13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2236

tat-12 ta' Diċembru 2016

li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2018 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-UE għandha impenn fit-tul li tippromwovi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. L-istandards minimi f'dan il-qasam huma stabbiliti permezz ta' Direttivi dwar il-Leave tal-Maternità (2) u l-Leave tal-Ġenituri (3). Bl-istess mod l-UE għandha tistabbilixxi miri biex ittejjeb il-provvista tal-indukrar tat-tfal skont l-Objettivi ta' Barċellona, u nħarġu wkoll ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fis-Semestru Ewropew 2016.

(2)

Fil-Programm ta' Ħidma tagħha tal-2016 (4), il-Kummissjoni tistabbilixxi l-pjanijiet tagħha biex tiżviluppa inizjattiva li tindirizza l-isfidi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li jiffaċċjaw il-ġenituri u l-persuni li jindukraw.

(3)

Il-monitoraġġ tal-isfidi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-progress f'dan il-qasam huwa għalhekk essenzjali u l-ġbir imtejjeb tad-dejta huwa daqstant importanti.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 (5) jistabbilixxi modulu ad hoc dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari.

(5)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 (6) jispeċifika u jiddeskrivi l-oqsma ta' informazzjoni speċjalizzata (“submoduli ad hoc”) li jridu jiġu inklużi fil-modulu ad hoc tal-2018 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta skont il-modulu ad hoc dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2018 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw, u l-iskadenza sa meta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).

(4)  COM(2015) 610 finali.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta' April 2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99, 9.4.2013, p. 11).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 42).


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-modulu ad hoc dwar bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja skedat li jsir fl-2018. Dan jistabbilixxi wkoll id-dati ta' meta trid titressaq id-dejta lill-Kummissjoni.

L-iskadenza għat-trażmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni: Il-31 ta' Marzu 2019.

Il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta: kif stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 (1).

Il-kolonni riżervati għall-fatturi ta' ponderazzjoni opzjonali, dawn għandhom jintużaw f'każijiet ta' subkampjunar jew nuqqas ta' tweġiba: il-kolonni 223-226 li fihom numri sħaħ u l-kolonni 227-228 li fihom pożizzjonijiet deċimali.

(1)   Is-submodulu 1: Responsabbiltajiet relatati mal-indukrar

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

CARERES

 

L-eżistenza ta' responsabbiltajiet ta' kura

AGE = 18–64

211

 

Toffri b'mod regolari indukrar lit-tfal tiegħek stess jew tas-sieħeb tiegħek (< 15-il snin) jew lil qraba inabilitati (15-il sena u aktar)

 

 

1

L-ebda responsabbiltajiet relatati mal-kura;

 

 

2

Fid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb biss.

 

 

3

Barra mid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb biss.

 

 

4

Barra mid-dar u fid-dar lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb biss.

 

 

5

Lill-qraba inabilitati biss.

 

 

6

Fid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb u lill-qraba inabilitati

 

 

7

Barra mid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb u lill-qraba inabilitati

 

 

8

Barra mid-dar u fid-dar, lit-tfal tiegħi jew tas-sieħeb u lill-qraba inabilitati

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

CHCARUSE

 

L-użu tas-servizzi tal-kura tat-tfal

CARERES = 2-4,6-8

212

 

L-użu tas-servizzi tal-kura tat-tfal għal tfal kollha jew uħud minnhom

 

 

1

Le

 

 

2

Iva, għal xi tfal

 

 

3

Iva, għat-tfal kollha

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

CHCAROBS

 

Fatturi għala s-servizzi tal-kura tat-tfal ma jintużawx

CHCARUSE = 1,2

213/214

 

Ir-raġuni ewlenija għala ma jintużawx (aktar) is-servizzi tal-kura tat-tfal għal tfal tiegħek stess jew tas-sieħeb

 

 

01

L-ebda servizz aċċessibbli/vakanti

 

 

02

Spejjeż

 

 

03

Kwalità/it-tip ta' servizz

 

 

04

Ostaklu ieħor marbut mas-servizz

 

 

05

L-indukrar norganizzah jiena waħdi/mas-sieħeb

 

 

06

L-indukrar hija organizzata u tinkludi aktar appoġġ informali

 

 

07

Is-servizzi professjonali użati (għal xi wħud mit-tfal iżda mhux għal kollha) huma biżżejjed

 

 

08

It-tfal jieħdu ħsieb lilhom infushom

 

 

09

Raġunijiet personali oħra

 

 

99

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

CHCAREFF

 

L-effett tar-responsabilitajiet tal-kura tat-tfal fuq l-impjiegi

CARERES = 2-4,6-8 and WSTATOR = 1,2

215

 

Il-mod ewlieni li bih persuni impjegati adattataw l-ħidma tagħhom biex jiffaċilitaw ir-responsabilitajiet tal-kura tat-tfal

 

 

1

Kull tibdil li jkabbar id-dħul

 

 

2

Anqas sigħat ta' xogħol

 

 

3

Anqas kompiti impenjattivi fl-impjieg

 

 

4

Biddilt l-impjieg jew l-impjegatur biex niffaċilita r-rikonċiljazzjoni

 

 

5

Bħalissa ninsab fuq leave tal-familja

 

 

6

Oħrajn

 

 

7

L-ebda effett

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

(2)   Is-submodulu 2: Il-flessibbiltà tal-arranġamenti tax-xogħol

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

POSSTEND

 

Il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol għall-kura

STAPRO = 3 u CARERES = 2-8

216

 

Huwa possibbli li tvarja u/jew ttemm il-jum tax-xogħol fl-impjieg ewlieni biex jiġu ffaċilitati r-responsabbiltajiet tal-kura

 

 

1

Ġeneralment possibbli

 

 

2

Rarament possibbli

 

 

3

Mhuwiex possibbli

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

POSORGWT

 

Flessibilità biex tieħu ġranet off sħaħ għall-kura

STAPRO = 3 u CARERES = 2-8

217

 

Huwa possibbli li torganizza l-ħin tax-xogħol sabiex tieħu ġranet sħaħ off fl-impjieg prinċipali biex tiffaċilita r-responsabbiltajiet ta' kura

 

 

1

Ġeneralment possibbli

 

 

2

Rarament possibbli

 

 

3

Mhuwiex possibbli

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

WORKOBS

 

Ostaklu ewlieni fuq il-post tax-xogħol għar-rikonċiljazzjoni

WSTATOR = 1,2 u CARERES = 2-8

218

 

Il-karatteristika tal-impjieg prinċipali tagħmel ir-rikonċiljazzjoni diffiċli ħafna

 

 

1

Ebda ostaklu

 

 

2

Sigħat twal ta' xogħol

 

 

3

L-iskedi tax-xogħol huma imprevedibbli jew diffiċli

 

 

4

Vjaġġi fit-tul

 

 

5

Impjieg eżiġenti jew li jgħajji

 

 

6

Nuqqas ta' appoġġ mill-impjegaturi u l-kollegi

 

 

7

Ostakli oħra

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

(3)   Is-submodulu 3: Waqfiet fil-karriera u liv tal-ġenituri.

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

STOPWORK

 

Pawża fil-karriera għall-kura tat-tfal

AGE = 18–64

219

 

Ma ħadimx/ħadmitx għal mill-inqas xahar fl-istorja tal-impjieg tiegħu/tagħha biex jieħu/tieħu ħsieb it-tfal proprji jew tas-sieħeb

 

 

1

Iva

 

 

2

Qatt ma ħdimt; għal raġunijiet tal-kura tat-tfal

 

 

3

Le (iżda kien/huwa impjegat u għandu t-tfal)

 

 

4

Qatt ma ħdimt; għal raġunijiet oħrajn

 

 

5

Qatt ma kelli tfal

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

STOPLENG

 

It-tul totali ta' waqfiet fil-karriera għall-kura tat-tfal

STOPWORK = 1

220

 

It-tul totali taż-żmien tal-interruzzjonijiet tax-xogħol għal ta' mill-anqas xahar

 

 

1

Sa 6 xhur

 

 

2

Aktar minn 6 xhur sa sena

 

 

3

Aktar min sena sa massimu ta' sentejn

 

 

4

Aktar minn sentejn sa massimu ta' 3 snin

 

 

5

Aktar minn 3 snin sa massimu ta' 5 snin

 

 

6

Aktar minn 5 snin

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

PARLEAV

 

L-użu ta' leave tal-ġenituri

STOPWORK = 1

221

 

L-użu tal-leave tal-ġenituri u/jew maternità/paternità bħala parti mill-interruzzjoni tax-xogħol għall-kura tat-tfal

 

 

1

Użajt biss biss il-leave tal-ġenituri

 

 

2

Taħlita tal-leaves tal-familja

 

 

3

Użajt biss maternità/paternità

 

 

4

Ma użajt l-ebda leave tal-familja

 

 

 

 

 

DEREDSTP

 

Waqfa fil-karriera għall-qraba inabilitati

AGE = 18 — 64 u (EXISTPR = 1 jew WSTATOR = 1,2)

222

 

Ma ħadimx/ħadmitx jew naqqas/naqqset mill-ħin tax-xogħol għal mill-inqas xahar fl-isotrja tal-impjieg tiegħu/tagħha biex jieħu/tieħu ħsieb qraba inabilitati (15-il sena jew aktar)

 

 

1

Interruzzjoni tax-xogħol

 

 

2

Naqqast il-ħin tax-xogħol biss

 

 

3

L-ebda interruzzjoni jew tnaqqis

 

 

4

Qatt ma kelli għalfejn nieħu ħsieb qraba inabilitati

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal- 25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).