8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2148
tas-7 ta' Diċembru 2016
li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2017 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/936 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi biex jiġu allokati abbażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2015/936 huwa possibbli li f'ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, li jinqasmu l-kwoti f'segmenti, jew li jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għal applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi. |
(3) |
Ir-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni ta' kwoti tessili stabbiliti fl-2017 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota sabiex il-kontinwità tal-kummerċ ma tiġix affettwata għalxejn. |
(4) |
Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk li hemm fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2106 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2017. |
(5) |
Biex jiġi ssodisfat l-akbar numru ta' operaturi possibbli, huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir aktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jiġu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu. |
(6) |
Sabiex jiġi garantit grad ta' kontinwità fil-kummerċ u amministrazzjoni effiċjenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-ewwel applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għall-2017 ekwivalenti għall-kwantità li impurtaw fl-2016. |
(7) |
Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, dment li l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti. |
(8) |
Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri jenħtieġu li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operaturi jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta' kuntratt u jistgħu jiċċertifikaw, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li għadhom ma ġewx allokati awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Unjoni b'konformità ma' dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, b'risposta għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu awtorizzati li jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2018 l-validità ta' awtorizzazzjoni, dment li mill-anqas nofs il-kwantità allokata tkun intużat sad-data tal-applikazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessili stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/936, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 2015/936 għas-sena 2017.
Artikolu 2
Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu allokati skont l-ordni kronoloġika ta' meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifiki mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.
Il-kwantitatjiet massimi, madankollu, ma jkunux japplikaw għal dawk l-operaturi li jkunu f'pożizzjoni li jipprovaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2017, li fir-rigward tal-kategoriji partikolari u l-pajjiżi terzi partikolari kienu impurtaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2016.
Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2016 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, dment li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.
Artikolu 3
Kull importatur li jkun diġà uża sa 50 fil-mija jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u tal-istess pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mniżżla fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' filgħodu, ħin ta' Brussell, nhar il-11 ta' Jannar 2017, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.
2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/936 li l-kwantitajiet rikjesti huma disponibbli għall-importazzjoni.
Huma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:
(a) |
jagħti prova tal-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; kif ukoll |
(b) |
jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:
|
3. L-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data li fiha jkunu nħarġu, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017.
Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-validità ta' awtorizzazzjoni, dment li tal-anqas 50 fil-mija mill-kwantità allokata tkun intużat sa meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma' għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 160, 25.6.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2106 tal-20 ta' Novembru 2015 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2016 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 35).
ANNESS I
Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3
Pajjiż ikkonċernat |
Kategorija |
Unità |
Ammont massimu |
Ir-Repubblika tal-Belarussja |
|
|
|
|
1 |
Kilogrammi |
20 000 |
2 |
Kilogrammi |
80 000 |
|
3 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
4 |
Biċċiet |
20 000 |
|
5 |
Biċċiet |
15 000 |
|
6 |
Biċċiet |
20 000 |
|
7 |
Biċċiet |
20 000 |
|
8 |
Biċċiet |
20 000 |
|
15 |
Biċċiet |
17 000 |
|
20 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
21 |
Biċċiet |
5 000 |
|
22 |
Kilogrammi |
6 000 |
|
24 |
Biċċiet |
5 000 |
|
26/27 |
Biċċiet |
10 000 |
|
29 |
Biċċiet |
5 000 |
|
67 |
Kilogrammi |
3 000 |
|
73 |
Biċċiet |
6 000 |
|
115 |
Kilogrammi |
20 000 |
|
117 |
Kilogrammi |
30 000 |
|
118 |
Kilogrammi |
5 000 |
Pajjiż ikkonċernat |
Kategorija |
Unità |
Ammont massimu |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
1 |
Kilogrammi |
10 000 |
2 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
3 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
4 |
Biċċiet |
10 000 |
|
5 |
Biċċiet |
10 000 |
|
6 |
Biċċiet |
10 000 |
|
7 |
Biċċiet |
10 000 |
|
8 |
Biċċiet |
10 000 |
|
9 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
12 |
Pari |
10 000 |
|
13 |
Biċċiet |
10 000 |
|
14 |
Biċċiet |
10 000 |
|
15 |
Biċċiet |
10 000 |
|
16 |
Biċċiet |
10 000 |
|
17 |
Biċċiet |
10 000 |
|
18 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
19 |
Biċċiet |
10 000 |
|
20 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
21 |
Biċċiet |
10 000 |
|
24 |
Biċċiet |
10 000 |
|
26 |
Biċċiet |
10 000 |
|
27 |
Biċċiet |
10 000 |
|
28 |
Biċċiet |
10 000 |
|
29 |
Biċċiet |
10 000 |
|
31 |
Biċċiet |
10 000 |
|
36 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
37 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
39 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
59 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
61 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
68 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
69 |
Biċċiet |
10 000 |
|
70 |
Pari |
10 000 |
|
73 |
Biċċiet |
10 000 |
|
74 |
Biċċiet |
10 000 |
|
75 |
Biċċiet |
10 000 |
|
76 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
77 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
78 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
83 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
87 |
Kilogrammi |
8 000 |
|
109 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
117 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
118 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
142 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
151 A |
Kilogrammi |
10 000 |
|
151 B |
Kilogrammi |
10 000 |
|
161 |
Kilogrammi |
10 000 |
ANNESS II
Lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4
1. Il-Belġju
|
|
2. Il-Bulgarija
|
||||||||||||||||||||||||||||
3. Ir-Repubblika Ċeka
|
4. Id-Danimarka
|
|||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Ġermanja
|
6. L-Estonja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
7. L-Irlanda
|
8. Greċja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
9. Spanja
|
10. Franza
|
|||||||||||||||||||||||||||||
11. Il-Kroazja
|
12. L-Italja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
13. Ċipru
|
14. Il-Latvja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
15. Il-Litwanja
|
16. Il-Lussemburgu
|
|||||||||||||||||||||||||||||
17. L-Ungerija
|
18. Malta
|
|
||||||||||||||||||||||||||||
19. In-Netherlands
|
20. L-Awstrija
|
|||||||||||||||||||||||||||||
21. Il-Polonja
|
22. Il-Portugall
|
|||||||||||||||||||||||||||||
23. Ir-Rumanija
|
24. Is-Slovenja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
25. Is-Slovakkja
|
26. Il-Finlandja
|
|
||||||||||||||||||||||||||||
27. L-Iżvezja
|
28. Ir-Renju Unit
|