN 685 (2) CTBA |
Pavimenti tal-injam u b'ħafna saffi mhux miksija u li ngħataw iż-żejt mill-fabbrika |
||
Madum tal-art tas-sufra |
EN 12104 |
EN ISO 10874 |
Kisi tal-art tas-sufra |
EN 660-1 għall-grupp tat-tkagħbir bl-użu EN 425 għas-siġġu li jdur EN 425 għall-moviment simulat tas-saqajn tal-għamara ISO 24343-1 għall-indentazzjoni residwa (residual indentation) |
|
Kisi tal-art tal-bambù |
EN 1534 għar-reżistenza għall-indentazzjoni (resistance to indentation) EN 13696 għall-ħxuna tas-saff tal-wiċċ jew tas-saff tat-tkagħbir |
— |
Pavimenti laminati |
EN 13329 EN 14978 EN 15468 |
EN ISO 10874 |
Il-kisi tal-art għandu jikseb tal-inqas:
Pavimenti |
Limiti |
||||||||
Pavimenti bil-folji tal-injam |
|
||||||||
Pavimenti tal-injam solidu bil-verniċ tal-fabbrika u pavimenti tal-injam b'ħafna saffi |
|
||||||||
Pavimenti tal-injam u b'ħafna saffi mhux miksija u li ngħataw iż-żejt mill-fabbrika |
|||||||||
Madum tal-art tas-sufra |
|
||||||||
Kisi tal-art tas-sufra |
|||||||||
Kisi tal-art tal-bambù |
|
||||||||
Pavimenti laminati |
|
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju. Id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn rapporti tat-testijiet li għandhom jinkludu:
— |
it-tip ta' pavimenti; |
— |
il-metodu/i ta' ttestjar magħżul/a; |
— |
ir-riżultati tal-ittestjar u l-klassifikazzjoni tal-pavimenti skont ir-riżultati u l-istandards xierqa, jekk applikabbli. |
Jekk il-kisi tal-art li ġie ittestjat skont metodu ta' ttestjar ieħor barra minn dak li hu speċifikat hawn fuq, dan jista' jkun aċċettabbli jekk il-metodi ta' ttestjar huma komparabbli fl-opinjoni tal-korp kompetenti.
Kriterju 9. Reparabbiltà u garanzija estiża
Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.
Għall-fini li jwettqu tiswija u sostituzzjoni ta' partijiet imkagħbra, il-kisi tal-art għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
— |
Reparabbiltà: L-informazzjoni għandha tkun inkluża fl-istruzzjonijiet għall-konsumatur jew fuq is-sit web tal-manifattur li jkun aċċessibbli għall-utenti u għall-installaturi.
|
— |
Garanzija estiża tal-prodott:
|
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju sostnuta minn:
— |
kopja tad-dokument ta' tiswija jew ta' kwalunkwe materjal ieħor fejn hija pprovduta l-informazzjoni dwar id-disinn għat-tiswija; |
— |
kopja tal-garanzija li tindika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija estiża tal-prodott li huma pprovduti fid-dokumentazzjoni bl-informazzjoni għall-konsumatur u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan il-kriterju. |
Kriterju 10. Informazzjoni għall-konsumaturi
Il-prodott għandu jinbiegħ b'informazzjoni rilevanti għall-konsumaturi fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-prodott. Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.
L-istruzzjonijiet marbuta mal-aspetti li ġejjin għandhom ikunu leġibbli u jiġu pprovduti fil-lingwa tal-pajjiż fejn il-prodott jitqiegħed fis-squ u/jew jinkludu rappreżentazzjoni grafika jew ikoni:
— |
Informazzjoni dwar is-sottogrupp li għalih jappartjeni l-prodott (pavimenti solidi jew b'ħafna saffi, pavimenti tas-sufra, madum tal-art tas-sufra, pavimenti tal-bambù, pavimenti laminati, eċċ.), l-ammont ta' materjal tal-injam, tas-sufra u tal-bambù fil-prodott finali f'perċentwal tal-piż u jekk trattament tas-superfiċe għadu meħtieġ fil-post tal-utent. |
— |
Rakkomandazzjonijiet għall-installazzjoni: L-istruzzjonijiet rilevanti kollha b'referenza għall-aqwa prattiki ambjentali tal-installazzjoni għandhom jiġu inklużi:
|
— |
Rakkomandazzjoni għat-trattament tas-superfiċe għall-kisi tal-art u għall-pavimenti li jeħtieġu d-dlik biż-żejt tas-superfiċe:
|
— |
Rakkomandazzjonijiet dwar l-użu, it-tindif u l-manutenzjoni tal-prodott:
|
— |
Informazzjoni dwar it-tiswija:
|
— |
Informazzjoni relatata mat-tmiem tal-ħajja tal-prodott: |
Il-konsumatur għandu jingħata deskrizzjoni dettaljata dwar l-aħjar modi għar-rimi tal-prodott (jiġifieri l-użu mill-ġdid, ir-riċiklar, l-irkupru, eċċ.), u dawn għandhom jingħataw grad skont l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju sostnut minn kopja tad-dokument ta' informazzjoni għall-konsumatur li jrid jiġi pprovdut mal-prodott. Il-kopja għandha turi l-konformità ma' kull punt imniżżel fil-kriterju, kif xieraq.
Kriterju 11. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Il-logo għandu jkun viżibbli u leġibbli. Ir-reġistrazzjoni/numru tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jidhru fuq il-prodott u għandhom ikunu leġibbli u viżibbli b'mod ċar.
It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi dan it-test:
— |
Materjal tal-injam, tas-sufra, tal-bambù minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli |
— |
Konsum aktar baxx tal-enerġija għall-manifattura |
— |
Prodott b'emissjonijiet baxxi. |
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju, sostnuta minn kopja tal-informazzjoni għall-konsumatur li tidher fuq l-ekotikketta tal-UE.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(2) L-isem kummerċjali tfisser l-ismijiet kollha li bihom hija kummerċjalizzata s-sustanza fis-suq tal-Unjoni.
(3) Parti komponenti tfisser kull saff li minnu jikkonsisti l-kisi tal-art, li l-materjal, il-forma u l-għamla tiegħu jipprovdu funzjoni speċifika. Din tinkludi, pereżempju, is-saff ta' protezzjoni kontra t-tkagħbir bl-użu jew il-grif, is-saff tad-disinn jew tal-folja tal-injam, is-saff tas-substrat jew ta' stabbiltà u s-saff ta' rinforz.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(5) ECHA, Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table
(6) Ir-reġistru CAS: https://www.cas.org/content/chemical-substances
(7) L-inventarju tal-KE: http://echa.europa.eu/information-on-chemicals/ec-inventory
(8) ECHA, bażi tad-dejta dwar sustanzi reġistrati ta' REACH: http://www.echa.europa.eu/information-on-chemicals/registered-substances
(9) ECHA, Kooperazzjoni ma' aġenziji regolatorji pari, http://echa.europa.eu/mt/about-us/partners-and-networks/international-cooperation/cooperation-with-peer-regulatory-agencies
(10) “EPF Standard for delivery conditions of recycled wood”, Ottubru 2002 fuq: http://www.europanels.org/upload/EPF-Standard-for-recycled-wood-use.pdf
(d) It-test fil-kompartiment tal-ittestjar għandu jsir 28 jum wara t-tmiem tat-trattament tas-superfiċe. Sa dan il-punt il-prodott li għandu jiġi ttestjat jinħażen f'pakkett issiġillat fis-sit tal-produzzjoni u hekk jintbagħat lil-laboratorju tal-ittestjar.
(11) Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għall-kisi tal-art b'kontenut ta' ndewwa ta' H = 6,5 %.
(12) Regulation 93120 “Airborne toxic control measure to reduce formaldehyde emissions from composite wood products” California Code of Regulations.
(13) Il-kisi tal-art bil-folji tal-injam tfisser kisi tal-art riġidu li jikkonsistu f'substrat magħmul minn panewijiet b'bażi tal-injam, bis-saff ta' fuq tal-folja tal-injam u possibbilment b'rinforz.
(14) Għall-finijiet tal-konformità, il-qisien u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodi ġeneralment rikonoxxuti u l-aktar moderni ta' kejl u ta' ttestjar, inklużi l-istandards armonizzati li r-referenza tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi kif deskritti fil-Criteria User Manual.
(1) Fejn xieraq, il-metodu ta' ttestjar użat biex ikejjel ir-reżistenza għall-grif għandu jiġi ddikjarat kif ukoll il-ħxuna tas-saff tal-wiċċ.
(2) Klassifikazzjoni ta' speċijiet ta' injam rigward l-ebusija tal-injam u l-korrelazzjonijiet bejn il-klassijiet tal-użu f'EN 685 u l-ħxuna tas-saff protettiv ta' fuq u l-ispeċi tal-injam jistgħu jinsabu f'CTBA Revetements interiors Parquet 71.01.
APPENDIĊI I
Gwida dwar il-kalkolu tal-kwantità ta' kompost organiku volatili applikat
Ir-rekwiżit tirrigwarda l-komposti organiċi volatili totali fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe mal-kompożizzjoni kimika li għandhom f'forma mxarrba. Jekk il-prodotti jeħtieġu dilwizzjonijiet, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwittiv.
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-metodu ta' applikazzjoni li jikkalkula l-kwantitajiet applikati għal kull m2 tal-erja tas-superfiċe. Dan jiddetermina l-kontenut ta' solventi organiċi bħala perċentwal tal-kwantità tat-trattament tas-superfiċe applikat.
Il-kwantità applikata ta' komposti organiċi volatili hija kkalkulata bil-formula li ġejja:
Il-formula tikkonsisti fi:
— |
Il-kwantità ta' prodott għat-trattament tas-superfiċe: għal kull kisja applikata, l-ammont tat-trattament tas-superfiċe li jidħol fis-sitema għandu jiġi rrapportat f'g/m2; |
— |
Il-proporzjon ta' komposti organiku volatili fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe: il-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż; |
— |
L-effiċjenza tat-trattament tas-superfiċe tiddependi fuq il-metodu ta' applikazzjoni. L-effiċjenza tinsab f'tabella skont l-ogħla livell ta' żvilupp tal-industrija tat-trattament tas-superfiċe kif muri fit-Tabella 4.2; |
— |
Is-somma tal-kisjiet kollha applikati. |
Tabella 4.2.
Effiċjenza tat-trattamenti tas-superfiċe
Trattament tas-superfiċe: |
Effiċjenza (%) |
Trattament tas-superfiċe: |
Effiċjenza (%) |
Applikazzjoni awtomatika bl-isprej, l-ebda riċiklar |
50 |
Kisi bir-romblu |
95 |
Applikazzjoni awtomatika bl-isprej u bir-riċiklar |
70 |
Curtain coating |
95 |
Applikazzjoni bl-isprej, elettrostatika |
65 |
Kisi bil-vakwu |
95 |
Applikazzjoni tal-isprej, qampina/diska |
80 |
|
|
APPENDIĊI II
Gwida dwar il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni
Il-konsum tal-enerġija għal kull m2 ta' pavimenti huwa kkalkolat bħala medja aritmetika annwali għall-aħħar tliet snin. Jekk il-kumpanija ma jkollhiex din id-dejta, il-korpi kompetenti se jivvalutaw l-aċċettazzjoni ta' dejta ekwivalenti.
jekk il-produttur għandu surplus tal-enerġija li tinbiegħ bħala elettriku, fwar jew sħana, il-kwantità li tinbiegħ tista' titnaqqas mill-konsum tal-fjuwil. Huwa biss il-fjuwil li fil-fatt huwa kkunsmat fil-produzzjoni tal-kisi tal-art li jrid jiġi inkluż fil-kalkolu.
Il-konsum tal-enerġija huwa rrappurtat f'kWh/m2, għalkemm il-kalkoli jistgħu wkoll isiru f'MJ/m2 (1 kWh = 3,6 MJ).
Fejn il-kontenut ta' enerġija tal-fjuwils huwa kkalkulat fuq il-bażi tat-Tabella 5.2. Jekk l-enerġija elettrika hija prodotta fuq il-post, wieħed mill-metodi li ġejjin jista' jintuża għall-kalkolu tal-konsum ta' fjuwil:
— |
Il-konsum annwali reali ta' fjuwil; |
— |
Il-konsum ta' elettriku prodott fuq il-post, immultiplikat b'2,5, jekk l-oriġini hija sors rinnovabbli li ma jaqbadx. |
Il-valuri tal-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat permezz tal-valuri standard tal-fjuwil. Il-kontenuti tal-enerġija tad-diversi fjuwils huma mogħtia fit-Tabella 5.2.
Tabella 5.2.
Valuri standard tal-fjuwil (1)
Fjuwil |
MJ/kg |
Fjuwil |
MJ/kg |
Petrol |
44,0 |
Griebeb (7 % W) |
16,8 |
Diżil |
|
Pit |
7,8-13,8 |
LPG |
45,2 |
Tiben (15 % W) |
|
Żejt Eo1 |
42,3 |
Bijogass |
|
Żejt Eo5 |
44,0 |
Laqx tal-injam (25 % W) |
13,8 |
Gass naturali |
47,2 |
Skart tal-injam |
|
Impjant tal-enerġija mill-faħam |
28,5 |
GJ/tunnellata hija ekwivalenti għal MJ/kg |
|
Il-formula għall-kalkolu tal-kontenut tal-enerġija tal-laqx tal-injam tiddependi fuq il-kontenut tal-ilma. L-enerġija hija meħtieġa biex jevapora l-ilma mill-injam. Din l-enerġija tnaqqas il-valur ta' sħana tal-laqx tal-injam. Il-kontenut ta' enerġija jista' jiġi kkalkolat bħala:
Il-fattur 21,442 huwa s-somma tas-sħana tal-ilma ta' evaporazzjoni (2,442MJ/kg) u l-kontenut ta' enerġija ta' injam niexef 19,0 MJ/kg. Jekk l-applikant ikollu l-analiżijiet tal-laboratorju tal-valur tas-sħana tal-fjuwil, il-korpi kompetenti jistgħu jqisu li jużaw dan il-valur tas-sħana għall-kalkolu tal-kontenut tal-enerġija.
(1) Il-valuri huma stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(% W) huwa l-perċentwal skont il-piż tal-ilma fil-fjuwil u jingħata l-ittra f fil-formuli ta' hawn taħt. Jekk xejn aktar ma jkun indikat, f = 0 % W u l-kontenut ta' rmied huwa l-medja.
APPENDIĊI III
Lista ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra
Tabella III.1.
Lista ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra
Standard |
Titlu |
Definizzjonijiet ta' kisi tal-art |
|
EN 12466 |
Kisi tal-art reżiljenti — Vokabolarju |
EN 13329 |
Pavimenti laminati. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar |
ISO 14021 |
Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Tabliet ambjentali awtodikjarati (Tikkettar ambjentali tat-Tip II) |
Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili |
|
CEN/TS 16516 |
Prodotti tal-kostruzzjoni — Valutazzjoni u rilaxx ta' sustanzi perikolużi — Determinazzjoni ta' emissjonijiet fl-arja ta' ġewwa |
EN 717-1 |
Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tar-Rilaxx tal-Formaldeid — Emissjoni tal-Formaldeid skont il-metodu tal-kamra |
EN 717-2 |
Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tar-Rilaxx tal-Formaldeid — Emissjoni tal-Formaldeid skont il-metodu tal-analiżi tal-gass |
EN 120 |
Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tal-kontenut tal-Formaldeid — Metodu ta' estrazzjoni magħruf bħala l-metodu perforatur |
EMICODE |
http://www.emicode.com/en/emicode-r/ |
Materja prima |
|
EPF |
“EPF Standard for delivery conditions of recycled wood”, Ottubru 2002. http://www.europanels.org/upload/EPF-Standard-for-recycled-wood-use.pdf |
EN 1243 |
Adeżivi. Determinazzjoni tal-formaldeid liberu fil-kondensati tal-amino u l-amidoformaldeid |
ISO 8214-6 |
Sikurezza tal-ġugarelli — parti 6: Ċerti esteri tal-ftalati fil-ġugarelli u l-prodotti tat-tfal |
Adegwatezza għall-użu |
|
EN 425 |
Pavimenti tal-art reżiljenti u laminati. Test tal-Castor chair |
EN 660-1 |
Kisi tal-art reżiljenti. Determinazzjoni tar-reżistenza għat-tkagħbir. Test Stuttgart |
EN 685 |
Pavimenti tal-art reżiljenti, tat-tessut u laminati. Klassifikazzjoni |
EN 1534 |
Pavimentar tal-injam u tal-parket — determinazzjoni tar-reżistenza għall-għafis (Brinell) — metodu ta' ttestjar. |
EN ISO 10874 |
Pavimenti tal-art reżiljenti, tat-tessut u laminati — Klassifikazzjoni |
EN 12104 |
Kisi tal-art reżiljenti. Madum tal-art tas-sufra. Speċifikazzjoni |
EN 13329 |
Pavimenti tal-art laminati. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar |
EN 13696 |
Pavimentar tal-injam — Metodi ta' ttestjar għad-determinazzjoni tal-elastiċità u r-reżistenza għat-tkagħbir u r-reżistenza għall-impatt |
EN 14978 |
Pavimenti tal-art laminati — Elementi b'saff tas-superfiċe bbażat fuq l-akriliku — Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar |
EN 15468 |
Pavimenti tal-art laminati — Elementi bi stampar applikat dirett u saff tas-superfiċe tar-reżina. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar |
ISO 24343-1 |
Pavimenti tal-art reżiljenti u laminati — Determinazzjoni tal-indentazzjoni u t-tgħafis residwu — Parti 1: Indentazzjoni residwa |