29.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2067

tat-22 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fl-24 ta' Lulju 2014, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ppubblika l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 9 Strumenti Finanzjarji. L-istandard għandu l-għan li jtejjeb ir-rapportar finanzjarju tal-istrumenti finanzjarji billi jindirizza t-tħassib li feġġ f'dan il-qasam matul il-kriżi finanzjarja. B'mod partikolari, l-IFRS 9 iwieġeb għall-appell tal-G20 biex jibda jintuża mudell li jħares aktar 'il quddiem għar-rikonoxximent tat-telf mistenni fuq l-assi finanzjarji.

(3)

L-adozzjoni tal-IFRS 9 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standard, IAS) 1, IAS 2, IAS 8, IAS 10, IAS 12, IAS 20, IAS 21, IAS 23, IAS 28, IAS 32, IAS 33, IAS 36, IAS 37, IAS 39, IFRS 1, IFRS 2, IFRS 3, IFRS 4, IFRS 5, IFRS 7, IFRS 13, l-Interpretazzjoni tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Interpretations Committee, IFRIC) 2, IFRIC 5, IFRIC 10, IFRIC 12, IFRIC 16, IFRIC 19 u l-interpretazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni tal-Istandards (Standing Interpretations Committee, SIC) 27 sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza mad-dritt tal-Unjoni, f'dan ir-Regolament ma saritx emenda konsegwenzjali għall-IAS 39, relatata mal-kontabilità għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust. Apparti minn hekk, l-IFRS 9 iħassar l-IFRIC 9.

(4)

Wara konsultazzjonijiet mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju u wara li ġew ikkunsidrati l-kwistjonijiet li ħarġu minn dik il-konsultazzjoni, b'mod partikolari rigward l-impatt tal-applikazzjoni tal-IFRS 9 fuq is-settur tal-assigurazzjoni, huwa konkluż li l-IFRS 9 jissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

L-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità trid issir fil-pront sabiex ma tikkompromettix l-komprensjoni u l-fiduċja tal-investituri. Filwaqt li tingħata l-approvazzjoni tal-IFRS 9, hija madankollu rikonoxxuta l-ħtieġa għall-diferiment fakultattiv tal-applikazzjoni tiegħu għas-settur tal-assigurazzjoni. L-IASB ħa inizjattiva biex jindirizza din il-kwistjoni u huwa mistenni li jressaq proposta sabiex jiggarantixxi soluzzjoni unika rikonoxxuta internazzjonalment. Madankollu, f'każ li d-dispożizzjonijiet adottati mill-IASB sal-31 ta' Lulju 2016 ma jiġux ikkunsidrati sodisfaċenti, il-Kummissjoni beħsiebha tagħti l-fakultà lis-settur tal-assigurazzjoni li ma japplikax l-IFRS 9 għal perjodu ta' żmien limitat.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9 Strumenti Finanzjarji jiddaħħal kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-istandards internazzjonali tal-kontabilità li ġejjin huma emendati f'konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament:

(i)

IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji;

(ii)

IAS 2 Inventarji;

(iii)

IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji;

(iv)

IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rapportar;

(v)

IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu;

(vi)

IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Divulgazzjoni ta' Assistenza Pubblika;

(vii)

IAS 21 L-effetti ta' Tibdiliet fir-Rati tal-Kambju;

(viii)

IAS 23 Kostijiet tas-Self;

(ix)

IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti;

(x)

IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni;

(xi)

IAS 33 Qligħ għal Kull Sehem;

(xii)

IAS 36 Indeboliment tal-Assi;

(xiii)

IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti;

(xiv)

IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl;

(xv)

IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju;

(xvi)

IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet;

(xvii)

IFRS 3 Kombinamenti ta' Operazzjonijiet;

(xviii)

IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni;

(xix)

IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx;

(xx)

IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet;

(xxi)

IFRS 13 Kejl tal-valur ġust;

(xxii)

Interpretazzjonijiet tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRIC) 2 Ishma ta' Membri f'Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili;

(xxiii)

IFRIC 5 Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonar, Restawr u Riabilitazzjoni Ambjentali;

(xxiv)

IFRIC 10 Rapportar Finanzjarju Interim u Indeboliment;

(xxv)

IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizzi;

(xxvi)

IFRIC 16 Ħeġġijiet ta' Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija;

(xxvii)

IFRIC 19 Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji;

(xxviii)

Interpretazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet SIC 27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Tranżazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Lokazzjoni.

(c)

IFRIC 9 Rivalutazzjoni tad-Derivattivi Inkorporati jitħassar f'konformità mal-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Kull kumpanija għandha tieqaf tapplika d-dispożizzjonijiet li ġejjin, rigward ir-referenzi għall-IFRS 9 mid-data ta' bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara:

(a)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 (3);

(b)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 (4);

(c)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2013 (5);

(d)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 313/2013 (6);

(e)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2013 (7);

(f)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1361/2014 (8);

(g)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/28 (9);

(h)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2173 (10);

(i)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2441 (11);

(j)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1703 (12);

(k)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1905 (13).

3.   Jekk kumpanija tagħżel li tapplika l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji għas-snin finanzjarji tagħha li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għal dawk is-snin finanzjarji.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data ta' bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 tal-11 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 10 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 11, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (2011) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 28 (2011) (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 12, l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju Nru 1 u 13, u l-Interpretazzjoni Nru 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rapportar Finanzjarju (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2013 tal-4 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 1 (ĠU L 61, 5.3.2013, p. 6).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 313/2013 tal-4 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interess f'Entitajiet Oħrajn: Gwida għat-Tranżizzjoni (Emendi għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 10, 11, u 12) (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 9).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2013 tal-20 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 10 u 12 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27 (ĠU L 312, 21.11.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1361/2014 tal-18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 3 u 13 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 40 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 120).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/28 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 2, 3 u 8 u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16, 24 u 38 (ĠU L 5, 9.1.2015, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2173 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 11 (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 11).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2441 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju 27 (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 49).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1703 tat-22 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 10 u 12 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 28 (ĠU L 257, 23.9.2016, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1905 tat-22 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju 15 (ĠU L 295, 29.10.2016, p. 19).


ANNESS

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji

Standard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9

Strumenti Finanzjarji

KAPITOLU 1   Objettiv

1.1.   L-objettiv ta' dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi prinċipji għar-rapportar finanzjarju ta' assi finanzjarji u ta' obbligazzjonijiet finanzjarji li ser jippreżentaw informazzjoni rilevanti u utli għall-utenti ta' rapporti finanzjarji għall-valutazzjoni tagħhom tal-ammonti, it-twaqqit u l-inċertezza dwar il-flussi tal-flus futuri ta' entità.

KAPITOLU 2   Kamp ta' applikazzjoni

2.1.   Dan l-Istandard jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju minbarra:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, f'kumpaniji assoċjati u f'impriżi konġunti li huma koperti mill-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jitolbu jew jippermettu lil entità tkopri interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta skont uħud mir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard jew skont kollha kemm huma. L-entitajiet japplikaw dan l-Istandard ukoll għal derivattivi fuq interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta sakemm id-derivattiv ma jissodisfax id-definizzjoni ta' strument azzjonarju tal-entità fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni.

(b)

id-drittijiet u l-obbligi taħt lokazzjonijiet li għalihom japplika l-IAS 17 Lokazzjonijiet. Madankollu:

(i)

ir-riċevibbli ta' lokazzjonijiet rikonoxxuti minn lokatur huma soġġetti għar-rekwiżiti dwar l-irtirar tar-rikonoxximent u tal-indeboliment ta' dan l-Istandard;

(ii)

l-ammonti pagabbli ta' lokazzjoni finanzjarja rikonoxxuti minn lokatorju huma soġġetti għar-rekwiżiti dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard; u

(iii)

id-derivattivi inkorporati f'lokazzjonijiet huma soġġetti għar-rekwiżiti dwar derivattivi inkorporati ta' dan l-Istandard.

(c)

id-drittijiet u l-obbligi ta' min iħaddem skont il-pjanijiet ta' benefiċċju għall-impjegati, li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

(d)

l-istrumenti finanzjarji maħruġin mill-entità li jissodisfaw id-definizzjoni ta' strument azzjonarju fl-IAS 32 (fosthom opzjonijiet u ċertifikati) jew li jkunu meħtieġa jiġu kklassifikati bħala strument azzjonarju b'konformità mal-paragrafi 16 A u 16B jew mal-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. Madankollu, id-detentur ta' dawn l-istrumenti azzjonarji japplika dan l-Istandard għal dawk l-istrumenti, sakemm ma jissodisfawx l-eċċezzjoni f'(a).

(e)

id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn (i) kuntratt ta' assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 4 Kuntratti ta' Assigurazzjoni, minbarra d-drittijiet u l-obbligi tal-emittent li jirriżultaw minn kuntratt ta' assigurazzjoni li jissodisfa d-definizzjoni ta' kuntratt ta' garanzija finanzjarja, jew (ii) kuntratt li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 4 minħabba li jkun fih aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal derivattiv inkorporat f'kuntratt li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 4 jekk minnu nnifsu d-derivattiv ma jkunx kuntratt li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 4. Barra minn hekk, jekk emittent ta' kuntratti ta' garanzija finanzjarja preċedentement ikun asserixxa b'mod espliċitu li huwa jqis tali kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u uża kontabbiltà li hija applikabbli għal kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista' jagħżel li japplika dan l-Istandard jew inkella l-IFRS 4 għal dawn il-kuntratti ta' garanzija finanzjarja (ara l-paragrafi B2.5–B2.6). L-emittent jista' jagħmel dik l-għażla kuntratt kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli.

(f)

kwalunkwe kuntratt forward bejn akkwirent u azzjonist bejjiegħ għax-xiri jew il-bejgħ ta' akkwiżit li se jwassal f'kombinament tan-negozju fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji f'data ta' akkwist fil-ġejjieni. It-terminu tal-kuntratt forward ma għandux jaqbeż perjodu raġonevoli li normalment huwa neċessarju sabiex tinkiseb kwalukwe approvazzjoni meħtieġa u titlesta t-tranżazzjoni.

(g)

l-impenji ta' self minbarra dawk l-impenji ta' self deskritti fil-paragrafu 2.3. Madankollu, emittent ta' impenji ta' self japplika r-rekwiżiti tal-indeboliment ta' dan l-Istandard għal impenji ta' self li altrimenti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard. Barra minn hekk, l-impenji kollha ta' self huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard.

(h)

l-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti u l-obbligi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Azzjonijiet, ħlief għal kuntratti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafi 2.4-2.7 ta' dan l-Istandard li għalihom japplika dan l-Istandard.

(i)

id-drittijiet għal pagamenti biex l-entità tiġi rimborżata għan-nefqa li teħtieġ tagħmel biex issalda obbligazzjoni li tirrikonoxxi bħala provvediment skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, jew li għalihom, f'perjodu preċedenti, tkun irrikonoxxiet bħala provvediment skont l-IAS 37.

(j)

id-drittijiet u l-obbligi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti li huma strumenti finanzjarji, ħlief għal dawk li l-IFRS 15 jispeċifika li huma kontabilizzati skont dan l-Istandard.

2.2.   Ir-rekwiżiti tal-indeboliment ta' dan l-Istandard jiġu applikati għal dawk id-drittijiet li l-IFRS 15 jispeċifika li huma kontabilizzati skont dan l-Istandard għall-finijiet tar-rikonoxximent ta' qligħ jew telf minn indeboliment.

2.3.   L-impenji ta' self li ġejjin jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard:

(a)

l-impenji ta' self li l-entità tispeċifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf (ara l-paragrafu 4.2.2). Entità li fil-passat kellha prattika ta' bejgħ ta' assi li tirriżulta mill-impenji ta' self tagħha ftit wara li jkunu bdew, tapplika dan l-Istandard għall-impenji ta' self kollha tagħha f'din l-istess kategorija.

(b)

l-impenji ta' self li jistgħu jiġu saldati netti fi flus jew b'għoti jew bi ħruġ ta' strument finanzjarju ieħor. Dawn l-impenji ta' self huma derivattivi. Impenn ta' self ma jitqiesx saldat nett sempliċiment għaliex is-self ikun qed jitħallas bin-nifs (pereżempju, ammonti mislufa fuq ipoteka tal-bini li hu mħallas bin-nifs skont il-progress tal-bini).

(c)

l-impenji biex jingħata self f'rata tal-imgħax li tkun inqas minn dik tas-suq (ara l-paragrafu 4.2.1(d)).

2.4.   Dan l-Istandard jiġi applikat għal dawk il-kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta' entrata mhux finanzjarja li tista' tiġi saldata netta fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, daqslikieku l-kuntratti kienu strumenti finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta' kuntratti li kienu saru u li għadhom qed jinżammu għall-fini tar-riċeviment jew il-kunsinna ta' entrata mhux finanzjarja b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità. Madankollu, dan l-Istandard jiġi applikat għal dawk il-kuntratti li entità tkun speċifikat li jkunu tkejlu f'valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 2.5.

2.5.   Kuntratt għall-bejgħ jew ix-xiri ta' entrata mhux finanzjarja li tista' tiġi saldata netta fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, daqslikieku l-kuntratt kien strument finanzjarju, jista' jiġi speċifikat b'mod irrevokabbli li jkun tkejjel f'valur ġust permezz tal-profitt jew telf anke jekk ikun sar għall-fini tar-riċeviment jew il-kunsinna ta' entrata mhux finanzjarja b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità. Din l-ispeċifikazzjoni hija disponibbli biss fil-bidu tal-kuntratt u f'każ biss li tkun telimina jew tnaqqas b'mod sinifikanti inkonsistenza fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “spariġġ kontabilistiku”) li kienet tinħoloq kieku dak il-kuntratt ma jiġix rikonoxxut minħabba li kien eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafu 2.4).

2.6.   Hemm diversi modi kif kuntratt ta' bejgħ jew xiri ta' entrata mhux finanzjarja jista' jiġi saldat nett bi flus jew bi strument finanzjarju ieħor jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji. Dawn jinkludu:

(a)

meta t-termini tal-kuntratt jippermettu lil kull parti ssaldah nett bi flus jew bi strument finanzjarju ieħor jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji;

(b)

meta l-kapaċità ta' saldar nett bi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, ma tkunx espliċita fit-termini tal-kuntratt, iżda l-entità jkollha prattika ta' saldar ta' kuntratti simili netti bi flus jew bi strument finanzjarju ieħor jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji (sew jekk mal-kontroparti, billi tidħol f'kuntratti li jpaċu jew billi tbigħ il-kuntratt qabel ma jiġi eżerċitat jew jiskadi);

(c)

meta, għal kuntratti simili, l-entità jkollha prattika li tieħu l-kunsinna tas-sottostanti u tbigħu fi żmien qasir wara l-kunsinna bl-iskop li tiġġenera profitt minn varjazzjonijiet fi żmien qasir fil-prezz jew fil-marġni tan-negozjant; u

(d)

meta l-entrata mhux finanzjarja li hija s-suġġett tal-kuntratt tkun tista' tiġi konvertita malajr fi flus kontanti.

Wieħed ma għandux jidħol għal kuntratt li għalih japplikaw (b) jew (c) bl-iskop li jirċievi jew biex tiġi pprovduta lilu l-entrata mhux finanzjarja b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità, u b'hekk, il-kuntratt ikun fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard. Kuntratti oħra li għalihom japplika l-paragrafu 2.4 jiġu evalwati biex jiġi ddeterminat jekk kinux ġew konklużi u għadhomx qed jinżammu għall-fini tar-riċevuta jew il-kunsinna ta' entrata mhux finanzjarja f'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità u, għalhekk, jekk humiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard.

2.7.   Opzjoni bil-miktub għax-xiri jew il-bejgħ ta' entrata mhux finanzjarja li tista' tiġi saldata netta bi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, f'konformità mal-paragrafu 2.6(a) jew 2.6(d) hija fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard. Wieħed ma jistax jidħol għal dan il-kuntratt għall-iskop tar-riċevuta jew kunsinna ta' entrata mhux finanzjarja b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità.

KAPITOLU 3   Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent

3.1   RIKONOXXIMENT INIZJALI

3.1.1.

Entità tirrikonoxxi assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha biss meta l-entità ssir parti għall-provvedimenti kuntrattwali tal-istrument (ara l-paragrafi B3.1.1 u B3.1.2). Meta entità tirrikonoxxi assi finanzjarju għall-ewwel darba, tikklassifikah f'konformità mal-paragrafi 4.1.1–4.1.5 u tkejlu f'konformità mal-paragrafi 5.1.1–5.1.3. Meta entità tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għall-ewwel darba, tikklassifikaha f'konformità mal-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2 u tkejjilha f'konformità mal-paragrafu 5.1.1.

Bejgħ jew xiri ta' assi finanzjarji mħallas fi żmien regolari

3.1.2.

Il-bejgħ jew ix-xiri ta' assi finanzjarji mħallas fi żmien regolari għandu jiġi rikonoxxut u dekontabilizzat, kif applikabbli, bl-użu ta' kontabbiltà skont id-data tan-negozju jew ta' kontabbiltà skont id-data tas-saldu (ara l-paragrafi B3.1.3–B3.1.6).

3.2   IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT TA' ASSI FINANZJARJI

3.2.1.

F'rapporti finanzjarji konsolidati, il-paragrafi 3.2.2–3.2.9, B3.1.1, B3.1.2 u B3.2.1–B3.2.17 jiġu applikati f'livell konsolidat. Għalhekk, entità l-ewwel tikkonsolida s-sussidjarji kollha f'konformità mal-IFRS 10 u mbagħad tapplika dawk il-paragrafi għall-grupp li jirriżulta.

3.2.2.

Qabel ma tevalwa jekk, u kemm, l-irtirar tar-rikonoxximent huwa xieraq skont il-paragrafi 3.2.3–3.2.9, entità tiddetermina jekk dawk il-paragrafi għandhomx jiġu applikati għal parti minn assi finanzjarju (jew għal parti minn grupp ta' assi finanzjarji simili) jew għal assi finanzjarju (jew għal grupp ta' assi finanzjarji simili) fit-totalità tiegħu, kif ġej.

(a)

Il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għal parti minn assi finanzjarju (jew għal parti minn grupp ta' assi finanzjarji simili) iżda biss jekk il-parti li tkun qed tiġi kkunsidrata għall-irtirar tar-rikonoxximent tissodisfa waħda mit-tliet kundizzjonijiet li ġejjin.

(i)

Il-parti tikkonsisti biss minn flussi tal-flus identifikati speċifikament minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol fi strixxa tar-rata tal-imgħax li biha l-kontroparti tikseb id-dritt għall-flussi tal-flus tal-imgħax iżda mhux għall-flussi tal-flus fuq il-kapital minn strument ta' dejn, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għall-flussi tal-flus tal-imgħax.

(ii)

Il-parti tikkonsisti biss f'sehem (pro rata) kompletament proporzjonat tal-flussi tal-flus minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol f'arranġament li bih il-kontroparti tikseb id-drittijiet għal 90 fil-mija tal-flussi tal-flus kollha ta' strument ta' dejn, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għal sehem ta' 90 fil-mija ta' dawk il-flussi ta' flus. Jekk ikun hemm aktar minn kontroparti waħda, mhux meħtieġ li kull kontroparti jkollha sehem proporzjonat tal-flussi tal-flus sakemm l-entità li qed tittrasferixxi jkollha sehem kompletament proporzjonat.

(iii)

Il-parti tikkonsisti biss f'sehem (pro rata) kompletament proporzjonat ta' flussi tal-flus identifikati speċifikament minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol f'arranġament li bih il-kontroparti tikseb id-drittijiet għal sehem ta' 90 fil-mija mill-flussi tal-flus tal-imgħax minn assi finanzjarju, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għal 90 fil-mija ta' dawk il-flussi tal-flus tal-imgħaxijiet. Jekk ikun hemm aktar minn kontroparti waħda, mhux meħtieġ li kull kontroparti jkollha sehem proporzjonat tal-flussi tal-flus identifikati speċifikament sakemm l-entità li qed tittrasferixxi jkollha sehem kompletament proporzjonat.

(b)

Fil-każijiet kollha l-oħra, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għall-assi finanzjarju fit-totalità tiegħu (jew għal grupp ta' assi finanzjarji simili fit-totalità tagħhom). Pereżempju, meta entità tittrasferixxi (i) id-drittijiet lill-ewwel jew lill-aħħar 90 fil-mija tal-ġabriet ta' flus minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji), jew (ii) id-drittijiet għal 90 fil-mija tal-flussi tal-flus minn grupp ta' riċevibbli, iżda tipprovdi garanzija biex tikkumpensa lix-xerrej għal kull telf ta' kreditu sa 8 fil-mija tal-ammont kapitali tar-riċevibbli, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għall-assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili) fit-totalità tiegħu.

Fil-paragrafi 3.2.3–3.2.12, it-terminu “assi finanzjarju” jirreferi għal parti minn assi finanzjarju (jew parti minn grupp ta' assi finanzjarji simili) kif identifikat f'(a) hawn fuq jew, inkella, għal assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili) fit-totalità tiegħu.

3.2.3.

Entità tirtira r-rikonoxximent ta' assi finanzjarju biss meta:

(a)

jiskadu d-drittijiet kuntrattwali għall-flussi tal-flus mill-assi finanzjarju; jew

(b)

meta din titrasferixxi l-assi finanzjarju kif stabbilit fil-paragrafi 3.2.4 u 3.2.5 u t-trasferiment jikkwalifika għal irtirar tar-rikonoxximent f'konformità mal-paragrafu 3.2.6.

(Ara l-paragrafu 3.1.2 għal bejgħ ta' assi finanzjarji mħallas fi żmien regolari.)

3.2.4.

Entità tittrasferixxi assi finanzjarju biss meta:

(a)

tittrasferixxi d-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi tal-flus tal-assi finanzjarju; jew inkella

(b)

meta żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi tal-flus tal-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas il-flussi tal-flus lil riċevitur wieħed jew aktar fi ftehim li jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.2.5.

3.2.5.

Meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus ta' assi finanzjarju (l-“assi oriġinali”), iżda tieħu obbligu kuntrattwali biex tħallas dawk il-flussi tal-flus lil entità waħda jew aktar (ir-“riċevituri eventwali”), l-entità tqis it-tranżazzjoni bħala trasferiment ta' assi finanzjarju biss jekk ikunu ssodisfati t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

L-entità mhijiex obbligata tħallas ammonti lir-riċevituri eventwali sakemm ma tiġborx l-ammonti ekwivalenti mill-assi oriġinali. Self bil-quddiem ta' terminu qasir mill-entità bid-dritt ta' rkupru sħiħ tal-ammont misluf flimkien mal-imgħax dovut bir-rati tas-suq ma jmurx kontra din il-kundizzjoni.

(b)

Skont it-termini tal-kuntratt ta' trasferiment l-entità ma tistax tbigħ jew twiegħed l-assi oriġinali ħlief bħala garanzija għar-riċevituri eventwali għall-obbligu li tħallashom bi flussi tal-flus.

(c)

L-entità hija obbligata li tgħaddi kull fluss tal-flus li tiġbor f'isem ir-riċevituri eventwali mingħajr dewmien materjali. Barra minn hekk, l-entità mhijiex intitolata terġa' tinvesti dawn il-flussi tal-flus, ħlief għal investimenti fi flus jew f'ekwivalenti għal flus (kif definit fl-IAS 7 Rendikont tal-Flussi tal-Flus) matul il-perjodu qasir ta' saldu mid-data tal-ġbir sad-data tar-rimessa meħtieġa lir-riċevituri eventwali, u l-imgħax iggwadanjat minn dawn l-investimenti jingħadda lir-riċevituri eventwali.

3.2.6.

Meta entità tittrasferixxi assi finanzjarju (ara l-paragrafu 3.2.4), tevalwa sa fejn iġġorr ir-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda tal-assi finanzjarju. F'dan il-każ:

(a)

jekk l-entità tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarju, l-entità tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarju u tirrikonoxxi separatament bħala assi jew obbligazzjonijiet kull dritt u obbligazzjoni maħluqa jew miżmuma fit-trasferiment.

(b)

jekk l-entità żżomm b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarju, l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi finanzjarju.

(c)

jekk l-entità la tittrasferixxi u lanqas ma żżomm b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarju, l-entità tistabbilixxi jekk baqgħetx iżżomm kontroll tal-assi finanzjarju. F'dan il-każ:

(i)

jekk l-entità ma baqgħetx iżżomm kontroll, hija tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarju u tirrikonoxxi separatament bħala assi jew obbligazzjonijiet id-drittijiet u l-obbligi kollha maħluqa jew miżmuma fit-trasferiment.

(ii)

jekk l-entità baqgħet iżomm kontroll, hija tibqa' tirrikonoxxi l-assi finanzjarju sal-punt tal-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarju (ara l-paragrafu 3.2.16).

3.2.7.

It-trasferiment ta' riskji u benefiċċji (ara l-paragrafu 3.2.6) jiġi evalwat billi jitqabblu l-iskoperturi tal-entità, qabel u wara t-trasferiment, bil-varjabilità fl-ammonti u t-twaqqit tal-flussi tal-flus netti tal-assi ttrasferit. Entità tkun żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda ta' strument finanzjarju jekk l-iskopertura tagħha għall-varjabilità fil-valur attwali tal-flussi tal-flus netti futuri mill-assi finanzjarju ma tinbidilx sinifikament wara t-trasferiment (pereż. għax l-entità tkun biegħet assi finanzjarju soġġett għal ftehim biex tixtrih lura bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ flimkien ma' redditu għall-mutwanti). Entità tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda ta' assi finanzjarju jekk l-iskopertura tagħha għal varjabilità bħal din ma tibqax sinifikanti iktar fir-rigward tal-varjabilità totali fil-valur attwali tal-flussi tal-flus netti futuri relatati mal-assi finanzjarju (pereż. għax l-entità tkun biegħet assi finanzjarju soġġett biss għal opzjoni biex tixtrih lura fil-valur ġust tiegħu fiż-żmien tar-riakkwist jew għax tkun ittrasferiet sehem proporzjonat sħiħ tal-flussi tal-flus minn assi finanzjarju akbar b'arranġament, bħal sottoparteċipazzjoni f'selfa, li jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.2.5).

3.2.8.

Ta' spiss ikun jidher ċar jekk l-entità tkunx ittrasferiet jew żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda u ma jkunx hemm bżonn li jsir xi kalkolu. F'każijiet oħrajn, ikun hemm bżonn li tiġi kkalkolata u titqabbel l-iskopertura tal-entità għall-varjabilità fil-valur attwali tal-flussi tal-flus netti futuri qabel u wara t-trasferiment. Il-kalkolu u t-tqabbil isiru billi bħala r-rata ta' skont tintuża rata tal-imgħax tas-suq attwali li tkun adattata. Kull varjabilità possibbli b'mod raġonevoli fil-flussi tal-flus netti hija kkunsidrata, b'ponderazzjoni akbar mogħtija lil dawk l-eżiti li għandhom probabilità ikbar li jseħħu.

3.2.9.

Jekk l-entità tkunx żammet kontroll (ara l-paragrafu 3.2.6(c)) tal-assi ttrasferit jiddependi mill-ħila tad-destinatarju tat-trasferiment li jbigħ l-assi. Jekk id-destinatarju tat-trasferiment ikollu l-ħila prattika li jbigħ l-assi fit-totalità tiegħu lil parti terza mhux relatata u jkun jista' jagħmel hekk b'mod unilaterali u mingħajr il-bżonn li jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferiment, l-entità ma jkunx fadlilha kontroll. Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-entità tkun żammet kontroll.

Trasferimenti li jikkwalifikaw għall-irtirar tar-rikonoxximent

3.2.10.

Jekk entità tittrasferixxi assi finanzjarju fi trasferiment li jikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent fit-totalità tiegħu u żżomm id-dritt li tħaddem l-assi finanzjarju bi ħlas, hija tirrikonoxxi jew assi ta' tħaddim jew inkella passiv ta' tħaddim għal dak il-kuntratt ta' tħaddim. Jekk il-miżata li trid tiġi riċevuta mhijiex mistennija li tikkumpensa lill-entità b'mod adegwat għat-tħaddim, passiv ta' tħaddim li jikkorrispondi mal-obbligazzjoni ta' tħaddim għandu jiġu rikonoxxut fil-valur ġust tiegħu. Jekk il-miżata li trid tiġi riċevuta hija mistennija li tkun kumpens aktar minn adegwat għat-tħaddim, l-assi ta' tħaddim għandu jiġi rikonoxxut għad-dritt ta' tħaddim f'ammont stabbilit abbażi ta' allokazzjoni tal-ammont riportat tal-akbar assi finanzjarju f'konformità mal-paragrafu 3.2.13.

3.2.11.

Jekk, bħala riżultat tat-trasferiment, ir-rikonoxximent ta' assi finanzjarju jiġi rtirat fit-totalità tiegħu iżda t-trasferiment iwassal biex l-entità tikseb assi finanzjarju ġdid jew biex tassumi obbligazzjoni finanzjarja ġdida, jew passiv ta' tħaddim, l-entità tirrikonoxxi l-assi finanzjarju ġdid, l-obbligazzjoni finanzjarja jew il-passiv ta' tħaddim fil-valur ġust.

3.2.12.

Mal-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarju fit-totalità tiegħu, id-differenza bejn:

(a)

l-ammont riportat (imkejjel fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent) u

(b)

il-korrispettiv riċevut (inkluż kwalunkwe assi ġdid miksub nieqes kwalunkwe obbligazzjoni preżunta)

tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf.

3.2.13.

Jekk l-assi ttrasferit jagħmel parti minn assi finanzjarju akbar (pereż. meta entità tittrasferixxi flussi tal-flus tal-imgħaxijiet li huma parti minn strument ta' dejn, ara l-paragrafu 3.2.2(a)) u l-parti ttrasferita tikkwalifika għal irtirar tar-rikonoxximent fit-totalità tagħha, l-ammont riportat qabel tal- assi finanzjarju ikbar jiġi allokat bejn il-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat, abbażi tal-valuri ġusti relattivi ta' dawk il-partijiet fid-data tat-trasferiment. Għal dan il-għan, assi ta' tħaddim miżmum jibqa' jiġi ttrattat bħala parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta. Id-differenza bejn:

(a)

l-ammont riportat (imkejjel fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent) allokat għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat u

(b)

il-korrispettiv riċevut għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat (inkluż kull assi ġdid miksub li minnu tkun tnaqqset kwalunkwe obbligazzjoni preżunta)

tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf.

3.2.14.

Meta entità talloka l-ammont riportat preċedenti ta' assi finanzjarju akbar bejn il-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat, il-valur ġust tal-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta jrid jitkejjel. Meta fl-imgħoddi l-entità tkun bigħet partijiet simili għall-parti li tkun għadha qed tiġi rikonoxxuta jew jekk ikunu jeżistu tranżazzjonijiet oħrajn fis-suq għal partijiet bħal dawn, il-prezzijiet riċenti tat-tranżazzjonijiet attwali jipprovdu l-aħjar stima tal-valur ġust tagħha. Meta ma jkunx hemm prezzijiet ikkwotati jew tranżazzjonijiet tas-suq riċenti li jsostnu l-valur ġust tal-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta, l-aħjar stima tal-valur ġust hija d-differenza bejn il-valur ġust tal-assi finanzjarju ikbar fit-totalità tiegħu u l-korrispettiv riċevut mid-destinatarju għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat.

Trasferimenti li ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent

3.2.15.

Jekk trasferiment ma jirriżultax fl-irtirar tar-rikonoxximent minħabba li l-entità tkun żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, l-entità tibqa' tirrikonoxxi l-assi ttrasferit fit-totalità tiegħu u tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għall-korrispettiv riċevut. Fil-perjodi sussegwenti, l-entità tirrikonoxxi kwalunkwe introjtu fuq l-assi ttrasferit u kwalunkwe spiża mġarrba fuq l-obbligazzjoni finanzjarja.

Involviment kontinwu fl-assi ttrasferiti

3.2.16.

Jekk entità la titrasferixxi u lanqas ma żżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda ta' assi ttrasferit, u żżomm kontroll tal-assi ttrasferit, l-entità tibqa' tirrikonoxxi l-assi ttrasferit sakemm ikun hemm l-involviment kontinwu tagħha. Il-firxa tal-involviment kontinwu tal-entità fl-assi ttrasferit hija l-firxa ta' kemm hija esposta għal bidliet fil-valur tal-assi ttrasferit. Pereżempju:

(a)

Meta l-involviment kontinwu tal-entità jieħu l-forma ta' garanzija għall-assi ttrasferit, il-grad tal-involviment kontiwu tal-entità jkun l-inqas wieħed bejn (i) l-ammont tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv riċevut li l-entità tista' tintalab terġa' tħallas (“l-ammont garantit”).

(b)

Meta l-involviment kontinwu tal-entità jieħu l-forma ta' opzjoni mibjugħa jew mixtrija (jew it-tnejn) fuq l-assi ttrasferit, il-firxa tal-involviment kontinwu tal-entità hija l-ammont tal-assi ttrasferit li l-entità tista' tixtri mill-ġdid. Madankollu, f'każ ta' opzjoni put mibjugħa fuq assi li jitkejjel fil-valur ġust, il-firxa tal-involviment kontinwu hija ristretta għall-inqas valur ġust tal-assi ttrasferit u l-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni (ara l-paragrafu B3.2.13).

(c)

Meta l-involviment kontinwu tal-entità jieħu l-forma ta' opzjoni ssaldata fi flus jew provvediment simili fuq l-assi ttrasferit, il-firxa tal-involviment kontinwu tal-entità titkejjel bl-istess mod bħal dik li tirriżulta minn opzjonijiet saldati mhux fi flus kif stipulat f'(b) iktar 'il fuq.

3.2.17.

Meta entità tibqa' tirrikonoxxi assi sal-firxa tal-involviment kontinwu tagħha, l-entità tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni assoċjata. Minkejja r-rekwiżiti l-oħrajn ta' kejl f'dan l-Istandard, l-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata jitkejlu fuq bażi li tirrifletti d-drittijiet u l-obbligi li l-entità tkun żammet. L-obbligazzjoni assoċjata titkejjel b'tali mod li l-ammont riportat nett tal-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni finanzjarja assoċjat ikun:

(a)

il-kost amortizzat tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet miżmuma mill-entità, jekk l-assi ttrasferit jitkejjel skont il-kost amortizzat, jew

(b)

daqs il-valur ġust tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet miżmuma mill-entità meta jitkejlu fuq bażi awtonoma, jekk l-assi ttrasferit jitkejjel fil-valur ġust.

3.2.18.

L-entità tibqa' tirrikonoxxi kwalunkwe introjtu li jiġi mill-assi ttrasferit sal-firxa tal-involviment kontinwu tagħha u tirrikonoxxi kull spiża mġarrba fuq l-obbligazzjoni assoċjata.

3.2.19.

Għall-fini tal-kejl sussegwenti, bidliet rikonoxxuti fil-valur ġust tal-assi ttrasferit u tal-obbligazzjoni assoċjata jiġu kontabilizzati b'mod konsistenti ma' xulxin b'konformità mal-paragrafu 5.7.1, u m'għandhomx jitpaċew.

3.2.20.

Jekk l-involviment kontinwu tal-entità jkun biss f'parti minn assi finanzjarju (pereż. meta entità żżomm opzjoni li terġa' tixtri parti minn assi ttrasferit, jew iżżomm interess residwu li ma jirriżultax fiż-żamma ta' sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda u l-entità żżomm kontroll), l-entità talloka l-ammont riportat preċedenti tal-assi finanzjarju bejn il-parti li tibqa' tirrikonoxxi skont l-involviment kontinwu, u l-parti li m'għadhiex tirrikonoxxix fuq il-bażi tal-valuri ġusti relattivi għal dawk il-partijiet fid-data tat-trasferiment. Għal dan il-għan, japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.14. Id-differenza bejn:

(a)

l-ammont riportat (imkejjel fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent) allokat għall-parti li ma għadhiex rikonoxxuta u

(b)

il-korrispettiv riċevut għall-parti li ma għadhiex rikonoxxuta

tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf.

3.2.21.

Jekk l-assi ttrasferit jitkejjel b'kost amortizzat, l-opzjoni f'dan l-Istandard biex obbligazzjoni finanzjarja titkejjel fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf ma tapplikax għall-obbligazzjoni assoċjata.

It-trasferimenti kollha

3.2.22.

Jekk assi ttrasferit jibqa' jiġi rikonoxxut, l-assi u l-obbligazzjoni assoċjata ma jitpaċewx. Bl-istess mod, l-entità ma tpaċi l-ebda dħul li jiġi mill-assi ttrasferit b'xi spiża mġarrba fuq l-obbligazzjoni assoċjata (ara l-paragrafu 42 tal-IAS 32).

3.2.23.

Jekk trasferitur jipprovdi kollateral mhux fi flus (bħal strumenti ta' dejn jew ta' ekwità) lid-destinatarju tat-trasferiment, il-kontabbiltà għall-kollateral mit-trasferitur u mid-destinatarju tat-trasferiment tiddependi minn jekk id-destinatarju tat-trasferiment għandux id-dritt li jbigħ jew li jerġa' jirhan il-kollateral u jekk it-trasferitur ikunx inadempjenti. It-trasferitur u d-destinatarju tat-trasferiment jieħdu kont tal-kollateral kif ġej:

(a)

Jekk id-destinatarju tat-trasferiment għandu d-dritt b'kuntratt jew drawwa li jbigħ jew jerġa' jirhan il-kollateral, f'dak il-każ it-trasferitur jerġa' jikklassifika dak l-assi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu (pereż. bħala assi misluf, strument azzjonarju mirhun jew riċevibbli ta' riakkwist) separatament minn assi oħrajn.

(b)

Jekk id-destinatarju tat-trasferiment ibigħ il-kollateral mirhun lilu, għandu jirrikonoxxi r-rikavat mill-bejgħ u obbligazzjoni mkejla fil-valur ġust għall-obbligu tiegħu biex jirritorna l-kollateral.

(c)

Jekk it-trasferitur isir inadempjenti skont it-termini tal-kuntratt u ma jibqax intitolat li jifdi l-kollateral, hu jirtira r-rikonoxximent tal-kollateral u d-destinatarju jirrikonoxxi l-kollateral bħala l-assi tiegħu inizjalment imkejjel fil-valur ġust jew, jekk diġà biegħ il-kollateral, jirtira r-rikonoxximent tal-obbligu tiegħu biex jirritorna l-kollateral.

(d)

Ħlief kif stipulat f'(c), it-trasferitur jibqa' jirriporta l-kollateral bħala l-assi tiegħu, u d-destinatarju tat-trasferiment ma jirrikonoxxix il-kollateral bħala assi.

3.3   L-IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT TA' OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI

3.3.1.

Entità tneħħi obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha biss meta tiġi eżawrita—jiġifieri meta l-obbligu speċifikat fil-kuntratt jiġi rilaxxat, jew ikkanċellat jew jiskadi.

3.3.2.

Skambju bejn mutwatarju u mutwanti eżistenti ta' strumenti tad-dejn b'termini sostanzjalment differenti jiġi kontabilizzat bħala eżawriment tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali u r-rikonoxximent ta' obbligazzjoni finanzjarja ġdida. B'mod simili, modifika sostanzjali fit-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja eżistenti jew parti minnha (kemm jekk attribwibbli jew le għad-diffikultà finanzjarja tad-debitur) tiġi kontabilizzata bħala eżawriment tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali u r-rikonoxximent ta' obbligazzjoni finanzjarja ġdida.

3.3.3.

Id-differenza bejn l-ammont riportat ta' obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) eżawrita jew ittrasferita lil parti oħra u l-korrispettiv imħallas, inklużi assi mhux fi flus ittrasferiti jew obbligazzjonijiet imġarrbin, tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf.

3.3.4.

Jekk entità terġa' tixtri mill-ġdid parti minn obbligazzjoni finanzjarja, l-entità talloka l-ammont preċedenti riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja bejn il-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat abbażi tal-valuri relattivi ġusti ta' dawk il-partijiet fid-data tar-riakkwist. Id-differenza bejn (a) l-ammont riportat allokat lill-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat u (b) il-korrispettiv imħallas, li jinkludi kull assi mhux fi flus ittrasferiti jew obbligazzjonijiet imġarrbin, għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf.

KAPITOLU 4   Klassifikazzjoni

4.1   IL-KLASSIFIKAZZJONI TA' ASSI FINANZJARJI

4.1.1.

Sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5, entità tikklassifika assi finanzjarji kif imkejla sussegwentement f'valur amortizzat, f'valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv jew f'valur ġust permezz tal-profitt jew telf abbażi ta':

(a)

il-mudell ta' negozju tal-entità għall-immaniġġjar tal-assi finanzjarji, kif ukoll

(b)

il-karatteristiċi tal-flussi tal-flus kuntrattwali tal-assi finanzjarju.

4.1.2.

Assi finanzjarju jitkejjel b'kost amortizzat jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-assi finanzjarju jinżamm f'mudell ta' negozju li l-għan tiegħu huwa li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali u

(b)

f'dati speċifikati t-termini kuntrattwali tal-assi finanzjarju jwasslu għal flussi tal-flus li huma sempliċiment ħlasijiet tal-prinċipal u l-imgħax fuq l-ammont tal-prinċipal pendenti.

Il-paragrafi B4.1.1–B4.1.26 jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet.

4.1.2 A

Assi finanzjarju jitkejjel f'valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv jekk ikunu ġew issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-assi finanzjarju jinżamm f'mudell ta' negozju li l-għan tiegħu jinkiseb kemm permezz tal-ġbir ta' flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ ta' assi finanzjarji u

(b)

f'dati speċifikati t-termini kuntrattwali tal-assi finanzjarju jwasslu għal flussi tal-flus li huma sempliċiment ħlasijiet tal-prinċipal u l-imgħax fuq l-ammont tal-prinċipal pendenti.

Il-paragrafi B4.1.1–B4.1.26 jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet.

4.1.3.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b):

(a)

il-prinċipal huwa l-valur ġust tal-assi finanzjarju bir-rikonoxximent inizjali. Il-paragrafu B4.1.7B jipprovdi gwida addizzjonali dwar it-tifsira ta' prinċipal.

(b)

l-imgħax jikkonsisti minn korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus, għar-riskju ta' kreditu marbut mal-ammont tal-prinċipal pendenti tul perjodu partikolari ta' żmien u għal riskji u spejjeż bażiċi oħrajn marbutin mas-self, kif ukoll marġini ta' profitt. Il-paragrafi B4.1.7 A u B4.1.9 A–B4.1.9E jipprovdu gwida addizzjonali dwar it-tifsira tal-imgħax, inkluża t-tifsira tal-valur taż-żmien tal-flus.

4.1.4.

Assi finanzjarju jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf sakemm ma jitkejjilx b'kost amortizzat f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 jew fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A. Madankollu, fir-rikonoxximent inizjali, entità tista' tagħmel għażla irrevokabbli biex fl-introjtu l-ieħor komprensiv tippreżenta tibdil sussegwenti fil-valur ġust tal-investimenti partikolari fi strumenti ta' ekwità illi li kieku kienu jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf (ara l-paragrafi 5.7.5–5.7.6).

Għażla biex assi finanzjarju jitkejjel fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

4.1.5.

Minkejja l-paragrafi 4.1.1–4.1.4, fir-rikonoxximent inizjali entità tista' tispeċifika b'mod irrevokabbli assi finanzjarju bħala li tkejjel fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jekk permezz ta' dan telimina jew tnaqqas b'mod sinifikanti xi inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “spariġġ kontabilistiku”) illi li kieku kienet tinħoloq mill-kejl ta' assi jew ta' obbligazzjonijiet jew mir-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf fuqhom skont bażijiet differenti (ara l-paragrafi B4.1.29–B4.1.32).

4.2   KLASSIFIKAZZJONI TAL-OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI

4.2.1.

Entità tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha bħala li ġew sussegwentement imkejla b'kost amortizzat, ħlief għal:

(a)

obbligazzjonijiet finanzjarji f'valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Dawn l-obbligazzjonijiet, fosthom derivattivi li huma obbligazzjonijiet, sussegwentement jitkejlu fil-valur ġust.

(b)

obbligazzjonijiet finanzjarji li jinqalgħu meta trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent jew meta japplika l-approċċ ta' involviment kontinwu. Il-paragrafi 3.2.15 u 3.2.17 japplikaw għall-kejl ta' dawn l-obbligazzjonijiet finanzjarji.

(c)

kuntratti ta' garanziji finanzjarji. Wara r-rikonoxximent inizjali, emittent ta' tali kuntratt (sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.2.1(a) jew (b)) sussegwentement ikejlu skont l-ogħla ammont bejn:

(i)

l-ammont tal-provvediment kontra telf li jiġi ddeterminat f'konformità mat-Taqsima 5.5 u

(ii)

l-ammont inizjalment rikonoxxut (ara l-paragrafu 5.1.1) nieqes, meta jkun xieraq, l-ammont kumulattiv tal-introjtu rikonoxxut f'konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15.

(d)

impenji biex jingħata self b'rata tal-imgħax li tkun inqas minn dik tas-suq. Emittent ta' tali impenn (sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.2.1(a)) sussegwentement ikejlu skont l-ogħla ammont bejn:

(i)

l-ammont tal-provvediment kontra telf li jiġi ddeterminat f'konformità mat-Taqsima 5.5 u

(ii)

l-ammont inizjalment rikonoxxut (ara l-paragrafu 5.1.1) nieqes, meta jkun xieraq, l-ammont kumulattiv tal-introjtu rikonoxxut f'konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15.

(e)

korrispettiv kontinġenti rikonoxxut minn akkwirent f'kombinament ta' negozju li għalih japplika l-IFRS 3. Imbagħad, dan il-korrispettiv kontinġenti jitkejjel fil-valur ġust u t-tibdil jiġi rikonoxxut fi profitt jew f'telf.

Opzjoni biex obbligazzjoni finanzjarja titkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.2.2.

Mar-rikonoxximent inizjali, entità tista' tispeċifika b'mod irrevokabbli obbligazzjoni finanzjarja bħala mkejla fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jekk dan ikun permess mill-paragrafu 4.3.5, jew jekk, meta tagħmel dan, jirriżulta f'informazzjoni aktar rilevanti, minħabba li jew:

(a)

telimina jew tnaqqas b'mod sinifikanti xi inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “spariġġ kontabilistiku”) illi li kieku kienet tinħoloq mill-kejl ta' assi jew ta' obbligazzjonijiet jew mir-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf fuqhom skont bażijiet differenti (ara l-paragrafi B4.1.29–B4.1.32); jew inkella minħabba li

(b)

il-ġestjoni ta' grupp ta' obbligazzjonijiet finanzjarji (jew ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji) u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu jsiru fuq bażi ta' valur ġust, f'konformità ma' strateġija tal-ġestjoni tar-riskju jew ta' investiment dokumentati, u l-informazzjoni dwar il-grupp tiġi pprovduta internament fuq dik il-bażi lill-persunal maniġerjali ewlieni tal-entità (kif definit fl-IAS 24 Żvelar ta' Partijiet Relatati), pereżempju, il-bord tad-diretturi tal-entità u l-uffiċjal kap eżekuttiv (ara l-paragrafi B4.1.33–B4.1.36).

4.3   DERIVATTIVI INKORPORATI

4.3.1.

Derivattiv inkorporat huwa komponent ta' kuntratt ibridu li jinkludi ospitant mhux derivattiv—bl-effett li wħud mill-flussi tal-flus tal-istrument kombinat ivarjaw b'mod simili għal derivattiv awtonomu. Derivattiv inkorporat iwassal biex il-flussi tal-flus kollha jew partijiet minnhom li f'ċirkostanzi oħra jkunu meħtieġa mill-kuntratt, ikunu mmodifikati skont ir-rata tal-imgħax speċifika, prezz ta' strument finanzjarju, prezz ta' komodità, rata tal-kambju, indiċi tal-prezzijiet jew rati, klassifikazzjoni tal-kreditu jew indiċi tal-kreditu, jew varjabbli ieħor, bil-kundizzjoni li, fil-każ ta' varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli ma jkunx speċifiku għal parti kontraenti għall-kuntratt. Derivattiv marbut ma' strument finanzjarju iżda li huwa kuntrattwalment trasferibbli b'mod indipendenti minn dak l-istrument, jew għandu kontroparti differenti minn dak l-istrument, mhuwiex derivattiv inkorporat, iżda strument finanzjarju separat.

Kuntratti ibridi b'assi finanzjarji ospitanti

4.3.2.

Jekk kuntratt ibridu jkun fih ospitant li jkun assi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard, entità tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 4.1.1–4.1.5 għall-kuntratt ibridu kollu.

Kuntratti ibridi oħra

4.3.3.

Jekk kuntratt ibridu jkun fih ospitant li ma jkunx assi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard, derivattiv inkorporat jiġi separat mill-ospitant u jiġi kontabilizzat bħala derivattiv skont dan l-Istandard biss jekk:

(a)

il-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tad-derivattiv inkorporat ma jkunux relatati mill-qrib mal-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tal-ospitant (ara l-paragrafi B4.3.5 u B4.3.8);

(b)

strument separat bl-istess termini bħad-derivattiv inkorporat ikun konformi mad-definizzjoni ta' derivattiv; u

(c)

il-kuntratt ibridu ma jitkejjilx f'valur ġust u b'bidliet fil-valur ġust li jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew it-telf (jiġifieri derivattiv inkorporat f'obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf ma jkunx separat).

4.3.4.

Jekk derivattiv inkorporat jiġi separat, il-kuntratt ospitant jiġi kontabilizzat f'konformità mal-Istandards xierqa. Dan l-Istandard ma jindirizzax jekk derivattiv inkorporat għandux jiġi ppreżentat separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

4.3.5.

Minkejja l-paragrafi 4.3.3 u 4.3.4, jekk kuntratt ikun fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar u l-ospitant ma jkunx assi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard, entità tista' tispeċifika l-kuntratt ibridu kollu bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf ħlief jekk:

(a)

id-derivattiv(i) inkorporat(i) ma jbiddilx/jbiddlux b'mod sinifikanti l-flussi tal-flus illi li kieku jkunu meħtieġa mill-kuntratt; jew

(b)

ikun jidher ċar bi ftit jew mingħajr analiżi profonda meta strument ibridu simili jiġi eżaminat għall-ewwel darba, li dik is-separazzjoni tad-derivattiv(i) inkorporat(i) tkun ipprojbita, bħal opzjoni ta' rimborż antiċipat inkorporat f'self li jippermetti lid-detentur iħallas is-self bil-quddiem għal somma li tqarreb il-kost amortizzat.

4.3.6.

Jekk permezz ta' dan l-Istandard entità tkun meħtieġa tissepara derivattiv inkorporat mill-ospitant tiegħu, iżda ma tkunx tista' tkejjel id-derivattiv inkorporat separatament, kemm jekk dakinhar tal-akkwiżizzjoni tiegħu u kemm jekk fi tmiem il-perjodu sussegwenti ta' rapportar finanzjarju, hi għandha tispeċifika l-kuntratt ibridu kollu bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

4.3.7.

Jekk entità ma tkunx tista' tistabbilixxi b'mod affidabbli l-valur ġust ta' derivattiv inkorporat fuq il-bażi tal-patti u l-kundizzjonijiet tiegħu, il-valur ġust tad-derivattiv inkorporat ikun id-differenza bejn il-valur ġust tal-kuntratt ibridu u l-valur ġust tal-ospitant. Jekk l-entità ma tkunx tista' tkejjel il-valur ġust tad-derivattiv inkorporat b'dan il-metodu, il-paragrafu 4.3.6 japplika u l-kuntratt ibridu jkun imkejjel skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

4.4   RIKLASSIFIKAZZJONI

4.4.1.

B'konformità mal-paragrafi 4.1.1–4.1.4, huwa biss meta entità tbiddel il-mudell tan-negozju tagħha għall-immaniġġjar tal-assi finanzjarji li għandha tirriklassifika l-assi finanzjarji kollha kkonċernati. Għal gwida addizzjonali dwar ir-riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarji ara l-paragrafi 5.6.1–5.6.7, B4.4.1–B4.4.3 u B5.6.1–B5.6.2.

4.4.2.

Entità ma għandha tirriklassifika l-ebda obbligazzjoni finanzjarja.

4.4.3.

Il-bidliet li ġejjin fiċ-ċirkustanzi mhumiex riklassifikazzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafi 4.4.1–4.4.2:

(a)

entrata li qabel kienet strument speċifikat u effikaċi għall-iħħeġġjar f'ħeġġ tal-flussi tal-flus jew f'ħeġġ ta' investiment nett ma tibqax tikkwalifika bħala tali;

(b)

entrata ssir strument speċifikat u effikaċi għall-iħħeġġjar f'ħeġġ tal-flussi tal-flus jew f'ħeġġ ta' investiment nett; u

(c)

bidliet fil-kejl b'konformità mat-Taqsima 6.7.

KAPITOLU 5   Kejl

5.1   KEJL INIZJALI

5.1.1.

Ħlief fil-każ ta' riċevibbli tan-negozju fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 5.1.3, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust tagħhom biż-żieda jew bit-tnaqqis, fil-każ ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li ma jkunx/tkunx fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, kostijiet ta' tranżazzjoni li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist jew għall-ħruġ ta' dan l-assi finanzjarju jew ta' din l-obbligazzjoni finanzjarja.

5.1.1 A

Madankollu, jekk il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafu B5.1.2 A.

5.1.2.

Meta entità tuża kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal assi li sussegwentement jitkejjel b'kost amortizzat, l-assi jiġi inizjalment rikonoxxut skont il-valur ġust tiegħu fid-data tan-negozju (ara l-paragrafi B3.1.3–B3.1.6).

5.1.3.

Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel riċevibbli tan-negozju li ma jkollhomx komponent sinifikanti ta' finanzjament (determinat skont l-IFRS 15) skont il-prezz tat-tranżazzjoni tagħhom (kif definit fl-IFRS 15).

5.2   KEJL SUSSEGWENTI TA' ASSI FINANZJARJI

5.2.1.

Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju f'konformità mal-paragrafi 4.1.1–4.1.5 skont:

(a)

il-kost amortizzat;

(b)

il-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv; jew

(c)

il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

5.2.2.

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta' indeboliment fit-Taqsima 5.5 għal assi finanzjarji li jitkejlu b'kost amortizzat f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 u għal assi finanzjarji li jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A.

5.2.3.

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-paragrafi 6.5.8–6.5.14 (u, jekk applikabbli, ir-rekwiżiti fil-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 f'dak li jirrigwarda l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għal assi finanzjarju li huwa speċifikat bħala entrata ħħeġġjata.  (1)

5.3   KEJL SUSSEGWENTI TA' OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI

5.3.1.

Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel obbligazzjoni finanzjarja f'konformità mal-paragrafi 4.2.1–4.2.2.

5.3.2.

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-paragrafi 6.5.8–6.5.14 (u, jekk applikabbli, ir-rekwiżiti fil-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 f'dak li jirrigwarda l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għal obbligazzjoni finanzjarja li hija speċifikata bħala entrata ħħeġġjata.

5.4   KEJL TAL-KOST AMORTIZZAT

L-Assi finanzjarji

Metodu tal-imgħax effettiv

5.4.1.

Id-dħul mill-imgħax għandu jiġi kkalkulat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv (ara l-Appendiċi A u l-paragrafi B5.4.1–B5.4.7). Dan għandu jiġi kkalkolat billi tiġi applikata r-rata effettiva tal-imgħax għall-ammont gross riportat ta' assi finanzjarju ħlief għal:

(a)

assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b'indeboliment fil-kreditu. Għal dawk l-assi finanzjarji, l-entità għandha, mir-rikonoxximent inizjali, tapplika r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għall-kost amortizzat tal-assi finanzjarju.

(b)

assi finanzjarji li mhumiex assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b'indeboliment fil-kreditu iżda li mbagħad saru assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu. Għal dawk l-assi finanzjarji, f'perjodi sussegwenti ta' rapportar l-entità għandha tapplika r-rata effettiva tal-imgħax għall-kost amortizzat tal-assi finanzjarju.

5.4.2.

Entità li, f'perjodu ta' rapportar, tikkalkola d-dħul mill-imgħax billi tapplika l-metodu tal-imgħax effettiv għall-kost amortizzat tal-assi finanzjarju f'konformità mal-paragrafu 5.4.1(b), għandha, f'perjodi sussegwenti ta' rapportar, tikkalkola d-dħul mill-imgħax billi tapplika r-rata effettiva tal-imgħax għall-ammont gross riportat jekk ir-riskju ta' kreditu fuq l-istrument finanzjarju jitjieb biex b'hekk l-assi finanzjarju ma jibqax b'indeboliment fil-kreditu u t-titjib ikun jista' jiġi relatat b'mod oġġettiv ma' avveniment li jseħħ wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 5.4.1(b) (bħal titjib fil-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-mutwatarju).

Modifika tal-flussi ta' flus kuntrattwali

5.4.3.

Meta l-flussi ta' flus kuntrattwali ta' assi finanzjarju jiġu nnegozjati mill-ġdid jew inkella jiġu mmodifikati u n-negozjar mill-ġdid jew il-modifika ma jwasslux għall-irtirar tar-rikonoxximent ta' dak l-assi finanzjarju f'konformità ma' dan l-Istandard, entità għandha terġa' tikkalkola l-ammont gross riportat tal-assi finanzjarju u għandha tirrikonoxxi l-qligħ jew it-telf mill-modifika fil-profitt jew fit-telf. L-ammont gross riportat tal-assi finanzjarju għandu jiġi kkalkolat bħala l-valur attwali tal-flussi ta' flus kuntrattwali nnegozjati mill-ġdid jew modifikati li jiġu skontati bir-rata effettiva tal-imgħax oriġinali (jew bir-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b'indeboliment fil-kreditu) tal-assi finanzjarju jew, fejn applikabbli, ir-rata effettiva tal-imgħax riveduta kkalkolata f'konformità mal-paragrafu 6.5.10. Il-kostijiet jew it-tariffi mġarrba jaġġustaw l-ammont riportat tal-assi finanzjarju mmodifikat u jiġu amortizzati fuq it-terminu li jifdal tal-assi finanzjarju mmodifikat.

Tħassir

5.4.4.

Entità għandha tnaqqas direttament l-ammont gross riportat ta' assi finanzjarju meta l-entità ma jkollha l-ebda aspettattiva raġonevoli li tirkupra assi finanzjarju fit-totalità tiegħu jew parti minnu. Tħassir jikkostitwixxi avveniment ta' rtirar tar-rikonoxximent (ara l-paragrafu B3.2.16(r)).

5.5   INDEBOLIMENT

Rikonoxximent ta' telf ta' kreditu mistenni

Approċċ ġenerali

5.5.1.

Entità għandha tirrikonoxxi provvediment kontra telf għal telf ta' kreditu mistenni fuq assi finanzjarju li jitkejjel f'konformità mal-paragrafi 4.1.2 jew 4.1.2 A, fuq riċevibbli ta' lokazzjoni, fuq assi ta' kuntratt jew fuq impenn ta' self u fuq kuntratt ta' garanzija finanzjarja li għalih japplikaw ir-rekwiżiti tal-indeboliment f'konformità mal-paragrafi 2.1(g), 4.2.1(c) jew 4.2.1(d).

5.5.2.

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment għar-rikonoxximent u l-kejl ta' provvediment kontra telf għal assi finanzjarji li jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A. Madankollu, il-provvediment kontra telf għandu jiġi rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv u ma għandux inaqqas l-ammont riportat tal-assi finanzjarju fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

5.5.3.

Soġġetta għall-paragrafi 5.5.13–5.5.16, f'kull data ta' rapportar, entità għandha tkejjel il-provvediment kontra telf għal strument finanzjarju f'ammont li jilħaq it-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja jekk ir-riskju ta' kreditu fuq dak l-istrument finanzjarju jkun żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali.

5.5.4.

L-għan tar-rekwiżiti tal-indeboliment huwa li jiġi rikonoxxut telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja għall-istrumenti finanzjarji kollha li għalihom kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu sa mir-rikonoxximent inizjali — kemm jekk jiġu vvalutati fuq bażi individwali u kemm jekk fuq dik kollettiva — meta wieħed iqis l-informazzjoni kollha raġonevoli u sostnuta, inkluża dik ta' natura prospettiva.

5.5.5.

Soġġetta għall-paragrafi 5.5.13–5.5.16, jekk, fid-data ta' rapportar, ir-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju ma jkunx żdied b'mod sinifikanti sa mir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel il-provvediment kontra telf għal dak l-istrument finanzjarju f'ammont li jilħaq it-telf ta' kreditu mistenni fuq perjodu ta' 12-il xahar.

5.5.6.

Għal impenji ta' self u kuntratti ta' garanziji finanzjarji, id-data li fiha l-entità ssir parti għall-impenn irrevokabbli għandha titqies li hija d-data tar-rikonoxximent inizjali għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-indeboliment.

5.5.7.

Jekk entità tkun kejlet il-provvediment kontra telf għal strument finanzjarju f'ammont li jilħaq it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja fil-perjodu ta' rapportar preċedenti, iżda fid-data attwali ta' rapportar tiddetermina li l-paragrafu 5.5.3 ma għadux issodisfat, l-entità għandha tkejjel il-provvediment kontra telf f'ammont li jilħaq it-telf ta' kreditu mistenni fuq perjodu ta' 12-il xahar fid-data attwali ta' rapportar.

5.5.8.

Entità għandha tirrikonoxxi fil-profitt jew fit-telf, bħala qligħ jew telf minn indeboliment, l-ammont tat-telf ta' kreditu mistenni (jew treġġigħ lura) li huwa meħtieġ biex jiġi aġġustat il-provvediment kontra telf fid-data ta' rapportar għall-ammont li huwa meħtieġ biex jiġi rikonoxxut f'konformità ma' dan l-Istandard.

Id-determinazzjoni ta' żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu

5.5.9.

F'kull data ta' rapportar, entità tivvaluta jekk ir-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali. Meta tkun qed tagħmel il-valutazzjoni, entità għandha tuża l-bidla fir-riskju ta' inadempjenza matul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju minflok il-bidla fl-ammont ta' telf ta' kreditu mistenni. Sabiex tagħmel dik il-valutazzjoni, entità għandha tqabbel ir-riskju ta' inadempjenza fuq l-istrument finanzjarju fid-data ta' rapportar mar-riskju ta' inadempjenza fuq l-istrument finanzjarju fid-data tar-rikonoxximent inizjali u tqis informazzjoni raġonevoli u sostnuta, li tkun disponibbli mingħajr kostijiet jew sforzi eċċessivi, li tindika żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu sa mir-rikonoxximent inizjali.

5.5.10.

Entità tista' tassumi li r-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju ma jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali jekk fid-data ta' rapportar l-istrument finanzjarju jiġi determinat li jkollu riskju ta' kreditu baxx (ara l-paragrafi B5.5.22 — B5.5.24).

5.5.11.

Jekk ikun hemm għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni raġonevoli u sostnuta ta' natura prospettiva mingħajr kostijiet jew sforzi eċċessivi, entità ma tistax tibbaża ruħha biss fuq informazzjoni dwar pagamenti pendenti meta tkun qed tiddetermina jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali. Madankollu, jekk l-entità ma tkunx tista' tikseb informazzjoni mmirata aktar lejn il-futur minn dik dwar l-arretrati tal-pagamenti (fuq bażi individwali jew inkella kollettiva) bla ma ġġarrab kostijiet jew sforzi eċċessivi, hija tista' tuża l-informazzjoni dwar il-pagamenti pendenti biex tistabilixxi jekk kienx hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali. Ikun xi jkun il-mod li bih entità tivvaluta żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu, hemm suppożizzjoni konfutabbli li r-riskju ta' kreditu fuq assi finanzjarju jkun żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali meta l-ħlasijiet kuntrattwali jkunu skadew b'aktar minn 30 jum wara d-data tal-għeluq. Entità tista' tirribatti din is-suppożizzjoni jekk ikollha informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kostijiet jew sforzi eċċessivi, li turi li r-riskju ta' kreditu ma jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali anke jekk il-ħlasijiet kuntrattwali jkunu skadew b'aktar minn 30 jum wara d-data tal-għeluq. Meta entità tiddetermina li kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu qabel ma l-ħlasijiet kuntrattwali jkunu skadew b'aktar minn 30 jum wara d-data tal-għeluq, is-suppożizzjoni konfutabbli ma tapplikax.

Assi finanzjarji mmodifikati

5.5.12.

Jekk il-flussi ta' flus kuntrattwali fuq assi finanzjarju jkunu ġew innegozjati mill-ġdid jew immodifikati u ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu tal-istrument finanzjarju f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 billi tqabbel:

(a)

ir-riskju ta' inadempjenza fid-data ta' rapportar (abbażi tat-termini kuntrattwali mmodifikati); u

(b)

ir-riskju ta' inadempjenza fir-rikonoxximent inizjali (abbażi tat-termini kuntrattwali oriġinali mhux immodifikati).

Assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b'indeboliment fil-kreditu

5.5.13.

Minkejja l-paragrafi 5.5.3 u 5.5.5, fid-data ta' rapportar, entità għandha tirrikonoxxi biss il-bidliet kumulattivi f'telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja mir-rikonoxximent inizjali bħala provvediment kontra telf għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu mixtrija jew oriġinati.

5.5.14.

F'kull data ta' rapportar, entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew f'telf l-ammont tal-bidla fit-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja bħala qligħ jew telf minn indeboliment. Entità għandha tirrikonoxxi bidliet favorevoli fit-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja bħala qligħ minn indeboliment, anke jekk it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja jkun inqas mill-ammont tat-telf mistenni ta' kreditu li kien inkluż fl-istima tal-flussi tal-flus fir-rikonoxximent inizjali.

Approċċ simplifikat għal riċevibbli tan-negozju, assi tal-kuntratt u riċevibbli ta' lokazzjoni

5.5.15.

Minkejja l-paragrafi 5.5.3 u 5.5.5, entità dejjem għandha tkejjel il-provvediment kontra telf f'ammont ugwali għat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja għal:

(a)

riċevibbli tan-negozju jew assi tal-kuntratt li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 15, u li:

(i)

ma jkunx fihom komponent sinifikanti ta' finanzjament (jew meta l-entità tapplika l-espedjenti prattika għal kuntratti ta' sena jew anqas) f'konformità mal-IFRS 15; jew

(ii)

ikun fihom komponent sinifikanti ta' finanzjament f'konformità mal-IFRS 15, jekk bħala politika kontabilistika tagħha l-entità tagħżel li tkejjel il-provvediment kontra telf f'ammont ugwali għat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja. Din il-politika kontabilistika għandha tiġi applikata għal riċevibbli tan-negozju jew għal assi tal-kuntratt kollha bħal dawn iżda tista' tiġi applikata separatament għal riċevibbli tan-negozju u għal assi tal-kuntratt.

(b)

riċevibbli minn lokazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 17, jekk bħala politika kontabilistika tagħha l-entità tagħżel li tkejjel il-provvediment kontra telf f'ammont li jilħaq it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja. Dik il-politika kontabilistika għandha tiġi applikata għar-riċevibbli ta' lokazzjoni kollha iżda tista' tiġi applikata separatament għal riċevibbli ta' lokazzjoni finanzjarja jew operattiva.

5.5.16.

Entità tista' tagħżel il-politika kontabilistika tagħha għal riċevibbli tan-negozju, riċevibbli ta' lokazzjoni u assi tal-kuntratt indipendentement minn xulxin.

Kejl ta' telf ta' kreditu mistenni

5.5.17.

Entità għandha tkejjel it-telf ta' kreditu mistenni ta' strument finanzjarju b'mod li jirrifletti:

(a)

ammont imparzjali u ponderat għall-probabbiltà li jiġi determinat billi tevalwa firxa ta' eżiti possibbli;

(b)

il-valur taż-żmien fuq il-flus; u

(c)

informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kostijiet jew sforzi eċċessivi fid-data ta' rapportar dwar avvenimenti fl-imgħoddi, kundizzjonijiet attwali u tbassir ta' kundizzjonijiet ekonomiċi fil-ġejjieni.

5.5.18.

Meta tkun qed tkejjel it-telf ta' kreditu mistenni, entità mhux bilfors trid tidentifika kull xenarju possibbli. Madankollu, għandha tqis ir-riskju jew il-probabbiltà ta' telf ta' kreditu billi tirrifletti dwar il-possibbiltà ta' telf ta' kreditu u l-possibbiltà li ma jseħħ l-ebda telf ta' kreditu, anke jekk il-possibbiltà ta' telf ta' kreditu tkun baxxa ħafna.

5.5.19.

Il-perjodu massimu li għandu jiġi kkunsidrat waqt il-kejl tat-telf ta' kreditu mistenni huwa l-perjodu kuntrattwali massimu (inklużi possibiltajiet ta' estensjoni) li matulu l-entità tkun esposta għal riskju ta' kreditu u mhux għal perjodu itwal, anke jekk dak il-perjodu itwal ikun konsistenti mal-prattika tan-negozju.

5.5.20.

Madankollu, xi strumenti finanzjarji jinkludu kemm self kif ukoll komponent ta' impenn mhux prelevat u l-kapaċità kuntrattwali tal-entità li titlob ħlas lura u tikkanċella l-impenn mhux prelevat ma tillimitax l-iskopertura tal-entità għal telf ta' kreditu għall-perjodu ta' notifika kuntrattwali. Għal strumenti finanzjarji bħal dawn, u għal dawk l-istrumenti finanzjarji biss, l-entità għandha tkejjel it-telf mistenni ta' kreditu fuq il-perjodu li l-entità tkun esposta għal riskju ta' kreditu u t-telf mistenni ta' kreditu ma jiġix immitigat permezz ta' azzjonijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' kreditu, anki jekk dak il-perjodu jkun jaqbeż il-perjodu kuntrattwali massimu.

5.6   RIKLASSIFIKAZZJONI TAL-ASSI FINANZJARJI

5.6.1.

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarji f'konformità mal-paragrafu 4.4.1, għandha tapplika r-riklassifikazzjoni b'mod prospettiv mid-data ta' riklassifikazzjoni. L-entità ma għandhiex terġa' tiddikjara qligħ, telf (inkluż qligħ jew telf minn indeboliment) jew imgħax li jkun ġie rikonoxxut qabel. Il-paragrafi 5.6.2–5.6.7 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-riklassifikazzjonijiet.

5.6.2.

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta' kejl ta' kost amortizzat u fil-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, il-valur ġust tiegħu jitkejjel fid-data tar-riklassifikazzjoni. Kwalunkwe qligħ jew telf li jkun ġej mid-differenza bejn il-kost amortizzat preċedenti tal-assi finanzjarju u l-valur ġust jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

5.6.3.

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz tal-profitt jew telf u fil-kategorija ta' kejl ta' kost amortizzat, il-valur ġust tiegħu fid-data ta' riklassifikazzjoni jsir l-ammont gross riportat ġdid tiegħu. (Ara l-paragrafu B5.6.2 għal gwida dwar id-determinazzjoni ta' rata effettiva tal-imgħax u provvediment kontra telf fid-data tar-riklassifikazzjoni.)

5.6.4.

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta' kejl ta' kost amortizzat u fil-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor, il-valur ġust tiegħu jitkejjel fid-data ta' riklassifikazzjoni. Kwalunkwe qligħ jew telf li jkun ġej mid-differenza bejn il-kost amortizzat preċedenti tal-assi finanzjarju u l-valur ġust jiġi rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv. Ir-rata effettiva tal-imgħax u l-kejl tat-telf ta' kreditu mistenni ma jiġux aġġustati b'riżultat tar-riklassifikazzjoni. (Ara l-paragrafu B5.6.1.)

5.6.5.

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv u fil-kategorija ta' kejl ta' kost amortizzat, l-assi finanzjarju jiġi riklassifikat fil-valur ġust tiegħu fid-data ta' riklassifikazzjoni. Madankollu, il-qligħ jew it-telf kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut qabel f'introjtu ieħor komprensiv jitneħħa mill-ekwità u jiġi aġġustat skont il-valur ġust tal-assi finanzjarju fid-data ta' riklassifikazzjoni. Bħala riżultat, l-assi finanzjarju jitkejjel fid-data ta' riklassifikazzjoni daqslikieku dejjem kien imkejjel b'kost amortizzat. Dan l-aġġustament jaffettwa introjtu ieħor komprensiv iżda ma jaffettwax il-profitt jew telf u għalhekk mhuwiex aġġustament ta' riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 Il-Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji). Ir-rata effettiva tal-imgħax u l-kejl tat-telf ta' kreditu mistenni ma jiġux aġġustati b'riżultat tar-riklassifikazzjoni. (Ara l-paragrafu B5.6.1.)

5.6.6.

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' profitt jew telf u fil-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv, l-assi finanzjarju jkompli jitkejjel fil-valur ġust. (Ara l-paragrafu B5.6.2 għal gwida dwar id-determinazzjoni ta' rata effettiva tal-imgħax u provvediment kontra telf fid-data ta' riklassifikazzjoni.)

5.6.7.

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv u fil-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, l-assi finanzjarju jkompli jitkejjel fil-valur ġust. Il-qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut qabel f'introjtu ieħor komprensiv jiġi riklassifikat minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) fid-data ta' riklassifikazzjoni.

5.7   QLIGĦ U TELF

5.7.1.

Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju jew fuq obbligazzjoni finanzjarja li jitkejjel fil-valur ġust għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew f'telf, minbarra jekk:

(a)

dan ikun jagħmel parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax);

(b)

ikun investiment fi strument azzjonarju u l-entità tkun għażlet li tippreżenta l-qligħ u t-telf minn fuq dak l-investiment f'introjtu ieħor komprensiv f'konformità mal-paragrafu 5.7.5;

(c)

ikun obbligazzjoni finanzjarja mkejla fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf u l-entità tkun mitluba tippreżenta l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni f'introjtu ieħor komprensiv f'konformità mal-paragrafu 5.7.7; jew

(d)

ikun assi finanzjarju li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A u l-entità tkun mitluba tirrikonoxxi xi bidliet b'valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv f'konformità mal-paragrafu 5.7.10.

5.7.1 A

Dividendi jiġu rikonoxxuti fi profitt jew f'telf biss meta:

(a)

jiġi stabbilit id-dritt tal-entità li tirċievi ħlas tad-dividend;

(b)

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mad-dividend ikunu se jgħaddu lill-entità; u

(c)

l-ammont tad-dividend ikun jista' jitkejjel b'mod affidabbli.

5.7.2.

Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju li jitkejjel b'kost amortizzat u ma jkunx parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew f'telf meta jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, meta l-assi finanzjarju jiġi riklassifikat f'konformità mal-paragrafu 5.6.2, permezz tal-proċess ta' amortizzazzjoni jew sabiex jiġi rikonoxxut qligħ jew telf minn indeboliment. Entità għandha tapplika l-paragrafi 5.6.2 u 5.6.4 jekk tirriklassifika assi finanzjarji barra mill-kategorija ta' kejl ta' kost amortizzat. Qligħ jew telf fuq obbligazzjoni finanzjarja li jitkejjel b'kost amortizzat u ma jkunx parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 of IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew f'telf meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-obbligazzjoni finanzjarja u permezz tal-proċess ta' amortizzazzjoni. (Ara l-paragrafu B5.7.2 għal gwida dwar qligħ jew telf mill-kambju.)

5.7.3.

Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji jew fuq obbligazzjonijiet finanzjarji li huma entrati ħħeġġjati f'relazzjoni tal-iħħeġġjar għandu jiġi rikonoxxut b'konformità mal-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, mal-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax.

5.7.4.

Jekk entità tirrikonoxxi assi finanzjarji permezz tal-kontabbiltà skont id-data tas-saldu (ara l-paragrafi 3.1.2, B3.1.3 u B3.1.6), kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-assi li jrid jiġi riċevut matul il-perjodu li tkopri mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu ma tiġix rikonoxxuta għal assi mkejla b'kost amortizzat. Madankollu, għal assi mkejla fil-valur ġust, il-bidla fil-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf jew f'introjtu ieħor komprensiv, kif xieraq b'konformità mal-paragrafu 5.7.1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' indeboliment id-data tan-negozju għandha titqies bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali.

Investimenti fi strumenti azzjonarji

5.7.5.

Fir-rikonoxximent inizjali, entità tista' tagħmel għażla irrevokabbli li tippreżenta f'introjtu ieħor komprensiv bidliet sussegwenti fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard li la jinżamm għan-negozju u lanqas korrispettiv kontinġenti rikonoxxut minn akkwirent f'kombinament ta' negozju li għalih japplika l-IFRS 3. (Ara l-paragrafu B5.7.3 għal gwida dwar qligħ jew telf mill-kambju.)

5.7.6.

Jekk entità tagħmel l-għażla fil-paragrafu 5.7.5, għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf dividendi minn dak l-investiment f'konformità mal-paragrafu 5.7.1 A.

Obbligazzjonijiet speċifikati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

5.7.7.

Entità għandha tippreżenta qligħ jew telf fuq obbligazzjoni finanzjarja li hija speċifikata bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 4.2.2 jew mal-paragrafu 4.3.5 kif ġej:

(a)

L-ammont tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li huwa attribwibbli għal tibdil fir-riskju ta' kreditu ta' dik l-obbligazzjoni għandu jiġi ppreżentat f'introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafi B5.7.13–B5.7.20), u

(b)

l-ammont li jifdal tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni għandu jiġi ppreżentat fil-profitt jew telf

sakemm it-trattament tal-effetti tal-bidla fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni deskritt f'(a) mhuwiex se joħloq jew ikabbar spariġġ kontabilistiku fil-profitt jew telf (f'liema każ japplika l-paragrafu 5.7.8). Il-paragrafi B5.7.5–B5.7.7 u B5.7.10–B5.7.12 jipprovdu gwida dwar kif jiġi determinat jekk huwiex ser jinħoloq jew jitkabbar spariġġ kontabilistiku.

5.7.8.

Jekk ir-rekwiżiti fil-paragrafu 5.7.7 joħolqu jew ikabbru spariġġ kontabilistiku fil-profitt jew telf, entità għandha tippreżenta l-qligħ jew it-telf kollu fuq dik l-obbligazzjoni (fosthom l-effetti tal-bidliet fil-riskju ta' kreditu ta' dik l-obbligazzjoni) fil-profitt jew telf.

5.7.9.

Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8, entità għandha tippreżenta fil-profitt jew telf kull qligħ u telf fuq impenji ta' self u kuntratti ta' garanziji finanzjarji speċifikati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

Assi mkejla fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv

5.7.10.

Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A għandu jiġi rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv, ħlief għal qligħ jew telf minn indeboliment (ara t-Taqsima 5.5) u qligħ u telf mill-kambju (ara l-paragrafi B5.7.2–B5.7.2 A), sakemm l-assi finanzjarju jiġi riklassifikat jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu. Meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, il-qligħ jew it-telf kumulattiv li qabel kien rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv jiġi riklassifikat minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1). Jekk l-assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv, l-entità għandha tikkontabbilizza l-qligħ jew it-telf kumulattiv li qabel kien rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafi 5.6.5 u 5.6.7. L-imgħax ikkalkolat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

5.7.11.

Kif deskritt fil-paragrafu 5.7.10, jekk assi finanzjarju jitkejjel fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A, l-ammonti rikonoxxuti fil-profitt jew telf ikunu l-istess bħall-ammonti li kieku kienu jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf kieku l-assi finanzjarju kien tkejjel b'kost amortizzat.

KAPITOLU 6   Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

6.1   L-GĦAN U L-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

6.1.1.

L-għan tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar huwa li, fir-rapporti finanzjarji, jiġi ppreżentat l-effett tal-attivitajiet tal-immaniġġjar tar-riskju tal-entità li jużaw strumenti finanzjarji biex jimmaniġġjaw skoperturi li jinqalgħu minn riskji partikolari li jistgħu jaffettwaw il-profitt jew telf (jew introjtu ieħor komprensiv, fil-każ ta' investimenti fi strumenti azzjonarji li għalihom l-entità tkun għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5). L-għan ta' dan l-approċċ huwa li jippreżenta l-kuntest ta' strumenti għall-iħħeġġjar li għalihom tkun ġiet applikata kontabbiltà għall-iħħeġġjar sabiex jiġi permess fehim tal-għan u l-effett tagħhom.

6.1.2.

Entità tista' tagħżel li tispeċifika relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn strument għall-iħħeġġjar u entrata ħħeġġjata b'konformità mal-paragrafi 6.2.1–6.3.7 u B6.2.1–B6.3.25. Għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li jissodisfaw il-kriterji ta' kwalifikazzjoni, entità għandha tikkontabbilizza l-qligħ jew it-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata b'konformità mal-paragrafi 6.5.1–6.5.14 u B6.5.1–B6.5.28. Meta l-entrata ħħeġġjata tkun grupp ta' entrati, entità għandha tikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali fil-paragrafi 6.6.1–6.6.6 u B6.6.1–B6.6.16.

6.1.3.

Għal ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura għar-rata tal-imgħax ta' portafoll ta' assi finanzjarji jew ta' obbligazzjonijiet finanzjarji (u biss għal ħeġġ bħal dan), entità tista' tapplika r-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar fl-IAS 39 minflok dawk f'dan l-Istandard. F'dak il-każ, l-entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tispeċifika l-parti li hija ammont monetarju bħala l-entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafi 81 A, 89 A u AG114–AG132 tal-IAS 39).

6.2   STRUMENTI GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

Strumenti li jikkwalifikaw

6.2.1.

Derivattiv li jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar, ħlief għal xi opzjonijiet mibjugħa (ara l-paragrafu B6.2.4).

6.2.2.

Assi finanzjarji nonderivattivi jew obbligazzjonijiet finanzjarji nonderivattivi li jitkejlu fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jistgħu jiġu speċifikati bħala strument għall-iħħeġġjar sakemm ma jkunux obbligazzjoni finanzjarja speċifikata bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf li għaliha l-ammont tal-bidla tagħha fil-valur ġust li huwa attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' dik l-obbligazzjoni jiġi ppreżentat f'introjtu ieħor komprensiv skont il-paragrafu 5.7.7. Għal ħeġġ ta' riskju tal-munita barranija, il-komponent tar-riskju tal-munita barranija ta' assi finanzjarju nonderivattiv jew ta' obbligazzjoni finanzjarja nonderivattiva jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar sakemm ma jkunx investiment fi strument azzjonarju li għalih l-entità tkun għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5.

6.2.3.

Għall-finijiet ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar, kuntratti biss li jkollhom parti esterna għall-entità li tkun qed tirrapporta (jiġifieri esterna għall-grupp jew għall-entità individwali li dwarha jkun qed isir ir-rapport) jistgħu jiġu speċifikati bħala strumenti għall-iħħeġġjar.

Speċifikazzjoni ta' strumenti tal-iħħeġġjar

6.2.4.

Strument li jikkwalifika għandu jiġi speċifikat fit-totalità tiegħu bħala strument għall-iħħeġġjar. L-uniċi eċċezzjonijiet permessi huma:

(a)

is-separazzjoni tal-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta' kuntratt ta' opzjoni u l-ispeċifikazjoni bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss il-bidla biss fil-valur intrinsiku ta' opzjoni u mhux il-bidla fil-valur taż-żmien tagħha (ara l-paragrafi 6.5.15 u B6.5.29–B6.5.33);

(b)

is-separazzjoni tal-element forward u l-element spot ta' kuntratt forward u l-ispeċifikazzjoni bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss il-bidla fil-valur tal-element spot ta' kuntratt forward u mhux l-element forward; bl-istess mod, il-firxa bażi tal-munita barranija tista' tiġi separata u eskluża mill-ispeċifikazzjoni ta' strument finanzjarju bħala l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.16 u B6.5.34–B6.5.39); u

(c)

proporzjon tal-istrument kollu għall-iħħeġġjar, bħal 50 fil-mija tal-ammont nominali, jista' jiġi speċifikat bħala l-istrument għall-iħħeġġjar f'relazzjoni tal-iħħeġġjar. Madankollu, strument għall-iħħeġġjar ma jistax jiġi speċifikat għal parti mill-bidla tiegħu fil-valur ġust li jirriżulta biss minn parti tal-perjodu ta' żmien li matulu l-istrument għall-iħħeġġjar jibqa' pendenti.

6.2.5.

Entità tista' tqis f'daqqa, u tispeċifika b'mod konġunt bħala l-istrument għall-iħħeġġjar, kwalunkwe taħlita ta' dawn li ġejjin (inklużi dawk iċ-ċirkostanzi li fihom ir-riskju jew ir-riskji li jirriżultaw minn xi strumenti għall-iħħeġġjar ipaċu dawk li jirriżultaw minn oħrajn):

(a)

derivattivi jew proporzjon minnhom; u

(b)

nonderivattivi jew proporzjon minnhom.

6.2.6.

Madankollu, strument derivattiv li jgħaqqad opzjoni mibjugħa u opzjoni mixtrija (pereżempju, collar ta' rata tal-imgħax) ma jikkwalifikax bħala strument għall-iħħeġġjar jekk, fid-data tal-ispeċifikazzjoni, fil-fatt ikun opzjoni mibjugħa netta (sakemm ma jikkwalifikax b'konformità mal-paragrafu B6.2.4). Bl-istess mod, żewġ strumenti jew aktar (jew proporzjonijiet minnhom) jistgħu jiġu speċifikati flimkien bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss jekk, flimkien, fil-fatt ma jkunux opzjoni nett mibjugħa fid-data tal-ispeċifikazzjoni (sakemm ma jikkwalifikawx b'konformità mal-paragrafu B6.2.4).

6.3   ENTRATI ĦĦEĠĠJATI

Entrati li jikkwalifikaw

6.3.1.

Entrata ħħeġġjata tista' tkun assi rikonoxxut jew obbligazzjoni rikonoxxuta, impenn sod mhux rikonoxxut, tranżazzjoni prevista jew investiment nett f'operazzjoni barranija. L-entrata ħħeġġjata tista' tkun:

(a)

entrata waħda; jew

(b)

grupp ta' entrati (soġġetti għall-paragrafi 6.6.1–6.6.6 u B6.6.1–B6.6.16).

Entrata ħħeġġjata tista' wkoll tkun komponent ta' din l-entrata jew grupp ta' entrati (ara l-paragrafi 6.3.7 u B6.3.7–B6.3.25).

6.3.2.

L-entrata ħħeġġjata trid tkun tista' titkejjel b'mod affidabbli.

6.3.3.

Jekk entrata ħħeġġjata tkun tranżazzjoni prevista (jew komponent tagħha), dik it-tranżazzjoni trid tkun ferm probabbli.

6.3.4.

Skopertura aggregata li hija taħlita ta' skopertura li tista' tikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata b'konformità mal-paragrafu 6.3.1 u derivattiv tista' tiġi speċifikata bħala entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafi B6.3.3–B6.3.4). Din tinkludi tranżazzjoni prevista ta' skopertura aggregata (jiġifieri tranżazzjonijiet futuri mhux impenjati iżda antiċipati li jwasslu għal skopertura u derivattiv) jekk dik l-iskopertura aggregata hija ferm probabbli u, ladarba tkun seħħet u għalhekk m'għadhiex prevista, hija eliġibbli bħala entrata ħħeġġjata.

6.3.5.

Għall-finijiet ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar, assi, obbligazzjonijiet, impenji sodi jew tranżazzjonijiet previsti wisq probabbli b'parti esterna għall-entità li tkun qed tirrapporta biss jistgħu jiġu speċifikati bħala entrati ħħeġġjati. Il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tista' tiġi applikata għal tranżazzjonijiet bejn entitajiet fl-istess grupp biss fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta' dawk l-entitajiet u mhux fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp, ħlief għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' entità ta' investiment, kif definit fl-IFRS 10, fejn tranżazzjonijiet bejn entità ta' investiment u s-sussidjarji tagħha li jitkejlu fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf ma jiġux eliminati fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

6.3.6.

Madankollu, bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 6.3.5, ir-riskju tal-munita barranija ta' effett monetarju intragrupp (pereżempju, ammont pagabbli/riċevibbli bejn żewġ sussidjarji) jista' jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata fir-rapporti finanzjarji konsolidati jekk jirriżulta fi skopertura għal qligħ jew telf fir-rati tal-kambju li ma ġewx kompletament eliminati b'konsolidazzjoni b'konformità mal-IAS 21 L-Effetti ta' Tibdil fir-Rati tal-Kambju. Skont l-IAS 21, il-qligħ u t-telf mir-rati tal-kambju u fuq partijiet monetarji ta' bejn il-gruppi m'humiex eliminati kompletament fiż-żmien tal-konsolidazzjoni meta l-entrata monetarja bejn il-gruppi tkun innegozjata bejn żewġ entitajiet tal-gruppi li għandhom muniti funzjonali differenti. Barra minn hekk, ir-riskju tal-munita barranija ta' tranżazzjoni intragrupp bi tbassir probabbli ħafna jista' jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata f'rapporti finanzjarji konsolidati diment li t-tranżazzjoni tkun denominata f'munita li mhijiex dik funzjonali tal-entità li tkun daħlet f'dik it-tranżazzjoni u r-riskju tal-munita barranija jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat.

Speċifikazzjoni tal-entrati ħħeġġjati

6.3.7.

Entità tista' tispeċifika entrata fit-totalità tagħha jew komponent ta' entrata bħala l-entrata ħħeġġjata f'relazzjoni tal-iħħeġġjar. Entrata sħiħa tinkludi l-bidliet kollha fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta' entrata. Komponent jinkludi inqas mill-bidla sħiħa fil-valur ġust jew fil-varjabilità fil-fluss tal-flus ta' entrata. F'dak il-każ, entità tista' tispeċifika biss it-tipi ta' komponenti li ġejjin (inklużi kombinazzjonijiet) bħala entrati ħħeġġjati:

(a)

bidliet biss fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta' entrata attribwibbli għal riskju jew riskji speċifiċi (komponent tar-riskju), diment li, fuq il-bażi ta' valutazzjoni fil-kuntest tal-istruttura partikolari tas-suq, il-komponent tar-riskju jkun jista' jiġi identifikat b'mod separat u jitkejjel b'mod affidabbli (ara l-paragrafi B6.3.8–B6.3.15). Il-komponenti tar-riskju jinkludu speċifikazzjoni ta' bidliet biss fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta' entrata ħħeġġjata f'livell ogħla jew inqas minn prezz speċifikat jew varjabbli ieħor (riskju fuq naħa waħda).

(b)

fluss ta' flus kuntrattwali magħżul wieħed jew aktar.

(c)

komponenti ta' ammont nominali, jiġifieri parti speċifikata tal-ammont ta' entrata (ara l-paragrafi B6.3.16–B6.3.20).

6.4   KRITERJI TA' KWALIFIKA GĦAL KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

6.4.1.

Relazzjoni tal-iħħeġġjar tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar jekk ikunu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tikkonsisti biss fi strumenti għall-iħħeġġjar eliġibbli u entrati ħħeġġjati eliġibbli.

(b)

fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar ikun hemm speċifikazzjoni formali u dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u l-għan u l-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju tal-entità għal impenn ta' ħeġġ. Dik id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar, l-entrata ħħeġġjata, in-natura tar-riskji li qed jiġi ħħeġġjati u l-mod kif l-entità se tevalwa jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti ta' effikaċja tal-ħeġġ (inkluż l-analiżi tagħha tas-sorsi ta' ineffikaċja tal-ħeġġ u l-mod kif tiddetermina d-delta).

(c)

ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' effikaċja tal-ħeġġ li ġejjin:

(i)

hemm relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.4–B6.4.6);

(ii)

l-effect tar-riskju ta' kreditu ma jiddominax il-bidliet fil-valur li jirriżultaw minn dik ir-relazzjoni ekonomika (ara l-paragrafi B6.4.7–B6.4.8); u

(iii)

id-delta tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar hija l-istess bħal dik li tirriżulta mill-kwantità tal-entrata ħħeġġjata li l-entità effettivament tiħħeġġja u l-kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità effettivament tuża biex tiħħeġġja dik il-kwantità tal-entrata ħħeġġjata. Madankollu, dik l-ispeċifikazzjoni m'għandhiex tirrifletti żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar li kieku toħloq ineffikaċja tal-ħeġġ (irrispettivament jekk ikunx rikonoxxut jew le) li tista' twassal għal eżitu kontabilistiku li jkun inkonsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.9–B6.4.11).

6.5   KONTABBILTÀ GĦAL RELAZZJONIJIET KWALIFIKANTI TA' IĦĦEĠĠJAR

6.5.1.

Entità tapplika kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li jissodisfaw il-kriterji ta' kwalifika fil-paragrafu 6.4.1 (li jinkludu d-deċiżjoni tal-entità li tispeċifika r-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

6.5.2.

Hemm tliet tipi ta' relazzjonijiet tal-iħħeġġjar:

(a)

ħeġġ fuq il-valur ġust: ħeġġ tal-iskopertura għal bidliet fil-valur ġust ta' assi rikonoxxut jew obbligazzjoni rikonoxxuta jew impenn sod mhux rikonoxxut, jew komponent minn entrata bħal din, attribwibbli għal riskju partikolari u li tista' taffettwa l-profitt jew telf.

(b)

ħeġġ tal-flussi tal-flus: ħeġġ tal-iskopertura għal varjabilità fil-flussi tal-flus attribwibbli għal riskju partikolari assoċjat ma' assi jew obbligazzjoni sħiħa rikonoxxuta, jew komponent minnhom (bħal kull jew xi pagamenti ta' imgħax futuri fuq dejn f'rata varjabbli) jew tranżazzjoni prevista wisq probabbli, u li tista' taffettwa l-profitt jew it-telf.

(c)

ħeġġ ta' investiment nett f'operazzjoni barranija kif definit fl-IAS 21.

6.5.3.

Jekk l-entrata ħħeġġjata hija strument azzjonarju li għaliha l-entità tkun għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5, l-iskopertura ħħeġġjata msemmija fil-paragrafu 6.5.2(a) għandha tkun waħda li tista' taffettwa introjtu ieħor komprensiv. F'dak il-każ, u biss f'dak il-każ, l-ineffikaċja rikonoxxuta tal-ħeġġ tiġi ppreżentata f'introjtu ieħor komprensiv.

6.5.4.

Ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija ta' impenn sod jista' jiġi kontabilizzat bħala ħeġġ fuq il-valur ġust jew bħala ħeġġ tal-flussi tal-flus.

6.5.5.

Jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tibqax tissodisfa r-rekwiżit ta' effikaċja tal-ħeġġ relatat mad-delta (ara l-paragrafu 6.4.1(c)(iii)) iżda l-objettiv tal-immaniġġjar tar-riskju għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar speċifikata jibqa' l-istess, entità għandha taġġusta d-delta tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar sabiex terġa' tissodisfa l-kriterji ta' kwalifika (f'dan l-Istandard dan jissejjaħ “riekwilibriju”—ara l-paragrafi B6.5.7–B6.5.21).

6.5.6.

Entità ma għandhiex tkompli tuża l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'mod prospettiv biss meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar (jew parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar) ma tibqax tissodisfa l-kriterji ta' kwalifika (wara li jitqies kwalunkwe riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, jekk applikabbli). Dan jinkludi każijiet meta l-istrument għall-iħħeġġjar jiskadi jew jinbiegħ, jiġi terminat jew saldat. Għal dan il-għan, is-sostituzzjoni jew ir-rifinanzjament ta' strument għall-iħħeġġjar fi strument għall- ieħor iħħeġġjar ma jfissirx li l-istrument għall-iħħeġġjar ikun skada jew ġie terminat jekk din is-sostituzzjoni jew rifinanzjament huma parti minn, u konsistenti ma', l-objettiv dokumentat tal-immaniġġjar tar-riskju tal-entità. Barra minn hekk, għal dan l-għan l-istrument tal-iħħeġġjar ma jiskadix jew ma jiġix itterminat jekk:

(a)

bħala konsegwenza ta' liġijiet jew regolamenti jew l-introduzzjoni ta' liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jaqblu li kontroparti waħda jew aktar ta' kklerjar tissostitwixxi l-kontroparti oriġinali tagħhom biex issir il-kontroparti l-ġdida għal kull parti. Għal dan il-għan, kontroparti ta' kklerjar hija kontroparti ċentrali (kultant imsejħa “organizzazzjoni ta' kklerjar” jew “aġenzija ta' kklerjar”) jew entità jew entitajiet, pereżempju, membru ta' kklerjar ta' organizzazzjoni ta' kklerjar jew klijent ta' membru ta' kklerjar ta' organizzazzjoni ta' kklerjar, li qed jaġixxu bħala kontroparti sabiex jaffettwaw kklerjar minn kontroparti ċentrali. Madankollu, meta l-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jissostitwixxu l-kontropartijiet oriġinali tagħhom b'kontropartijiet differenti r-rekwiżiti f'dan is-subparagrafu jiġu sodisfatti biss jekk kull waħda minn dawk il-partijiet taffettwa kklerjar mal-istess kontroparti ċentrali.

(b)

bidliet oħrajn, jekk ikun hemm, fl-istrument għall-iħħeġġjar huma limitati għal dawk li huma meħtieġa biex issir din is-sostituzzjoni tal-kontroparti. Dawn il-bidliet huma limitati għal dawk li huma konsistenti mat-termini li kienu jkunu mistennija jekk l-istrument tal-iħħeġġjar oriġinarjament kien approvat mal-kontroparti tal-ikklerjar. Dawn il-bidliet jinkludu bidliet f'rekwiżiti tal-kollateral, drittijiet biex jitpaċew il-bilanċi tar-riċevibbli u l-ammonti pagabbli, u l-miżati imposti.

It-twaqqif tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar jista' jaffettwa relazzjoni tal-iħħeġġjar fit-totalità tagħha jew inkella f'parti minnha biss (f'liema każ il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tibqa' għall-bqija tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

6.5.7.

Entità għandha tapplika:

(a)

il-paragrafu 6.5.10 meta tieqaf tuża kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal ħeġġ fuq il-valur ġust li għalih l-entrata ħħeġġjata hija (jew hija komponent minn) strument finanzjarju mkejjel b'kost amortizzat; u

(b)

il-paragrafu 6.5.12 meta tieqaf tuża kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal ħeġġ tal-flussi tal-fluss.

Ħeġġijiet tal-valur ġust

6.5.8.

Diment li ħeġġ fuq il-valur ġust jissodisfa l-kriterji ta' kwalifika fil-paragrafu 6.4.1, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi kontabilizzata kif ġej:

(a)

il-qligħ jew it-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf (jew f'introjtu ieħor komprensiv, jekk l-istrument għall-iħħeġġjar jiħħeġġja strument azzjonarju li għalih l-entità tkun għażlet li tippreżenta bidliet fil-valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5).

(b)

il-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar fuq l-entrata ħħeġġjata għandu jaġġusta l-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata (jekk applikabbli) u jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf. Jekk l-entrata ħħeġġjata tkun assi finanzjarju (jew komponent tiegħu) li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A, il-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar fuq l-entrata ħħeġġjata għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf. Madankollu, jekk l-entrata ħħeġġjata tkun strument azzjonarju li għalih entità tkun għażlet li tippreżenta bidliet fil-valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5, dawk l-ammonti għandhom jibqgħu f'introjtu ieħor komprensiv. Meta entrata ħħeġġjata tkun impenn sod mhux rikonoxxut (jew komponent tiegħu), il-bidla kumulattiva fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata wara l-ispeċifikazzjoni tagħha tiġi rikonoxxuta bħala assi jew obbligazzjoni u l-qligħ jew telf korrispondenti jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

6.5.9.

Meta entrata ħħeġġjata f'ħeġġ fuq il-valur ġust tkun impenn sod (jew komponent tiegħu) biex jiġi akkwistat assi jew biex tiġi supponuta obbligazzjoni, l-ammont inizjali riportat tal-assi jew l-obbligazzjoni li jirriżultaw mill-entità li tissodisfa l-impenn sod jiġi aġġustat biex jinkludi l-bidla kumulattiva fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata li kienet rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

6.5.10.

Kwalunkwe aġġustament li jirriżulta mill-paragrafu 6.5.8(b) għandu jiġi amortizzat għall-profitt jew telf jekk l-entrata ħħeġġjata tkun strument finanzjarju (jew komponent tiegħu) imkejjel b'kost amortizzat. L-amortizzazzjoni tista' tibda minn meta jkun hemm aġġustament u għandha tibda mhux aktar tard minn meta l-entrata ħħeġġjata ma tibqax tiġi aġġustata għall-qligħ u telf tal-iħħeġġjar. L-amortizzazzjoni hija bbażata fuq rata effettiva tal-imgħax ikkalkolata mill-ġdid fid-data li fiha tibda l-amortizzazzjoni. Fil-każ ta' assi finanzjarju (jew komponent tiegħu) li huwa entrata ħħeġġjata u li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A, l-amortizzazzjoni tapplika bl-istess mod iżda għall-ammont li jirrappreżenta l-qligħ jew it-telf kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut qabel b'konformità mal-paragrafu 6.5.8(b) minflok billi jiġi aġġustat l-ammont riportat.

Ħeġġijiet tal-fluss ta' fluss

6.5.11.

Diment li ħeġġ tal-flussi tal-flus jissodisfa l-kriterji ta' kwalifika fil-paragrafu 6.4.1, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi kontabilizzati kif ġej:

(a)

il-komponent separat tal-ekwità assoċjat mal-entrata ħħeġġjata (riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus) jiġi aġġustat għall-aktar ammont baxx minn dawn li ġejjin (f'ammonti assoluti):

(i)

il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar mill-bidu tal-ħeġġ; u

(ii)

il-bidla kumulattiva fil-valur ġust (valur attwali) tal-entrata ħħeġġjata (jiġifieri l-valur attwali tal-bidla kumulattiva fil-flussi tal-flus futuri mistennija ħħeġġjati) mill-bidu tal-ħeġġ.

(b)

il-parti tal-qligħ jew tat-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar determinata li hija ħeġġ effettiv (jiġifieri l-parti li tpaċiet bil-bidla fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus ikkalkolata b'konformità ma' (a)) għandha tiġi rikonoxxuta f'introjtu ieħor komprensiv.

(c)

kwalunkwe qligħ jew telf li jifdal fuq l-istrument għall-iħħeġġjar (jew kwalunkwe qligħ jew telf meħtieġ biex tiġi bilanċjata l-bidla fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus ikkalkolat b'konformità ma' (a)) huwa ineffikaċja tal-ħeġġ li għandha tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf.

(d)

l-ammont li ġie akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus b'konformità ma' (a) għandu jiġi kontabilizzat kif ġej:

(i)

jekk tranżazzjoni prevista ħħeġġjata mbagħad tirriżulta fir-rikonoxximent ta' assi mhux finanzjarju jew ta' obbligazzjoni mhux finanzjarja, jew tranżazzjoni prevista ħħeġġjata għal assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja ssir impenn sod li għaliha tiġi applikata kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust, l-entità għandha tneħħi dak l-ammont mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus u tinkludih direttament fil-kost inizjali jew f'ammont riportat ieħor tal-assi jew tal-obbligazzjoni. Dan mhuwiex aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) u għalhekk ma jaffettwax introjtu ieħor komprensiv.

(ii)

għal ħeġġijiet tal-flussi tal-fluss ħlief dawk koperti minn (i), dak l-ammont għandu jiġi riklassifikat mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom il-flussi tal-flus futuri mistennija ħħeġġjati jaffettwaw il-profitt jew telf (pereżempju, fil-perjodi li fihom jiġi rikonoxxut dħul mill-imgħax jew spejjeż tal-imgħax jew meta jseħħ bejgħ imbassar).

(iii)

madankollu, jekk dak l-ammont ikun telf u entità tistenna li t-telf kollu jew parti minnu mhux se jiġi rkuprat f'xi perjodu jew perjodi fil-futur, minnufih għandha tirriklassifika l-ammont li mhux mistenni jiġi rkuprat fil-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

6.5.12.

Meta entità tieqaf tuża kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal ħeġġ tal-flussi tal-flus (ara l-paragrafi 6.5.6 u 6.5.7(b)) għandha tikkontabbilizza l-ammont li ġie akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus b'konformità mal-paragrafu 6.5.11(a) kif ġej:

(a)

jekk il-flussi tal-flus futuri ħħeġġjati xorta jibqgħu mistennija li jseħħu, dak l-ammont għandu jibqa' fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus sakemm iseħħu l-flussi tal-flus futuri jew sakemm japplika l-paragrafu 6.5.11(d)(iii). Meta l-flussi tal-flus futuri jseħħu, japplika l-paragrafu 6.5.11(d).

(b)

jekk il-flussi tal-flus futuri ħħeġġjati m'għadhomx mistennija jseħħu, minnufih dak l-ammont għandu jiġi riklassifikat mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1). Fluss tal-flus futur iħħeġġjat li ma jibqax ferm probabbli li jseħħ xorta jista' jiġi mistenni li jseħħ.

Ħeġġijiet ta' investiment nett f'operazzjoni barranija

6.5.13.

Ħeġġijiet ta' investiment nett f'operazzjoni barranija, li jinkludu ħeġġ ta' effett monetarju li jiġi kontabilizzat bħala parti mill-investiment nett (ara l-IAS 21), għandhom jiġu kontabilizzati b'mod simili għal ħeġġijiet ta' flussi ta' fluss:

(a)

il-porzjon tal-qligħ jew tat-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li jiġi stabbilit li huwa ħeġġ effettiv għandu jiġi rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafu 6.5.11); u

(b)

il-porzjon li mhuwiex effettiv għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

6.5.14.

Il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar relatat mal-porzjon effettiv tal-ħeġġ li jkun akkumula fir-riżerva ta' qlib tal-muniti barranin għandu jiġi riklassifikat minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) b'konformità mal-paragrafi 48–49 tal-IAS 21 dwar id-disponiment jew id-disponiment parzjali tal-operazzjoni barranija.

Kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta' opzjonijiet

6.5.15.

Meta entità tissepara l-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta' kuntratt ta' opzjoni u tispeċifika bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss il-bidla fil-valur intrinsiku tal-opzjoni (ara l-paragrafu 6.2.4(a)), għandha tieħu kont tal-valur taż-żmien tal-opzjoni kif ġej (ara l-paragrafi B6.5.29–B6.5.33):

(a)

entità għandha tiddistingwi l-valur taż-żmien ta' opzjonijiet skont it-tip ta' entrata ħħeġġjata li l-opzjoni tiħħeġġja (ara l-paragrafu B6.5.29):

(i)

entrata ħħeġġjata relatata ma' tranżazzjoni; jew

(ii)

entrata ħħeġġjata relatata ma' perjodu ta' żmien.

(b)

il-bidla fil-valur ġust tal-valur taż-żmien ta' opzjoni li tiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata ma' tranżazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta f'introjtu ieħor komprensiv sa fejn tkun relatata mal-entrata ħħeġġjata u għandha tiġi akkumulata f'komponent separat tal-ekwità. Il-bidla kumulattiva fil-valur ġust li tirriżulta mill-valur taż-żmien tal-opzjoni li tkun akkumulat f'komponent separat tal-ekwità (l-“ammont”) għandha tingħata kont kif ġej:

(i)

jekk l-entrata ħħeġġjata mbagħad tirriżulta fir-rikonoxximent ta' assi mhux finanzjarju jew ta' obbligazzjoni mhux finanzjarja, jew impenn sod għal assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja li għalihom tiġi applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust, l-entità għandha tneħħi l-ammont mill-komponent separat tal-ekwità u tinkludih direttament fil-kost inizjali jew f'ammont riportat ieħor tal-assi jew tal-obbligazzjoni. Dan mhuwiex aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) u għalhekk ma jaffettwax introjtu ieħor komprensiv.

(ii)

għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar minbarra dawk koperti minn (i), l-ammont għandu jiġi riklassifikat mill-komponent separat tal-ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom il-flussi tal-flus futuri mistennija ħħeġġjati jaffettwaw il-profitt jew telf (pereżempju, meta jkun hemm previżjoni ta' bejgħ).

(iii)

madankollu, jekk dak l-ammont kollu jew parti minnu mhux mistenni li jiġi rkuprat f'xi perjodu jew perjodi fil-ġejjieni, l-ammont li mhux mistenni jiġi rkuprat għandu jiġi riklassifikat minnufih fil-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

(c)

il-bidla fil-valur ġust tal-valur taż-żmien ta' opzjoni li tiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata ma' perjodu ta' żmien għandha tiġi rikonoxxuta f'introjtu ieħor komprensiv sa fejn tkun relatata mal-entrata ħħeġġjata u għandha tiġi akkumulata f'komponent separat tal-ekwità. Il-valur taż-żmien fid-data tal-ispeċifikazzjoni tal-opzjoni bħala strument għall-iħħeġġjar, sa fejn ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata, għandu jiġi amortizzat fuq bażi sistematika u razzjonali tul il-perjodu li matulu l-aġġustament tal-ħeġġ għall-valur intrinsiku tal-opzjoni jista' jaffettwa l-profitt jew it-telf (jew introjtu ieħor komprensiv, jekk l-entrata ħħeġġjata tkun strument azzjonarju li għalih l-entità tkun għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5). Għalhekk, f'kull perjodu tar-rapportar, l-amortizzazzjoni għandha tiġi riklassifikata mill-komponent separat tal-ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1). Madankollu, jekk il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar ma tibqax tintuża bħala l-istrument għall-iħħeġġjar għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar li tinkludi l-bidla fil-valur intrinsiku tal-opzjoni, l-ammont nett (jiġifieri li jinkludi l-amortizzazzjoni kumulattiva) li jkun ġie akkumulat fil-komponent separat tal-ekwità għandu immedjatament jiġi riklassifikat fil-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

Kontabbiltà għall-element forward ta' kuntratti forward u l-firxiet bażi ta' munita barranija ta' strumenti finanzjarji

6.5.16.

Meta entità tissepara l-element forward u l-element spot ta' kuntratt forward u tispeċifika bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss il-bidla fil-valur tal-element spot tal-kuntratt forward, jew meta entità tissepara l-firxa bażi ta' munita barranija minn strument finanzjarju u teskludiha mill-ispeċifikazzjoni ta' dak l-istrument finanzjarju bħala l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafu 6.2.4(b)), l-entità tista' tapplika l-paragrafu 6.5.15 għall-element forward tal-kuntratt forward jew għall-firxa bażi ta' munita barranija bl-istess mod li jiġi applikat għall-valur taż-żmien ta' opzjoni. F'dak il-każ, l-entità għandha tapplika l-gwida għall-applikazzjoni fil-paragrafi B6.5.34–B6.5.39.

6.6   ĦEĠĠIJIET TA' GRUPP TA' ENTRATI

L-eliġibbiltà ta' grupp ta' entrati bħala l-entrata ħħeġġjata

6.6.1.

Grupp ta' entrati (li jinkludi grupp ta' entrati li jikkostitwixxi pożizzjoni netta; ara l-paragrafi B6.6.1–B6.6.8) huwa entrata ħħeġġjata eliġibbli biss jekk:

(a)

jikkonsisti f'entrati (inklużi l-komponenti ta' entrati) li, individwalment, huma entrati ħħeġġjati eliġibbli;

(b)

l-entrati fil-grupp jiġu mmaniġġjati flimkien fuq bażi ta' grupp għall-finijiet tal-immaniġġjar tar-riskju; u

(c)

fil-każ ta' ħeġġ ta' flussi tal-flus ta' grupp ta' entrati li l varjabilitajiet tagħhom fil-flussi tal-flus mhumiex mistennija li jkunu bejn wieħed u ieħor proporjonati għall-varjabilità totali fil-flussi tal-flus tal-grupp tant li jinħolqu pożizzjonijiet ta' tpaċija tar-riskju:

(i)

huwa ħeġġ ta' riskju tal-munita barranija; u

(ii)

l-ispeċifikazzjoni ta' dik il-pożizzjoni netta tispeċifika l-perjodu tar-rapportar li fih it-tranżazzjonijiet previsti huma mistennija li jaffettwaw il-profitt jew it-telf, kif ukoll in-natura u l-volum tagħhom (ara l-paragrafi B6.6.7–B6.6.8).

Speċifikazzjoni ta' komponent ta' ammont nominali

6.6.2.

Komponent li huwa proporzjon ta' grupp ta' entrati eliġibbli huwa entrata ħħeġġjata eliġibbli diment li dik l-ispeċifikazzjoni tkun konsistenti mal-objettiv tal-immaniġġjar tar-riskju tal-entità.

6.6.3.

Komponent bis-saffi ta' grupp ġenerali ta' entrati (pereżempju, saff tal-qiegħ) huwa eliġibbli għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar biss jekk:

(a)

jista' jiġi identifikat b'mod separat u jista' jitkejjel b'mod affidabbli;

(b)

l-objettiv tal-immaniġġjar tar-riskju huwa li jiħħeġġja komponent bis-saffi;

(c)

l-entrati fil-grupp ġenerali li minnu s-saff jiġi identifikat ikunu esposti għall-istess riskju ħħeġġjat (biex b'hekk il-kejl tas-saff iħħeġġjat ma jkunx affettwat b'mod sinifikanti minn entrati partikolari minn grupp ġenerali jiffurmaw parti mis-saff iħħeġġat);

(d)

għal ħeġġ ta' entrati eżistenti (pereżempju, impenn sod mhux rikonoxxut jew assi rikonoxxut) entità tista' tidentifika u ssegwi l-grupp ġenerali ta' entrati li minnu s-saff iħħeġġjat jiġi definit (sabiex l-entità tkun tista' tikkonforma mar-rekwiżiti għall-kontabbiltà għal relazzjonijiet kwalifikati ta' iħħeġġjar); u

(e)

kwalunkwe entrata fil-grupp li fiha opzjonijiet ta' prepagament tissodisfa r-rekwiżiti għal komponenti ta' ammont nominali (ara l-paragrafu B6.3.20).

Preżentazzjoni

6.6.4.

Għal ħeġġ ta' grupp ta' entrati li jkollu pożizzjonijiet għat-tpaċija tar-riskju (jiġifieri f'ħeġġ ta' pożizzjoni netta) li r-riskju ħħeġġjat tiegħu jaffettwa partiti differenti fil-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv, kwalunkwe qligħ jew telf mill-iħħeġġjar f'dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat f'partita separata minn dawk affettwati mill-entrati ħħeġġjati. Għalhekk, f'dak ir-rapport, l-ammont fil-partita li huwa relatat mal-entrata ħħeġġjata innifisha (pereżempju, dħul jew kost tal-bejgħ) jibqa' mhux affettwat.

6.6.5.

Għal assi u obbligazzjonijiet iħħeġġjati flimkien bħala grupp f'ħeġġ fuq il-valur ġust, il-qligħ jew telf fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet individwali għandu jiġi rikonoxxut bħala aġġustament tal-ammont riportat tal-entrati individwali rispettivi li jifformaw il-grupp b'konformità mal-paragrafu 6.5.8(b).

Pożizzjonijiet netti żero

6.6.6.

Meta l-entrata ħħeġġjata tkun grupp li l-pożizzjoni netta tiegħu tkun ta' żero (jiġifieri bejniethom l-entrati ħħeġġjati jpaċu kompletament ir-riskju li jiġi mmaniġġjat fuq bażi ta' grupp), entità tista' tispeċifikaha f'relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tinkludix strument għall-iħħeġġjar, diment li:

(a)

il-ħeġġ ikun parti minn strateġija ta' ħħeġġjar tar-riskju ta' rifinanzjament nett, li fiha biż-żmien l-entità regolarment tiħħeġġja pożizzjonijiet ġodda tal-istess tip (pereżempju, meta tranżazzjonijiet jgħaddu f'perjodu ta' żmien li għalih l-entità tiħħeġġja);

(b)

il-pożizzjoni netta ħħeġġjata tibdel id-daqs matul il-ħajja tal-istrateġija ta' ħħeġġjar tar-riskju ta' rifinanzjament nett u l-entità tuża strumenti eliġibbli ta' ħeġġjar biex tiħħeġġja r-riskju nett (jiġifieri meta l-pożizzjoni netta ma tkunx ta' żero);

(c)

normalment il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tiġi applikata għal dawn il-pożizzjonijiet netti meta l-pożizzjoni netta ma tkunx ta' żero u tiġi ħħeġġjata bi strumenti eliġibbli ta' ħeġġjar; u

(d)

jekk ma tiġix applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għall-pożizzjoni netta żero dan iwassal għal eżiti inkonsistenti ta' kontabbiltà, għaliex il-kontabbiltà ma tirrikonoxxix il-pożizzjonijiet ta' tpaċija tar-riskju li kieku jiġu rikonoxxuti f'ħeġġ ta' pożizzjoni netta.

6.7   OPZJONI BIEX SKOPERTURA TA' KREDITU TIĠI SPEĊIFIKATA KIF IMKEJLA FIL-VALUR ĠUST PERMEZZ TAL-PROFITT JEW TELF

L-eliġibbiltà ta' skoperturi ta' kreditu għal speċifikazzjoni fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

6.7.1.

Jekk entità tuża derivattiv ta' kreditu li jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf biex timmaniġġja r-riskju ta' kreditu ta' strument finanzjarju sħiħ, jew parti minnu (skopertura ta' kreditu) tista' tispeċifika dak l-istrument finanzjarju b'tali mod li jiġi mmaniġġjat b'dan il-mod (jiġifieri kollu jew proporzjon minnu) kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk:

(a)

l-isem tal-iskopertura ta' kreditu (pereżempju, il-mutwatarju, jew id-detentur ta' impenn ta' self) jaqbel mal-entità ta' referenza tad-derivattiv ta' kreditu (“tqabbil tal-isem”); u

(b)

is-superjorità tal-istrument finanzjarju taqbel ma' dik tal-istrumenti li jistgħu jiġu forniti b'konformità mad-derivattiv ta' kreditu.

Entità tista' tagħmel din l-ispeċifikazzjoni irrispettivament minn jekk l-istrument finanzjarju li huwa mmaniġġjat għar-riskju ta' kreditu huwiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard (pereżempju, entità tista' tispeċifika impenji ta' self li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard). L-entità tista' tispeċifika dak l-istrument finanzjarju meta inizjalment jiġi rikonoxxut, jew wara dan, jew inkella meta ma jkunx rikonoxxut. L-entità għandha tiddokumenta l-ispeċifikazzjoni fl-istess ħin.

Kontabbiltà għal skoperturi ta' kreditu speċifikati fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

6.7.2.

Jekk strument finanzjarju jiġi speċifikat b'konformità mal-paragrafu 6.7.1 kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf wara r-rikonoxximent inizjali tiegħu, jew ma kienx rikonoxxut qabel, id-differenza fiż-żmien tal-ispeċifikazzjoni bejn l-ammont riportat, jekk ikun hemm, u l-valur ġust għandu jiġi rikonoxxut immedjatament fil-profitt jew telf. Għal assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A, il-qligħ jew it-telf kumulattiv rikonoxxut qabel f'introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi riklassifikat immedjatament minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

6.7.3.

Entità għandha tieqaf tkejjel l-istrument finanzjarju li wassal għar-riskju ta' kreditu, jew proporzjon minn dak l-istrument finanzjarju, fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk:

(a)

il-kriterji ta' kwalifika fil-paragrafu 6.7.1 ma jibqgħux issodisfati, pereżempju:

(i)

id-derivattiv ta' kreditu jew l-istrument finanzjarju relatat li wassal għar-riskju ta' kreditu jkun skada jew inbiegħ, ġie terminat jew saldat; jew

(ii)

ir-riskju ta' kreditu tal-istrument finanzjarju ma jibqax immaniġġjat permezz ta' derivattiv ta' kreditu. Pereżempju, dan jista' jseħħ minħabba titjib fil-kwalità tal-kreditu tal-mutwatarju jew tad-detentur tal-impenn tas-self jew bidliet fir-rekwiżiti kapitali imposti fuq entità; u

(b)

l-istrument finanzjarju li jwassal għar-riskju ta' kreditu ma jkollux bżonn jitkejjel fil-valur ġust b'xi mod ieħor permezz tal-profitt jew telf (jiġifieri sadanittant il-mudell tan-negozju tal-entità ma jkunx inbidel b'tali mod li kienet meħtieġa riklassifikazzjoni b'konformità mal-paragrafu 4.4.1).

6.7.4.

Meta entità ma tibqax tkejjel l-istrument finanzjarju li jwassal għar-riskju ta' kreditu, jew proporzjon minn dak l-istrument finanzjarju, fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, il-valur ġust ta' dak l-istrument finanzjarju fid-data tal-waqfien isir l-ammont riportat ġdid tiegħu. Imbagħad, għandu jintuża l-istess kejl li kien jintuża qabel l-ispeċifikazzjoni tal-istrument finanzjarju fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf (inkluża amortizzazzjoni b'riżultat tal-ammont riportat ġdid). Pereżempju, assi finanzjarju li oriġinarjament kien ikklassifikat bħala mkejjel b'kost amortizzat jerġa' jmur lura għal dak il-kejl u r-rata effettiva tal-imgħax tiegħu terġa' tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-ammont gross riportat ġdid tiegħu fid-data tal-waqfien tal-kejl fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

KAPITOLU 7   Data effettiva u tranżizzjoni

7.1   DATA EFFETTIVA

7.1.1.

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Tista' ssir applikazzjoni qabel. Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard qabel din id-data, għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika r-rekwiżiti kollha f'dan l-Istandard fl-istess ħin (iżda ara wkoll il-paragrafi 7.1.2, 7.2.21 u 7.3.2). Għandha wkoll, fl-istess ħin, tapplika l-emendi fl-Appendiċi Ċ.

7.1.2.

Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 7.1.1, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika kmieni biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7–5.7.9, 7.2.14 u B5.7.5–B5.7.20 mingħajr ma tapplika r-rekwiżiti l-oħra f'dan l-Istandard. Jekk entità tagħżel li tapplika biss dawk il-paragrafi, għandha tiżvela dak il-fatt u fuq bażi kontinwa tipprovdi d-divulgazzjonijiet relatati stabbiliti fil-paragrafi 10–11 tal-IFRS 7 (kif emendat mill-IFRS 9 (2010)). (Ara wkoll il-paragrafi 7.2.2 u 7.2.15.)

7.1.3.

Annual Improvements to IFRSs 2010–2012 Cycle, ippubblikat f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafi 4.2.1 u 5.7.5 bħala emenda konsegwenzjali minħabba l-emenda għall-IFRS 3. Entità tapplika dik l-emenda prospettivament għall-kombinamenti ta' operazzjonijiet li l-emenda għall-IFRS 3 tapplika għaliha.

7.1.4.

L-IFRS 15, ippubblikat f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3.1.1, 4.2.1, 5.1.1, 5.2.1, 5.7.6, B3.2.13, B5.7.1, C5 u C42 u ħassar il-paragrafu C16 u l-intestatura relatata tiegħu. Żdiedu l-paragrafi 5.1.3 u 5.7.1 A, u definizzjoni għall-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

7.2   TRANŻIZZJONI

7.2.1.

Entità għandha tapplika dan l-Istandard retrospettivament, b'konformità mal-IAS 8 Politiki ta' Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabbiltà u Żbalji, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 7.2.4–7.2.26 u 7.2.28. Dan l-Istandard m'għandux jiġi applikat għal entrati li fid-data tal-applikazzjoni inizjali r-rikonoxximent tagħhom ikun diġà ġie rtirat.

7.2.2.

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafi 7.2.1, 7.2.3–7.2.28 u 7.3.2, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija d-data li fiha entità tapplika dawk ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard għall-ewwel darba u għandha tkun il-bidu ta' perjodu tar-rapportar wara l-ħruġ ta' dan l-Istandard. Skont l-approċċ li l-entità tagħżel biex tapplika l-IFRS 9, it-tranżizzjoni tista' tinvolvi data tal-applikazzjoni inizjali waħda jew aktar għal rekwiżiti differenti.

Tranżizzjoni għal klassifikazzjoni u kejl (Kapitoli 4 u 5)

7.2.3.

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tevalwa jekk assi finanzjarju jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(a) jew 4.1.2 A(a) fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jeżistu f'dik id-data. Il-klassifikazzjoni li tirriżulta għandha tiġi applikata b'mod retrospettiv ikun xi jkun il-mudell tan-negozju tal-entità f'perjodi preċedenti tar-rapportar.

7.2.4.

Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, ma jkunx prattiku (kif definit fl-IAS 8) għal entità li tevalwa element modifikat tal-valur taż-żmien fuq il-flus b'konformità mal-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għandha tevalwa l-karatteristiċi tal-fluss ta' flus kuntrattwali ta' dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma tqis ir-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-element tal-valur taż-żmien fuq il-flus fil-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D. (Ara wkoll il-paragrafu 42R tal-IFRS 7.)

7.2.5.

Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, ma jkunx prattiku (kif definit fl-IAS 8) għal entità li tevalwa jekk il-valur ġust ta' karatteristika ta' prepagament kienx insinifikanti b'konformità mal-paragrafu B4.1.12(c) fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu waqt ir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għanda tevalwa l-karatteristiċi tal-fluss ta' flus kuntrattwali ta' dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma tqis l-eċċezzjoni għal karatteristiċi ta' prepagamenti fil-paragrafu B4.1.12. (Ara wkoll il-paragrafu 42S tal-IFRS 7.)

7.2.6.

Jekk entità tkejjel kuntratt ibridu fil-valur ġust b'konformità mal-paragrafi 4.1.2 A, 4.1.4 jew 4.1.5 iżda l-valur ġust tal-kuntratt ibridu ma jkunx tkejjel f'perjodi komparattivi ta' rapportar, il-valur ġust tal-kuntratt ibridu fil-perjodi komparattivi ta' rapportar għandu jkun is-somma tal-valuri ġusti tal-komponenti (jiġifieri l-ospitant nonderivattiv u d-derivattiv inkorporat) fl-aħħar ta' kull perjodu komparattiv ta' rapportar jekk l-entità terga' tiddikjara perjodi preċedenti (ara l-paragrafu 7.2.15).

7.2.7.

Jekk fid-data tal-applikazzjoni inizjali entità tkun applikat il-paragrafu 7.2.6, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn il-valur ġust tal-kuntratt ibridu kollu fid-data tal-applikazzjoni inizjali u s-somma tal-valuri ġusti tal-komponenti tal-kuntratt ibridu fid-data tal-applikazzjoni inizjali fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew komponent ieħor ta' ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

7.2.8.

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali entità tista' tispeċifika:

(a)

assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 4.1.5; jew

(b)

investiment fi strument azzjonarju bħala fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5.

Din l-ispeċifikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata retrospettivament.

7.2.9.

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità:

(a)

għandha tirrevoka l-ispeċifikazzjoni preċedenti tagħha ta' assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk dak l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5.

(b)

tista' tirrevoka l-ispeċifikazzjoni preċedenti tagħha ta' assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk dak l-assi finanzjarju jissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5.

Din ir-revoka għandha ssir fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata retrospettivament.

7.2.10.

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità:

(a)

tista' tispeċifika obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 4.2.2(a).

(b)

għandha tirrevoka l-ispeċifikazzjoni preċedenti tagħha ta' obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk fir-rikonoxximent inizjali din l-ispeċifikazzjoni kienet saret b'konformità mal-kundizzjoni li issa tinsab fil-paragrafu 4.2.2(a) u din l-ispeċifikazzjoni ma tissodisfax dik il-kundizzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c)

tista' tirrevoka l-ispeċifikazzjoni preċedenti tagħha ta' obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk fir-rikonoxximent inizjali din l-ispeċifikazzjoni kienet saret b'konformità mal-kundizzjoni li issa tinsab fil-paragrafu 4.2.2(a) u din l-ispeċifikazzjoni tissodisfa dik il-kundizzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Tali speċifikazzjoni u revoka għandhom isiru fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata retrospettivament.

7.2.11.

Jekk ma jkunx prattiku (kif iddefinit fl-IAS 8) għal entità li tapplika l-metodu tal-imgħax effettiv retrospettivament, l-entità għandha tittratta:

(a)

il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fl-aħħar ta' kull perjodu komparattiv ppreżentat bħala l-ammont gross riportat ta' dak l-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ta' dik l-obbligazzjoni finanzjarja jekk l-entità terga' tiddikjara perjodi preċedenti; u

(b)

il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali bħala l-ammont gross riportat ġdid ta' dak l-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ġdid ta' dik l-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard.

7.2.12.

Jekk entità tkun preċedentement ikkontabilizzat skont il-kost (b'konformità mal-IAS 39) investiment fi strument azzjonarju li m'għandux prezz ikkwotat f'suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) (jew għal assi derivattiv li mhuwiex marbut ma' strument azzjonarju bħal dan u li jrid jiġi saldat sat-tlestija tiegħu) għandha tkejjel dak l-istrument fil-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f'komponent ieħor tal-ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

7.2.13.

Jekk entità tkun preċedentement ikkontabilizzat obbligazzjoni derivattiva li hija marbuta ma', u għandha tiġi saldata, permezz tal-kunsinna ta' strument azzjonarju li m'għandux prezz ikkwotat f'suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input fil-Livell 1) bil-prezz oriġinali b'konformità mal-IAS 39, għandha tkejjel dik l-obbligazzjoni derivattiva fil-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ tal-perjodu tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

7.2.14.

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tiddetermina jekk it-trattament fil-paragrafu 5.7.7 huwiex se joħloq jew ikabbar spariġġ kontabilistiku fil-profitt jew telf fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dan l-Istandard għandu jiġi applikat retrospettivament fuq il-bażi ta' dik id-determinazzjoni.

7.2.15.

Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 7.2.1, entità li tadotta r-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni u ta' kejl ta' dan l-Istandard (li jinkludu r-rekwiżiti relatati mal-kejl tal-kost amortizzat għal assi finanzjarji u tal-indeboliment fit-Taqsimiet 5.4 u 5.5) għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 42L–42O tal-IFRS 7 iżda ma għandhiex bżonn terġa' tiddikjara perjodi preċedenti. L-entità tista' terġa' tiddikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta' dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma terġax tiddikjara perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu annwali tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f'komponent ieħor ta' ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu annwali ta' rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali. Madankollu, jekk entità terġa' tiddikjara perjodi preċedenti, ir-rapporti finanzjarji ddikjarati mill-ġdid iridu jirriflettu r-rekwiżiti kollha f'dan l-Istandard. Jekk l-approċċ magħżul mill-entità biex tapplika l-IFRS 9 jirriżulta f'aktar minn data waħda ta' applikazzjoni inizjali għal rekwiżiti differenti, dan il-paragrafu japplika f'kull data ta' applikazzjoni inizjali (ara l-paragrafu 7.2.2). Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk entità tagħżel li tapplika kmieni biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 7.1.2 qabel ma tapplika r-rekwiżiti l-oħra f'dan l-Istandard.

7.2.16.

Jekk entità tħejji rapporti finanzjarji interim b'konformità mal-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim, l-entità m'għandhiex għalfejn tapplika r-rekwiżiti f'dan l-Istandard għal perjodi interim qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali jekk dan ma jkunx prattiku (kif definit fl-IAS 8).

Indeboliment (Taqsima 5.5)

7.2.17.

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment fit-Taqsima 5.5 retrospettivament b'konformità mal-IAS 8 soġġetta għall-paragrafi 7.2.15 u 7.2.18–7.2.20.

7.2.18.

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tuża informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr spejjeż jew sforzi eċċessivi biex tiddetermina r-riskju ta' kreditu fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta' strument finanzjarju (jew għal impenji ta' self u kuntratti ta' garanziji finanzjarji fid-data li fiha l-entità tkun saret parti għall-impenn irrevokabbli b'konformità mal-paragrafu 5.5.6) u tqabblu mar-riskju ta' kreditu fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard.

7.2.19.

Meta tkun qed tiddetermina jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali, entità tista' tapplika:

(a)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.5.10 u B5.5.22–B5.5.24; u

(b)

is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 5.5.11 għal ħlasijiet kuntrattwali li jkunu skadew b'aktar minn 30 jum wara d-data tal-għeluq jekk entità se tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment billi tidentifika żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali għal dawk l-istrumenti fuq il-bażi ta' informazzjoni wara d-data tal-għeluq.

7.2.20.

Jekk fid-data tal-applikazzjoni inizjali d-determinazzjoni ta' jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu minn żmien ir-rikonoxximent inizjali tkun tirrikjedi spejjeż jew sforzi eċċessivi, entità għandha tirrikonoxxi provvediment kontra telf f'ammont li jilħaq it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja f'kull data ta' rapportar sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' dak l-istrument finanzjarju (sakemm dak l-istrument finanzjarju ma jkunx riskju ta' kreditu baxx f'data ta' rapportar, li f'dak il-każ japplika l-paragrafu 7.2.19(a)).

Tranżizzjoni għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar (Kapitolu 6)

7.2.21.

Meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba, bħala l-politika kontabilistika tagħha tista' tagħżel li tkompli tapplika r-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar tal-IAS 39 minflok ir-rekwiżiti fil-Kapitolu 6 ta' dan l-Istandard. Entità għandha tapplika dik il-politika għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha tagħha. Entità li tagħżel dik il-politika għandha tapplika wkoll l-IFRIC 16 Ħeġġijiet ta' Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija mingħajr l-emendi li jikkonformaw dik l-Interpretazzjoni mar-rekwiżiti fil-Kapitolu 6 ta' dan l-Istandard.

7.2.22.

Ħlief kif previst fil-paragrafu 7.2.26, entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta' dan l-Istandard b'mod prospettiv.

7.2.23.

Biex il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tiġi applikata mid-data tal-applikazzjoni inizjali tar-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta' dan l-Istandard, f'dik id-data l-kriterji kollha ta' kwalifika għandhom ikunu ssodisfati.

7.2.24.

Relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kkwalifikaw għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'konformità mal-IAS 39 li jikkwalifikaw ukoll għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'konformità mal-kriterji ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafu 6.4.1), wara li jitqies kwalunkwe riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar fuq it-tranżizzjoni (ara l-paragrafu 7.2.25(b), għandhom jitqiesu bħala relazzjonijiet kontinwi tal-iħħeġġjar.

7.2.25.

Mal-applikazzjoni inizjali tar-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta' dan l-Istandard, entità:

(a)

tista' tibda tapplika dawk ir-rekwiżiti mill-mument li fih tieqaf tapplika r-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar tal-IAS 39; u

(b)

għandha tqis id-delta b'konformità mal-IAS 39 bħala l-punt tal-bidu għar-riekwilibriju tad-delta ta' relazzjoni kontinwa ta' iħħeġġjar, jekk applikabbli. Kwalunkwe qligħ jew telf minn dan ir-riekwilibriju għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

7.2.26.

Bħala eċċezzjoni għall-applikazzjoni prospettiva tar-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta' dan l-Istandard, entità:

(a)

għandha tapplika l-kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta' opzjonijiet b'konformità mal-paragrafu 6.5.15 b'mod retrospettiv jekk, b'konformità mal-IAS 39, il-bidla biss fil-valur intrinsiku ta' opzjoni kienet speċifikata bħala strument għall-iħħeġġjar f'relazzjoni tal-iħħeġġjar. Din l-applikazzjoni retrospettiva tapplika biss għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri jew li ġew speċifikati wara.

(b)

tista' tapplika l-kontabbiltà għall-element forward ta' kuntratti forward b'konformità mal-paragrafu 6.5.16 retrospettivament jekk, b'konformità mal-IAS 39, il-bidla biss fl-element spot ta' kuntratt forward kienet speċifikata bħala strument għall-iħħeġġjar f'relazzjoni tal-iħħeġġjar. Din l-applikazzjoni retrospettiva tapplika biss għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri jew li ġew speċifikati wara. Barra minn hekk, jekk entità tagħżel l-applikazzjoni retrospettiva ta' din il-kontabbiltà, għandha tiġi applikata għar-relazzjonijiet kollha tal-iħħeġġjar li jikkwalifikaw għal din l-għażla (jiġifieri fuq tranżizzjoni din l-għażla ma tkunx disponibbli fuq bażi ta' relazzjoni tal-iħħeġġjar b'relazzjoni tal-iħħeġġjar). Il-kontabbiltà għal firxiet bażi tal-muniti barranin (ara l-paragrafu 6.5.16) tista' tiġi applikata retrospettivament għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri jew li ġew speċifikati wara.

(c)

għandha tapplika retrospettivament ir-rekwiżit tal-paragrafu 6.5.6 li mhux se jkun hemm skadenza jew terminazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar jekk:

(i)

bħala konsegwenza ta' liġijiet u regolamenti, jew l-introduzzjoni ta' liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jaqblu li kontroparti waħda jew aktar ta' kklerjar tieħu post il-kontroparti oriġinali tagħhom biex issir il-kontroparti l-ġdida għal kull waħda mill-partijiet; u

(ii)

bidliet oħra, jekk ikun hemm, fl-istrument għall-iħħeġġjar jiġu limitati għal dawk li huma neċessarji biex issir din is-sostituzzjoni tal-kontroparti.

Entitajiet li applikaw l-IFRS 9 (2009), l-IFRS 9 (2010) jew l-IFRS 9 (2013) kmieni

7.2.27.

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti tranżitorji fil-paragrafi 7.2.1–7.2.26 fid-data rilevanti tal-applikazzjoni inizjali. Entità għandha tapplika kull dispożizzjoni tranżitorja fil-paragrafi 7.2.3–7.2.14 u 7.2.17–7.2.26 darba biss (jiġifieri jekk entità tagħżel approċċ li tapplika l-IFRS 9 li jinvolvi aktar minn data waħda ta' applikazzjoni inizjali, ma tista tapplika ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet jekk diġà kienet applikathom qabel). (Ara l-paragrafi 7.2.2 u 7.3.2.)

7.2.28.

Entità li applikat l-IFRS 9 (2009), l-IFRS 9 (2010) jew l-IFRS 9 (2013) u mbagħad tapplika dan l-Istandard:

(a)

għandha tispeċifika l-ispeċifikazzjoni preċedenti tagħha ta' assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk, qabel, dik l-ispeċifikazzjoni kienet saret b'konformità mal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 iżda, minħabba l-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni m'għadhiex issodisfata;

(b)

tista' tispeċifika assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik l-ispeċifikazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 iżda issa, minħabba l-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni hija ssodisfata;

(c)

għandha tirrevoka l-ispeċifikazzjoni preċedenti tagħha ta' obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik l-ispeċifikazzjoni kienet saret b'konformità mal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda, minħabba l-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni m'għadhiex issodisfata; u

(d)

tista' tispeċifika obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik l-ispeċifikazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda issa, minħabba l-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni hija ssodisfata.

Tali speċifikazzjoni u revoka għandha ssir fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata retrospettivament.

7.3   L-IRTIRAR TAL-IFRIC 9, L-IFRS 9 (2009), L-IFRS 9 (2010) UTAL-IFRS 9 (2013)

7.3.1.

Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IFRIC 9 Rivalutazzjoni ta' Derivattivi Inkorporati. Ir-rekwiżiti li ġew miżjuda mal-IFRS 9 f'Ottubru 2010 inkorporaw ir-rekwiżiti li qabel kienu stabbiliti fil-paragrafi 5 u 7 tal-IFRIC 9. Bħala emenda konsegwenzjali, l-IFRS 1 L-Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju inkorpora r-rekwiżiti li qabel kienu stabbiliti fil-paragrafu 8 tal-IFRIC 9.

7.3.2.

Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IFRS 9 (2009), l-IFRS 9 (2010) u l-IFRS 9 (2013). Madankollu, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika dawk il-verżjonijiet preċedenti tal-IFRS 9 minflok ma tapplika dan l-Istandard, iżda biss jekk id-data rilevanti tal-applikazzjoni inizjali tal-entità tkun qabel l-1 ta' Frar 2015.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard.

telf mistenni ta' kreditu fuq 12-il xahar

Il-porzjon tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja li jirrappreżenta t-telf mistenni ta' kreditu li jirriżulta minn events ta' inadempjenza fuq strument finanzjarju li huma possibbli fiż-żmien it-12-il xahar wara d-data ta' rapportar.

kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja

L-ammont li bih l-assi finanzjarju jew l-obbligazzjoni finanzjarja jitkejlu fir-rikonoxximent inizjali li minnu jitnaqqsu r-ripagamenti tas-somma kapitali ewlenija, bl-amortizzazzjoni kumulattiva miżjuda jew imnaqqsa permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv ta' kwalunkwe differenza bejn dak l-ammont inizjali u l-ammont fil-maturità u, għal assi finanzjarji, aġġustat għal kwalunkwe provvediment kontra telf.

assi tal-kuntratt

Dawk id-drittijiet li l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti jispeċifika li jiġu kontabilizzati b'konformità ma' dan l-Istandard għall-finijiet tar-rikonoxximent u l-kejl tal-qligħ jew tat-telf minn indeboliment.

assi finanzjarju b'indeboliment fil-kreditu

Assi finanzjarju jkollu indeboliment fil-kreditu meta jkun seħħ avveniment wieħed jew aktar li jkollhom impatt detrimentali fuq il-flussi tal-flus futuri mistennija ta' dak l-assi finanzjarju. Evidenza li assi finanzjarju għandu indeboliment fil-kreditu tinkludi dejta li tista' tiġi osservata dwar l-avvenimenti li ġejjin:

(a)

diffikultà finanzjarja sinifikanti tal-emittent jew tal-mutwatarju;

(b)

ksur ta' kuntratt, bħal inadempjenza jew avveniment skadut;

(c)

il-mutwanti tal-mutwatarju, għal raġunijiet ekonomiċi jew kuntrattwali marbutin mad-diffikultà finanzjarja tal-mutwatarju, ikunu taw konċessjoni(jiet) lill-mutwatarju li f'ċirkustanzi oħrajn il-mutwanti ma kinux jikkunsidraw;

(d)

qed isir probabbli li l-mutwatarju se jfalli jew jidħol f'riorganizzazzjoni finanzjarja oħra;

(e)

l-għajbien ta' suq attiv għal dak l-assi finanzjarju minħabba diffikultajiet finanzjarji; jew

(f)

ix-xiri jew l-oriġini ta' assi finanzjarju b'roħs kbir li jirrifletti t-telf ta' kreditu mġarrab.

Jista' ma jkunx possibbli li jiġi identifikat avveniment diskret uniku—minflok, l-effett ikkombinat ta' diversi avvenimenti jista' jkun ikkawża l-assi finanzjarji li jġarrab indeboliment fil-kreditu.

telf ta' kreditu

Id-differenza bejn il-flussi ta' flus kuntrattwali kollha dovuti lil entità skont il-kuntratt u l-flussi tal-flus kollha li l-entità tistenna li tirċievi (jiġifieri n-nuqqasijiet kollha ta' likwidità), skontati bir-rata effettiva tal-imgħax oriġinali (jew fir-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b'indeboliment fil-kreditu). Entità għandha tagħmel stima tal-flussi tal-flus billi tqis it-termini kuntrattwali kollha tal-istrument finanzjarju (pereżempju, prepagament, estensjoni, opzjoni eżerċitata u opzjonijiet simili) permezz tal-ħajja mistennija ta' dak l-istrument finanzjarju. Il-flussi tal-flus li jiġu kkunsidrati għandhom jinkludu flussi tal-flus mill-bejgħ ta' kollateral miżmum jew titjib ieħor tal-kreditu li huma integrali għat-termini kuntrattwali. Hemm presuppożizzjoni li l-ħajja mistennija ta' strument finanzjarju tista' tiġi stmata b'mod affidabbli. Madankollu, f'dawk il-każijiet rari li fihom ma jkunx possibbli li tiġi stmata b'mod affidabbli l-ħajja mistennija ta' strument finanzjarju, l-entità għandha tuża t-terminu kuntrattwali li fadal tal-istrument.

rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu

Ir-rata li tiskonta b'mod preċiż il-pagamenti jew l-introjtu fi flus futuri stmati tul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju għall-kost amortizzat ta' assi finanzjarju li nxtara jew oriġina minn assi finanzjarju b'indeboliment fil-kreditu. Meta tkun qed tikkalkola r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu, entità għandha tagħti stima tal-flussi tal-flus mistennija billi tqis it-termini kuntrattwali kollha tal-assi finanzjarju (pereżempju, prepagament, estensjoni, opzjoni eżerċitata u opzjonijiet simili) u t-telf mistenni ta' kreditu. Il-kalkolu jinkludi l-onorarji u l-punti kollha mħallsa jew riċevuti bejn il-partijiet għall-kuntratt li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax (ara l-paragrafi B5.4.1-B5.4.3), l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, u l-primjums jew l-iskontijiet l-oħra kollha. Hemm is-suppożizzjoni li l-flussi tal-flus u l-ħajja mistennija ta' grupp ta' strumenti finanzjarji simili jistgħu jiġu stmati b'mod kredibbli. Madankollu, f'dawk il-każijiet rari li fihom ma jkunx possibbli li ssir stima affidabbli tal-flussi tal-flus jew tal-ħajja li jkun għad fadal ta' strument finanzjarju (jew ta' grupp ta' strumenti finanzjarji), l-entità għandha tuża l-flussi ta' flus kuntrattwali fuq it-terminu kuntrattwali sħiħ tal-istrument finanzjarju (jew tal-grupp ta' strumenti finanzjarji).

irtirar tar-rikonoxximent

It-tneħħija ta' assi finanzjarju jew ta' obbligazzjoni finanzjarja li ġiet rikonoxxuta qabel mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

derivattiv

Strument finanzjarju jew kuntratt ieħor li jaqa fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard li jissodisfa t-tliet karatteristiċi li ġejjin.

(a)

il-valur tiegħu jinbidel b'reazzjoni għall-bidla fir-rata tal-imgħax speċifika, il-prezz ta' strument finanzjarju, il-prezz ta' komodità, ir-rata tal-kambju, l-indiċi ta' prezzijiet jew ta' rati, il-klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-indiċi tal-kreditu, jew varjabbli ieħor, diment li, fil-każ ta' varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli mhuwiex speċifiku għall-kuntratt (xi kultant imsejjaħ is-‘sottostanti’).

(b)

ma jeħtieġx investiment inizjali nett jew investiment inizjali nett li huwa inqas minn dak li jkun meħtieġ għal tipi oħra ta' kuntratti li jkun mistenni li jkollhom rispons simili għal bidliet fil-fatturi tas-suq.

(c)

jiġi saldat f'data fil-ġejjieni.

dividendi

Distribuzzjonijiet ta' profitti lil detenturi ta' strumenti azzjonarji b'mod proporzjonat għall-holdings tagħhom fi klassi partikolari ta' kapital.

metodu tal-imgħax effettiv

Il-metodu li jintuża fil-kalkolu tal-kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew ta' obbligazzjoni finanzjarja u fl-allokazzjoni u r-rikonoxximent tad-dħul mill-imgħax jew tal-ispejjeż tal-imgħax fil-profitt jew telf fuq il-perjodu rilevanti.

rata effettiva tal-imgħax

Ir-rata li tiskonta b'mod preċiż pagamenti jew introjtu futuri stmati fi flus tul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja għall-ammont gross riportat ta' assi finanzjarju jew għall-kost amortizzat ta' obbligazzjoni finanzjarja. Meta tkun qed tikkalkola r-rata effettiva tal-imgħax, entità għandha tagħti stima tal-flussi tal-flus mistennija billi tqis it-termini kuntrattwali kollha tal-istrument finanzjarju (pereżempju, prepagament, estensjoni, opzjoni eżerċitata u opzjonijiet simili) iżda m'għandiex tqis it-telf mistenni ta' kreditu. Il-kalkolu jinkludi l-onorarji u l-punti kollha mħallsa jew riċevuti bejn il-partijiet għall-kuntratt li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax (ara l-paragrafi B5.4.1–B5.4.3), l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, u l-primjums jew l-iskontijiet kollha l-oħrajn. Huwa presupponut li l-flussi tal-flus u l-ħajja mistennija ta' grupp ta' strumenti finanzjarji simili jistgħu jiġu stmati b'mod kredibbli. Madankollu, f'dawk il-każijiet rari li fihom ma jkunx possibbli li jiġu stmati b'mod affidabbli l-flussi tal-flus jew il-ħajja mistennija ta' strument finanzjarju (jew ta' grupp ta' strumenti finanzjarji), l-entità għandha tuża l-flussi ta' flus kuntrattwali fuq it-terminu kuntrattwali sħiħ tal-istrument finanzjarju (jew tal-grupp ta' strumenti finanzjarji).

telf mistenni ta' kreditu

Il-medja peżata tat-telf ta' kreditu bir-riskji rispettivi ta' inadempjenza bħala l-ponderazzjonijiet.

kuntratt ta' garanzija finanzjarja

Kuntratt li jeħtieġ li l-emittent jagħmel pagamenti speċifiċi biex jirrimborża lid-detentur għal telf li jġarrab għaliex debitur speċifiku jonqos milli jagħmel pagament meta dovut skont it-termini oriġinali jew modifikati ta' strument ta' dejn.

obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Obbligazzjoni finanzjarja li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

tissodisfa d-definizzjoni ta' miżmuma għan-negozju.

(b)

mar-rikonoxximent inizjali tiġi speċifikata mill-entità bħala tal-valur ġust permezz ta' profitt jew telf f'konformità mal-paragrafu 4.2.2 jew 4.3.5.

(c)

mar-rikonoxximent inizjali jew wara tiġi speċifikata bħala tal-valur ġust permezz ta' profitt jew telf f'konformità mal-paragrafu 6.7.1.

impenn sod

Impenn vinkolanti għall-iskambju ta' kwantità speċifikata ta' riżorsi bi prezz speċifikat f'data jew dati futuri speċifikati.

tranżazzjoni li tiġi prevista

Tranżazzjoni futura mhux impenjata iżda antiċipata.

ammont gross riportat ta' assi finanzjarju

Il-kost amortizzat ta' assi finanzjarju, qabel l-aġġustament għal kwalunkwe allowance ta' telf.

proporzjon ta' ħħeġġjar

Ir-relazzjoni bejn il-kwantità tal-istrument tal-iħħeġġjar u l-kwantità tal-oġġett iħħeġġjat f'termini tal-ippeżar relattiv tagħhom.

miżmuma għan-negozju

Assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li:

(a)

jinkisbu jew jiġġarrbu prinċipalment għall-finijiet tal-bejgħ jew tax-xiri mill-ġdid tagħhom fil-futur qrib;

(b)

mar-rikonoxximent inizjali jkunu parti minn portafoll ta' strumenti finanzjarji identifikati li jiġu mmaniġġjati flimkien u li għalihom ikun hemm evidenza ta' mudell attwali riċenti ta' teħid ta' profitti għal żmien qasir; jew

(c)

huma derivattivi (għajr għal derivattivi li huma kuntratti ta' garanzija finanzjarja jew strumenti speċifikati u effettivi ta' ħħeġġjar).

qligħ jew telf minn indeboliment

Qligħ jew telf li jiġi rikonoxxut bħala profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 5.5.8 u li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-indeboliment fit-Taqsima 5.5.

telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja

It-telf ta' kreditu mistenni li jirriżulta mill-avvenimenti ta' inadempjenza kollha possibbli tul il-ħajja mistennija ta' strument finanzjarju.

allowance għat-telf

L-allowance għat-telf ta' kreditu mistenni fuq l-assi finanzjarji mkejla skont il-paragrafu 4.1.2, ir-riċevibbli ta' lokazzjoni u l-assi tal-kuntratti, l-ammont ta' indeboliment akkumulat għall-assi finanzjarji mkejla skont il-paragrafu 4.1.2 A u l-provvediment għat-telf ta' kreditu mistenni fuq l-impenji tas-self u l-kuntratti ta' garanzija finanzjarja.

qligħ jew telf wara modifikazzjoni

L-ammont li jirriżulta mill-aġġustament tal-ammont gross riportat ta' assi finanzjarju sabiex jirrifletti l-flussi tal-flus kuntrattwali modifikati jew innegozjati mill-ġdid. L-entità tikkalkula mill-ġdid l-ammont gross riportat ta' assi finanzjarju bħala l-valur preżenti tal-pagamenti jew tal-irċevuti fi flus stmati fil-ġejjieni matul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju modifikat jew innegozjat mill-ġdid, li jiġu skontati bir-rata tal-imgħax effettiva oriġinali tal-assi finanzjarju (jew ir-rata tal-imgħax effettiva aġġustata skont il-krediti oriġinali tal-assi finanzjarju għall-assi finanzjarji indeboliti fil-kreditu oriġinati jew mixtrija) jew, meta applikabbli, ir-rata tal-imgħax effettiva riveduta kkalkulata skont il-paragrafu 6.5.10. Meta tiġi biex tistma l-flussi tal-flus mistennija ta' assi finanzjarju, entità tikkunsidra t-termini kuntrattwali kollha tal-assi finanzjarju (pereżempju, ħlas bil-quddiem, opzjonijiet eżerċitabbli, ta' prepagament u opzjonijiet simili), iżda ma tikkunsidrax it-telf ta' kreditu mistenni, sakemm l-assi finanzjarju ma jkunx assi finanzjarju indebolit fil-kreditu oriġinat jew mixtri, f'liema każ entità tikkunsidra wkoll it-telf ta' kreditu inizjali mistenni li kien ikkunsidrat meta ġiet ikkalkulata r-rata tal-imgħax effettiva oriġinali aġġustata għall-kreditu.

wara d-data tal-għeluq

Assi finanzjarju jkun tard meta kontroparti tkun naqset milli tagħmel pagament meta dak il-pagament kien kuntrattwalment dovut.

assi finanzjarju indebolit fil-kreditu oriġinat jew mixtri

Assi finanzjarji oriġinati jew mixtrija li jkunu indeboliti fil-kreditu mar-rikonoxximent inizjali.

data tal-klassifikazzjoni mill-ġdid

L-ewwel jum tal-ewwel perjodu ta' rapportar wara l-bidla fil-mudell kummerċjali li tirriżulta f'entità li tikklassifika mill-ġdid l-assi finanzjarji.

xiri jew bejgħ magħmul b'mod regolari

Xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarju taħt kuntratt li t-termini tiegħu jitolbu l-kunsinna tal-assi fil-limitu ta' żmien stabbilit b'mod ġenerali mir-regolament jew mill-konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.

kostijiet tat-tranżazzjoni

Kostijiet inkrementali li huma direttament attribwibbli għall-akkwist, għall-ħruġ jew għad-disponiment ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja (ara l-paragrafu B5.4.8). Kost inkrementali hu wieħed li l-entità ma kinitx ser iġġarrab kieku l-entità ma akkwistatx jew ma ħarġitx l-istrument finanzjarju, jew kieku ma ddisponitx minnu.

It-termini li ġejjin huma definiti fil-paragrafu 11 tal-IAS 32, l-Appendiċi A tal-IFRS 7, l-Appendiċi A tal-IFRS 13 jew l-Appendiċi A tal-IFRS 15 u jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fl-IAS 32, fl-IFRS 7, fl-IFRS 13 jew fl-IFRS 15:

(a)

riskju ta' kreditu (2);

(b)

strument ta' ekwità;

(c)

valur ġust;

(d)

assi finanzjarju;

(e)

strument finanzjarju;

(f)

obbligazzjoni finanzjarja;

(g)

prezz tat-tranżazzjoni.

Appendiċi B

Gwida tal-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI (KAPITOLU 2)

B2.1

Xi kuntratti jirrikjedu pagament ibbażat fuq varjabbli klimatiċi, ġeoloġiċi jew fiżiċi oħrajn. (Dawk ibbażati fuq varjabbli klimatiċi xi kultant issir referenza għalihom bħala “derivattivi marbutin mat-temp”.) Jekk dawk il-kuntratti ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 4, mela allura jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard.

B2.2

Dan l-Istandard ma jbiddilx ir-rekwiżiti relatati mal-pjanijiet ta' benefiċċji tal-impjegati li jikkonformaw mal-IAS 26 Il-Kontabbiltà u r-Rapportar mill-Pjanijiet ta' Benefiċċji tal-Irtirar u l-ftehimiet ta' royalty ibbażati fuq il-volum tal-bejgħ jew id-dħul mis-servizzi li jiġu kontabbilizzati skont l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti.

B2.3

Xi drabi, entità tagħmel dak li hija tara bħala “investiment strateġiku” fi strumenti ta' ekwità maħruġa minn entità oħra, bl-intenzjoni li tistabbilixxi jew iżżomm relazzjoni operattiva fit-tul mal-entità fejn isir l-investiment. L-investitur jew l-imprenditur konġunt jużaw l-IAS 28 sabiex jiddeterminaw jekk il-metodu kontabilistiku tal-ekwità għandux jiġi applikat għal investiment bħal dan.

B2.4

Dan l-Istandard japplika għall-assi finanzjarji u għall-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-assiguraturi, għajr id-drittijiet u l-obbligi li l-paragrafu 2.1(e) jeskludi minħabba li dawn jirriżultaw minn kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

B2.5

Il-kuntratti ta' garanzija finanzjarja jista' jkollhom diversi forom legali, bħal garanzija, xi tipi ta' ittra ta' kreditu, kuntratt ta' inadempjenza tal-kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. It-trattament kontabilistiku tagħhom ma jiddependix mill-għamla legali tagħhom. Dawn li ġejjin huma eżempji tat-trattament xieraq (ara l-paragrafu 2.1(e)):

(a)

Għalkemm kuntratt ta' garanzija finanzjarja jissodisfa d-definizzjoni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni fl-IFRS 4, jekk ir-riskju ttrasferit ikun sinifikanti, l-emittent japplika dan l-Istandard. Madankollu, jekk l-emittent ikun diġà asserixxa b'mod espliċitu li huwa jqis tali kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u jkun uża l-kontabbiltà li hija applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista' jagħżel li japplika dan l-Istandard jew l-IFRS 4 għal dawn il-kuntratti ta' garanzija finanzjarja. Jekk jiġi applikat dan l-Istandard, il-paragrafu 5.1.1 jitlob lill-emittent sabiex jirrikonoxxi kuntratt ta' garanzija finanzjarja inizjalment b'valur ġust. Jekk il-kuntratt ta' garanzija finanzjarja jkun inħareġ lil parti mhux relatata fi tranżazzjoni distakkata weħidha, il-valur ġust tiegħu malli jinħoloq x'aktarx li jkun ugwali għall-primjum irċevut, sakemm ma jkunx hemm xi evidenza li turi l-kuntrarju. Sussegwentement, sakemm il-kuntratt ta' garanzija finanzjarja ma jkunx ġie speċifikat malli nħoloq b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf jew sakemm ma japplikawx il-paragrafi 3.2.15–3.2.23 u B3.2.12–B3.2.17 (meta trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent jew meta japplika l-approċċ ta' involviment kontinwu), l-emittent iqisu bħala ogħla minn:

(i)

l-ammont stabbilit b'konformità mat-Taqsima 5.5; u

(ii)

l-ammont inizjalment rikonoxxut nieqes, fejn xieraq, l-ammont kumulattiv tal-introjtu rikonoxxut skont il-prinċipji tal-IFRS 15 (ara l-paragrafu 4.2.1(c)).

(b)

Xi garanziji relatati mal-krediti ma jitolbux, bħala prekundizzjoni għall-ħlas, li d-detentur jiġi espost għal, u jkun ġarrab telf fuq, in-nuqqas tad-debitur milli jagħmel pagamenti fuq l-assi garantit, meta dawn ikunu dovuti. Eżempju ta' tali garanzija huwa waħda li titlob li jsiru pagamenti b'reazzjoni għal bidliet fi klassifikazzjoni ta' kreditu speċifikata jew f'indiċi ta' kreditu speċifikat. Tali garanziji mhumiex kuntratti ta' garanzija finanzjarja, kif definiti f'dan l-Istandard, u mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni, kif definiti fl-IFRS 4. Tali garanziji huma derivattivi u l-emittent japplika dan l-Istandard għalihom.

(c)

Jekk kuntratt ta' garanzija finanzjarja jkun inħareġ b'konnessjoni mal-bejgħ ta' oġġetti, l-emittent japplika l-IFRS 15 sabiex jistabbilixxi meta jirrikonoxxi d-dħul mill-garanzija u mill-bejgħ tal-oġġetti.

B2.6

Affermazzjonijiet li emittent iqis il-kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni tipikament jinstabu fil-komunikazzjonijiet kollha tal-emittent mal-klijenti u mar-regolaturi, fil-kuntratti, fid-dokumentazzjoni tan-negozju u fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, il-kuntratti tal-assigurazzjoni ta' spiss ikunu soġġetti għal rekwiżiti tal-kontabbiltà li huma differenti mir-rekwiżiti għal tipi oħrajn ta' tranżazzjoni, bħal kuntratti maħruġin minn banek jew kumpaniji kummerċjali. F'każijiet bħal dawn, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' emittent tipikament jinkludu dikjarazzjoni li l-emittent uża dawk ir-rekwiżiti tal-kontabbiltà.

RIKONOXXIMENT U RTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT (KAPITOLU 3)

Rikonoxximent inizjali (it-Taqsima 3.1)

B3.1.1

Bħala konsegwenza tal-prinċipju fil-paragrafu 3.1.1, entità tirrikonoxxi d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali kollha tagħha skont id-derivattivi fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha bħala assi u obbligazzjonijiet, rispettivament, għajr għad-derivattivi li jipprevjenu trasferiment tal-assi finanzjarji milli jiġi kontabbilizzat bħala bejgħ (ara l-paragrafu B3.2.14). Jekk trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, id-destinatarju tat-trasferiment ma jirrikonoxxix l-assi ttrasferit bħala l-assi tiegħu (ara l-paragrafu B3.2.15).

B3.1.2

Dawn li ġejjin huma eżempji tal-applikazzjoni tal-prinċipju fil-paragrafu 3.1.1:

(a)

L-ammonti riċevibbli u pagabbli mhux kundizzjonali jiġu rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet meta l-entità ssir parti għall-kuntratt u, bħala konsegwenza, ikollha dritt legali li tirċievi jew obbligu legali li tħallas flus kontanti.

(b)

L-assi li għandhom jinkisbu u l-obbligazzjonijiet li għandhom jinġarru bħala riżultat ta' impenn sod li jinxtraw jew jinbiegħu prodotti jew servizzi ġeneralment ma jiġux rikonoxxuti sakemm mill-inqas waħda mill-partijiet tkun aġixxiet skont il-ftehim. Pereżempju, entità li tirċievi ordni fis-sod ġeneralment ma tirrikonoxxix assi (u l-entità li tagħmel l-ordni ma tirrikonoxxix obbligazzjoni) fil-mument tal-impenn iżda, minflok, iddewwem ir-rikonoxximent sakemm il-prodotti jew is-servizzi ordnati jkunu ġew ittrasportati bil-baħar, ikkunsinjati jew mogħtija. Jekk impenn sod li jinxtraw jew jinbiegħu oġġetti mhux finanzjarji jkun jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard skont il-paragrafi 2.4–2.7, il-valur ġust nett tiegħu jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni fid-data tal-impenn (ara l-paragrafu B4.1.30(ċ)). Barra minn hekk, jekk impenn sod li qabel ma kienx rikonoxxut jiġi nnominat bħala oġġett assigurat f'hedge b'valur ġust, kwalunkwe bidla fil-valur ġust nett attribwibbli għar-riskju assigurat jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni wara l-bidu tal-hedge (ara l-paragrafi 6.5.8(b) u 6.5.9).

(c)

Kuntratt forward li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafu 2.1) jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni fid-data tal-impenn, minflok fid-data meta jseħħ is-saldu. Meta entità ssir parti minn kuntratt forward, il-valuri ġusti tad-dritt u tal-obbligazzjoni ta' spiss ikunu ugwali, biex il-valur ġust nett tal-forward ikun żero. Jekk il-valur ġust nett tad-dritt u tal-obbligazzjoni ma jkunx żero, il-kuntratt jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni.

(d)

Il-kuntratti ta' opzjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafu 2.1) jiġu rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet meta d-detentur jew il-kittieb isir parti mill-kuntratt.

(e)

It-tranżazzjonijiet ippjanati għall-ġejjieni, irrispettivament minn kemm ikunu probabbli, mhumiex assi u obbligazzjonijiet minħabba li l-entità ma saritx parti minn kuntratt.

Ix-xiri jew il-bejgħ ta' assi finanzjarji b'mod regolari

B3.1.3

Xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarji b'mod regolari jiġi rikonoxxut bl-użu ta' kontabbiltà skont id-data tan-negozju jew kontabbiltà skont id-data tas-saldu kif deskritt fil-paragrafi B3.1.5 u B3.1.6. Entità għandha tapplika l-istess metodu b'mod konsistenti għat-tranżazzjonijiet kollha ta' xiri u bejgħ tal-assi finanzjarji li huma kklassifikati bl-istess mod skont dan l-Istandard. Għal dan il-għan, l-assi li jitkejlu b'mod obbligatorju skont il-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf jifformaw klassifikazzjoni separata mill-assi nnominati kif imkejla skont il-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf. Barra minn hekk, l-investimenti fl-istrumenti tal-ekwità kontabbilizzati bl-użu tal-opzjoni pprovduta fil-paragrafu 5.7.5 jifformaw klassifikazzjoni separata.

B3.1.4

Kuntratt li jirrikjedi jew jippermetti saldu nett tal-bidla fil-valur tal-kuntratt mhuwiex kuntratt li jsir b'mod regolari. Minflok, kuntratt bħal dan jiġi ppreżentat bħala derivattiv fil-perjodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu.

B3.1.5

Id-data tan-negozju hija d-data li fiha entità timpenja ruħha li tixtri jew tbigħ assi. Il-kontabbiltà skont id-data tan-negozju tirreferi għal (a) ir-rikonoxximent ta' assi li għandu jiġi riċevut u l-obbligazzjoni li għandu jitħallas għaliha fid-data tan-negozju, u (b) l-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi li huwa mibjugħ, rikonoxximent ta' kull qligħ jew telf mad-disponiment u r-rikonoxximent ta' riċevibbli mix-xerrej għal pagament fid-data tan-negozju. Ġeneralment, l-imgħax ma jibdiex jakkumula fuq l-assi u l-obbligazzjoni korrispondenti sad-data tas-saldu meta t-titolu jgħaddi.

B3.1.6

Id-data tas-saldu hija d-data li fiha assi jiġi kkunsinjat lil jew minn entità. Il-kontabbiltà skont id-data tas-saldu tirreferi għal (a) ir-rikonoxximent ta' assi fid-data li fiha jiġi riċevut mill-entità, u (b) l-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi u r-rikonoxximent ta' kull qligħ jew telf mad-disponiment fid-data li dan jiġi kkunsinjat mill-entità. Meta tiġi applikata l-kontabbiltà skont id-data tas-saldu, entità tagħmel tajjeb għal kull bidla fil-valur ġust tal-assi li għandu jiġi riċevut matul il-perijodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu bl-istess mod kif jagħmel tajjeb għall-assi akkwistat. Fi kliem ieħor, il-bidla fil-valur mhijiex rikonoxxuta għall-assi mkejla bil-kost amortizzat; hija rikonoxxuta fil-qligħ jew it-telf għall-assi kklassifikati bħala assi finanzjarji mkejla skont il-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf; u hija rikonoxxuta f'introjtu komprensiv ieħor għall-assi finanzjarji mkejla skont il-valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor skont il-paragrafu 4.1.2 A u għall-investimenti fl-istrumenti tal-ekwità kontabbilizzati skont il-paragrafu 5.7.5.

Irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarji (it-Taqsima 3.2)

B3.2.1

Il-flow chart li ġejja turi l-evalwazzjoni ta' jekk u sa liema punt ma jibqax jiġi rikonoxxut assi finanzjarju.

Image

Arranġamenti li taħthom entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali li tirċievi l-flussi tal-flus ta' assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas il-flussi tal-flus lil benefiċjarju wieħed jew aktar (il-paragrafu 3.2.4(b))

B3.2.2

Is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 3.2.4(b) (meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali li tirċievi l-flussi tal-flus tal-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas il-flussi tal-flus lil benefiċjarju wieħed jew aktar) titfaċċa, pereżempju, jekk l-entità tkun waħda fiduċjarja, u toħroġ għall-investituri interessi ta' benefiċċju fl-assi finanzjarji sottostanti li hija tippossjedi u tipprovdi manutenzjoni ta' dawk l-assi finanzjarji. F'dak il-każ, l-assi finanzjarji jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 3.2.5 u 3.2.6.

B3.2.3

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.5, l-entità tista' tkun, pereżempju, l-oriġinatur tal-assi finanzjarju, jew tista' tkun grupp li jinkludi sussidjarja li tkun akkwistat l-assi finanzjarju u tgħaddi l-flussi tal-flus lil investituri partijiet terzi mhux relatati.

Evalwazzjoni tat-trasferiment tar-riskji u tal-benefiċċji tas-sjieda (il-paragrafu 3.2.6)

B3.2.4

Eżempji ta' meta entità tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda huma:

(a)

bejgħ mhux kondizzjonat ta' assi finanzjarju;

(b)

bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' opzjoni li l-assi finanzjarju jinxtara mill-ġdid skont il-valur ġust tiegħu fil-mument tax-xiri mill-ġdid; u

(c)

bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' opzjoni put jew opzjoni eżerċitabbli li tkun profondament sfavorevoli (jiġifieri opzjoni li sa issa hija sfavorevoli u li huwa improbabbli ħafna li ssir favorevoli qabel l-iskadenza).

B3.2.5

Eżempji ta' meta entità tkun żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda huma:

(a)

tranżazzjoni ta' bejgħ u xiri mill-ġdid fejn il-prezz tax-xiri mill-ġdid ikun prezz fiss jew il-prezz tal-bejgħ flimkien ma' redditu tal-mutwanti;

(b)

ftehim ta' self ta' titoli;

(c)

bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' swap tar-redditu totali li jittrasferixxi l-espożizzjoni tar-riskju tas-suq lura lill-entità;

(d)

bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' opzjoni put jew opzjoni eżerċitabbli favorevoli profonda (jiġifieri opzjoni li sa issa hija favorevoli u li huwa improbabbli ħafna li ssir sfavorevoli qabel l-iskadenza); u

(e)

bejgħ ta' riċevibbli għal żmien qasir fejn l-entità tiggarantixxi li tikkumpensa lid-destinatarju tat-trasferiment għat-telf tal-kreditu li x'aktarx ikun hemm.

B3.2.6

Jekk entità tistabbilixxi li, bħala riżultat tat-trasferiment, hija ttrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, hija ma terġax tirrikonoxxi l-assi ttrasferit fil-ġejjieni, sakemm hija ma terġax takkwista l-assi ttrasferit fi tranżazzjoni ġdida.

Evalwazzjoni tat-trasferiment tal-kontroll

B3.2.7

Entità ma żammitx il-kontroll ta' assi ttrasferit jekk id-destinatarju tat-trasferiment għandu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit. Entità żammet il-kontroll ta' assi ttrasferit jekk id-destinatarju tat-trasferiment ma għandux il-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit. Id-destinatarju tat-trasferiment għandu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit jekk dan jiġi kkumerċjalizzat f'suq attiv minħabba li d-destinatarju tat-trasferiment jista' jixtri mill-ġdid l-assi ttrasferit fis-suq jekk ikollu bżonn jirritorna l-assi lill-entità. Pereżempju, destinatarju tat-trasferiment jista' jkollu l-ħila prattika li jbigħ assi ttrasferit jekk l-assi ttrasferit ikun soġġett għal opzjoni li tippermetti lill-entità li tixtrih mill-ġdid, iżda d-destinatarju tat-trasferiment jista' jikseb minnufih l-assi ttrasferit fis-suq jekk tiġi eżerċitata l-opzjoni. Id-destinatarju tat-trasferiment ma għandux il-ħila prattika li jbigħ assi ttrasferit jekk l-entità żżomm opzjoni bħal din u d-destinatarju tat-trasferiment ma jkunx jista' jikseb minnufih l-assi ttrasferit fis-suq jekk l-entità teżerċita din l-opzjoni.

B3.2.8

Id-destinatarju tat-trasferiment għandu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit biss jekk id-destinatarju tat-trasferiment jista' jbigħ l-assi ttrasferit fl-intier tiegħu lil parti terza mhux relatata u jista' jeżerċita dik il-ħila b'mod unilaterali u mingħajr ma jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferiment. Il-mistoqsija kritika hija x'inhu kapaċi jagħmel fil-prattika d-destinatarju tat-trasferiment, mhux liema drittijiet kuntrattwali għandu d-destinatarju tat-trasferiment fir-rigward ta' x'jista' jagħmel bl-assi ttrasferit jew liema projbizzjonijiet kuntrattwali jeżistu. B'mod partikolari:

(a)

dritt kuntrattwali li tiddisponi mill-assi ttrasferit ma tantx ikollu effett prattiku jekk ma jkun hemm ebda suq għall-assi ttrasferit, u

(b)

ħila li tiddisponi mill-assi ttrasferit ma tantx ikollha effett prattiku jekk din ma tkunx tista' tiġi eżerċitata liberament. Għal dik ir-raġuni:

(i)

il-ħila tad-destinatarju tat-trasferiment li jiddisponi mill-assi ttrasferit għandha tkun indipendenti mill-azzjonijiet tal-oħrajn (jiġifieri għandha tkun ħila unilaterali), u

(ii)

id-destinatarju tat-trasferiment għandu jkollu l-ħila li jiddisponi mill-assi ttrasferit mingħajr ma jkollu l-ħtieġa li jehmeż kundizzjonijiet restrittivi jew “strings” mat-trasferiment (eż. kundizzjonijiet dwar kif issir il-manutenzjoni ta' assi ta' self jew opzjoni li tagħti lid-destinatarju tat-trasferiment id-dritt li jerġa' jixtri l-assi).

B3.2.9

Li d-destinatarju tat-trasferiment mhux probabbli jbigħ l-assi ttrasferit ma jfissirx, minnu nnifsu, li t-trasferitur żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit. Madankollu, jekk opzjoni put jew garanzija tillimita lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi ttrasferit, mela allura t-trasferitur ikun żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit. Pereżempju, jekk opzjoni put jew garanzija tiswa biżżejjed, din tillimita lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi ttrasferit minħabba li d-destinatarju tat-trasferiment jista', fil-prattika, ma jbigħx l-assi ttrasferit lil parti terza mingħajr ma jkun ehmeż opzjoni simili jew kundizzjonijiet restrittivi oħrajn. Minflok, id-destinatarju tat-trasferiment iżomm l-assi ttrasferit biex jikseb pagamenti taħt il-garanzija jew opzjoni put. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, it-trasferitur ikun żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit.

Trasferimenti li jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent

B3.2.10

Entità tista' żżomm id-dritt għal parti mill-pagamenti tal-imgħax fuq l-assi ttrasferiti bħala kumpens għall-manutenzjoni ta' dawk l-assi. Il-parti tal-pagamenti tal-imgħax li l-entità tkun lesta titlef mat-terminazzjoni jew mat-trasferiment tal-kuntratt ta' manutenzjoni tiġi allokata għall-assi tal-manutenzjoni jew għall-obbligazzjoni tal-manutenzjoni. Il-parti tal-pagamenti tal-imgħax li l-entità ma tkunx lesta titlef hija riċevibbli ta' strixxa tal-imgħax biss. Pereżempju, jekk l-entità ma tkunx lesta titlef imgħax mat-terminazzjoni jew mat-trasferiment tal-kuntratt ta' manutenzjoni, il-firxa kollha tal-imgħaxijiet hija riċevibbli ta' strixxa tal-imgħax biss. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.13, jintużaw il-valuri ġusti tal-assi ta' manutenzjoni u r-riċevibbli ta' strixxa tal-imgħax biss għall-allokazzjoni tal-ammont riportat tar-riċevibbli bejn il-parti tal-assi li ma tibqax tiġi rikonoxxuta u l-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta. Jekk ma hemm ebda miżata għall-manutenzjoni speċifikata jew il-ħlas li għandu jiġi riċevut mhux mistenni li jikkumpensa lill-entità b'mod adegwat għat-twettiq tal-manutenzjoni, tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni għall-obbligu tal-manutenzjoni skont il-valur ġust.

B3.2.11

Meta tiġi biex tkejjel il-valuri ġusti tal-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li ma tibqax tiġi rikonoxxuta għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.13, entità tapplika r-rekwiżiti tal-kejl tal-valur ġust fl-IFRS 13 minbarra l-paragrafu 3.2.14.

Trasferimenti li ma jikkwalifikawx għal irtirar tar-rikonoxximent

B3.2.12

Din li ġejja hija applikazzjoni tal-prinċipju deskritt fil-paragrafu 3.2.15. Jekk garanzija pprovduta mill-entità għal telf minħabba inadempjenza fuq l-assi ttrasferit timpedixxi assi ttrasferit milli ma jibqax jiġi rikonoxxut minħabba li l-entità tkun żammet b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, l-assi ttrasferit jibqa' jiġi rikonoxxut kollu kemm hu u l-korrispettiv riċevut jiġi rikonoxxut bħala obbligazzjoni.

Involviment kontinwu f'assi ttrasferiti

B3.2.13

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' kif entità tkejjel assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata skont il-paragrafu 3.2.16.

L-assi kollha

(a)

Jekk garanzija pprovduta minn entità biex tħallas għat-telf minħabba inadempjenza fuq assi ttrasferit timpedixxi l-assi ttrasferit milli ma jibqax jiġi rikonoxxut sakemm idum l-involviment kontinwu, l-assi ttrasferit fid-data tat-trasferiment jitkejjel skont l-aktar baxx minn fost (i) l-ammont riportat tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv riċevut fit-trasferiment li l-entità tista' tintalab terġa' tħallas (“l-ammont tal-garanzija”). Fil-bidu, l-obbligazzjoni assoċjata titkejjel skont l-ammont tal-garanzija miżjud bil-valur ġust tal-garanzija (li normalment ikun il-korrispettiv riċevut għall-garanzija). Sussegwentement, il-valur ġust inizjali tal-garanzija jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf meta (jew hekk kif) jiġi ssodisfat l-obbligu (b'konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15) u l-valur riportat tal-assi jitnaqqas bi kwalunkwe allowance ta' telf.

Assi mkejla skont il-kost amortizzat

(b)

Jekk obbligu ta' opzjoni put miktuba minn entità jew dritt għal opzjoni eżerċitabbli miżmuma minn entità jimpedixxi assi ttrasferit milli ma jibqax jiġi rikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit skont il-kost amortizzat, l-obbligazzjoni assoċjata titkejjel skont il-kost tagħha (jiġifieri l-korrispettiv riċevut) aġġustat għall-amortizzazzjoni ta' kwalunkwe differenza bejn dak il-kost u l-ammont riportat gross tal-assi ttrasferit fid-data tal-iskadenza tal-opzjoni. Pereżempju, assumi li l-ammont riportat gross tal-assi fid-data tat-trasferiment huwa CU98 u li l-korrispettiv riċevut huwa CU95. L-ammont riportat gross tal-assi fid-data tal-eżerċitament tal-opzjoni ser ikun CU100. L-ammont inizjali miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjata hu CU95 u d-differenza bejn CU95 u CU100 hi rikonoxxuta fil-profitt jew telf billi jintuża l-metodu tal-imgħax effettiv. Jekk l-opzjoni tiġi eżerċitata, kull differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjata u l-prezz tal-eżerċitament hu rikonoxxut fi profitt jew telf.

Assi mkejla skont il-valur ġust

(c)

Jekk dritt għal opzjoni eżerċitabbli miżmuma minn entità jimpedixxi assi ttrasferit milli ma jibqax jiġi rikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit skont il-valur ġust, l-assi jkompli jitkejjel skont il-valur ġust tiegħu. L-obbligazzjoni assoċjat hu mkejjel skont (i) il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-opzjoni jekk l-opzjoni hi in jew at the money, jew (ii) il-valur ġust tal-assi ttrasferit li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-opzjoni jekk l-opzjoni tkun sfavorevoli. L-aġġustament għall-kejl tal-obbligazzjoni assoċjat jiżgura li l-ammont miżmum fil-kotba nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjat jkun il-valur ġust tad-dritt ta' opzjoni ta' xiri. Pereżempju, jekk il-valur ġust tal-assi bażi hu CU80, il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni hu CU95 u l-valur tal-ħin tal-opzjoni huwa CU5, l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjat hu CU75 (CU80 — CU5) u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ttrasferit hu CU80 (ie l-valur ġust tiegħu).

(d)

Jekk opzjoni put miktuba minn entità timpedixxi assi ttrasferit milli ma jibqax jiġi rikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit skont il-valur ġust, l-obbligazzjoni assoċjata titkejjel skont il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni miżjud bil-valur tal-ħin tal-opzjoni. Il-kejl tal-assi fil-valur ġust hu limitat għall-aktar baxx bejn il-valur ġust u l-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni minħabba li l-entità m'għandha ebda dritt għal żidiet fil-valur ġust tal-assi ttrasferit 'il fuq mill-prezz ta' eżerċitament tal-opzjoni. Dan jiżgura li l-ammont miżmum fil-kotba nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjat hu l-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-opzjoni put. Pereżempju, jekk il-valur ġust tal-assi bażi hu CU120, il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni huwa CU100 u l-valur tal-ħin tal-opzjoni hu CU5, l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjat hu CU105 (CU100 + CU5) u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi hu CU100 (f'dan il-każ il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni).

(e)

Jekk collar, fil-forma ta' opzjoni eżerċitabbli mixtrija u opzjoni put miktuba, jimpedixxi assi ttrasferit milli ma jibqax jiġi rikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi skont il-valur ġust, hija tkompli tkejjel l-assi skont il-valur ġust. L-obbligazzjoni assoċjat hu mkejjel f' (i) it-total tal-prezz tal-eżerċizzju tal-call u l-valur ġust tal-opzjoni put li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-Opzjoni ta' xiri, jekk l-opzjoni ta' xiri tkun in jew at the money, jew (ii) it-total tal-valur ġust tal-assi u l-valur ġust tal-opzjoni put li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-opzjoni ta' xiri jekk l-opzjoni ta' xiri tkun sfavorevoli. L-aġġustament għall-obbligazzjonijiettà assoċjata tiżgura li l-ammont miżmum fil-kotba nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjat hu l-valur ġust tal-opzjonijiet miżmuma u miktuba mill-entità. Pereżempju, nassumu li entità tittrasferixxi assi finanzjarju li hu mkejjel fil-valur ġust filwaqt li tixtri simultanjament call bi prezz ta' eżerċitament ta' CU120 u tikteb put bi prezz ta' eżerċitament ta' CU80. Nassumu wkoll li dak il-valur ġust tal-assi hu CU100 fid-data tat-trasferiment. Il-valur tal-ħin tal-put u tal-call huma CU1 u CU5 rispettivament. F'dan il-każ, l-entità tirrikonoxxi assi ta' CU100 (il-valur ġust tal-assi) u obbligazzjoni ta' CU96 [(CU100 + CU1) — CU5]. Dan jagħti valur tal-assi nett ta' CU4, li hu l-valur ġust tal-opzjonijiet miżmuma u miktuba mill-entità.

It-trasferimenti kollha

B3.2.14

Sal-punt li trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, id-drittijiet jew l-obbligi kuntrattwali tat-trasferitur relatati mat-trasferiment ma jitqisux separatament bħala derivattivi jekk ir-rikonoxximent kemm tad-derivattiv kif ukoll tal-assi ttrasferit jew tal-obbligazzjoni li tirriżulta mit-trasferiment jirriżulta fir-rikonoxximent tal-istess drittijiet jew obbligi darbtejn. Pereżempju, opzjoni ta' xiri miżmuma minn mandatarju tat-trasferiment tista' timpedixxi trasferiment ta' assi finanzjarji milli jiġu mniżżlin bħala bejgħ. F'dan il-każ, l-opzjoni ta' xiri ma tiġix rikonoxxuta separatament bħala assi ta' derivat.

B3.2.15

Sal-punt li trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, id-destinatarju tat-trasferiment ma jirrikonoxxix l-assi ttrasferit bħala l-assi tiegħu. Id-destinatarju tat-trasferiment jirtira r-rikonoxximent tal-flus jew korrispettiv ieħor imħallas u jirrikonoxxi riċevibbli mingħand mandatarju tat-trasferiment. Jekk it-trasferitur ikollu kemm dritt kif ukoll obbligu li jirriakkwista l-kontroll tal-assi ttrasferit kollu għal ammont fiss (bħal taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid), id-destinatarju tat-trasferiment jista' jkejjel ir-riċevibbli tiegħu skont il-kost amortizzat jekk dan jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 4.1.2.

Eżempji

B3.2.16

L-eżempji li ġejjin juru l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-irtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard.

(a)

Ftehimiet ta' xiri mill-ġdid u self ta' titoli Jekk assi finanzjarju jinbigħ taħt ftehim għal xiri mill-ġdid tiegħu bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief jew jekk dan jiġi misluf taħt ftehim biex jiġi rritornat lil mandatarju tat-trasferiment, dan mhux derikonoxxut minħabba li mandatarju tat-trasferiment iżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess. Jekk id-destinatarju tat-trasferiment jikseb id-dritt li jbigħ jew jirhan l-assi, it-trasferitur jerġa' jikklassifika l-assi fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu, pereżempju, bħala assi misluf jew riċevibbli mixtri mill-ġdid.

(b)

Ftehimiet ta' xiri mill-ġdid u self ta' titoliassi li huma sostanzjalment l-istess. Jekk assi finanzjarju jinbigħ taħt ftehim għal xiri mill-ġdid tal-istess jew sostanzjalment l-istess assi bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief jew jekk l-assi finanzjarui jiġi misluf taħt ftehim ta' ritorn l-istess jew sostanzjalment l-istess assi lil mandatarju tat-trasferiment, dan mhux derikonoxxut minħabba li mandatarju tat-trasferiment jżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(c)

Ftehimiet ta' xiri mill-ġdid u self ta' titoliid-dritt ta' sostituzzjoni. Jekk ftehim ta' xiri lura bi prezz fiss ta' xiri mill-ġdid jew prezz ugwali għall-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief, jew tranżazzjoni ta' self ta' sigurtajiet simili, tipprovdi lid-destinatarju tat-trasferiment bid-dritt li jissostitwixxi l-assi li huma simili u li għandhom valur ġust ugwali għall-assi ttrasferit fid-data tax-xiri mill-ġdid, l-assi mibjugħ jew misluf taħt tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid jew ta' sigurtajiet mhux derikonoxxut minħabba li mandatarju tat-trasferiment jżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(d)

Dritt ta' xiri mill-ġdid tal-ewwel rifjut skont il-valur ġust. Jekk entità tbigħ assi finanzjarju u żżomm biss dritt tal-ewwel rifjut biex tixtri mill-ġdid l-assi ttrasferit bil-valur ġust jekk id-destinatarju tat-trasferiment sussegwentament ibigħu, l-entità tirtira r-rikonoxximent tal-assi minħabba li hi tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(e)

Tranżazzjoni ta' wash sale. Ix-xiri mill-ġdid ta' assi finanzjarju ftit ħin wara li dan jinbigħ kultant hu riferit bħala bejgħ ta' sigurtà fi żmien qasir. Xiri mill-ġdid bħal dan ma jimpedixxi ebda rtirar tar-rikonoxximent sakemm it-tranżazzjoni oriġinali tkun issodisfat ir-rekwiżiti ta' rtirar tar-rikonoxximent. Madankollu, jekk wieħed jidħol għal ftehim biex jinbigħ assi finanzjarju fl-istess ħin ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid tal-istess assi bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief, hawnhekk l-assi mhux derikonoxxut.

(f)

Opzjonijiet put u opzjonijiet eżerċitabbli li huma favorevoli ħafna. Jekk assi finanzjarju ttrasferit ikun jista' jiġi msejjaħ lura minn mandatarju tat-trasferiment u l-opzjoni ta' xiri hi favorevoli, mandatarju tat-trasferiment ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent minħabba li mandatarju tat-trasferiment ikun żamm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess. Bl-istess mod, jekk l-assi finanzjarju jista' jitpoġġa lura mid-destinatarju tat-trasferiment u l-opzjoni put tkun favorevoli, mandatarju tat-trasferiment ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent minħabba li mandatarju tat-trasferiment ikun sostanzjalment żamm ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(g)

Opzjonijiet put u opzjonijiet eżerċitabbli li huma sfavorevoli ħafna. Assi finanzjarju li huwa ttrasferit soġġett biss għal opzjoni put li hija sfavorevoli ferm miżmuma mid-destinatarju tat-trasferiment jew opzjoni ta' xiri sfavorevoli ferm miżmuma minn mandatarju tat-trasferiment hu derikonoxxut. Dan iseħħ minħabba li mandatarju tat-trasferiment ikun sostanzjalment ittrasferixxa r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(h)

Assi li jistgħu jinkisbu minnufih soġġetti għal opzjoni eżerċitabbli li la hija favorevoli ħafna u lanqas sfavorevoli ħafna. Jekk entità tkun fil-pussess ta' opzjoni ta' xiri fuq assi li jista' jinkiseb minnufih fis-suq u l-opzjoni la hija favorevoli u lanqas sfavorevoli, l-assi hu derikonoxxut. Dan jiġri minħabba li l-entità (i) la tkun żammet u lanqas sostanzjalment ittrasferiet ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess, u (ii) ma tkunx żammet il-kontroll. Madankollu, jekk l-assi ma jkunx jista' jinkiseb minnufih fis-suq, l-irtirar tar-rikonoxximent huwa prekluż sal-ammont tal-assi li hu soġġett għal dik l-opzjoni ta' xiri minħabba li l-entità tkun żammet il-kontroll tal-assi.

(i)

Assi li ma jistax jinkiseb minnufih soġġett għal opzjoni put miktuba minn entità li la hija favorevoli ħafna u lanqas sfavorevoli ħafna. Jekk entità tittrasferixxi assi finanzjarju li mhux disponibbli minnufih fis-suq, u tikteb opzjoni put li hija sfavorevoli, l-entità la żżomm il-kontroll tal-assi lanqas tittrasferixxi b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess minħabba tal-opzjoni put bil-miktub. L-entità żżomm kontroll tal-assi jekk l-opzjoni put tkun tiswa biżżejjed biex tipprevjeni lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi, f'liema każ, l-assi jkompli jiġi rikonoxxut sal-punt tal-involviment kontinwu tat-trasferitur (ara l-paragrafu B3.2.9). L-entità tittrasferixxi l-kontroll tal-assi jekk l-opzjoni put ma tiswiex biżżejjed biex tipprevjeni lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi, f'liema każ, l-assi jiġi derikonoxxut.

(j)

Assi soġġetti għal opzjoni put jew eżerċitabbli ta' valur ġust jew għal ftehim ta' xiri lura minn qabel. Trasferiment ta' assi finanzjarju li hu soġġett biss għal opzjoni put jew ta' xiri biss jew ftehim ta' xiri lura minn qabel li għandu eżerċizzju jew prezz ta' xiri mill-ġdid ugwali għall-valur ġust tal-assi finanzjarju fil-ħin tar-riżultati tax-xiri mill-ġdid l-irtirar tar-rikonoxximent minħabba t-trasferiment sostanzjali tar-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(k)

Opzjonijiet put jew eżerċitabbli ssaldati fi flus. Entità tevalwa t-trasferiment ta' assi finanzjarju li hu s-suġġett għal opzjoni put jew ta' xiri jew għal ftehim ta' xiri lura li tkun se tissalda nett fi flus biex jiġi stabbilit jekk tkunx żammet jew ittrasferiet b'mod sostanzjali, ir-riski u l-benefiċċji kollha tal-pussess. Jekk l-entità ma tkunx żammet b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi ttrasferit, għandha tistabbilixxi jekk tkunx żammet il-kontroll tal-assi ttrasferit. Li l-opzjoni put jew eżerċitabbli jew il-ftehim ta' xiri lura minn qabel jiġu ssaldati nett fi flus ma jfissirx awtomatikament li l-entità ttrasferiet il-kontroll (ara l-paragrafi B3.2.9 u (g), (h) u (i) hawn fuq).

(l)

It-tneħħija tad-dispożizzjoni tal-kontabbiltà. Tneħħija tad-dispożizzjoni tal-kontabbiltà hi opzjoni (call) ta' xiri mill-ġdid bla kundizzjoni li tagħti lill-entità d-dritt li titlob mill-ġdid assi ttrasferiti soġġetti għal xi restrizzjonijiet. Sakemm opzjoni bħal din tirriżulta fl-entità la żżomm u lanqas titrasferixxi b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess, tostakola l-irtirar tar-rikonoxximent biss sal-punt tal-ammont tax-xiri mill-ġdid (meta wieħed jassumi li d-destinatarju tat-trasferiment ma jistax ibigħ l-assi). Pereżempju, jekk l-ammont miżmum fil-kotba u r-rikavat mit-trasferiment ta' assi ta' self hu ta' CU100 000 u kull ammont misluf individwali jista' jissejjaħ lura iżda t-total ta' self li jista' jinxtara mill-ġdid ma jaqbiżx CU10 000, CU90 000 tas-self jikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent.

(m)

Opzjonijiet ta' eżerċitar eżawrjenti. Entità, li tista' tkun trasferitur, illi tmantni l-assi ttrasferiti, jista' jkollha opzjoni ta' eżerċitar eżawrjenti sabiex tixtri l-bqija tal-assi ttrasferiti meta l-ammont ta' assi pendenti jaqa' f'livell speċifikat fejn l-ispiża tal-manutenzjoni ta' dawk l-assi ssir ta' piż fir-rigward tal-benefiċċji tal-manutenzjoni. Sakemm tali opzjoni ta' xiri clean-up tirriżulta li l-entità la żżomm u lanqas tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji tal-pussess u d-destinatarju tat-trasferiment ma jistax ibigħ l-assi, timpedixxi l-irtirar tar-rikonoxximent biss sal-punt tal-ammont tal-assi li huma s-suġġett għall-opzjoni ta' xiri.

(n)

Imgħaxijiet subordinati u garanziji ta' kreditu miżmuma. Entità tista' tipprovdi lid-destinatarju tat-trasferiment b'titjib fil-kreditu billi tissubordina wħud jew l-interessi kollha tagħha miżmuma fl-assi ttrasferit. Inkella, entità tista' tipprovdi lid-destinatarju tat-trasferiment b'titjib fil-kreditu fil-forma ta' garanzija ta' kreditu li tista' tkun bla limitu jew limitata għal ammont specifiku. Jekk entità żżomm b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi ttrasferit, l-assi jibqa' jiġi rikonoxxut kollu kemm hu. Jekk entità żżomm ftit, iżda mhux sostanzjalment ir-riskji u l-bnefiċċji tal-pussess kollha u tkun żammet kontroll, l-irtirar tar-rikonoxximent mhux permess sal-punt li l-ammont ta' flus jew assi oħra li l-entità tkun tista' tiġi mitluba tħallas.

(o)

Swaps tar-redditu totali. Entità tista' tbigħ assi finanzjarju lil destinatarju tat-trasferiment u tidħol fi swap ta' redditu totali mad-destinatarju tat-trasferiment, fejn il-flussi tal-flus kollha tal-ħlas tal-imgħax mill-assi sottostanti jintbagħtu lill-entità bi skambju għal pagament fiss jew pagament b'rata varjabbli u kwalunkwe żidiet jew tnaqqis fil-valur ġust tal-assi sottostanti jiġu assorbiti mill-entità. F'każ bħal dan, l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi kollu hu pprojbit.

(p)

Swaps tar-rata tal-imgħax. Entità tista' tittrasferixxi assi finanzjarju b'rata fissa lil destinatarju tat-trasferiment u tidħol fi swap tar-rata tal-imgħax mad-destinatarju tat-trasferiment sabiex tirċievi rata tal-imgħax fissa u tħallas rata tal-imgħax varjabbli bbażata fuq ammont nozzjonali li jkun ugwali għall-ammont ta' kapital tal-assi finanzjarju ttrasferit. It-tpartit tar-rata tal-imgħax ma timpedixxix l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi ttrasferit sakemm il-pagamenti fuq l-iswap mhumiex fuq il-kundizzjoni li jsiru pagamenti fuq l-assi ttrasferit.

(q)

Amortizzazzjoni tal-iswaps tar-rati tal-imgħax. Entità tista' titrasferixxi lid-destinatarju tat-trasferiment assi finanzjarju b'rata fissa li jitħallas maż-żmien, u tidħol fi tpartit tar-rata tal-imgħax ta' amortizzament ma' destinatarju tat-trasferiment biex jirċievi rata ta' mgħax fissa u jħallas rata ta' mgħax varjabbli bbażata fuq ammont mistħajjel. Jekk l-ammont mistħajjel tal-iswap jamortizza biex ikun ugwali għall-ammont prinċipali tal-assi finanzjarju ttrasferit pendenti f'kull ħin, ġeneralment tirriżulta swap fl-entità żżomm riskju ta' ħlas minn qabel sostanzjali, f'liema każ, l-entità jew tkompli tirrikonoxxi l-assi ttrasferit kollu jew tkompli tirrikonoxxi l-assi ttrasferit sal-punt tal-involviment kontinwu tiegħu. Inkella, jekk l-amortizzament tal-ammont mistħajjel tal-iswap ma tkunx relatata mal-ammont prinċipali pendenti tal-assi ttrasferit, swap bħal din ma tirriżultax fl-entità żżomm ir-riskju ta' ħlas minn qabel fuq l-assi. Għalhekk, ma timpedixxix l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi ttrasferit sakemm il-pagamenti fuq tali swap mhumiex fuq il-kundizzjoni fuq li jsiru pagamenti ta' mgħax fuq l-assi ttrasferit u l-iswap ma tirriżultax li l-entità żżomm ir-riskji jew benefiċċji tal-pussess fuq l-assi ttrasferit.

(r)

Tħassir. Entità ma jkollha ebda aspettattiva raġonevoli li tirkupra l-flussi tal-flus kuntrattwali fuq assi finanzjarju kollu kemm hu jew porzjon tiegħu.

B3.2.17

Dan il-paragrafu jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-approċċ ta' involviment kontinwu meta l-involviment kontinwu tal-entità jkun f'parti minn assi finanzjarju.

Assumi li entità għandha portafoll ta' self pagabbli bil-quddiem li l-kupun u r-rata effettiva tal-imgħax hi 10 fil-mija u li l-ammont prinċipali u l-kost amortizzat hu CU10 000. Tidħol fi tranżazzjoni li fiha, għal pagament ta' CU9 115, id-destinatarju tat-trasferiment jikseb id-dritt għal CU9 000 ta' kull ġbir tal-kapital miżjud bl-imgħax fuqhom ta' 9,5 fil-mija. L-entità żżomm drittijiet sa CU1 000 ta' kull ġbir tal-kapital miżjud bl-imgħax fuqhom ta' 10 fil-mija, miżjud bil-firxa żejda ta' 0,5 fil-mija fuq il-bqija ta' CU9 000 tal-kapital. Ġbir minn ħlasijiet bil-quddiem hu allokat bejn l-entità u d-destinatarju tat-trasferiment b'mod proporzjonali fil-proporzjon ta' 1:9, iżda kull kreditu mhux imħallas huma mnaqqsin mill-interess tal-entità ta' CU1 000 sakemm dak l-interess jiġi eżawrit. Il-valur ġust tas-self fid-data tat-tranżazzjoni huwa ta' CU10 100 u l-valur ġust tal-firxa żejda ta' 0,5 fil-mija huwa ta' CU40.

L-entita tistabbilixxi li hija ttrasferiet xi riskji u benefiċċji sinifikanti tal-pussess (pereżempju, riskju ta' ħlas minn qabel sinifikanti) iżda żammet ukoll xi riskji u benefiċċji sinifikanti tal-pussess (minħabba l-interess miżmum subordinat tiegħu) u li żammet il-kontroll. Għalhekk tapplika l-metodu ta' involviment li jkompli.

Biex tapplika dan l-Istandard, l-entità tanalizza t-tranżazzjoni bħala (a) żamma ta' interess miżmum proporzjonat għal kollox ta' CU1 000, miżjud (b) is-subordinazzjoni ta' dak l-interess miżmum biex jipprovdi titjib fil-kreditu lid-destinatarju tat-trasferiment għal telf fil-kreditu.

L-entità tikkalkula li CU9 090 (90 % × CU10 100) tal-korrispettiv riċevut ta' CU9 115 jirrappreżenta l-korrispettiv għal sehem ta' 90 fil-mija proporzjonat għal kollox. Il-bqija tal-korrispettiv irċevut (CU25) tirrappreżenta korrispettiv iriċevut biex l-interess miżmum jiġi subordinat biex jipprovdi titjib fil-kreditu lid-destinatarju tat-trasferiment għal telf fil-kreditu. Barra minn hekk, il-firxa żejda ta' 0,5 fil-mija tirrappreżenta korrispettiv irċevut għal titjib fil-kreditu. B'hekk, il-korrispettiv totali rċevut ghat-titjib fil-kreditu hi ta' CU65 (CU25 + CU40).

L-entità tikkalkula l-qligħ jew it-telf fuq il-bejgħ tas-sehem ta' 90 fil-mija ta' flussi ta' flus. Jekk nassumu li l-valuri ġusti separati tal-porzjon ta' 90 fil-mija tal-ammont ittrasferit u tal-porzjon ta' 10 fil-mija tal-ammont miżmum mhumiex disponibbli fid-data tat-trasferiment, l-entità talloka l-ammont riportat tal-assi skont il-paragrafu 3.2.14 tal-IFRS 9 kif ġej:

 

Valur ġust

Perċentwal

Ammont riportat allokat

Porzjon ittrasferit

9 090

90 %

9 000

Porzjon miżmum

1 010

10 %

1 000

Total

10 100

 

10 000

L-entità taħdem il-qligħ jew it-telf tagħha fuq il-bejgħ tas-sehem tad-90 fil-mija tal-flussi ta' flus billi tnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba allokat għall-porzjon ittrasferit mill-korrispettiv irċevut, jiġifieri CU90 (CU9 090 — CU9 000). L-ammont miżmum fil-kotba tal-porzjon miżmum mill-entità hu CU1 000,

Barra minn hekk, l-entità tirrikonoxxi l-involviment li jkompli li jirriżulta mis-subordinazzjoni tal-interess miżmum tagħha għal telf fil-kreditu. B'hekk, tirrikonoxxi assi ta' CU1 000 (l-ammont massimu rikonoxxut tal-flussi ta' flus li ma tirċievix taħt is-subordinazzjoni), u obbligazzjoni assoċjat ta' CU1 065 (li hu l-ammont massimu tal-flussi ta' flus li ma tirċevix taħt is-subordinazzjoni, jiġifieri CU1 000 miżjud bil-valur ġust tas-subordinazzjoni ta' CU65).

L-entità tuża l-informazzjoni kollha msemmija fuq biex tippreżenta t-tranżazzjoni kif ġej:

 

Debitu

Kreditu

Assi oriġinali

9 000

Assi rikonoxxut għas-subordinazzjoni jew għall-imgħax residwu

1 000

Assi għall-korrispettiv riċevut fil-forma ta' firxa ta' eċċess

40

Profitt jew telf (qligħ mat-trasferiment)

90

Obbligazzjoni

1 065

Flus riċevuti

9 115

Total

10 155

10 155

Minnufih wara t-tranżazzjoni, l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi hu CU2 040 li jinkludi CU1 000, li jirrappreżenta l-kost allokat tal-porzjon miżmum, u CU1 040, li jirrappreżenta l-involviment li jkompli addizzjonali tal-entità mis-subordinazzjoni tal-imgħax miżmum tiegħu għal telf fil-kreditu (li jinkludi l-firxa żejda ta' CU40).

Fil-perjodi sussegwenti, l-entità tirrikonoxxi l-korrispettiv riċevut għat-titjib tal-kreditu (CU65) fuq bażi ta' proporzjon ta' żmien, takkumula l-imgħax fuq l-assi rikonoxxut bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv u tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment fuq l-assi rikonoxxuti. Bħala eżempju ta' dan tal-aħħar, assumi li fis-sena ta' wara jkun hemm telf minn indeboliment fuq is-self sottostanti ta' CU300. L-entità tnaqqas l-assi rikonoxxut tagħha b'CU600 (CU300 relatati mal-imgħax miżmum minnha u CU300 relatati mal-involviment kontinwu addizzjonali li jirriżulta mis-subordinazzjoni tal-imgħax miżmum minnha għat-telf minn indeboliment), u tnaqqas l-obbligazzjoni rikonoxxuta tagħha b'CU300. Ir-riżultat nett huwa ħlas għal profitt jew telf għal telf minn indeboliment ta' CU300.

Irtirar tar-rikonoxximent ta' obbligazzjonijiet finanzjarji (it-Taqsima 3.3)

B3.3.1

Obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minnha) tinfeda meta d-debitur:

(a)

jeħles mill-obbligazzjoni (jew parti minnha) billi jħallas lill-kreditur, normalment bi flus kontanti, assi finanzjarji oħrajn, prodotti jew servizzi; jew

(b)

ikun legalment rilaxxat mir-responsabbiltà primarja għall-obbligazzjoni (jew parti minnha) permezz tal-proċess tal-liġi jew mill-kreditur. (Jekk id-debitur ikun ta garanzija din il-kundizzjoni għad tista' tiġi ssodisfata.)

B3.3.2

Jekk emittent ta' strument ta' dejn jerġa' jixtri dak l-istrument, id-dejn jinfeda anki jekk l-emittent ikun ġeneratur tas-suq f'dak l-istrument jew ikollu l-ħsieb li jerġa' jbigħu fil-futur qrib.

B3.3.3

Ħlas minn parti terza, inkluż fiduċjarju (xi drabi msejjaħ “annullament in sostanza”), minnu nnifsu ma jeħlisx lid-debitur mill-obbligu primarju tiegħu lejn il-kreditur, fin-nuqqas ta' rilaxx legali.

B3.3.4

Jekk debitur iħallas lil parti terza sabiex tassumi obbligu u jinnotifika lill-kreditur tiegħu li l-parti terza assumiet l-obbligu tad-dejn tagħha, id-debitur ma jirtirax ir-rikonoxximent tal-obbligu tad-dejn, sakemm ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni fil-paragrafu B3.3.1(b). Jekk id-debitur iħallas parti terza biex tassumi obbligu u jikseb rilaxx legali mill-kreditur tiegħu, id-debitur ikun feda d-dejn. Madankollu, jekk id-debitur jaqbel li jagħmel pagamenti fuq id-dejn lil parti terza jew direttament lill-kreditur oriġinali tiegħu, id-debitur jirrikonoxxi obbligazzjoni ta' dejn ġdida lil terz.

B3.3.5

Għalkemm rilaxx legali, kemm jekk b'mod ġudizzjarju jew mill-kreditur, jirriżulta f'irtirar tar-rikonoxximent ta' obbligazzjoni, l-entità tista' tirrikonoxxi obbligazzjoni ġdida jekk il-kriterji tal-irtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafi 3.2.1–3.2.23 ma jiġux issodisfati għall-assi finanzjarji ttrasferiti. Jekk dawk il-kriterji ma jiġux issodisfati, l-assi ttrasferiti mhumiex derikonoxxuti, u l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ġdida marbuta mal-assi ttrasferiti.

B3.3.6

Għall-finijiet tal-paragrafu 3.3.2, it-termini jkunu sostanzjalment differenti jekk il-valur preżenti skontat tal-flussi tal-flus taħt it-termini l-ġodda, inklużi kwalunkwe miżati mħallsin netti ta' kwalunkwe miżati riċevuti u skontati bl-użu tar-rata tal-imgħax effettiva oriġinali, ikun mill-inqas 10 fil-mija differenti mill-valur preżenti skontat tal-bqija tal-flussi tal-flus tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali. Jekk skambju ta' strumenti ta' dejn jew modifikazzjoni fit-termini hi mniżżla bħala fidi, kull kost jew dritt imġarrab huwa rikonoxxut bħala parti mill-qligħ jew telf marbut mal-fidi. Jekk l-iskambju jew il-modifikazzjoni ma tiġix imniżżla bħala fidi, kull kost jew dritt imġarrab jaġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni u huwa amortizzat fuq il-bqija tat-terminu tal-obbligazzjoni modifikata.

B3.3.7

F'xi każijiet, kreditur jirrilaxxa debitur mill-obbligu preżenti tiegħu li jagħmel pagamenti, iżda d-debitur jassumi obbligu ta' garanzija li jħallas jekk il-parti tassumi inadempjenzi ta' responsabbiltà primarja. F'dawn iċ-ċirkostanzi, id-debitur:

(a)

jirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja ġdida abbażi tal-valur ġust tal-obbligu tiegħu għall-garanzija, u

(b)

jirrikonoxxi qligħ jew telf abbażi tad-differenza bejn (i) kwalunkwe rikavati mħallsin u (ii) l-ammont riportat tar-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali nieqes il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja l-ġdida.

KLASSIFIKAZZJONI (KAPITOLU 4)

Il-klassifikazzjoni tal-assi finanzjarji (it-Taqsima 4.1)

Il-mudell kummerċjali tal-entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji

B4.1.1

Il-paragrafu 4.1.1(a) jitlob entità sabiex tikklassifika l-assi finanzjarji abbażi tal-mudell kummerċjali tal-entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji, sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5. Entità tivvaluta jekk l-assi finanzjarji tagħha jissodisfawx il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2(a) jew il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2 A(a) abbażi tal-mudell kummerċjali kif stabbilit mill-persunal maniġerjali prinċipali tal-entità (kif definit fl-IAS 24 Divulgazzjoni dwar Partijiet Relatati).

B4.1.2

Mudell kummerċjali ta' entità jiġi stabbilit f'livell li jirrifletti kif il-gruppi ta' assi finanzjarji jiġu ġestiti flimkien sabiex jintlaħaq għan kummerċjali partikolari. Il-mudell kummerċjali tal-entità ma jiddependix fuq l-intenzjonijiet tal-maniġment għal strument individwali. Għaldaqstant, din il-kundizzjoni mhijiex approċċ ta' strument bi strument għall-klassifikazzjoni u għandha tiġi stabbilita fuq livell ogħla ta' aggregazzjoni. Madankollu, entità waħda jista' jkollha aktar minn mudell kummerċjali wieħed għall-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħha. Konsegwentement, ma hemmx bżonn li l-klassifikazzjoni tiġi stabbilita fil-livell tal-entità tar-rapportar. Pereżempju, entità tista' żżomm portafoll ta' investimenti li hija tiġġestixxi sabiex tiġbor il-flussi ta' flus kuntrattwali u portafoll ieħor ta' investimenti li hija tiġġestixxi sabiex tinnegozja bil-għan li timplimenta bidliet skont il-valur ġust. Bl-istess mod, f'xi ċirkostanzi, jista' jkun xieraq li portafoll ta' assi finanzjarji jiġi separat f'sottoportafolli sabiex ikun rifless il-livell li fih entità tiġġestixxi dawk l-assi finanzjarji. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ jekk entità toriġina jew tixtri portafoll ta' self ipotekarju u tiġġestixxi wħud mis-self bil-għan li tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali u tiġġestixxi s-self l-ieħor bil-għan li tbigħu.

B4.1.2 A

Mudell kummerċjali ta' entità jirreferi għal kif entità tiġġestixxi l-assi finanzjarji tagħha sabiex tiġġenera l-flussi tal-flus. Dan ifisser li, il-mudell kummerċjali tal-entità jistabbilixxi jekk il-flussi tal-flus jirriżultawx mill-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali, mill-bejgħ tal-assi finanzjarji jew mit-tnejn. Konsegwentement, il-valutazzjoni ma titwettaqx abbażi tax-xenarji li l-entità ma tistenniex b'mod raġonevoli li jseħħu, bħall-hekk imsejħa xenarji “tal-agħar każ” jew “ta' każ ta' stress”. Pereżempju, jekk entità tistenna li hija ser tbigħ portafoll partikolari ta' assi finanzjarji biss f'xenarju ta' każ ta' stress, dak ix-xenarju ma jaffettwax il-valutazzjoni mill-entità tal-mudell kummerċjali għal dawk l-assi, jekk l-entità tistenna b'mod raġonevoli li tali xenarju mhux ser jitfaċċa. Jekk il-flussi tal-flus jiġu rrealizzati b'tali mod li jkun differenti mill-aspettattivi tal-entità fid-data li fiha l-entità tkun ivvalutat il-mudell kummerċjali (pereżempju, jekk l-entità tbigħ aktar jew inqas assi finanzjarji milli kienet stenniet meta kklassifikat l-assi), dan ma jagħtix lok għal żball f'perjodu preċedenti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-entità (ara l-IAS 8) u lanqas ma jbiddel il-klassifikazzjoni tal-bqija tal-assi finanzjarji miżmuma f'dak il-mudell kummerċjali (jiġifieri dawk l-assi li l-entità rrikonoxxiet f'perjodi preċedenti u li għadha żżomm) sakemm l-entità tkun ikkunsidrat l-informazzjoni rilevanti kollha li kienet disponibbli f'dak iż-żmien li għamlet il-valutazzjoni tal-mudell kummerċjali. Madankollu, meta entità tivvaluta l-mudell kummerċjali għal assi finanzjarji li jkunu għadhom kif ġew oriġinati jew mixtrija, hija għandha tikkunsidra l-informazzjoni dwar kif il-flussi tal-flus kienu rrealizzati fil-passat, flimkien mal-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha.

B4.1.2B

Mudell kummerċjali ta' entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji huwa stat ta' fatt u mhux biss affermazzjoni. Dan huwa tipikament osservabbli permezz tal-attivitajiet li twettaq l-entità sabiex tilħaq l-għan tal-mudell kummerċjali. Entità jkollha bżonn tuża l-ġudizzju meta tiġi biex tivvaluta l-mudell kummerċjali tagħha għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji u dik il-valutazzjoni ma tiġix stabbilita minn fattur wieħed jew attività waħda. Minflok, l-entità għandha tikkunsidra l-evidenza rilevanti kollha li tkun disponibbli fid-data tal-valutazzjoni. Tali evidenza rilevanti tinkludi, iżda mhijiex limitata għal:

(a)

kif il-prestazzjoni tal-mudell kummerċjali u l-assi finanzjarji miżmuma fi ħdan dak il-mudell kummerċjali jiġu evalwati u rrapportati lill-persunal maniġerjali prinċipali tal-entità;

(b)

ir-riskji li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-mudell kummerċjali (u l-assi finanzjarji miżmuma fi ħdan dak il-mudell kummerċjali) u, b'mod partikolari, il-mod kif jiġu ġestiti dawk ir-riskji; u

(ċ)

kif jiġu kkumpensati l-maniġers tan-negozju (pereżempju, jekk il-kumpens huwiex ibbażat fuq il-valur ġust tal-assi ġestiti jew fuq il-flussi tal-flus kuntrattwali miġbura).

Mudell kummerċjali li l-għan tiegħu huwa li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali

B4.1.2C

L-assi finanzjarji li jinżammu fi ħdan mudell kummerċjali li l-għan tiegħu huwa li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali jiġu ġestiti sabiex jirrealizzaw il-flussi tal-flus permezz tal-ġbir tal-pagamenti kuntrattwali matul il-ħajja tal-istrument. Dan ifisser li l-entità tiġġestixxi l-assi miżmuma fi ħdan il-portafoll sabiex tiġbor dawk il-flussi tal-flus kuntrattwali partikolari (minflok tiġġestixxi r-redditu globali fuq il-portafoll permezz taż-żamma u l-bejgħ tal-assi). Meta tiġi biex tistabbilixxi jekk il-flussi tal-flus humiex ser jiġu rrealizzati permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali tal-assi finanzjarji, huwa neċessarju li tikkunsidra l-frekwenza, il-valur u ż-żmien tal-bejgħ fil-perjodi preċedenti, ir-raġunijiet għal dak il-bejgħ u l-aspettattivi dwar l-attività tal-bejgħ fil-ġejjieni. Madankollu, il-bejgħ minnu nnifsu ma jistabbilixxix il-mudell kummerċjali u, għalhekk, ma jistax jiġi kkunsidrat f'iżolament. Minflok, l-informazzjoni dwar il-bejgħ fil-passat u l-aspettattivi dwar il-bejgħ fil-ġejjieni jipprovdu evidenza relatata ma' kif jintlaħaq l-għan iddikjarat tal-entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji u, speċifikament, kif jiġu rrealizzati l-flussi tal-flus. Entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni dwar il-bejgħ fil-passat fil-kuntest tar-raġunijiet għal dak il-bejgħ u l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu f'dak iż-żmien meta mqabbla mal-kundizzjonijiet attwali.

B4.1.3

Għalkemm l-għan ta' mudell kummerċjali ta' entità jista' jkun li hija żżomm l-assi finanzjarji sabiex tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali, l-entità ma għandhiex bżonn iżżomm dawk l-istrumenti kollha sal-maturità. B'hekk, l-għan ta' mudell kummerċjali ta' entità jista' jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali, anki meta jseħħ il-bejgħ tal-assi finanzjarji jew meta dan ikun mistenni jseħħ fil-ġejjieni.

B4.1.3 A

L-għan tal-mudell kummerċjali jista' jkun li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali, anki jekk l-entità tbigħ l-assi finanzjarji meta jkun hemm żieda fir-riskju ta' kreditu tal-assi. Sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm żieda fir-riskju ta' kreditu tal-assi, l-entità tikkunsidra l-informazzjoni raġonevoli u sostantiva, inkluża informazzjoni ta' natura prospettiva. Irrispettivament mill-frekwenza u l-valur tiegħu, minħabba żieda fir-riskju ta' kreditu tal-assi, il-bejgħ mhuwiex inkonsistenti ma' mudell kummerċjali li l-għan tiegħu huwa li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali minħabba li l-kwalità kreditizja tal-assi finanzjarji hija rilevanti għall-ħila tal-entità li tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali. L-attivitajiet ta' ġestjoni tar-riskji ta' kreditu, li huma mmirati biex inaqqsu t-telf ta' kreditu potenzjali minħabba d-deterjorazzjoni tal-krediti, huma integrali għal mudell kummerċjali bħal dan. Il-bejgħ ta' assi finanzjarju minħabba li ma għadux jissodisfa l-kriterji kreditizji speċifikati fil-politika ta' investiment iddokumentata mill-entità huwa eżempju ta' bejgħ li seħħ minħabba żieda fir-riskju ta' kreditu. Madankollu, fin-nuqqas ta' politika bħal din, l-entità tista' turi b'modi oħrajn li l-bejgħ seħħ minħabba żieda fir-riskju ta' kreditu.

B4.1.3B

Bejgħ li seħħ għal raġunijiet oħrajn, bħal bejgħ magħmul għall-ġestjoni ta' riskju ta' konċentrazzjoni tal-kreditu (mingħajr żieda fir-riskju ta' kreditu tal-assi), jista' jkun konsistenti wkoll ma' mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali. B'mod partikolari, tali bejgħ jista' jkun konsistenti ma' mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali jekk dak il-bejgħ ikun infrekwenti (anki jekk sinjifikanti fil-valur) jew insinjifikanti fil-valur kemm individwalment kif ukoll b'mod aggregat (anki jekk frekwenti). Jekk isir aktar minn għadd infrekwenti ta' tali bejgħ minn portafoll u dak il-bejgħ ikun aktar minn insinjifikanti fil-valur (individwalment jew b'mod aggregat), jeħtieġ li l-entità tivvaluta jekk u kif tali bejgħ huwa konsistenti bil-għan li jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali. Jekk parti terza timponix ir-rekwiżit li jinbiegħu l-assi finanzjarji jew li dik l-attività hija fid-diskrezzjoni tal-entità mhuwiex rilevanti għal din il-valutazzjoni. Żieda fil-frekwenza jew fil-valur tal-bejgħ f'perjodu partikolari mhux bilfors tkun inkonsistenti ma' għan li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali, jekk entità tkun tista' tispjega r-raġunijiet wara dak il-bejgħ u turi għaliex dak il-bejgħ ma jirrifletti ebda bidla fil-mudell kummerċjali tal-entità. Barra minn hekk, il-bejgħ jista' jkun konsistenti mal-għan li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali jekk il-bejgħ isir qrib il-maturità tal-assi finanzjarji u r-rikavati mill-bejgħ japprossimizzaw il-ġbir tal-bqija tal-flussi tal-flus kuntrattwali.

B4.1.4

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' meta l-għan ta' mudell kummerċjali ta' entità jista' jkun li jinbiegħu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali. Din il-lista ta' eżempji mhijiex eżawrjenti. Barra minn hekk, l-eżempji mhumiex intiżi biex jiddiskutu l-fatturi kollha li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-mudell kummerċjali tal-entità u lanqas ma jispeċifikaw l-importanza relattiva tal-fatturi.

Eżempju

Analiżi

Eżempju 1

Entità għandha investimenti li trid tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali tagħhom. Il-ħtiġijiet marbuta mal-finanzjament tal-entità huma prevedibbli u l-maturità tal-assi finanzjarji tagħha titqabbel mal-ħtiġijiet tal-finanzjament stmati tal-entità.

L-entità twettaq attivitajiet ta' ġestjoni tar-riskji ta' kreditu bil-għan li tnaqqas it-telf ta' kreditu. Fl-imgħoddi, il-bejgħ tipikament seħħ meta r-riskju ta' kreditu tal-assi finanzjarji żdied tali li l-assi ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji kreditizji speċifikati fil-politika ta' investiment iddokumentata tal-entità. Barra minn hekk, il-bejgħ infrekwenti seħħ bħala riżultat tal-ħtiġijiet ta' finanzjament mhux antiċipati.

Ir-rapporti lill-persunal maniġerjali prinċipali jiffokaw fuq il-kwalità kreditizja tal-assi finanzjarji u fuq ir-redditu kuntrattwali. L-entità timmonitorja wkoll il-valuri ġusti tal-assi finanzjarji, fost informazzjoni oħra.

Għalkemm l-entità tikkunsidra, fost informazzjoni oħra, il-valuri ġusti tal-assi finanzjarji minn perspettiva ta' likwidità (jiġifieri l-ammont ta' flus kontanti li jiġu realizzati jekk l-entità jkollha bżonn tbigħ l-assi), l-għan tal-entità huwa li żżomm l-assi finanzjarji sabiex tkun tista' tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali. Il-bejgħ mhux ser jikkontradixxi dak l-għan jekk isir b'reazzjoni għal żieda fir-riskju ta' kreditu tal-assi, pereżempju, jekk l-assi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji kreditizji speċifikati fil-politika ta' investiment iddokumentata tal-entità. Il-bejgħ infrekwenti li jirriżulta minn ħtiġijiet ta' finanzjament mhux antiċipati (pereżempju f'xenarju ta' każ ta' stress) lanqas ma jikkontradixxi dak l-għan, anki jekk tali bejgħ ikun sinjifikanti fil-valur.

Eżempju 2

Mudell kummerċjali ta' entità huwa li jinxtraw portafolli ta' assi finanzjarji, bħal self. Dawk il-portafolli jistgħu jinkludu jew ma jinkludux assi finanzjarji li huma indeboliti f'termini ta' kreditu.

Jekk il-pagament fuq is-self ma jsirx f'waqtu, l-entità tipprova tirrealizza l-flussi tal-flus kuntrattwali permezz ta' diversi mezzi — pereżempju, billi tikkuntattja lid-debitur bil-posta, bit-telefon jew b'metodi oħrajn. L-għan tal-entità huwa li tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali u l-entità ma tamministrax is-self f'dan il-portafoll bil-għan li tirrealizza l-flussi tal-flus permezz tal-bejgħ tagħhom.

F'xi każijiet, l-entità tidħol fi swaps ta' rati tal-imgħax biex tbiddel ir-rata tal-imgħax fuq assi finanzjarji partikolari f'portafoll minn rata tal-imgħax varjabbli għal rata tal-imgħax fissa.

L-għan tal-mudell kummerċjali tal-entità huwa li din iżżomm l-assi finanzjarji sabiex tkun tista' tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali.

L-istess analiżi tapplika anki jekk l-entità ma tkunx qiegħda tistenna li tirċievi l-flussi tal-flus kuntrattwali kollha (eż. uħud mill-assi finanzjarji jkunu indeboliti f'termini ta' kreditu mar-rikonoxximent inizjali).

Barra minn hekk, il-fatt li l-entità tidħol f'derivattivi biex timmodifika l-flussi tal-flus tal-portafoll minnu nnifsu ma jbiddilx il-mudell kummerċjali tal-entità.

Eżempju 3

Entità għandha mudell kummerċjali bil-għan li toriġina s-self lill-klijenti u sussegwentement tbigħ tali self lil entità tat-titolizzazzjoni. L-entità tat-titolizzazzjoni toħroġ strumenti lill-investituri.

L-entità tal-oriġini tikkontrolla l-entità tat-titolizzazzjoni u b'hekk tikkonsolidaha.

L-entità tat-titolizzazzjoni tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali mis-self u tgħaddihom lill-investituri tagħha.

Għall-finijiet ta' dan l-eżempju, huwa preżunt li s-self ikompli jiġi rikonoxxut fid-dikjarazzjoni kkonsolidata tal-pożizzjoni finanzjarja minħabba li dan ma jibqax jiġi rikonoxxut mill-entità tat-titolizzazzjoni.

Il-grupp ikkonsolidat oriġina s-self bil-għan li jżommu biex jiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali.

Madankollu, l-entità tal-oriġini għandha għan li tirrealizza l-flussi tal-flus fuq il-portafoll tas-self billi tbigħ is-self lill-entità tat-titolizzazzjoni, għalhekk, għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji separati tagħha, hija ma titqiesx bħala li qiegħda tiġġestixxi dan il-portafoll sabiex tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali.

Eżempju 4

Istituzzjoni finanzjarja żżomm l-assi finanzjarji sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-likwidità f'xenarju ta' 'każ ta' stress' (eż. ħruġ ta' depożiti mill-bank). L-entità mhijiex qiegħda tantiċipa li tbigħ dawn l-assi għajr f'xenarji bħal dawn.

L-entità timmonitorja l-kwalità kreditizja tal-assi finanzjarji u l-għan tagħha fil-ġestjoni tal-assi finanzjarji huwa li tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali. L-entità tevalwa l-prestazzjoni tal-assi abbażi tad-dħul mill-imgħax miksub u tat-telf ta' kreditu rrealizzat.

Madankollu, l-entità timmonitorja wkoll il-valur ġust tal-assi finanzjarji minn perspettiva ta' likwidità sabiex tiżgura li l-ammont ta' flus kontanti li jiġu rrealizzati jekk l-entità jkollha bżonn tbigħ l-assi f'xenarju ta' każ ta' stress ikun biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-likwidità tal-entità. Perjodikament, l-entità tagħmel bejgħ li huwa insinjifikanti fil-valur sabiex tkun tista' turi l-likwidità.

L-għan tal-mudell kummerċjali tal-entità huwa li din iżżomm l-assi finanzjarji sabiex tkun tista' tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali.

L-analiżi ma tinbidilx, anki jekk matul xenarju ta' każ ta' stress preċedenti, l-entità kellha bejgħ li kien sinjifikanti fil-valur sabiex hija tkun tista' tissodisfa l-ħtiġijiet tal-likwidità tagħha. Bl-istess mod, attività tal-bejgħ rikorrenti insinjifikanti fil-valur mhijiex inkonsistenti maż-żamma tal-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali.

B'kuntrast ma' dan, jekk entità żżomm l-assi finanzjarji biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-likwidità tagħha ta' kuljum u l-issodisfar ta' dak l-għan jinvolvi bejgħ frekwenti li jkun sinjifikanti fil-valur, l-għan tal-mudell kummerċjali tal-entità ma jkunx li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali.

Bl-istess mod, jekk l-entità tintalab mir-regolatur tagħha sabiex tbigħ b'rutina l-assi finanzjarji bil-għan li turi li l-assi huma likwidi, u l-valur tal-assi mibjugħa jkun sinjifikanti, l-għan tal-mudell kummerċjali tal-entità ma jkunx li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali. Mhuwiex rilevanti għall-analiżi jekk parti terza timponix ir-rekwiżit li jinbiegħu l-assi finanzjarji jew jekk l-attività taqax taħt id-diskrezzjoni tal-entità.

Mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jinkiseb kemm permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji

B4.1.4 A

Entità tista' żżomm l-assi finanzjarji f'mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jinkiseb kemm permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. F'dan it-tip ta' mudell kummerċjali, il-persunal maniġerjali prinċipali tal-entità ikun ħa deċiżjoni li kemm il-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji huma integrali sabiex jintlaħaq l-għan tal-mudell kummerċjali. Hemm diversi għanijiet li jistgħu jkunu konsistenti ma' dan it-tip ta' mudell kummerċjali. Pereżempju, l-għan tal-mudell kummerċjali jista' jkun li jiġġestixxi l-ħtiġijiet tal-likwidità ta' kuljum, li jżomm profil partikolari ta' qligħ mill-imgħaxijiet jew li jqabbel id-durata tal-assi finanzjarji mad-durata tal-obbligazzjonijiet li dawk l-assi qegħdin jiffinanzjaw. Bil-għan li tilħaq dan l-għan, l-entità ser tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali u tbigħ l-assi finanzjarji.

B4.1.4B

Imqabbel ma' mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali, dan il-mudell kummerċjali tipikament jinvolvi frekwenza u valur akbar ta' bejgħ. Dan minħabba li l-bejgħ tal-assi finanzjarji huwa integrali sabiex jintlaħaq l-għan tal-mudell kummerċjali minflok ikun biss inċidentali għalih. Madankollu, ma hemm ebda limitu massimu għall-frekwenza jew għall-valur tal-bejgħ li għandu jkun hemm f'dan il-mudell kummerċjali, minħabba li kemm il-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji huma integrali sabiex jintlaħaq l-għan tiegħu.

B4.1.4C

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' meta l-għan tal-mudell kummerċjali tal-entità jkun jista' jinkiseb kemm permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. Din il-lista ta' eżempji mhijiex eżawrjenti. Barra minn hekk, l-eżempji mhumiex intiżi biex jiddeskrivu l-fatturi kollha li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-mudell kummerċjali tal-entità u lanqas biex jispeċifikaw l-importanza relattiva tal-fatturi.

Eżempju

Analiżi

Eżempju 5

Entità qiegħda tantiċipa nefqa kapitali fi ftit snin. L-entità tinvesti l-flus kontanti żejda tagħha f'assi finanzjarji għal perjodu ta' żmien qasir jew twil sabiex b'hekk hija tkun tista' tiffinanzja n-nefqa meta jkun hemm il-ħtieġa. Ħafna mill-assi finanzjarji għandhom ħajjiet kuntrattwali li jeċċedu l-perjodu ta' investiment antiċipat tal-entità.

L-entità ser iżżomm l-assi finanzjarji sabiex tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali u, meta tinqala' opportunità, hija tbigħ l-assi finanzjarji sabiex terġa' tinvesti l-flus kontanti f'assi finanzjarji b'redditu ogħla.

Il-maniġers responsabbli għall-portafoll jiġu rrimunerati skont ir-redditu globali ġġenerat mill-portafoll.

L-għan tal-mudell kummerċjali jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. L-entità tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fuq bażi kontinwa dwar jekk il-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali jew il-bejgħ tal-assi finanzjarji huwiex ser jimmassimizza r-redditu fuq il-portafoll sakemm tinħass il-ħtieġa għall-flus kontanti investiti.

B'kuntrast ma' dan, ikkunsidra entità li tantiċipa ħruġ ta' flus kontanti fi żmien ħames snin sabiex tiffinanzja n-nefqa kapitali u tinvesti l-flus kontanti żejda f'assi finanzjarji għal perjodu ta' żmien qasir. Meta l-investimenti jimmaturaw, l-entità terġa' tinvesti l-flus kontanti f'assi finanzjarji ġodda għal perjodu ta' żmien qasir. L-entità tibqa' tħaddan din l-istrateġija sakemm il-fondi jkunu meħtieġa, f'liema żmien l-entità tuża r-rikavati mill-assi finanzjarji li jimmaturaw biex tiffinanzja n-nefqa kapitali. Huwa biss il-bejgħ li huwa insinjifikanti fil-valur li jseħħ qabel il-maturità (sakemm ma jkunx hemm żieda fir-riskju ta' kreditu). L-għan ta' dan il-mudell kummerċjali kontrastanti huwa li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali.

Eżempju 6

Istituzzjoni finanzjarja żżomm l-assi finanzjarji biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-likwidità tagħha ta' kuljum. L-entità tfittex li tnaqqas l-ispejjeż tal-ġestjoni ta' dawk il-ħtiġijiet tal-likwidità u, għalhekk, tiġġestixxi b'mod attiv ir-redditu fuq il-portafoll. Dak ir-redditu jikkonsisti fil-ġbir tal-pagamenti kuntrattwali kif ukoll fil-qligħ u t-telf mill-bejgħ tal-assi finanzjarji.

B'riżultat ta' dan, l-entità żżomm l-assi finanzjarji biex tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali u tbigħ l-assi finanzjarji biex tkun tista' terġa' tinvesti f'assi finanzjarji li jrendu aktar jew biex tqabbel aħjar id-durata tal-obbligazzjonijiet tagħha. Fl-imgħoddi, din l-istrateġija rriżultat f'attività ta' bejgħ frekwenti u tali bejgħ kien sinjifikanti fil-valur. Din l-attività mistennija tkompli fil-ġejjieni.

L-għan tal-mudell kummerċjali huwa li jimmassimizza r-redditu fuq il-portafoll sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-likwidità ta' kuljum u l-entità tilħaq dak l-għan kemm permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. Fi kliem ieħor, kemm il-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji huma integrali sabiex jintlaħaq l-għan tal-mudell kummerċjali.

Eżempju 7

Assiguratur iżomm l-assi finanzjarji sabiex jiffinanzja l-obbligazzjonijiet ta' kuntratt tal-assigurazzjoni. L-assiguratur juża r-rikavati mill-flussi tal-flus kuntrattwali fuq l-assi finanzjarji biex iħallas l-obbligazzjonijiet ta' kuntratt tal-assigurazzjoni hekk kif dawn isiru dovuti. Bil-għan li jiżgura li l-flussi tal-flus kuntrattwali mill-assi finanzjarji jkunu biżżejjed sabiex jitħallsu dawk l-obbligazzjonijiet, l-assiguratur iwettaq attività ta' bejgħ u xiri sinjifikanti fuq bażi regolari sabiex jerġa' jibbilanċja l-portafoll tal-assi tiegħu u jissodisfa l-ħtiġijiet tal-fluss tal-flus hekk kif jinqalgħu.

L-għan tal-mudell kummerċjali huwa li jiffinanzja l-obbligazzjonijiet ta' kuntratt tal-assigurazzjoni. Sabiex tilħaq dan l-għan, l-entità tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali hekk kif dawn isiru dovuti u tbigħ l-assi finanzjarji biex iżżomm il-profil mixtieq tal-portafoll tal-assi. B'hekk, kemm il-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji huma integrali sabiex jintlaħaq l-għan tal-mudell kummerċjali.

Mudelli kummerċjali oħrajn

B4.1.5

L-assi finanzjarji jitkejlu skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jekk dawn ma jinżammux fi ħdan mudell kummerċjali li l-għan tiegħu huwa li jżomm l-assi sabiex jiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali jew fi ħdan mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji (iżda ara wkoll il-paragrafu 5.7.5). Mudell kummerċjali li jirriżulta f'kejl skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf huwa wieħed fejn l-entità tiġġestixxi l-assi finanzjarji bil-għan li tirrealizza l-flussi tal-flus permezz tal-bejgħ tal-assi. L-entità tieħu d-deċiżjonijiet tagħha abbażi tal-valuri ġusti tal-assi u tiġġestixxi l-assi biex tirrealizza dawk il-valuri ġusti. F'dan il-każ, l-għan tal-entità tipikament jirriżulta f'xiri u bejgħ attiv. Anki jekk l-entità tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali filwaqt li żżomm l-assi finanzjarji, l-għan ta' mudell kummerċjali bħal dan ma jintlaħaqx permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali u l-bejgħ tal-assi finanzjarji. Dan minħabba li l-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali mhuwiex integrali sabiex jintlaħaq l-għan tal-mudell kummerċjali; minflok, huwa inċidentali għalih.

B4.1.6

Portafoll tal-assi finanzjarji li jiġi ġestit u li l-prestazzjoni tiegħu tiġi evalwata fuq bażi ta' valur ġust (kif deskritt fil-paragrafu 4.2.2(b)) la jinżamm sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali u lanqas jinżamm sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali u jinbiegħu l-assi finanzjarji. L-entità hija primarjament iffokata fuq informazzjoni skont valur ġust u tuża dik l-informazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-assi u tieħu deċiżjonijiet. Barra minn hekk, portafoll ta' assi finanzjarji li jissodisfa d-definizzjoni ta' miżmum għan-negozju ma jinżammx sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali jew ma jinżammx sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali u biex jinbiegħu l-assi finanzjarji. Għal portafolli bħal dawn, il-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali huwa inċidentali biss sabiex jintlaħaq l-għan tal-mudell kummerċjali. Konsegwentement, tali portafolli ta' assi finanzjarji għandhom jitkejlu skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

Flussi ta' flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont tal-kapital pendenti

B4.1.7

Il-paragrafu 4.1.1(b) jitlob entità sabiex tikklassifika ammont finanzjarju fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-fluss tal-flus kuntrattwali tagħha jekk l-assi finanzjarju jinżamm fi ħdan mudell kummerċjali li l-għan tiegħu huwa li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi tal-flus kuntrattwali jew fi ħdan mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi tal-flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji, sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5. Sabiex ikun jista' jsir dan, il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b) titlob lil entità sabiex tistabbilixxi jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali tal-assi humiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont tal-kapital pendenti.

B4.1.7 A

Il-flussi tal-flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont tal-kapital pendenti huma konsistenti mal-arranġament ta' self bażiku. F'arranġament ta' self bażiku, il-korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus (ara l-paragrafi B4.1.9 A–B4.1.9E) u r-riskju ta' kreditu huma tipikament l-aktar elementi sinjifikanti ta' interess. Madankollu, f'arranġament bħal dan, l-interess jista' jinkludi wkoll korrispettiv għal riskji oħrajn ta' self bażiku (pereżempju, riskju ta' likwidità) u spejjeż (pereżempju, spejjeż amministrattivi) assoċjati maż-żamma tal-assi finanzjarju għal perjodu ta' żmien partikolari. Barra minn hekk, l-interess jista' jinkludi marġini ta' profitt li jkun konsistenti ma' arranġament ta' self bażiku. F'ċirkostanzi ekonomiċi estremi, l-interess jista' jkun negattiv jekk, pereżempju, id-detentur ta' assi finanzjarju jħallas espliċitament jew impliċitament għad-depożitu tal-flus tiegħu għal perjodu ta' żmien partikolari (u dak il-ħlas jeċċedi l-korrispettiv li d-detentur jirċievi għaż-żmien fuq il-valur tal-flus, għar-riskju ta' kreditu u għal kostijiet u riskji ta' self bażiċi oħrajn). Madankollu, it-termini kuntrattwali li jintroduċu l-espożizzjoni għar-riskji jew il-volatilità fil-flussi tal-flus kuntrattwali li mhijiex relatata ma' arranġament ta' self bażiku, bħal espożizzjoni għal bidliet fil-prezzijiet tal-ekwità jew fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi, ma jagħtux lok għal flussi tal-flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont tal-kapital pendenti. Assi finanzjarju oriġinat jew mixtri jista' jkun arranġament ta' self bażiku, irrispettivament minn jekk dan huwiex self fil-forma legali tiegħu.

B4.1.7B

B'konformità mal-paragrafu 4.1.3(a), kapital huwa l-valur ġust tal-assi finanzjarju mar-rikonoxximent inizjali. Madankollu, dak l-ammont ta' kapital jista' jinbidel matul il-ħajja tal-assi finanzjarju (pereżempju, jekk ikun hemm ripagamenti ta' kapital).

B4.1.8

Entità għandha tivvaluta jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali humiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti għall-munita li fiha jkun denominat l-assi finanzjarju.

B4.1.9

L-ingranaġġ huwa fluss ta' flus kuntrattwali karatteristika ta' xi assi finanzjarji. L-ingranaġġ iżid il-varjabbiltà tal-flussi tal-flus kuntrattwali bir-riżultat li dawn ma jkollhomx il-karatteristiċi ekonomiċi ta' imgħax. Opzjoni awtonoma, forward u kuntratti swap huma eżempji ta' assi finanzjarji li jinkludu tali ingranaġġ. B'hekk, kuntratti bħal dawn ma jissodisfawx il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b) u ma jistgħux sussegwentement jitkejlu skont il-kost amortizzat jew il-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor.

Korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus

B4.1.9 A

Iż-żmien fuq il-valur tal-flus huwa l-element ta' imgħax li jipprovdi korrispettiv għall-mogħdija taż-żmien biss. Dan ifisser li l-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus ma jipprovdi ebda korrispettiv għal riskji jew kostijiet oħrajn assoċjati maż-żamma tal-assi finanzjarju. Sabiex tivvaluta jekk l-element jipprovdix korrispettiv għall-mogħdija taż-żmien biss, entità tapplika l-ġudizzju u tikkunsidra fatturi rilevanti bħall-munita li fiha jiġi denominat l-assi finanzjarju u l-perjodu li għalih tiġi stabbilita r-rata tal-imgħax.

B4.1.9B

Madankollu, f'xi każijiet, l-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus jista' jiġi mmodifikat (jiġifieri imperfett). Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk ir-rata tal-imgħax ta' assi finanzjarju tiġi risettjata perjodikament, iżda l-frekwenza ta' dak ir-risettjar ma tkunx taqbel mal-maturità tar-rata tal-imgħax (pereżempju, ir-rata tal-imgħax tirrisettja kull xahar għal rata ta' sena) jew jekk ir-rata tal-imgħax ta' assi finanzjarju tiġi risettjata perjodikament għal medja tar-rati tal-imgħax partikolari fuq perjodu ta' żmien qasir u twil. F'każijiet bħal dawn, entità għandha tivvaluta l-modifikazzjoni sabiex tistabbilixxi jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali jirrappreżentawx biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. F'xi ċirkostanzi, l-entità tkun tista' tistabbilixxi dan billi twettaq valutazzjoni kwalitattiva tal-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus, filwaqt li, f'ċirkostanzi oħrajn, jista' jkun meħtieġ li hija twettaq valutazzjoni kwantitattiva.

B4.1.9C

Meta tiġi biex tivvaluta element immodifikat taż-żmien fuq il-valur tal-flus, l-għan huwa li tistabbilixxi kemm jistgħu jkunu differenti l-flussi tal-flus kuntrattwali (mhux skontati) mill-flussi tal-flus (skontati) li jirriżultaw jekk l-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus ma jkunx ġie mmodifikat (il-flussi tal-flus ta' referenza). Pereżempju, jekk l-assi finanzjarju taħt valutazzjoni jkun fih rata tal-imgħax varjabbli li tiġi risettjata kull xahar għal rata tal-imgħax ta' sena, l-entità tqabbel dak l-assi finanzjarju ma' strument finanzjarju b'termini kuntrattwali identiċi u riskju ta' kreditu identiku, għajr li ir-rata tal-imgħax varjabbli, li tiġi risettjata kull xahar għal rata tal-imgħax ta' sena. Jekk l-element immodifikat taż-żmien fuq il-valur tal-flus jirriżulta fi flussi ta' flus kuntrattwali (mhux skontati) li jkunu differenti ħafna mill-flussi tal-flus ta' referenza (mhux skontati), l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b). Sabiex tkun tista' tistabbilixxi dan, l-entità għandha tikkunsidra l-effett tal-element immodifikat taż-żmien fuq il-valur tal-flus f'kull perjodu ta' rapportar u b'mod kumulattiv matul il-ħajja tal-istrument finanzjarju. Ir-raġuni għala r-rata tal-imgħax tiġi stabbilita b'dan il-mod mhijiex rilevanti għall-analiżi. Jekk ikun jidher b'mod ċar, bi ftit jew mingħajr ebda analiżi, jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali (mhux skontati) fuq l-assi finanzjarju taħt valutazzjoni jistgħux (jew le) ikunu differenti ħafna mill-flussi tal-flus ta' referenza (mhux skontati), entità ma jkollhiex bżonn twettaq valutazzjoni dettaljata.

B4.1.9D

Meta tiġi biex tivvaluta element immodifikat taż-żmien fuq il-valur tal-flus, entità għandha tikkunsidra fatturi li jistgħu jaffettwaw il-flussi tal-flus kuntrattwali fil-ġejjieni. Pereżempju, jekk entità qiegħda tivvaluta bond b'terminu ta' ħames snin u r-rata tal-imgħax varjabbli tiġi risettjata kull sitt xhur għal rata ta' ħames snin, l-entità ma tistax tikkonkludi li l-flussi tal-flus kuntrattwali huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti sempliċiment minħabba li l-kurva tar-rata tal-imgħax fiż-żmien meta ssir il-valutazzjoni tkun tali li d-differenza bejn rata tal-imgħax ta' ħames snin u rata tal-imgħax ta' sitt xhur ma tkunx waħda sinjifikanti. Minflok, l-entità għandha tikkunsidra wkoll jekk ir-relazzjoni bejn ir-rata tal-imgħax ta' ħames snin u r-rata tal-imgħax ta' sitt xhur tistax tinbidel matul il-ħajja tal-istrument b'tali mod li l-flussi tal-flus kuntrattwali (mhux skontati) matul il-ħajja tal-istrument jistgħu jkunu differenti ħafna mill-flussi tal-flus ta' referenza (mhux skontati). Madankollu, entità għandha tikkunsidra biss ix-xenarji li jkunu raġonevolment possibbli minflok kull xenarju possibbli. Jekk entità tikkonkludi li l-flussi tal-flus kuntrattwali (mhux skontati) jistgħu jkunu differenti ħafna mill-flussi tal-flus ta' referenza (mhux skontati), l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b) u, għalhekk, ma jkunx jista' jitkejjel skont il-kost amortizzat jew il-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor.

B4.1.9E

F'xi ġurisdizzjonijiet, ikunu l-gvern jew xi awtorità regolatorja li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax. Pereżempju, din ir-regolamentazzjoni tar-rati tal-imgħax mill-gvern tista' tkun parti minn politika makroekonomika wiesgħa jew tista' tiġi introdotta sabiex tħeġġeġ lill-entitajiet jinvestu f'settur partikolari tal-ekonomija. Fi wħud minn dawn il-każijiet, l-għan tal-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus ma jkunx li jipprovdi korrispettiv għall-mogħdija taż-żmien biss. Madankollu, minkejja l-paragrafi B4.1.9 A–B4.1.9D, rata tal-imgħax irregolata għandha titqies bħala indikatur għall-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus għall-fini tal-applikazzjoni tal-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b), jekk dik ir-rata tal-imgħax irregolata tipprovdi korrispettiv li jkun konsistenti b'mod wiesa' mal-mogħdija taż-żmien u ma tipprovdi ebda esponiment għal riskji jew volatilità fil-flussi tal-flus kuntrattwali li huma inkonsistenti ma' arranġament ta' self bażiku.

It-termini kuntrattwali li jbiddlu t-twaqqit jew l-ammont ta' flussi tal-flus kuntrattwali

B4.1.10

Jekk assi finanzjarju jkun fih terminu kuntrattwali li jista' jbiddel it-twaqqit jew l-ammont ta' flussi ta' flus kuntrattwali (pereżempju, jekk l-assi jkun jista' jitħallas bil-quddiem qabel tkun tista' ssir l-estensjoni tal-maturità jew tat-terminu tagħha), l-entità għandha tistabbilixxi jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali, li jistgħu jirriżultaw matul il-ħajja tal-istrument minħabba dak it-terminu kuntrattwali, humiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Sabiex tistabbilixxi dan, l-entità għandha tivvaluta l-flussi tal-flus kuntrattwali li jistgħu jirriżultaw kemm qabel kif ukoll wara l-bidla fil-flussi tal-flus kuntrattwali. L-entità jista' jkollha bżonn tivvaluta wkoll in-natura ta' kwalunkwe avveniment kontinġenti (jiġifieri l-iskattatur) li jbiddel it-twaqqit jew l-ammont tal-flussi tal-flus kuntrattwali. Filwaqt li n-natura tal-avveniment kontinġenti minnha nnifisha mhijiex fattur determinanti fil-valutazzjoni ta' jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali humiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax, hija tista' tkun indikatur. Pereżempju, qabbel strument finanzjarju ma' rata tal-imgħax li hija risettjata għal rata ogħla jekk id-debitur jonqos milli jagħmel għadd partikolari ta' pagamenti lejn strument finanzjarju b'rata tal-imgħax li hija risettjata għal rata ogħla jekk indiċi tal-ekwità speċifikat jilħaq livell partikolari. Fil-każ tal-ewwel, huwa aktar probabbli li l-flussi tal-flus kuntrattwali matul il-ħajja tal-istrument ikunu biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti, minħabba r-relazzjoni bejn il-pagamenti li ma sarux u żieda fir-riskju ta' kreditu. (Ara wkoll il-paragrafu B4.1.18.)

B4.1.11

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' termini kuntrattwali li jirriżultaw fi flussi ta' flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti:

(a)

rata tal-imgħax varjabbli li tikkonsisti f'korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus, ir-riskju ta' kreditu assoċjat mal-ammont ta' kapital pendenti matul perjodu ta' żmien partikolari (il-korrispettiv għar-riskju ta' kreditu jista' jiġi stabbilit mar-rikonoxximent inizjali biss, u hekk ukoll jista' jiġi ffissat) u kostijiet u riskji ta' self bażiċi oħrajn, kif ukoll marġini ta' profitt;

(b)

terminu kuntrattwali li jippermetti lill-emittent (jiġifieri d-debitur) iħallas minn qabel strument ta' dejn jew li jippermetti lid-detentur (jiġifieri l-kreditur) jagħti strument ta' dejn lura lill-emittent qabel il-maturità u l-ammont ta' prepagament jirrappreżenta sostanzjalment l-ammonti ta' kapital u imgħax mhux imħallsin fuq l-ammont ta' kapital pendenti, li jistgħu jinkludu kumpens addizzjonali raġonevoli għat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt; u

(c)

terminu kuntrattwali li jippermetti lill-emittent jew lid-detentur jestendi t-terminu kuntrattwali ta' strument ta' dejn (jiġifieri opzjoni ta' estensjoni) u t-termini tal-opzjoni ta' estensjoni jirriżultaw fi flussi ta' flus kuntrattwali matul il-perjodu ta' estensjoni li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti, li jistgħu jinkludu kumpens addizzjonali raġonevoli għall-estensjoni tal-kuntratt.

B4.1.12

Minkejja l-paragrafu B4.1.10, assi finanzjarju li altrimenti jissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b) iżda ma jagħmilx dan biss bħala riżultat ta' terminu kuntrattwali li jippermetti (jew jitlob) lill-emittent iħallas bil-quddiem strument ta' dejn jew jippermetti (jew jitlob) lid-detentur iħallas strument ta' dejn lura lill-emittent qabel ma l-maturità tkun eliġibbli sabiex titkejjel skont il-kost amortizzat jew il-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor (soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2(a) jew tal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2 A(a)) jekk:

(a)

l-entità tikseb jew toriġina l-assi finanzjarju bi primjum jew skont għall-ammont f'parità kuntrattwali;

(b)

l-ammont ta' prepagament jirrappreżenta sostanzjalment l-ammont f'parità kuntrattwali u l-imgħax kuntrattwali akkumulat (iżda mhux imħallas), li jistgħu jinkludu kumpens addizzjonali raġonevoli għat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt; u

(c)

meta l-entità tirrikonoxxi inizjalment l-assi finanzjarju, il-valur ġust tal-karatteristika tal-prepagament ikun insinjifikanti.

B4.1.13

L-eżempji li ġejjin juru l-flussi tal-flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Din il-lista ta' eżempji mhijiex eżawrjenti.

Strument

Analiżi

Strument A

L-Istrument A huwa bond b'data ta' maturità ddikjarata. Il-pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti huma marbuta ma' indiċi tal-inflazzjoni tal-munita li fiha jinħareġ l-istrument. Il-link tal-inflazzjoni mhijiex soġġetta għal ingranaġġ u l-kapital huwa protett.

Il-flussi tal-flus kuntrattwali huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Il-konnessjoni bejn il-pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti u indiċi ta' inflazzjoni mhux soġġett għal ingranaġġ tirrisettja ż-żmien fuq il-valur tal-flus għal livell attwali. Fi kliem ieħor, ir-rata tal-imgħax fuq l-istrument tirrifletti l-imgħax 'reali'. B'hekk, l-ammonti tal-imgħax huma korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus fuq l-ammont ta' kapital pendenti.

Madankollu, jekk il-pagamenti tal-imgħax jiġu indiċizzati għal varjabbli ieħor, bħar-rendiment tad-debitur (pereżempju d-dħul nett tad-debitur) jew indiċi ta' ekwità, il-flussi tal-flus kuntrattwali ma jitqisux bħala pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti (sakemm l-indiċizzar għar-rendiment tad-debitur ma jirriżultax f'aġġustament li jikkumpensa biss lid-detentur għall-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-istrument, b'tali mod li l-flussi tal-flus kuntrattwali jkunu biss pagamenti ta' kapital u imgħax). Dan minħabba li l-flussi tal-flus kuntrattwali jirriflettu redditu li huwa inkonsistenti ma' arranġament ta' self bażiku (ara l-paragrafu B4.1.7 A).

Strument B

L-Istrument B huwa strument ta' rata tal-imgħax varjabbli b'data ta' maturità ddikjarata li tippermetti lill-mutwatarju jagħżel ir-rata tal-imgħax tas-suq fuq bażi kontinwa. Pereżempju, f'kull data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax, il-mutwatarju jista' jagħżel li jħallas tliet xhur LIBOR għal terminu ta' tliet xhur jew xahar LIBOR għal terminu ta' xahar.

Il-flussi tal-flus kuntrattwali huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti sakemm l-imgħax imħallas matul il-ħajja tal-istrument ikun jirrifletti l-korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus, għar-riskju ta' kreditu assoċjat mal-istrument u għal kostijiet u riskji ta' self bażiċi oħrajn, kif ukoll marġini ta' profitt (ara l-paragrafu B4.1.7 A). Il-fatt li r-rata tal-imgħax LIBOR tiġi risettjata matul il-ħajja tal-istrument minnu nnifsu ma jiskwalifikax l-istrument.

Madankollu, jekk il-mutwatarju jkun jista' jagħżel li jħallas rata tal-imgħax ta' xahar li tiġi risettjata kull tliet xhur, ir-rata tal-imgħax tiġi risettjata bi frekwenza li ma taqbilx mal-maturità tar-rata tal-imgħax. Konsegwentement, l-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus jiġi mmodifikat. Bl-istess mod, jekk strument ikollu rata tal-imgħax kuntrattwali li tkun ibbażata fuq terminu li jista' jeċċedi l-bqija tal-ħajja tal-istrument (pereżempju, jekk strument b'maturità ta' ħames snin iħallas rata varjabbli li tiġi risettjata perjodikament, iżda li dejjem tirrifletti maturità ta' ħames snin), l-element taż-żmien fuq il-valur tal-flus jiġi mmodifikat. Dan minħabba li l-imgħax pagabbli f'kull perjodu jiġi skonnettjat mill-perjodu tal-imgħax.

F'każijiet bħal dawn, l-entità għandha tivvaluta b'mod kwalitattiv jew kwantitattiv il-flussi tal-flus kuntrattwali kontra dawk fuq strument li huwa identiku fl-aspetti kollha, għajr fil-maturità tar-rata tal-imgħax li taqbel mal-perjodu tal-imgħax, sabiex tistabbilixxi jekk il-flussi tal-flus humiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. (Iżda ara l-paragrafu B4.1.9E għal gwida dwar ir-rati tal-imgħax irregolati).

Pereżempju, fil-valutazzjoni ta' bond b'terminu ta' ħames snin li jħallas rata varjabbli li tiġi risettjata kull sitt xhur iżda li dejjem tirrifletti maturità ta' ħames snin, entità tikkunsidra l-flussi tal-flus kuntrattwali fuq strument li jirrisettja kull sitt xhur għal rata tal-imgħax ta' sitt xhur, iżda li altrimenti huwa identiku.

L-istess analiżi tapplika jekk il-mutwatarju jkun jista' jagħżel bejn id-diversi rati tal-imgħax ippubblikati tal-mutwanti (pereżempju, il-mutwatarju jista' jagħżel bejn ir-rata tal-imgħax varjabbli ta' xahar ippubblikata tal-mutwanti u r-rata tal-imgħax varjabbli ta' tliet xhur ippubblikata tal-mutwanti).

Strument C

L-Istrument C huwa bond b'data ta' maturità ddikjarata u jħallas rata tal-imgħax tas-suq varjabbli. Dik ir-rata tal-imgħax varjabbli hija limitata.

Il-flussi tal-flus kuntrattwali ta':

(a)

strument li għandu rata tal-imgħax fissa u

(b)

strument li għandu rata tal-imgħax varjabbli

huma pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti, sakemm l-imgħax ikun jirrifletti l-korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus, għar-riskju ta' kreditu assoċjat mal-istrument matul it-terminu tal-istrument u għal kostijiet u riskji ta' self bażiċi oħrajn, kif ukoll marġini ta' profitt. (Ara l-paragrafu B4.1.7 A)

Konsegwentement, strument li huwa kombinazzjoni ta' (a) u (b) (pereżempju, bond b'limitu ta' rata tal-imgħax) jista' jkollu flussi ta' flus li jkunu biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Terminu kuntrattwali bħal dan jista' jnaqqas il-varjabbiltà tal-fluss tal-flus billi jissettja limitu fuq rata tal-imgħax varjabbli (pereżempju, limitu massimu jew minimu fuq ir-rata tal-imgħax) jew iżid il-varjabbiltà tal-fluss tal-flus minħabba li rata fissa ssir varjabbli.

Strument D

L-Istrument D huwa self ta' fatturament sħiħ u huwa garantit minn kollateral.

Il-fatt li self ta' fatturament sħiħ huwa kollateralizzat minnu nnifsu ma jaffettwax l-analiżi ta' jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali humiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti.

Strument E

L-Istrument E jinħareġ minn bank irregolat u għandu data ta' maturità ddikjarata. L-istrument iħallas rata tal-imgħax fissa u l-flussi tal-flus kuntrattwali kollha mhumiex diskrezzjonarji.

Madankollu, l-emittent huwa soġġett għal leġiżlazzjoni li tippermetti jew titlob lil awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali sabiex timponi t-telf fuq id-detenturi ta' strumenti partikolari, inkluż l-Istrument E, f'ċirkostanzi partikolari. Pereżempju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandha s-setgħa li tniżżel il-valur tal-ammont f'parità tal-Istrument E jew li tikkonvertih f'għadd fiss tal-ishma ordinarji tal-emittent, jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali tistabbilixxi li l-emittent qed ikollu diffikultajiet finanzjarji severi, jeħtieġ kapital regolatorju addizzjonali jew qiegħed 'ifalli'.

Id-detentur għandu janalizza t-termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju sabiex jistabbilixxi jekk dawn jagħtux lok għal flussi tal-flus li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti u, b'hekk, huma konsistenti ma' arranġament ta' self bażiku.

Dik l-analiżi ma tikkunsidrax il-pagamenti li jirriżultaw biss bħala riżultat tas-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali li timponi t-telf fuq id-detenturi tal-Istrument E. Dan minħabba li s-setgħa, kif ukoll il-pagamenti li jirriżultaw, mhumiex termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju.

B'kuntrast ma' dan, il-flussi tal-flus kuntrattwali ma jkunux biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti jekk it-termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju jippermettu jew jitolbu lill-emittent jew lil entità oħra jimponu t-telf fuq id-detentur (pereżempju, permezz ta' tniżżil fil-valur tal-ammont f'parità jew permezz tal-konverżjoni tal-istrument f'għadd fiss tal-ishma ordinarji tal-emittent) sakemm dawk it-termini kuntrattwali jkunu ġenwini, anki jekk il-probabbiltà li tali telf jiġi impost tkun waħda remota.

B4.1.14

L-eżempji li ġejjin juru l-flussi tal-flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Din il-lista ta' eżempji mhijiex eżawrjenti.

Strument

Analiżi

Strument F

L-Istrument F huwa bond li huwa konvertibbli f'għadd fiss ta' strumenti ta' ekwità tal-emittent.

Id-detentur janalizza l-bond konvertibbli kollu kemm hu.

Il-flussi tal-flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti, minħabba li jirriflettu redditu li huwa inkonsistenti ma' arranġament ta' self bażiku (ara l-paragrafu B4.1.7 A); jiġifieri, ir-redditu huwa marbut mal-valur tal-ekwità tal-emittent.

Strument G

L-Istrument G huwa self li jħallas rata tal-imgħax varjabbli inversa (jiġifieri, ir-rata tal-imgħax għandha relazzjoni inversa mar-rati tal-imgħax fis-suq).

Il-flussi tal-flus kuntrattwali mhumiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti.

L-ammonti tal-imgħax mhumiex korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus fuq l-ammont ta' kapital pendenti.

Strument H

L-Istrument H huwa strument perpetwu, iżda l-emittent jista' jeżerċita l-istrument fi kwalunkwe punt u jħallas lid-detentur l-ammont f'parità flimkien mal-imgħax akkumulat dovut.

L-Istrument H iħallas rata tal-imgħax fis-suq, iżda l-pagament tal-imgħax ma jistax isir sakemm l-emittent ma jkunx jista' jibqa' solventi immedjatament wara.

L-imgħax differit ma jakkumulax imgħax addizzjonali.

Il-flussi tal-flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Dan minħabba li l-emittent jista' jintalab jiddiferixxi l-pagamenti tal-imgħax u ma jakkumulax imgħax addizzjonali fuq dawk l-ammonti ta' imgħax differit. B'riżultat ta' dan, l-ammonti tal-imgħax mhumiex korrispettiv għaż-żmien fuq il-valur tal-flus fuq l-ammont ta' kapital pendenti.

Jekk jakkumula l-imgħax fuq l-ammonti differiti, il-flussi tal-flus kuntrattwali jistgħu jkunu pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti.

Il-fatt li l-Istrument H huwa perpetwu minnu nnifsu ma jfissirx li l-flussi tal-flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Fil-fatt, strument perpetwu għandu opzjonijiet (multipli) ta' estensjoni kontinwa. Dawn l-opzjonijiet jistgħu jirriżultaw fi flussi ta' flus kuntrattwali li huma pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti jekk il-pagamenti tal-imgħax ikunu obbligatorji u għandhom jitħallsu b'mod perpetwu.

Barra minn hekk, il-fatt li l-Istrument H huwa eżerċitabbli ma jfissirx li l-flussi tal-flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti, sakemm huwa ma jkunx eżerċitabbli f'ammont li ma jirriflettix sostanzjalment il-pagament tal-kapital u l-imgħax pendenti fuq dak l-ammont ta' kapital pendenti. Anki jekk l-ammont eżerċitabbli jinkludi ammont li jikkumpensa b'mod raġonevoli lid-detentur għat-terminazzjoni bikrija tal-istrument, il-flussi tal-flus kuntrattwali jistgħu jkunu pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. (Ara wkoll il-paragrafu B4.1.12.)

B4.1.15

F'xi każijiet, assi finanzjarju jista' jkollu l-flussi ta' flus kuntrattwali li huma deskritti bħala kapital u imgħax, iżda dawk il-flussi tal-flus ma jirrappreżentawx il-pagament ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti kif deskritt fil-paragrafi 4.1.2(b), 4.1.2 A(b) u 4.1.3 ta' dan l-Istandard.

B4.1.16

Dan jista' jkun il-każ jekk l-assi finanzjarju jkun jirrappreżenta investiment f'assi jew flussi ta' flus partikolari u, b'hekk, il-flussi tal-flus kuntrattwali mhumiex biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Pereżempju, jekk it-termini kuntrattwali jistipulaw li l-flussi tal-flus tal-assi finanzjarju jiżdiedu hekk kif aktar karozzi jużaw pedaġġ tat-toroq partikolari, dawk il-flussi tal-flus kuntrattwali jkunu inkonsistenti ma' arranġament ta' self bażiku. B'riżultat ta' dan, l-istrument ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b). Dan jista' jkun il-każ meta pretensjoni ta' kreditur tkun limitata għall-assi speċifikati tad-debitur jew għall-flussi tal-flus minn assi speċifikati (pereżempju, assi finanzjarju “non-fatturament”).

B4.1.17

Madankollu, il-fatt li assi finanzjarju huwa non-fatturament minnu nnifsu mhux bilfors jimpedixxi l-assi finanzjarju milli jissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b). F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-kreditur jintalab jivvaluta (“jinvestiga”) l-assi jew il-flussi tal-flus sottostanti partikolari sabiex jistabbilixxi jekk il-flussi tal-flus kuntrattwali tal-assi finanzjarju li jkun qed jiġi kklassifikat humiex pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Jekk it-termini tal-assi finanzjarju jagħtu lok għal kwalunkwe flussi ta' flus oħrajn jew jillimitaw il-flussi tal-flus b'mod li jkun inkonsistenti mal-pagamenti li jirrappreżentaw il-kapital u l-imgħax, l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2 A(b). Jekk l-assi sottostanti humiex assi finanzjarji jew assi mhux finanzjarji minnu nnifsu ma jaffettwax din il-valutazzjoni.

B4.1.18

Karatteristika ta' fluss ta' flus kuntrattwali ma taffettwax il-klassifikazzjoni tal-assi finanzjarju jekk hija jista' jkollha biss effett de-minimis fuq il-flussi tal-flus kuntrattwali tal-assi finanzjarju. Sabiex tistabbilixxi dan, entità għandha tikkunsidra l-effett possibbli tal-karatteristika tal-fluss tal-flus kuntrattwali f'kull perjodu ta' rapportar u b'mod kumulattiv matul il-ħajja tal-istrument finanzjarju. Barra minn hekk, jekk karatteristika ta' fluss tal-flus kuntrattwali jista' jkollha effett fuq il-flussi tal-flus kuntrattwali li jkun aktar minn de-minimis (f'perjodu ta' rapportar wieħed jew b'mod kumulattiv), iżda dik il-karatteristika tal-fluss tal-flus ma tkunx ġenwina, hija ma taffettwax il-klassifikazzjoni ta' assi finanzjarju. Karatteristika ta' fluss ta' flus ma tkunx ġenwina jekk hija taffettwa l-flussi tal-flus kuntrattwali tal-istrument biss malli jseħħ avveniment li jkun estremament rari, anormali ħafna u improbabbli ħafna li jseħħ.

B4.1.19

Kważi f'kull tranżazzjoni ta' self, l-istrument tal-kreditur huwa kklassifikat bħala relattiv għall-istrumenti tal-kredituri l-oħrajn tad-debitur. Strument li jkun subordinat għal strumenti oħrajn jista' jkollu flussi ta' flus kuntrattwali li jkunu pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti jekk in-nuqqas ta' pagament tad-debitur ikun qed jikser il-kuntratt u d-detentur ikollu dritt kuntrattwali għall-ammonti mhux imħallsin ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti anki f'każ ta' falliment tad-debitur. Pereżempju, riċevibbli tan-negozju li jikklassifika lill-kreditur tiegħu bħala kreditur ġenerali jikkwalifika bħala li għandu pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti. Dan ikun il-każ anki jekk id-debitur ikun ħareġ self li jiġi kollateralizzat, li f'każ ta' falliment jagħti lil dak id-detentur tas-self prijorità fuq il-pretensjonijiet tal-kreditur ġenerali fir-rigward tal-kollateral, iżda ma jaffettwax id-dritt kuntrattwali tal-kreditur ġenerali għall-kapital mhux imħallas u għal ammonti oħrajn dovuti.

Strumenti marbutin kuntrattwalment

B4.1.20

F'xi tipi ta' tranżazzjonijiet, emittent jista' jipprijoritizza l-pagamenti lid-detenturi tal-assi finanzjarji billi juża strumenti multipli marbutin kuntrattwalment li joħolqu konċentrazzjonijiet ta' riskju ta' kreditu (segmenti). Kull segment għandu klassifikazzjoni ta' subordinazzjoni li tispeċifika l-ordni li fiha kwalunkwe flussi ta' flus iġġenerati mill-emittent jiġu allokati lis-segment. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, id-detenturi ta' segment ikollhom id-dritt għal pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti biss jekk l-emittent jiġġenera biżżejjed flussi ta' flus biex jissodisfa segmenti fi klassifikazzjoni ogħla.

B4.1.21

Fi tranżazzjonijiet bħal dawn, segment ikollu karatteristiċi ta' fluss ta' flus li jkunu pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti biss jekk:

(a)

it-termini kuntrattwali tas-segment li jiġi vvalutat għall-klassifikazzjoni (mingħajr ma tiġi mistħarrġa l-ġabra sottostanti ta' strumenti finanzjarji) jagħtu lok għal flussi ta' flus li huma biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti (eż. ir-rata tal-imgħax tas-segment mhijiex marbuta ma' indiċi komoditarju);

(b)

il-ġabra sottostanti ta' strumenti finanzjarji għandha l-karatteristiċi tal-fluss tal-flus stabbiliti fil-paragrafi B4.1.23 u B4.1.24; u

(c)

l-esponiment għar-riskju ta' kreditu fil-ġabra sottostanti ta' strumenti finanzjarji inerenti fis-segment huwa ugwali għal jew aktar baxx mill-esponiment għar-riskju ta' kreditu tal-ġabra sottostanti ta' strumenti finanzjarji (pereżempju, il-klassifikazzjoni tal-kreditu tas-segment li jiġi vvalutat għall-klassifikazzjoni hija ugwali għal jew ogħla mill-klassifikazzjoni tal-kreditu li tapplika għal segment wieħed li ffinanzja l-ġabra sottostanti ta' strumenti finanzjarji).

B4.1.22

Entità għandha tistħarreġ sakemm tkun tista' tidentifika l-ġabra sottostanti ta' strumenti li qegħdin joħolqu (minflok jgħaddu) l-flussi tal-flus. Din hija l-ġabra sottostanti ta' strumenti finanzjarji.

B4.1.23

Il-ġabra sottostanti għandu jkun fiha strument wieħed jew aktar li jkollhom flussi ta' flus kuntrattwali li jkunu biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti.

B4.1.24

Il-ġabra sottostanti ta' strumenti tista' tinkludi wkoll strumenti li:

(a)

jnaqqsu l-varjabbiltà tal-fluss tal-flus tal-istrumenti fil-paragrafu B4.1.23 u, meta jiġu kkombinati mal-istrumenti fil-paragrafu B4.1.23, jirriżultaw fi flussi ta' flus li jkunu biss pagamenti ta' kapital u imgħax fuq l-ammont ta' kapital pendenti (eż. rata tal-imgħax massima jew minima jew kuntratt li jnaqqas ir-riskju ta' kreditu fuq uħud mill-istrumenti jew fuq l-istrumenti kollha fil-paragrafu B4.1.23); jew

(b)

jallinjaw il-flussi tal-flus tas-segmenti mal-flussi tal-flus tal-ġabra ta' strumenti sottostanti fil-paragrafu B4.1.23 sabiex jiġu indirizzati biss id-differenzi fir-rigward ta':

(i)

jekk ir-rata tal-imgħax hijiex fissa jew varjabbli;

(ii)

il-munita li fiha huma denominati l-flussi tal-flus, inkluża l-inflazzjoni f'dik il-munita; jew

(iii)

it-twaqqit tal-flussi tal-flus.

B4.1.25

Jekk kwalunkwe strument fil-ġabra ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B4.1.23 jew fil-paragrafu B4.1.24, il-kundizzjoni fil-paragrafu B4.1.21(b) ma tiġix issodisfata. Fit-twettiq ta' din il-valutazzjoni, tista' ma tkunx meħtieġa analiżi ddettaljata ta' strument bi strument tal-ġabra. Madankollu, entità għandha tuża l-ġudizzju tagħha u twettaq analiżi suffiċjenti sabiex tistabbilixxi jekk l-istrumenti fil-ġabra jissodisfawx il-kundizzjoni fil-paragrafi B4.1.23–B4.1.24. (Ara wkoll il-paragrafu B4.1.18 għal gwida dwar il-karatteristiċi tal-fluss tal-flus kuntrattwali li għandhom biss effett de-minimis).

B4.1.26

Jekk id-detentur ma jkunx jista' jivvaluta l-kundizzjonijiet fil-paragrafu B4.1.21 mar-rikonoxximent inizjali, is-segment għandu jitkejjel skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Jekk il-ġabra sottostanti ta' strumenti tista' tinbidel wara r-rikonoxximent inizjali b'tali mod li l-ġabra ma tkunx tista' tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafi B4.1.23–B4.1.24, is-segment ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B4.1.21 u għandu jitkejjel skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Madankollu, jekk il-ġabra sottostanti tinkludi strumenti li huma kollateralizzati permezz ta' assi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet fil-paragrafi B4.1.23–B4.1.24, l-abbiltà li jittieħed pussess ta' tali assi għandha tiġi injorata għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, sakemm l-entità ma tkunx akkwistat is-segment bl-intenzjoni li tikkontrolla l-kollateral.

Opzjoni li tindika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf (it-Taqsimiet 4.1 u 4.2)

B4.1.27

Soġġett għall-kundizzjonijiet fil-paragrafi 4.1.5 u 4.2.2, dan l-Istandard jippermetti lil entità tindika assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja jew grupp ta' strumenti finanzjarji (assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn) skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, sakemm dan iwassal għal aktar informazzjoni rilevanti.

B4.1.28

Id-deċiżjoni ta' entità li tindika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf hija simili għal għażla ta' politika ta' kontabbiltà (għalkemm, kuntrarju għal għażla ta' politika ta' kontabbiltà, mhuwiex meħtieġ li din tiġi applikata b'mod konsistenti għat-tranżazzjonijiet simili kollha). Meta entità tagħmel għażla bħal din, il-paragrafu 14(b) tal-IAS 8 jesiġi li l-politika magħżula tirriżulta fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti oħrajn u l-kundizzjonijiet fuq il-pożizzjoni finanzjarja, ir-rendiment finanzjarju jew il-flussi tal-flus tal-entità. Pereżempju, fil-każ ta' indikazzjoni ta' obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, il-paragrafu 4.2.2 jistabbilixxi ż-żewġ ċirkostanzi meta r-rekwiżit għal aktar informazzjoni rilevanti jiġi ssodisfat. Għaldaqstant, bil-għan li tagħżel tali indikazzjoni b'konformità mal-paragrafu 4.2.2, l-entità għandha turi li din taqa' f'waħda minn dawn iż-żewġ ċirkostanzi (jew fit-tnejn li huma).

Indikazzjoni telimina jew tnaqqas b'mod sinjifikanti spariġġ kontabilistiku

B4.1.29

Il-kejl ta' assi finanzjarju jew ta' obbligazzjoni finanzjarja u l-klassifikazzjoni tal-bidliet rikonoxxuti fil-valur tiegħu jew tagħha jiġu stabbiliti permezz tal-klassifikazzjoni tal-entrata u jekk l-entrata hijiex parti minn relazzjoni ta' ħħeġġjar indikata. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu joħolqu inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (li xi drabi ssir referenza għaliha bħala “spariġġ kontabilistiku”) meta, pereżempju, fin-nuqqas ta' indikazzjoni skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, assi finanzjarju jiġi kklassifikat bħala wieħed li sussegwentement tkejjel skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, filwaqt li obbligazzjoni li l-entità tqis bħala li hija relatata tiġi kklassifikata bħala waħda li sussegwentement tkejlet skont il-kost amortizzat (bil-bidliet fil-valur ġust ma jiġux rikonoxxuti). F'ċirkostanzi bħal dawn, entità tista' tikkonkludi li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha jipprovdu informazzjoni aktar rilevanti jekk kemm l-assi kif ukoll l-obbligazzjoni jkunu tkejlu skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

B4.1.30

L-eżempji li ġejjin juru meta tista' tiġi ssodisfata din il-kundizzjoni. Fil-każijiet kollha, entità tista' tuża din il-kundizzjoni sabiex tindika l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf biss jekk hija tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 4.1.5 jew 4.2.2(a):

(a)

entità għandha obbligazzjonijiet taħt il-kuntratti tal-assigurazzjoni li l-kejl tagħhom jinkorpora l-informazzjoni attwali (kif permess mill-paragrafu 24 tal-IFRS 4) u assi finanzjarji li hija tqis bħala li huma relatati u li altrimenti jitkejlu skont il-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor jew kost amortizzat.

(b)

entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji, jew it-tnejn, li jikkondividu riskju, bħal riskju ta' rata tal-imgħax, u li jagħtu lok għal bidliet opposti fil-valur ġust li għandhom it-tendenza li jpaċu lil xulxin. Madankollu, huma biss uħud mill-istrumenti li jitkejlu skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf (pereżempju, dawk li huma derivattivi jew li huma kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju). Jista' jkun il-każ ukoll li r-rekwiżiti għall-kontabbiltà tal-hedges ma jiġux issodisfati minħabba li, pereżempju, ir-rekwiżiti għall-effettività tal-hedges fil-paragrafu 6.4.1 ma jiġux issodisfati.

(c)

entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji, jew it-tnejn, li jikkondividu riskju, bħal riskju ta' rata tal-imgħax, u li jagħtu lok għal bidliet opposti fil-valur ġust li għandhom it-tendenza li jpaċu lil xulxin u ebda wieħed jew waħda mill-assi finanzjarji jew mill-obbligazzjonijiet finanzjarji ma jikkwalifika jew tikkwalifika bħala strument ta' ħħeġġjar minħabba li dawn ma jitkejlux skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Minbarra dan, fin-nuqqas ta' kontabbiltà tal-hedges hemm inkonsistenza sinifikanti fir-rikonoxximent ta' qligħ u telf. Pereżempju, l-entità ffinanzjat grupp speċifikat ta' self billi ħarġet bonds innegozjati li l-bidliet tagħhom fil-valur ġust għandhom it-tendenza li jpaċu lil xulxin. Barra minn hekk, jekk l-entità tixtri u tbigħ il-bonds b'mod regolari iżda rari tixtri u tbigħ is-self, jekk qatt tagħmel dan, ir-rapportar kemm tal-bonds kif ukoll tas-self skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jelimina l-inkonsistenza fit-twaqqit tar-rikonoxximent tal-qligħ u tat-telf li altrimenti tirriżulta mill-kejl tagħhom it-tnejn skont il-kost amortizzat u b'rikonoxximent ta' qligħ jew telf kull darba li jerġa' jinxtara bond.

B4.1.31

F'każijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu preċedenti, l-indikazzjoni, mar-rikonoxximent inizjali, tal-assi finanzjarji u tal-obbligazzjonijiet finanzjarji altrimenti mhux imkejla skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf tista' telimina jew tnaqqas b'mod sinjifikanti l-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent u tipproduċi informazzjoni aktar rilevanti. Għal skopijiet prattiċi, l-entità ma għandhiex bżonn tidħol fl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li jwasslu għall-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent eżattament fl-istess ħin. Huwa permess dewmien raġonevoli bil-kundizzjoni li kull tranżazzjoni tiġi indikata bħala b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf mar-rikonoxximent inizjali tagħha u, f'dak il-ħin, kull tranżazzjoni li għad fadal li mistennija ssir.

B4.1.32

Ma jkunx aċċettabbli li jiġu indikati biss uħud mill-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jagħtu lok għall-inkonsistenza skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jekk dan iwassal biex l-inkonsistenza ma tiġix eliminata jew imnaqqsa b'mod sinjifikanti u, għalhekk, ma jirriżultax f'informazzjoni aktar rilevanti. Madankollu, ikun aċċettabbli li jkunu indikati biss xi wħud minn numru ta' assi finanzjarji simili jew obbligazzjonijiet finanzjarji simili jekk billi jsir dan jinkiseb tnaqqis sinifikanti (u possibbilment tnaqqis akbar minn indikazzjonijiet oħra permessi) fl-inkonsistenza. Pereżempju, assumi li entità għandha numru ta' obbligazzjonijiet finanzjarji simili li jlaħħqu għal CU100 u numru ta' assi finanzjarji simili li jlaħħqu għal CU50 iżda li huma mkejla fuq bażi differenti. L-entità tista tnaqqas b'mod sinifikanti l-inkostistenza fil-kejl billi tindika fir-rikonoxximent inizjali l-assi kollha iżda xi wħud biss mill-obbligazzjonijiet (per eżempju obbligazzjonijiet individwali b'total ikkombinat ta' CU45) bħala b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Madankollu, minħabba li l-indikazzjoni bħala b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf tista' tiġi applikata biss lill-istrument finanzjarju sħiħ, l-entità f'dan l-eżempju għandha tindika obbligazzjoni waħda jew aktar fl-intier tagħhom. Ma tistax tikklassifika la komponent ta' obbligazzjoni (eż. bidliet fil-valur attribwibbli għal riskju wieħed biss, bħal fil-każ ta' bidliet f'rata ta' mgħax benchmark) u lanqas proporzjon (i.e. perċentwali) ta' obbligazzjoni.

Grupp ta' obbligazzjonijiet finanzjarji jew assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji jiġi ġestit u l-prestazzjoni tiegħu tiġi evalwata fuq bażi ta' valur ġust

B4.1.33

Entità tista' tiġġestixxi u tevalwa l-prestazzjoni ta' grupp ta' obbligazzjonijiet finanzjarji jew assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b'tali mod li l-kejl ta' dak il-grupp skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jirriżulta f'informazzjoni aktar rilevanti. F'dan il-każ, l-enfasi hija fuq il-mod kif l-entità tiġġestixxi u tevalwa l-prestazzjoni, minflok fuq in-natura tal-istrumenti finanzjarji tagħha.

B4.1.34

Pereżempju, entità tista' tuża din il-kundizzjoni sabiex tindika l-obbligazzjonijiet finanzjarji bħala skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jekk hija tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 4.2.2(b) u l-entità jkollha assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jikkondividu riskju wieħed jew aktar u dawk ir-riskji jiġu ġestiti u evalwati fuq bażi ta' valur ġust skont politika ddokumentata ta' ġestjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet. Eżempju ta' dan tista' tkun entità li ħarġet “prodotti strutturati” li fihom derivattivi inkorporati multipli u li tamministra r-riskji li jirriżultaw minnhom fuq bażi ta' valur ġust permezz ta' taħlita ta' strumenti finanzjarji derivattivi u mhux derivattivi.

B4.1.35

Kif ġie nnotat hawn fuq, din il-kundizzjoni tiddependi fuq il-mod kif l-entità tiġġestixxi u tevalwa l-prestazzjoni tal-grupp ta' strumenti finanzjarji taħt kunsiderazzjoni. Għaldaqstant, (soġġetta għar-rekwiżit ta' indikazzjoni mar-rikonoxximent inizjali) entità li tindika l-obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf abbażi ta' din il-kundizzjoni għandha b'hekk tindika l-obbligazzjonijiet finanzjarji eliġibbli kollha li jiġu ġestiti u evalwati flimkien.

B4.1.36

Id-dokumentazzjoni tal-istrateġija tal-entità ma għandhiex bżonn tkun estensiva, iżda għandha tkun biżżejjed li turi l-konformità mal-paragrafu 4.2.2(b). Dokumentazzjoni bħal din mhijiex meħtieġa għal kull oġġett individwali, iżda tista' tkun fuq bażi ta' portafoll. Pereżempju, jekk is-sistema ta' ġestjoni tal-prestazzjoni għal dipartiment — kif approvata mill-persunal maniġerjali prinċipali tal-entità — turi b'mod ċar li l-prestazzjoni tagħha tiġi evalwata fuq din il-bażi, ma tkun meħtieġa ebda dokumentazzjoni ulterjuri biex turi l-konformità mal-paragrafu 4.2.2(b).

Derivattivi inkorporati (it-Taqsima 4.3)

B4.3.1

Meta entità ssir parti minn kuntratt ibridu b'kuntratt ospitant li mhuwiex assi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard, il-paragrafu 4.3.3 jitlob lill-entità sabiex tidentifika kwalunkwe derivattiv inkorporat, tivvaluta jekk hemmx bżonn li dan jiġi separat mill-kuntratt ospitant u, għal dawk li huma mitluba jkunu separati, tkejjel id-derivattivi skont il-valur ġust mar-rikonoxximet inizjali u sussegwentement skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

B4.3.2

Jekk kuntratt ospitant ma jkollu ebda maturità ddikjarata jew stabbilita minn qabel u jkun jirrappreżenta interess residwu fl-assi netti ta' entità, mela allura r-riskji u l-karatteristiċi ekonomiċi tiegħu jkunu dawk ta' strument ta' ekwità, u derivattiv inkorporat ikollu bżonn jippossjedi karatteristiċi ta' ekwità relatati mal-istess entità sabiex ikun jista' jitqies bħala li huwa relatat mill-qrib. Jekk il-kuntratt li jospita mhuwiex strument azzjonarju u jissodisfa d-definizzjoni ta' strument finanzjarju, allura l-karatteristiċi ekonomiċi tiegħu huma dawk ta' strument ta' dejn.

B4.3.3

Derivattiv inkorporat mhux ibbażat fuq opzjoni (bħal forward jew swap inkorporat) jiġi separat mill-kuntratt ospitant tiegħu fuq il-bażi tat-termini sostantivi ddikjarati jew implikati tiegħu, sabiex b'hekk iwassal biex ikollu valur ġust ta' żero mar-rikonoxximent inizjali. Derivattiv inkorporat ibbażat fuq opzjoni (bħal opzjoni put, eżerċitabbli, massima, minima jew swapzjoni inkorporata) jiġi separat mill-kuntratt ospitant tiegħu fuq il-bażi tat-termini ddikjarati tal-karatteristika tal-opzjoni. L-ammont miżmum fil-kotba tal-istrument ospitant hu l-ammont residwali wara li jiġu sseparati d-derivattivi mdeffesin.

B4.3.4

Ġeneralment, id-derivattivi inkorporati multipli f'kuntratt ibridu waħdieni jiġu ttrattati bħala derivattiv inkorporat u kompost waħdieni. Madankollu, id-derivattivi inkorporati li huma kklassifikati bħala ekwità (ara l-IAS 32) jiġu kontabbilizzati separatament minn dawk ikklassifikati bħala assi jew obbligazzjonijiet. Barra minn hekk, jekk kuntratt ibridu jkollu aktar minn derivattiv inkorporat wieħed u dawk id-derivattivi jkunu relatati ma' skoperturi għal riskji differenti u jkunu faċilment separabbli u indipendenti minn xulxin, dawn jiġu kontabbilizzati separatament minn xulxin.

B4.3.5

Il-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi ta' derivattiv inkorporat mhumiex relatati mill-qrib mal-kuntratt ospitant (il-paragrafu 4.3.3(a)) fl-eżempji li ġejjin. F'dawn l-eżempji, jekk wieħed jassumi li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.3.3(b) u (c) jiġu ssodisfati, entità tirrapporta d-derivattiv inkorporat separatament mill-kuntratt ospitant.

(a)

Opzjoni put inkorporata fi strument li tippermetti lid-detentur li jesiġi li l-emittent jirriakkwista l-istrument għal ammont ta' flus kontanti jew assi oħra li jvarja abbażi tal-bidla fil-prezz jew fl-indiċi ta' ekwità jew ta' komodità, mhijiex relatata mill-qrib ma' strument ta' dejn ospitant.

(b)

Opzjoni jew provvediment awtomatiku għall-estensjoni tat-terminu li jifdal sal-maturità ta' strument ta' dejn ma jkunux relatati mill-qrib mal-istrument ta' dejn ospitant sakemm ma jkunx hemm aġġustament simultanju fir-rata tal-imgħax tas-suq approssimattiva kurrenti fil-ħin tal-estensjoni. Jekk entità toħroġ strument ta' dejn u d-detentur ta' dak l-istrument ta' dejn jikteb opzjoni eżerċitabbli fuq l-istrument ta' dejn lil parti terza, l-emittent iqis l-opzjoni eżerċitabbli bħala li testendi t-terminu ta' maturità tal-istrument ta' dejn sakemm l-emittent ikun meħtieġ jipparteċipa fi jew jiffaċilita t-tqegħid mill-ġdid fis-suq tal-istrument ta' dejn bħala riżultat tal-eżerċitatazzjoni tal-opzjoni eżerċitabbli.

(c)

Il-pagamenti tal-imgħax jew tas-somma kapitali indiċizzati mal-ekwità, inkorporati fi strument ta' dejn ospitant jew f'kuntratt ta' assigurazzjoni—li bihom l-ammont tal-imgħax jew tas-somma kapitali jkun indiċizzat mal-valur tal-istrumenti azzjonarji—mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ospitant minħabba li r-riskji inerenti fl-istrument ospitant u fid-derivattiv inkorporat huma differenti.

(d)

Il-pagamenti tal-imgħax jew ta' somma kapitali indiċizzati ma' komodità, inkorporati fi strument ta' dejn ospitant jew f'kuntratt ta' assigurazzjoni—li bihom l-ammont tal-imgħax jew tas-somma kapitali jkun indiċizzat mal-prezz ta' komodità (bħad-deheb)—mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ospitant minħabba li r-riskji inerenti fl-istrument ospitant u fid-derivattiv inkorporat huma differenti.

(e)

Opzjoni eżerċitabbli, put, jew ta' prepagament inkorporata f'kuntratt ta' dejn ospitant jew f'kuntratt ta' assigurazzjoni ospitant ma tkunx relatata mill-qrib mal-kuntratt ospitant sakemm:

(i)

il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni f'kull data tal-eżerċizzju ma jkunx bejn wieħed u ieħor daqs il-kost amortizzat tal-istrument ta' dejn ospitant jew l-ammont riportat tal-kuntratt ta' assigurazzjoni ospitant; jew

(ii)

il-prezz tal-eżerċitar ta' opzjoni ta' prepagament jirrimborża lill-mutwanti għal ammont li jlaħħaq sal-valur preżenti approssimattiv ta' mgħax mitluf għat-terminu li jifdal tal-kuntratt ospitant. L-imgħax mitluf huwa l-prodott tal-ammont ta' kapital imħallas bil-quddiem immultiplikat bid-differenzjali tar-rata tal-imgħax. Id-differenzjali tar-rata tal-imgħax hija l-eċċess tar-rata effettiva tal-imgħax tal-kuntratt ospitant fuq ir-rata effettiva tal-imgħax li l-entità kienet tirċievi fid-data tal-prepagament kieku hija tkun investiet mill-ġdid l-ammont tal-kapital imħallas bil-quddiem f'kuntratt simili għat-terminu li jkun fadal tal-kuntratt ospitant.

Il-valutazzjoni ta' jekk l-opzjoni ta' xiri jew l-opzjoni put tkunx relatata mill-qrib mal-kuntratt ta' debitu ospitant ssir qabel ma jiġi sseparat l-element ta' ekwità ta' strument konvertibbli ta' debitu skont l-IAS 32.

(f)

Id-derivattivi ta' kreditu li jkunu inkorporati fi strument ta' dejn ospitant u jippermettu li parti (il-“benefiċjarju”) tittrasferixxi r-riskju ta' kreditu ta' assi ta' referenza partikolari, li jista' ma jkunx tagħha, lil parti oħra (il-“garanti”) mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ta' dejn ospitant. Derivattivi ta' kreditu bħal dawn jippermettu lill-garanti li jassumi r-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-assi ta' referenza mingħajr ma jkun jippossedih direttament.

B4.3.6

Eżempju ta' kuntratt ibridu huwa strument finanzjarju li jagħti lid-detentur id-dritt li jpoġġi l-istrument finanzjarju lura lill-emittent għal ammont ta' flus jew assi finanzjarji oħra li jvarja abbażi tal-bidla fl-indiċi ta' ekwità jew ta' komodità li jista' jiżdied jew jonqos (“strument puttable”). Sakemm l-emittent fir-rikonoxximent inizjali ma jispeċifikax l-istrument puttable bħala obbligazzjoni finanzjarja b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf, huwa meħtieġ li jifred derivattiv inkorporat (jiġifieri l-pagament tal-kapital indiċizzat) skont il-paragrafu 4.3.3 minħabba li l-kuntratt ospitant huwa strument ta' dejn skont il-paragrafu B4.3.2 u l-pagament tal-kapital indiċizzat mhuwiex relatat mill-qrib ma' strument ta' dejn ospitant skont il-paragrafu B4.3.5(a). Minħabba li l-pagament tal-kapital jista' jiżdied u jonqos, id-derivattiv inkorporat hu derivattiv mhux opzjoni li l-valur tiegħu huwa indiċizzat għall-varjabbli sottostanti.

B4.3.7

Fil-każ ta' strument puttable li jista' jiġi put back fi kwalunkwe ħin għal ammont ta' flus daqs sehem proporzjonat tal-valur nett tal-assi ta' entità (bħal unitajiet ta' fond mutwu mingħajr limiti jew xi prodotti ta' investiment marbuta ma' unitajiet), l-effett tas-separazzjoni ta' derivattiv inkorporat u l-kontabbiltà għal kull komponent huwa li jitkejjel il-kuntratt ibridu fl-ammont ta' fidi li jkun pagabbli fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar jekk id-detentur ikun eżerċita d-dritt tiegħu li jirritorna l-istrument lill-emittent.

B4.3.8

Il-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi ta' derivattiv inkorporat huma relatati mill-qrib mal-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tal-kuntratt ospitant fl-eżempji li ġejjin. F'dawn l-eżempji, entità ma tniżżilx id-derivattiv inkorporat separatament mill-kuntratt ospitant.

(a)

Derivattiv inkorporat li fih is-sottostanti tkun rata tal-imgħax jew indiċi tar-rata tal-imgħax li jistgħu jbiddlu l-ammont ta' mgħax li kieku jitħallas jew jiġi riċevut fuq kuntratt ta' dejn ospitant bl-imgħax jew kuntratt ta' assigurazzjoni, ikun relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitant sakemm il-kuntratt ibridu ma jkunx jista' jiġi saldat b'mod li d-detentur ma jirkuprax sostanzjalment l-investiment rikonoxxut kollu tiegħu jew id-derivattiv inkorporat jista' mill-anqas jirdoppja r-rata ta' redditu inizjali tad-detentur fuq il-kuntratt ospitant u jista' jwassal għal rata ta' redditu li tkun mill-anqas id-doppju ta' dak li jkun ir-redditu tas-suq għal kuntratt bl-istess termini bħall-kuntratt ospitant.

(b)

Limitu minimu jew massimu inkorporat fuq ir-rata tal-imgħax fuq kuntratt ta' dejn jew kuntratt ta' assigurazzjoni huwa relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitant, bil-kundizzjoni li l-limitu massimu jkun daqs jew ogħla mir-rata tal-imgħax tas-suq u l-limitu minimu jkun daqs jew aktar baxx mir-rata tal-imgħax tas-suq meta jinħareġ il-kuntratt, u l-limitu massimu jew minimu ma jkunx ingranat fir-rigward tal-kuntratt ospitant. Bl-istess mod, il-provvedimenti inklużi f'kuntratt għax-xiri jew bejgħ ta' assi (eż. komodità), li jistabbilixxu limitu massimu u limitu minimu fuq il-prezz li jrid jitħallas jew jiġi riċevut għall-assi, ikunu relatati mill-qrib mal-kuntratt ospitant jekk kemm il-limitu massimu u l-limitu minimu kienu sfavoreoli fil-bidu u ma jkunux ingranati.

(c)

Derivattiv inkorporat ibbażat fuq munita barranija, li jipprovdi fluss ta' pagamenti ta' kapital jew ta' mgħax li jkunu denominati f'munita barranija, u li jkun inkorporat fi strument ta' dejn ospitant (pereżempju, bond f'munita doppja), huwa relatat mill-qrib mal-istrument ta' dejn ospitant. Tali derivattiv mhuwiex separat mill-istrument ospitant minħabba li l-IAS 21 L-Effetti ta' Tibdiliet fir-Rati tal-Kambju jeħtieġ li l-profitti u t-telf ibbażati fuq munita barranija fuq effetti monetarji jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf.

(d)

Derivattiv inkorporat ibbażat fuq munita barranija f'kuntratt ospitant li jkun kuntratt ta' assigurazzjoni jew strument mhux finanzjarju (bħal kuntratt għax-xiri jew bejgħ ta' effett mhux finanzjarju fejn il-prezz ikun denominat f'munita barranija) huwa relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitant bil-kundizzjoni li ma jkunx ingranat, ma jkunx fih karatteristika ta' opzjoni, u jeħtieġ pagamenti denominati f'waħda mill-muniti li ġejjin:

(i)

il-munita funzjonali ta' kwalunkwe parti sostanzjali għal dak il-kuntratt;

(ii)

il-munita li fiha l-prezz tal-prodott jew is-servizz relatat li jiġu akkwiżiti jew konsenjati jiġi denominat regolarment fi tranżazzjonijiet kummerċjali madwar id-dinja (bħad-dollaru Amerikan għat-tranżazzjonijiet fiż-żejt mhux maħdum); jew

(iii)

munita li tintuża regolarment f'kuntratti għax-xiri jew bejgħ ta' effetti mhux finanzjarji fl-ambjent ekonomiku li fih issir it-tranżazzjoni (eż. munita relattivament stabbli u likwida li tintuża regolarment fi tranżazzjonijiet ta' negozju lokali jew fil-kummerċ barrani).

(e)

Opzjoni ta' prepagament inkorporata fi strip tal-imgħax biss jew fi strip tas-somma kapitali biss hija relatata mill-qrib mal-kuntratt ospitant bil-kundizzjoni li l-kuntratt ospitant (i) inizjalment ikun irriżulta mis-separazzjoni tad-dritt għar-riċeviment ta' flussi ta' flus kuntrattwali ta' strument finanzjarju li, fih innifsu, ma kienx fih derivattiv inkorporat, u (ii) ma jinkludix termini mhux preżenti fil-kuntratt ta' dejn ospitant oriġinali.

(f)

Derivattiv inkorporat f'kuntratt ta' lokazzjoni ospitant ikun relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitant jekk id-derivattiv inkorporat ikun (i) indiċi relatat mal-inflazzjoni bħal indiċi tal-pagamenti tal-lokazzjoni ma' indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (bil-kundizzjoni li l-lokazzjoni ma tkunx ingranata u l-indiċi jirrigwarda l-inflazzjoni fl-ambjent ekonomiku proprju tal-entità), (ii) kirjiet kontinġenti bbażati fuq bejgħ relatat jew (iii) kirjiet kontinġenti bbażati fuq rati tal-imgħax varjabbli.

(g)

Karatteristika li tikkollega l-unitajiet inkorporata fi strument finanzjarju ospitant jew f'kuntratt ta' assigurazzjoni ospitant, tkun relatata mill-qrib mal-istrument ospitant jew mal-kuntratt ospitant jekk il-pagamenti denominati fl-unità jiġu mkejla f'valuri kurrenti tal-unità li jirriflettu l-valuri ġusti tal-assi tal-fond. Karatteristika li tikkollega l-unitajiet hija terminu kuntrattwali li jeħtieġ pagamenti denominati f'unitajiet ta' fond tal-investiment intern jew estern.

(h)

Derivattiv inkorporat f'kuntratt ta' assigurazzjoni jkun relatat mill-qrib mal-kuntratt ta' assigurazzjoni ospitant jekk id-derivattiv inkorporat u l-kuntratt ta' assigurazzjoni ospitant ikunu tant interdipendenti li entità ma tkunx tista' tkejjel id-derivattiv inkorporat separatament (jiġifieri mingħajr ma jitqies il-kuntratt ospitant).

Strumenti li fihom derivattivi inkorporati

B4.3.9

Kif innotat fil-paragrafu B4.3.1, meta entità ssir parti f'kuntratt ibridu ma' ospitant li ma jkunx assi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard u b'derivattiv inkorporat wieħed jew aktar, il-paragrafu 4.3.3 jitlob li l-entità tidentifika kwalunkwe derivattiv inkorporat minn dawn, tivvaluta jekk ikunx meħtieġ li jiġi separat mill-kuntratt ospitant u, għal dawk li jkunu meħtieġa li jiġu separati, tkejjel id-derivattivi b'valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u wara. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu aktar kumplessi, jew iwasslu għal miżuri anqas affidabbli, mill-kejl tal-istrument intier b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Għal din ir-raġuni, dan l-Istandard jippermetti li l-kuntratt ibridu sħiħ jiġi speċifikat bħala b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

B4.3.10

Tali speċifikazzjoni tista' tintuża kemm jekk il-paragrafu 4.3.3 jitlob li d-derivattivi inkorporati jiġu separati mill-kuntratt ospitant kif ukoll jekk jipprojbixxi tali separazzjoni. Madankollu, il-paragrafu 4.3.5 ma jiġġustifikax l-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt ibridu bħala b'valur ġust pemezz ta' profitt jew telf fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3.5(a) u (b) minħabba li dan ma jnaqqasx il-kumplessità jew iżid l-affidabbiltà.

Rivalutazzjoni ta' derivattivi inkorporati

B4.3.11

Skont il-paragrafu 4.3.3, entità għandha tivvaluta jekk derivattiv inkorporat ikunx meħtieġ li jiġi separat mill-kuntratt ospitant u jitniżżel bħala derivattiv meta l-entità ssir l-ewwel darba parti fil-kuntratt. Valutazzjoni mill-ġdid sussegwenti hi pprojbita sakemm ma jkunx hemm bidla fit-termini tal-kuntratt li timmodifika b'mod sinifikanti l-flussi tal-flus li altrimenti jkunu meħtieġa bil-kuntratt, f'liema każ tkun meħtieġa valutazzjoni mill-ġdid. Entità tiddetermina jekk modifika fil-flussi tal-flus tkunx sinifikanti billi tikkunsidra l-punt sa fejn il-flussi tal-flus futuri mistennija assoċjati mad-derivattiv inkorporat, il-kuntratt ospitant jew it-tnejn li huma jkunu nbidlu, u jekk il-bidla tkunx sinifikanti skont il-flussi tal-flus mistennija qabel fil-kuntratt.

B4.3.12

Il-paragrafu B4.3.11 ma japplikax għal derivattivi inkorporati f'kuntratti akkwiżiti fi:

(a)

kombinament ta' negozji (kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji);

(b)

kombinament ta' entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni kif deskritt fil-paragrafi B1–B4 tal-IFRS 3; jew

(c)

il-formazzjoni ta' impriża konġunta kif definita fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti

jew ir-rivalutazzjoni possibbli tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. (3)

Riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarji (Taqsima 4.4)

Riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarji

B4.4.1

Il-paragrafu 4.4.1 jitlob li entità tikklassifika mill-ġdid l-assi finanzjarji jekk l-entità tibdel il-mudell kummerċjali tagħha biex timmaniġġja dawk l-assi finanzjarji. Bidliet bħal dawn huma mistennija li jkunu rari ħafna. Tali bidliet jiġu determinati mill-maniġment superjuri tal-entità b'riżultat ta' bidliet esterni jew interni u jridu jkunu sinifikanti għall-operazzjonijiet tal-entità u dimostrabbli għal partijiet esterni. Għalhekk, bidla fil-mudell kummerċjali ta' entità sseħħ biss meta entità tibda jew tieqaf twettaq attività li tkun sinifikanti għall-operazzjonijiet tagħha; pereżempju, meta l-entità tkun akkwistat, iddisponiet minn jew itterminat linja operazzjonali. Eżempji ta' bidla fil-mudell kummerċjali jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

Entità jkollha portafoll ta' selfiet kummerċjali li hija żżomm biex tbigħ fuq terminu qasir. L-entità takkwiżixxi kumpanija li timmaniġġja s-selfiet kummerċjali u għandha mudell kummerċjali li żżomm is-selfiet biex tiġbor il-flussi tal-flus kuntrattwali. Il-portafoll ta' selfiet kummerċjali m'għadux għall-bejgħ, u l-portafoll issa huwa mmaniġġjat flimkien mas-selfiet kummerċjali akkwiżiti u kollha jinżammu sabiex jinġabru l-flussi ta' flus kuntrattwali.

(b)

Ditta ta' servizzi finanzjarji tiddeċiedi li tagħlaq in-negozju ipotekarju għall-konsumatur. Dak in-negozju m'għadux jaċċetta negozju ġdid u d-ditta ta' servizzi finanzjarji qiegħda tikkummerċjalizza attivament il-portafoll tas-self ipotekarju tagħha għall-bejgħ.

B4.4.2

Bidla fl-objettiv tal-mudell kummerċjali tal-entità trid tiġi effettwata qabel id-data tar-riklassifikazzjoni. Pereżempju, jekk ditta ta' servizzi finanzjarji fil-15 ta' Frar tiddeċiedi li tagħlaq in-negozju ipotekarju tagħha għall-konsumatur u b'hekk trid terġa' tikklassifika l-assi finanzjarji affettwati kollha fl-1 ta' April (jiġifieri l-ewwel jum tal-perjodu ta' rappurtar li jmiss tal-entità), l-entità ma tridx taċċetta negozju ipotekarju ġdid għall-konsumatur jew inkella tinvolvi ruħha f'attivitajiet konsistenti mal-mudell kummerċjali preċedenti tagħha wara l-15 ta' Frar.

B4.4.3

Dawn li ġejjin mhumiex bidliet fil-mudell kummerċjali:

(a)

bidla fl-intenzjoni relatata ma' assi finanzjarji partikolari (anki f'ċirkustanzi ta' bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq).

(b)

l-għajbien temporanju ta' suq partikolari għall-assi finanzjarji.

(c)

trasferiment ta' assi finanzjarji bejn partijiet tal-entità b'mudelli kummerċjali differenti.

KEJL (KAPITOLU 5)

Kejl inizjali (Taqsima 5.1)

B5.1.1

Il-valur ġust ta' strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment huwa l-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara wkoll il-paragrafu B5.1.2 A u IFRS 13). Madankollu, jekk parti mill-korrispettiv mogħti tkun għal xi ħaġa oħra għajr l-istrument finanzjarju, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju. Pereżempju, il-valur ġust ta' self fit-tul jew riċevibbli li ma jġorr l-ebda imgħax jista' jitkejjel bħala l-valur preżenti tal-irċevuti ta' flus futuri kollha skontati permezz tar-rata/i tal-imgħax tas-suq prevalenti għal strument simili (simili fir-rigward tal-munita, it-terminu, it-tip ta' rata tal-imgħax u fatturi oħrajn) bi klassifikazzjoni ta' kreditu simili. Kull ammont addizzjonali misluf ikun spiża jew tnaqqis fl-introjtu sakemm ma jikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala tip ieħor ta' assi.

B5.1.2

Jekk entità toriġina selfa li jkollha rata tal-imgħax mhux tas-suq (eż 5 fil-mija meta r-rata tas-suq għal selfiet simili tkun 8 fil-mija), u tirċievi tariffa bil-quddiem bħala kumpens, l-entità tirrikonoxxi s-selfa fil-valur ġust tagħha, jiġifieri netta mit-tariffa li tirċievi.

B5.1.2 A

L-aħjar evidenza tal-valur ġust ta' strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment hija l-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara wkoll l-IFRS 13). Jekk entità tistabbilixxi li l-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5.1.1 A, l-entità għandha tirrapporta dak l-istrument f'dik id-data kif ġej:

(a)

fil-kejl mitlub mill-paragrafu 5.1.1 jekk dak il-valur ġust ikun ippruvat bi prezz ikkwotat f'suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identiċi (jiġifieri input fil-Livell 1) jew ibbażat fuq teknika ta' valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli. Entità għandha tirrikonoxxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni bħala qligħ jew telf.

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, fil-kejl mitlub mill-paragrafu 5.1.1, aġġustat biex tiġi differita d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni. Wara r-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tirrikonoxxi dik id-differenza differita bħala qligħ jew telf biss sa fejn din tirriżulta minn bidla f'fattur (inkluż iż-żmien) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni.

Kejl sussegwenti (Taqsimiet 5.2 u 5.3)

B5.2.1

Jekk strument finanzjarju li qabel kien rikonoxxut bħala assi finanzjarju jiġi mkejjel b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf u l-valur ġust tiegħu jonqos għal anqas minn żero, din tkun obbligazzjoni finanzjarja mkejla skont il-paragrafu 4.2.1. Madankollu, kuntratti ibridi b'ospitanti li jkunu assi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard, dejjem jitkejlu skont il-paragrafu 4.3.2.

B5.2.2

L-eżempju li ġej juri l-kontabbiltà għall-kostijiet tat-tranżazzjoni fil-kejl inizjali u suċċessiv ta' assi finanzjarju mkejjel b'valur ġust b'bidliet permezz ta' dħul komprensiv ieħor skont il-paragrafu 5.7.5 jew 4.1.2 A. Entità takkwista assi finanzjarju għal CU100 flimkien ma' kummissjoni fuq ix-xiri ta' CU2. Fil-bidu, l-entità tirrikonoxxi l-assi f'CU102. Il-perjodu tar-rapportar jintemm jum wara, meta l-prezz tas-suq ikkwotat tal-assi jkun CU100. Li kieku l-assi kellu jinbiegħ, ikollha titħallas kummissjoni ta' CU3. F'dik id-data, l-entità tkejjel l-assi f'CU100 (mingħajr ma tqis il-kummissjoni possibbli mal-bejgħ) u tirrikonoxxi telf ta' CU2 f'intojtu komprensiv ieħor. Jekk l-assi finanzjarju jiġi mkejjel b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor skont il-paragrafu 4.1.2 A, il-kostijiet tat-tranżazzjoni jiġu amortizzati għall-profitt jew it-telf bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv.

B5.2.2 A

Il-kejl sussegwenti ta' assi finanzjarju jew ta' obbligazzjoni finanzjarja u r-rikonoxximent sussegwenti tal-profitt u t-telf deskritt fil-paragrafu B5.1.2 A għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan l-Istandard.

Investimenti fi strumenti azzjonarji u kuntratti fuq dawk l-investimenti

B5.2.3

L-investimenti kollha fi strumenti azzjonarji u l-kuntratti fuq dawk l-istrumenti jridu jiġu mkejla b'valur ġust. Madankollu, f'ċirkustanzi limitati, il-kost jista' jkun stima xierqa tal-valur ġust. Dan jista' jkun il-każ jekk ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni jew informazzjoni reċenti disponibbli għall-kejl tal-valur ġust, jew jekk ikun hemm medda wiesgħa ta' kejl possibbli tal-valur ġust u l-kost jirrappreżenta l-aħjar stima tal-valur ġust f'dik il-medda.

B5.2.4

L-indikaturi li l-kost jista' ma jkunx rappreżentattiv tal-valur ġust jinkludu:

(a)

bidla sinifikanti fil-prestazzjoni tad-destinatarja ta' investiment meta mqabbel mal-baġits, il-pjanijiet jew il-miri.

(b)

bidliet fl-istennija li l-miri tekniċi tal-prodott tad-destinatarja ta' investiment se jintlaħqu.

(c)

bidla sinifikanti fis-suq għall-ekwità tad-destinatarja ta' investiment jew il-prodotti jew il-prodotti potenzjali tagħha.

(d)

bidla sinifikanti fl-ekonomija globali jew fl-ambjent ekonomiku li fih topera d-destinatarja ta' investiment.

(e)

bidla sinifikanti fil-prestazzjoni ta' entitajiet komparabbli, jew fil-valwazzjonijiet implikati mis-suq globali.

(f)

kwistjonijiet interni tad-destinatarja ta' investiment bħal frodi, tilwimiet industrijali, tilwim legali, bidliet fil-maniġment jew fl-istrateġija.

(g)

evidenza minn tranżazzjonijiet esterni fl-ekwità tad-destinatarja ta' investiment, jew mid-destinatarja ta' investiment (bħall-ħruġ ġdid ta' ekwità), jew bit-trasferimenti ta' strumenti azzjonarji bejn partijiet terzi.

B5.2.5

Il-lista fil-paragrafu B5.2.4 mhijiex eżawrjenti. Entità għandha tuża l-informazzjoni kollha dwar il-prestazzjoni u l-operazzjonijiet tad-destinatarja ta' investiment li ssir disponibbli wara d-data tar-rikonoxximent inizjali. Sa fejn jeżistu fatturi rilevanti bħal dawn, dawn jistgħu jindikaw li l-kost jista' ma jirrappreżentax il-valur ġust. F'każijiet bħal dawn, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust.

B5.2.6

Il-kost qatt mhuwa l-aħjar stima tal-valur ġust għall-investimenti fi strumenti azzjonarji kkwotati (jew kuntratti fuq strumenti azzjonarji kkwotati).

Kejl tal-kost amortizzat (Taqsima 5.4)

Metodu tal-imgħax effettiv

B5.4.1

Billi tuża l-metodu tal-imgħax effettiv, entità tidentifika t-tariffi li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta' strument finanzjarju. Id-deskrizzjoni tat-tariffi għas-servizzi finanzjarji tista' ma tkunx indikattiva tan-natura u s-sustanza tas-servizzi pprovduti. It-tariffi li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta' strument finanzjarju jiġu ttrattati bħala aġġustament fir-rata effettiva tal-imgħax, sakemm l-istrument finanzjarju ma jiġix imkejjel fil-valur ġust, bil-bidla fil-valur ġust tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. F'dawn il-każijiet, it-tariffi jiġu rikonoxxuti bħala dħul jew nefqa meta l-istrument jiġi rikonoxxut inizjalment.

B5.4.2

It-tariffi li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta' strument finanzjarju jinkludu:

(a)

it-tariffi tal-oriġini riċevuti mill-entità b'rabta mal-ħolqien jew l-akkwiżizzjoni ta' assi finanzarju. Tali tariffi jistgħu jinkludu l-kumpens għal attivitajiet bħall-evalwazzjoni tal-kundizzjoni finanzjarja tal-mutwatarju, l-evalwazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' garanziji, kollateral jew arranġamenti oħra ta' sigurtà, in-negozjar tat-termini tal-istrument, il-preparazzjoni u l-ipproċessar tad-dokumenti u l-għeluq tat-tranżazzjoni. Dawn it-tariffi huma parti integrali mill-ġenerazzjoni ta' involviment fl-istrument finanzjarju li jirriżulta.

(b)

tariffi ta' impenn riċevuti mill-entità sabiex toriġina selfa meta l-impenn ta' self ma jitkejjilx skont il-paragrafu 4.2.1(a) u jkun probabbli li l-entità se tidħol f'arranġament ta' għoti ta' self speċifiku. Dawn it-tariffi huma kkunsidrati bħala kumpens għal involviment kontinwu fl-akkwiżizzjoni ta' strument finanzjarju. Jekk l-impenn jiskadi mingħajr ma l-entità tagħmel is-selfa, it-tariffa tiġi rikonoxxuta bħala dħul mal-iskadenza.

(c)

tariffi tal-oriġini mħallsa mal-ħruġ ta' obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla b'kost amortizzat. Dawn it-tariffi huma parti integrali mill-ġenerazzjoni ta' involviment f'obbligazzjoni finanzjarja. Entità tiddistingwi t-tariffi u l-kostijiet li jkunu parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax għall-obbligazzjoni finanzjarja mit-tariffi tal-oriġini u l-kostijiet tat-tranżazzjoni li jirrigwardaw id-dritt għall-għoti ta' servizzi, bħas-servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji.

B5.4.3

Tariffi li mhumiex parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta' strument finanzjarju u li huma mniżżla skont l-IFRS 15 jinkludu:

(a)

tariffi ċċarġjati għas-servizzjar ta' selfa;

(b)

tariffi ta' impenn sabiex tiġi oriġinata selfa meta l-impenn ta' self ma jitkejjilx skont il-paragrafu 4.2.1(a) u ma jkunx probabbli arranġament ta' għoti ta' selfa speċifiku; u

(c)

tariffi għas-sindikazzjoni tas-selfa riċevuti minn entità li tirranġa selfa u ma żżomm l-ebda parti tal-pakkett tas-selfa għaliha nnifisha (jew iżżomm parti bl-istess rata effettiva tal-imgħax għar-riskju komparabbli bħal parteċipanti oħra).

B5.4.4

Meta tapplika l-metodu tal-imgħax effettiv, entità ġeneralment tamortizza kwalunkwe tariffa, punti mħallsa jew riċevuti, kostijiet tat-tranżazzjoni u primjums jew skontijiet oħra li jiġu inklużi fil-kalkolu tar-rata effettiva tal-imgħax matul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju. Madankollu, jintuża perijodu iqsar jekk dan ikun il-perijodu li għalih għandhom x'jaqsmu d-drittijiet, punti mħallsa jew irċevuti, kostijiet tat-tranżazzjoni, primjums jew skontijiet. Dan se jkun il-każ meta l-varjabbli li miegħu għandhom x'jaqsmu t-tariffi, il-punti mħallsa jew riċevuti, il-kostijiet tat-tranżazzjoni, il-primjums jew l-iskontijiet, jiġi rivedut skont ir-rati tas-suq qabel il-maturità mistennija tal-istrument finanzjarju. F'każ bħal dan, il-perijodu ta' amortizzament adattat hu l-perijodu sad-data ta' reviżjoni li jmiss. Pereżempju, jekk primjum jew skont fuq strument finanzjarju b'rata varjabbli jirrifletti l-imgħax dovut fuq dak l-istrument finanzjarju minn mindu tħallas l-aħħar l-imgħax, jew il-bidliet fir-rati tas-suq minn mindu r-rata tal-imgħax varjabbli tkun reġgħet ġiet issettjata għar-rati tas-suq, dan jiġi amortizzat għad-data li jmiss meta l-imgħax varjabbli jiġi risettjat għar-rati tas-suq. Dan minħabba li l-primjum jew l-iskont jirrigwarda l-perjodu sad-data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss billi, f'dik id-data, il-varjabbli li jirrigwarda l-primjum jew l-iskont (jiġifieri r-rati tal-imgħax) jiġi risettjat għar-rati tas-suq. Jekk, madankollu, il-primjum jew l-iskont jirriżulta minn bidla fil-kreditu mifruxa fuq ir-rata varjabbli speċifikata fl-istrument finanzjarju, jew varjabbli oħra li ma jiġux risettjati għar-rati tas-suq, dan jiġi amortizzat fuq il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju.

B5.4.5

Għal assi finanzjarji b'rati varjabbli u obbligazzjonijiet finanzjarji b'rati varjabbli, stima mill-ġdid perjodika tal-flussi tal-flus biex tirrifletti l-movimenti fir-rati tas-suq tal-imgħax, tbiddel ir-rata effettiva tal-imgħax. Jekk assi finanzjarju b'rata varjabbli jew obbligazzjoni finanzjarja b'rata varjabbli fil-bidu jiġi rikonoxxut f'ammont ugwali għas-somma kapitali riċevibbli jew pagabbli fil-maturità, l-istima mill-ġdid tal-pagamenti tal-imgħax futuri normalment ma jkollha l-ebda effett fuq l-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni.

B5.4.6

Jekk entità tirrevedi l-estimi tagħha tal-pagamenti jew tad-dħul (esklużi l-modifiki skont il-paragrafu 5.4.3 u l-bidliet fl-estimi tat-telf mistenni ta' kreditu), hija għandha taġġusta l-ammont gross riportat tal-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ta' obbligazzjoni finanzjarja (jew grupp ta' strumenti finanzjarji) biex tirrifletti l-flussi tal-fluss kuntrattwali attwali u riveduti. L-entità terġa' tikkalkula l-ammont gross riportat tal-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat tal-obbligazzjoni finanzjarja bħala l-valur preżenti tal-flussi tal-flus kuntrattwali futuri stmati li jiġi skontati bir-rata effettiva oriġinali tal-imgħax tal-istrument finanzjarju (jew ir-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu mixtrija jew oriġinati) jew, meta jkun applikabbli, ir-rata effettiva riveduta tal-imgħax ikkalkulata skont il-paragrafu 6.5.10. L-aġġustament jiġi rikonoxxut fil-kont tal-qligħ jew telf bħala dħul jew nefqa.

B5.4.7

F'xi każijiet, assi finanzjarju jitqies li għandu indeboliment fil-kreditu fir-rikonoxximent inizjali minħabba li r-riskju ta' kreditu jkun għoli ħafna, u fil-każ ta' xiri huwa jiġi akkwistat bi skont kbir. Entità hija meħtieġa li tinkludi t-telf ta' kreditu inizjali mistenni fil-flussi tal-flus stmati meta tkun qiegħda tikkalkula r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għal assi finanzjarji li jkunu kkunsidrati li huma mixtrija jew oriġinati b'indeboliment fil-kreditu fir-rikonoxximent inizjali. Madankollu, dan ma jfissirx li rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għandha tiġi applikata biss minħabba li l-assi finanzjarju jkollu riskju ta' kreditu għoli fir-rikonoxximent inizjali.

Kostijiet tat-tranżazzjoni

B5.4.8

Il-kostijiet tat-tranżazzjoni jinkludu t-tariffi u l-kummissjoni mħallsa lill-aġenti (inklużi impjegati li jaġixxu bħala aġenti tal-bejgħ), konsulenti, sensara u negozjanti, l-imposti mill-aġenziji regolatorji u l-kambji ta' titoli, u t-taxxi u d-dazji fuq it-trasferimenti. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jinkludux primjums jew skontijiet ta' djun, il-kostijiet ta' finanzjament jew il-kostijiet tal-amministrazzjoni jew ta' investiment interni.

Tħassir

B5.4.9

It-tħassir jista' jirrigwarda assi finanzjarju fl-intier tiegħu jew parti minnu. Pereżempju, entità tippjana li tinforza l-kollateral fuq assi finanzjarju u tistenna li ma tirkuprax aktar minn 30 fil-mija tal-assi finanzjarju mill-kollateral. Jekk l-entità ma jkollha l-ebda prospett raġonevoli li tirkupra xi flussi ta' flus ulterjuri mill-assi finanzjarju, hija għandha tħassar is-70 fil-mija li jifdal tal-assi finanzjarju.

Indeboliment (Taqsima 5.5)

Bażi ta' valutazzjoni kollettiva u individwali

B5.5.1

Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' rikonoxximent tat-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali, jista' jkun neċessarju li l-valutazzjoni ta' żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu ssir fuq bażi kollettiva billi tiġi kkunsidrata informazzjoni li tindika żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu, pereżempju fuq grupp jew sottogrupp ta' strumenti finanzjarji. Dan sabiex ikun assigurat li entità tilħaq l-objettiv li tirrikonoxxi t-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja meta jkun hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu, anki jekk l-evidenza ta' tali żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu fuq livell tal-istrument individwali tkun għadha mhix disponibbli.

B5.5.2

It-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ġeneralment huwa mistenni li jiġi rikonoxxut qabel ma strument finanzjarju jiskadi. Ġeneralment, ir-riskju ta' kreditu jiżdied b'mod sinifikanti qabel ma strument finanzjarju jiskadi jew jiġu osservati fatturi tardivi oħra speċifiċi għall-mutwatarju (pereżempju, modifika jew ristrutturar). Għalhekk meta informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli li tkun tħares aktar 'il quddiem mill-informazzjoni skaduta tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi, din trid tintuża biex jiġu vvalutati l-bidliet fir-riskju ta' kreditu.

B5.5.3

Madankollu, skont in-natura tal-istrumenti finanzjarji u l-informazzjoni dwar ir-riskju ta' kreditu disponibbli għal gruppi partikolari ta' strumenti finanzjarji, entità tista' ma tkunx kapaċi tidentifika bidliet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu għal strumenti finanzjarji individwali qabel ma jiskadi l-istrument finanzjarju. Dan jista' jkun il-każ għal strumenti finanzjarji bħal selfiet għall-konsumatur li għalihom ikun hemm ftit jew l-ebda informazzjoni aġġornata dwar ir-riskju ta' kreditu li tinkiseb u tiġi mmonitorjata b'mod regolari dwar strument individwali sakemm klijent jikser it-termini kuntrattwali. Jekk il-bidliet fir-riskju ta' kreditu għal strumenti finanzjarji individwali ma jinqabdux qabel ma jiskadu, provvediment għat-telf ibbażat biss fuq informazzjoni dwar il-kreditu fuq livell tal-istrument finanzjarju individwali ma jirrappreżentax fedelment il-bidliet fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.4

F'xi ċirkustanzi, entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi biex tkejjel it-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja fuq bażi tal-istrument individwali. F'dak il-każ, it-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għandu jiġi rikonoxxut fuq bażi kollettiva li tqis informazzjoni komprensiva dwar ir-riskju ta' kreditu. Din l-informazzjoni komprensiva dwar ir-riskju ta' kreditu trid tinkorpora mhux biss l-informazzjoni skaduta iżda wkoll l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kreditu, inkluża informazzjoni makroekonomika ta' natura prospettiva, sabiex jiġi approssimat ir-riżultat tar-rikonoxximent tat-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja meta jkun hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali fuq livell tal-istrument individwali.

B5.5.5

Sabiex tiddetermina ż-żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu u tirrikonoxxi provvediment għat-telf fuq bażi kollettiva, entità tista' tiġbor flimkien l-istrumenti finanzjarji abbażi ta' karatteristiċi kondiviżi ta' riskju ta' kreditu bil-għan li tiffaċilita analiżi li tkun imfassla sabiex tippermetti li żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu jiġu identifikati fil-ħin. L-entità m'għandhiex toskura din l-informazzjoni billi tiġbor flimkien strumenti finanzjarji b'karatteristiċi ta' riskju differenti. L-eżempji ta' karatteristiċi kondiviżi tar-riskju ta' kreditu jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

it-tip ta' strument;

(b)

il-klassifikazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu;

(c)

it-tip ta' kollateral;

(d)

id-data tar-rikonoxximent inizjali;

(e)

it-terminu li jifdal sal-maturità;

(f)

l-industrija;

(g)

il-pożizzjoni ġeografika tal-mutwatarju; u

(h)

il-valur tal-kollateral meta mqabbel mal-assi finanzjarju jekk dan ikollu impatt fuq il-probabbiltà ta' inadempjenza (pereżempju, non-recourse loans f'xi ġurisdizzjonijiet jew il-proporzjonijiet tas-selfa għall-valur).

B5.5.6

Il-paragrafu 5.5.4 jitlob li t-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja jiġi rikonoxxut fuq l-istrumenti finanzjarji kollha li għalihom kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, jekk entità ma tkunx kapaċi tiġbor flimkien l-istrumenti finanzjarji li r-riskju ta' kreditu tagħhom ikun meqjus li żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali abbażi ta' karatteristiċi kondiviżi tar-riskju ta' kreditu, l-entità għandha tirrikonoxxi t-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja fuq porzjon tal-assi finanzjarji li r-riskju ta' kreditu tagħhom ikun meqjus li żdied b'mod sinifikanti. L-aggregazzjoni tal-istrumenti finanzjarji sabiex jiġi vvalutat jekk hemmx bidliet fir-riskju ta' kreditu fuq bażi kollettiva tista' tinbidel maż-żmien hekk kif issir disponibbli informazzjoni ġdida dwar gruppi ta' strumenti finanzjarji, jew strumenti finanzjarji individwali.

Twaqqit tar-rikonoxximent tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja

B5.5.7

Il-valutazzjoni ta' jekk it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja għandux jiġi rikonoxxut hija bbażata fuq iż-żidiet sinifikanti fil-probabbiltà jew fir-riskju ta' inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali (irrispettivament minn jekk strument finanzjarju jkunx ġie rivedut biex jirrifletti żieda fir-riskju ta' kreditu) minflok fuq evidenza ta' assi finanzjarju li jkollu indeboliment fil-kreditu fid-data tar-rappurtar jew li sseħħ inadempjenza proprja. Ġeneralment, se jkun hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu qabel ma assi finanzarju jġarrab indeboliment fil-kreditu jew isseħħ inadempjenza proprja.

B5.5.8

Għall-impenji ta' self, entità tikkunsidra l-bidliet fir-riskju ta' inadempjenza fuq is-selfa li dwarha jkun hemm impenn ta' self. Għall-kuntratti ta' garanzija finanzjarja, entità tikkunsidra l-bidliet fir-riskju li d-debitur speċifikat isir inadempjenti fuq il-kuntratt.

B5.5.9

Il-portata ta' bidla fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali tiddependi fuq ir-riskju li sseħħ inadempjenza bħal fir-rikonoxximent inizjali. Għalhekk, bidla partikolari, f'termini assoluti, fir-riskju ta' inadempjenza se tkun aktar sinifikanti għal strument finanzjarju b'riskju inizjali aktar baxx ta' inadempjenza meta mqabbel ma' strument finanzjarju li jkollu riskju inizjali ogħla ta' inadempjenza.

B5.5.10

Ir-riskju ta' inadempjenza fuq strumenti finanzjarji li jkollhom riskju ta' kreditu komparabbli jkun ogħla itwal ma tkun il-ħajja mistennija tal-istrument; pereżempju, ir-riskju ta' inadempjenza fuq bond bi klassifikazzjoni ta' AAA b'ħajja mistennija ta' 10 snin huwa ogħla minn dak fuq bond bi klassifikazzjoni ta' AAA li jkollu ħajja mistennija ta' ħames snin.

B5.5.11

Minħabba r-relazzjoni bejn il-ħajja mistennija u r-riskju ta' inadempjenza, il-bidla fir-riskju ta' kreditu ma tistax tiġi vvalutata sempliċement bit-tqabbil tal-bidla fir-riskju assolut ta' inadempjenza maż-żmien. Pereżempju, jekk ir-riskju ta' inadempjenza għal strument finanzjarju b'ħajja mistennija ta' 10 snin fir-rikonoxximent inizjali jkun l-istess bħar-riskju ta' inadempjenza fuq dak l-istrument finanzjarju meta l-ħajja mistennija tiegħu f'perjodu suċċessiv tkun biss ta' ħames snin, dak jista' jindika żieda fir-riskju ta' kreditu. Dan minħabba li r-riskju ta' inadempjenza matul il-ħajja mistennija ġeneralment jonqos mal-mogħdija taż-żmien jekk ir-riskju ta' kreditu ma jinbidilx u l-istrument finanzjarju jkun eqreb għall-maturità. Madankollu, għal strumenti finanzjarji li jkollhom biss obbbligi ta' pagament sinifikanti qrib il-maturità tal-istrument finanzjarju, ir-riskju ta' inadempjenza mhux bilfors jonqos mal-mogħdija taż-żmien. F'każ bħal dan, entità għandha tikkunsidra wkoll fatturi kwalitattivi oħra li juru jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.12

Entità tista' tapplika diversi approċċi meta tivvaluta jekk ir-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali jew meta tkun qiegħda tkejjel it-telf mistenni ta' kreditu. Entità tista' tapplika approċċi differenti għal strumenti finanzjarji differenti. Approċċ li ma jinkludix probabbiltà espliċita ta' inadempjenza bħala input per se, bħal approċċ ibbażat fuq ir-rata ta' telf tal-kreditu, jista' jkun konsistenti mar-rekwiżiti f'dan l-Istandard, bil-kundizzjoni li entità tkun kapaċi tifred il-bidliet fir-riskju ta' inadempjenza mill-bidliet f'fatturi oħra ta' telf mistenni ta' kreditu, bħall-kollateral, u tqis dan li ġej meta tagħmel il-valutazzjoni:

(a)

il-bidla fir-riskju ta' inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali;

(b)

il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju; u

(c)

informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessiv li tista' taffettwa r-riskju ta' kreditu.

B5.5.13

Il-metodi użati sabiex jiġi determinat jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied b'mod sinifikanti fuq strument finanzjarju mir-rikonoxximent inizjali għandhom iqisu l-karatteristiċi tal-istrument finanzjarju (jew grupp ta' strumenti finanzjarji) u l-mudelli ta' inadempjenza fl-imgħoddi għal strumenti finanzjarji komparabbli. Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 5.5.9, għal strumenti finanzjarji li l-mudelli ta' inadempjenza tagħhom ma jkunux ikkonċentrati f'punt speċifiku matul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju, il-bidliet fir-riskju ta' inadempjenza matul it-12-il xahar ta' wara jistgħu jkunu approssimazzjoni raġonevoli tal-bidliet fir-riskju ta' inadempjenza matul il-ħajja. F'każijiet bħal dawn, entità tista' tuża l-bidliet fir-riskju ta' inadempjenza matul it-12-il xahar ta' wara sabiex tistabbilixxi jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jindikawx li tkun meħtieġa valutazzjoni tul il-ħajja.

B5.5.14

Madankollu, għal xi strumenti finanzjarji, jew f'xi ċirkustanzi, jista' ma jkunx xieraq li jintużaw il-bidliet fir-riskju ta' inadempjenza matul it-12-il xahar li jmiss sabiex jiġi determinat jekk it-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għandux jiġi rikonoxxut. Pereżempju, il-bidla fir-riskju ta' inadempjenza fit-12-il xahar li jmiss tista' ma tkunx bażi xierqa sabiex jiġi determinat jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied fuq strument finanzjarju b'maturità ta' aktar minn 12-il xahar meta:

(a)

l-istrument finanzjarju jkollu biss obbligi ta' pagament sinifikanti lil hinn mit-12-il xahar li jmiss;

(b)

iseħħu bidliet f'fatturi makroekonomiċi rilevanti jew f'fatturi oħra relatati mal-kreditu li ma jkunux riflessi adegwatament fir-riskju ta' inadempjenza fit-12-il xahar li jmiss; jew

(c)

il-bidliet f'fatturi relatati mal-kreditu jkollhom impatt biss fuq ir-riskju ta' kreditu tal-istrument finanzjarju (jew ikollhom effett iżjed evidenti) lil hinn minn 12-il xahar.

Stabbiliment ta' jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali

B5.5.15

Meta tkun qiegħda tiddetermina jekk ikunx meħtieġ ir-rikonoxximent tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi u li tista' taffettwa r-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju skont il-paragrafu 5.5.17(c). Entità m'għandhiex għalfejn tagħmel tfittxija eżawrjenti għall-informazzjoni meta tkun qiegħda tiddetermina jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.16

L-analiżi tar-riskju ta' kreditu hija analiżi ta' diversi fatturi u ħolistika; jekk fattur speċifiku jkunx rilevanti, u l-ponderazzjoni tiegħu meta mqabbel ma' fatturi oħra, se jiddependu fuq it-tip ta' prodott, il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji u l-mutwatarju kif ukoll ir-reġjun ġeografiku. Entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi u li tkun rilevanti għall-istrument finanzjarju partikolari li jkun qed jiġi vvalutat. Madankollu, xi fatturi jew indikaturi jistgħu ma jkunux identifikabbli fuq livell tal-istrument finanzjarju individwali. F'każ bħal dan, il-fatturi jew l-indikaturi għandhom jiġu vvalutati għal portafolji xierqa, gruppi ta' portafolji jew porzjonijiet ta' portafoll ta' strumenti finanzjarji sabiex jiġi determinat jekk ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.5.3 għar-rikonoxximent tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja jkunx intlaħaq.

B5.5.17

Il-lista ta' informazzjoni mhux eżawrjenti li ġejja tista' tkun rilevanti fil-valutazzjoni ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu:

(a)

bidliet sinifikanti fl-indikaturi interni tal-prezzijiet tar-riskju ta' kreditu b'riżultat ta' bidla fir-riskju ta' kreditu mill-bidu, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għall-firxa tal-kreditu li tirriżulta f'każ li strument finanzjarju partikolari jew strument finanzjarju simili bl-istess termini u l-istess kontroparti ikun oriġina jew inħareġ ġdid fid-data tar-rapportar.

(b)

bidliet oħra fir-rati jew fit-termini ta' strument finanzjarju eżistenti li jkunu konsiderevolment differenti kieku l-istrument kellu joriġina jew jinħareġ ġdid fid-data tar-rapportar (bħal ftehimiet aktar stretti, żieda fl-ammonti ta' kollateral jew tal-garanziji, jew kopertura ta' introjtu akbar) minħabba l-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-istrument finanzjarju mir-rikonoxximent inizjali.

(c)

bidliet sinifikanti fl-indikaturi tas-suq esterni tar-riskju ta' kreditu għal strument finanzjarju partikolari jew strumenti finanzjarji simili bl-istess ħajja mistennija. Il-bidliet fl-indikaturi tas-suq tar-riskju ta' kreditu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i)

il-firxa tal-kreditu;

(ii)

il-prezzijiet tal-iswap ta' inadempjenza tal-kreditu għall-mutwatarju;

(iii)

it-tul ta' żmien jew il-punt sa fejn il-valur ġust ta' assi finanzjarju kien anqas mill-kost amortizzat tiegħu; u

(iv)

informazzjoni oħra tas-suq relatata mal-mutwatarju, bħal bidliet fil-prezz tal-istrumenti ta' dejn u azzjonarji ta' mutwatarju.

(d)

bidla sinifikanti attwali jew mistennija fil-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna tal-istrument finanzjarju.

(e)

tnaqqis attwali jew mistenni fil-klassifikazzjoni interna tal-kreditu għall-mutwatarju jew tnaqqis fl-evalwazzjoni tal-imġiba użat għall-valutazzjoni interna tar-riskju ta' kreditu. Il-klassifikazzjonijiet interni tal-kreditu u l-evalwazzjoni interna tal-imġiba jkunu iżjed affidabbli meta jkunu mmappjati ma' klassifikazzjonijiet esterni jew appoġġati bi studji dwar l-inadempjenza.

(f)

bidliet avversi eżistenti jew imbassra fil-kundizzjonijiet tan-negozju, finanzjarji jew ekonomiċi li jkunu mistennija li jikkawżaw bidla sinifikanti fl-abilità tal-mutwatarju li jissodisfa l-obbligi tad-dejn tiegħu, bħal żieda attwali jew mistennija fir-rati tal-imgħax jew żieda sinifikanti attwali jew mistennija fir-rati tal-qgħad.

(g)

bidla sinifikanti attwali jew mistennija fl-introjtu operatorju tal-mutwatarju. L-eżempji jinkludu tnaqqis attwali jew mistenni fid-dħul jew fil-marġini, żieda fir-riskji operattivi, defiċjenzi fil-likwidità operatorja, tnaqqis fil-kwalità tal-assi, żieda fl-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċi, likwidità, problemi ta' ġestjoni jew bidliet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istruttura kummerċjali jew organizzattiva (bħat-twaqqif ta' segment tan-negozju) li jwassal għal bidla sinifikanti fil-ħila tal-mutwatarju li jissodisfa l-obbligi tad-dejn tiegħu.

(h)

żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu fuq strumenti finanzjarji oħra tal-istess mutwatarju.

(i)

bidla avversa sinifikanti attwali jew mistennija fl-ambjent regolatorju, ekonomiku jew teknoloġiku tal-mutwatarju li tirriżulta f'bidla sinifikanti fil-ħila tal-mutwatarju li jissodisfa l-obbligi tad-dejn tiegħu, bħal tnaqqis fid-domanda għall-prodott tal-bejgħ tal-mutwatarju minħabba bidla fit-teknoloġija.

(j)

bidliet sinifikanti fil-valur tal-kollateral li jappoġġa l-obbligu jew fil-kwalità tal-garanziji jew tat-titjib tal-kreditu ta' parti terza, li jkunu mistennija li jnaqqsu l-inċentiv ekonomiku tal-mutwatarju biex jagħmel il-pagamenti kuntrattwali skedati jew li jkollhom effett fuq il-probabbiltà li sseħħ inadempjenza. Pereżempju, jekk il-valur tal-kollateral jonqos minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tad-djar, il-mutwatarji f'xi ġurisdizzjonijiet ikollhom inċentiv akbar għal inadempjenza fuq l-ipoteki tagħhom.

(k)

bidla sinifikanti fil-kwalità tal-garanzija pprovduta minn azzjonist (jew il-ġenituri ta' individwu) jekk l-azzjonist (jew il-ġenituri) ikollhom inċentiv u l-abilità finanzjarja biex jipprevjenu l-inadempjenza permezz ta' infużjoni ta' kapital jew flus.

(l)

bidliet sinifikanti, bħal tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju minn entità prinċipali jew affiljat ieħor jew bidla sinifikanti attwali jew mistennija fil-kwalità tat-titjib tal-kreditu, li jkunu mistennija li jnaqqsu l-inċentiv ekonomiku tal-mutwatarju biex jagħmel il-pagamenti kuntrattwali skedati. It-titjib tal-kwalità tal-kreditu jew l-appoġġ jinkludu l-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-garanti u/jew, għall-interessi maħruġa f'titolizzazzjonijiet, jekk l-interessi subordinati jkunux mistennija li jkunu kapaċi jassorbu t-telf mistenni ta' kreditu (pereżempju, fuq is-self sottostanti għat-titolu).

(m)

bidliet mistennija fid-dokumentazzjoni tas-selfa, inkluż il-ksur mistenni ta' kuntratt li jista' jwassal għal rinunzji jew emendi fil-ftehimiet, perjodi ta' waqfien mill-pagamenti tal-imgħax, żidiet fir-rati tal-imgħax, li jeħtieġu kollateral jew garanziji addizzjonali, jew bidliet oħra fil-qafas kuntrattwali tal-istrument.

(n)

bidliet sinifikanti fil-prestazzjoni u l-imġiba mistennija tal-mutwatarju, li jinkludu bidliet fl-istatus ta' pagament tal-mutwatarji fil-grupp (pereżempju, żieda fin-numru jew grad mistenni ta' pagamenti kuntrattwali ttardjati jew żidiet sinifikanti fin-numru mistenni ta' mutwatarji bil-karti tal-kreditu li jkunu mistennija li joqorbu lejn jew jaqbżu l-limitu ta' kreditu tagħhom jew li jkunu mistennija li qegħdin iħallsu l-ammont minimu ta' kull xahar).

(o)

bidliet fl-approċċ tal-entità għall-ġestjoni tal-kreditu fir-rigward tal-istrument finanzjarju; jiġifieri fuq il-bażi ta' indikaturi emerġenti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-istrument finanzjarju, il-prattika ta' ġestjoni tar-riskju ta' kreditu tal-entità tkun mistennija li ssir aktar attiva jew li tkun iffukata fuq il-ġestjoni tal-istrument, inkluż li l-istrument jiġi mmonitorjat jew ikkontrollat aktar mill-qrib, jew l-entità tintervjeni speċifikament mal-mutwatarju.

(p)

informazzjoni skaduta, inkluża s-suppożizzjoni konfutabbli kif stabbilita fil-paragrafu 5.5.11.

B5.5.18

F'xi każijiet, l-informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mhux statistika disponibbli tista' tkun suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li strument finanzjarju jkun laħaq il-kriterju għar-rikonoxximent ta' provvediment għat-telf f'ammont ugwali għat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja. Jiġifieri, l-informazzjoni m'għandhiex għalfejn tgħaddi minn mudell statistiku jew proċess ta' klassifikazzjoni tal-kreditu sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu tal-istrument finanzjarju. F'każijiet oħra, entità jista' jkollha bżonn tikkunsidra informazzjoni oħra, inkluża informazzjoni mill-mudelli statistiċi tagħha jew proċessi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Inkella, l-entità tista' tibbaża l-valutazzjoni fuq iż-żewġ tipi ta' informazzjoni, jiġifieri fatturi kwalitattivi li ma jinqabdux mill-proċess ta' klassifikazzjonijiet interni u kategorija speċifika ta' klassifikazzjoni interna fid-data tar-rapportar, filwaqt li tikkunsidra l-karatteristiċi tar-riskju ta' kreditu fir-rikonoxximent inizjali, jekk iż-żewġ tipi ta' informazzjoni jkunu rilevanti.

Suppożizzjoni konfutabbli skaduta b'aktar minn 30 ġurnata

B5.5.19

Is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 5.5.11 mhijiex indikatur assolut li t-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għandu jiġi rikonoxxut, iżda hija preżunta li hija l-aħħar punt li fih it-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għandu jiġi rikonoxxut anki meta tintuża informazzjoni ta' natura prospettiva (inklużi fatturi makroekonomiċi fuq livell ta' portafoll).

B5.5.20

Entità tista' tirribatti din is-suppożizzjoni. Madankollu, hija tista' tagħmel dan biss meta jkollha informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli li turi li anki jekk il-pagamenti kuntrattwali jkunu qabżu b'aktar minn 30 ġurnata, dan ma jirrappreżentax żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu ta' strument finanzjarju. Pereżempju meta n-nuqqas ta' pagament ikun żvista amministrattiva, pjuttost milli rriżulta minn diffikultà finanzjarja tal-mutwatarju, jew l-entità jkollha aċċess għal evidenza storika li turi li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn iż-żidiet sinifikanti fir-riskju ta' inadempjenza u l-assi finanzjarji li l-pagamenti fuqhom ikunu qabżu b'aktar minn 30 ġurnata, iżda dik l-evidenza fil-fatt tidentifika tali korrelazzjoni meta l-pagamenti jkunu qabżu b'aktar minn 60 ġurnata.

B5.5.21

Entità ma tistax tallinja t-twaqqit ta' żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu u r-rikonoxximent tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja ma' meta assi finanzjarju jitqies li għandu indeboliment fil-kreditu jew id-definizzjoni interna ta' entità ta' x'inhi inadempjenza.

Strumenti finanzjarji li jkollhom riskju ta' kreditu baxx fid-data tar-rapportar

B5.5.22

Ir-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju jitqies bħala baxx għall-finijiet tal-paragrafu 5.5.10, jekk l-istrument finanzjarju jkollu riskju baxx ta' inadempjenza, il-mutwatarju jkollu kapaċità b'saħħitha biex jissodisfa l-obbligi ta' fluss tal-flus kuntrattwali tiegħu fuq terminu qasir u bidliet avversi fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali fuq perjodu ta' żmien aktar fit-tul jistgħu, iżda mhux neċessarjament, inaqqsu l-abilità tal-mutwatarju biex jissodisfa l-obbligi ta' fluss tal-flus kuntrattwali tiegħu. L-istrumenti finanzjarji ma jitqisux li għandhom riskju ta' kreditu baxx meta jkunu kkunsidrati li għandhom riskju baxx ta' telf sempliċement minħabba l-valur tal-kollateral u l-istrument finanzjarju mingħajr dak il-kollateral ma jkunx meqjus bħala riskju ta' kreditu baxx. L-istrumenti finanzjarji ma jitqisux ukoll li għandhom riskju ta' kreditu baxx sempliċement minħabba li jkollhom riskju aktar baxx ta' inadempjenza mill-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-entità jew meta mqabbel mar-riskju ta' kreditu tal-ġurisdizzjoni li fi ħdanha topera entità.

B5.5.23

Sabiex tistabbilixxi jekk strument finanzjarju jkollux riskju ta' kreditu baxx, entità tista' tuża l-klassifikazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu interni tagħha jew metodoloġiji oħra li jkunu konsistenti ma' definizzjoni ta' riskju ta' kreditu baxx mifhuma b'mod globali u li jqisu r-riskji u t-tip ta' strumenti finanzjarji li jkunu qegħdin jiġu vvalutati. Klassifikazzjoni esterna tal-“grad ta' investiment” hija eżempju ta' strument finanzjarju li jista' jitqies bħala li għandu riskju ta' kreditu baxx. Madankollu, l-istrumenti finanzjarji mhumiex meħtieġa li jiġu kklassifikati esternament sabiex jitqiesu li għandhom riskju ta' kreditu baxx. Madankollu, huma għandhom jitqiesu li għandhom riskju ta' kreditu baxx mill-perspettiva ta' parteċipant fis-suq b'kont meħud tat-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-istrument finanzjarju.

B5.5.24

It-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja ma jiġix rikonoxxut fuq strument finanzjarju sempliċement minħabba li dan ikun tqies li għandu riskju ta' kreditu baxx fil-perjodu ta' rapportar preċedenti u ma jkunx ikkunsidrat li għandu riskju ta' kreditu baxx fid-data tar-rapportar. F'każ bħal dan, entità għandha tistabbilixxi jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali u għalhekk jekk it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja jkunx meħtieġ li jiġi rikonoxxut skont il-paragrafu 5.5.3.

Modifiki

B5.5.25

F'xi ċirkustanzi, l-innegozjar mill-ġdid jew il-modifika tal-flussi ta' flus kuntrattwali ta' assi finanzjarju jista' jwassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju eżistenti skont dan l-Istandard. Meta l-modifika ta' assi finanzjarju twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju eżistenti u r-rikonoxximent sussegwenti tal-assi finanzjarju modifikat, l-assi modifikat jitqies bħala assi finanzjarju “ġdid” għall-finijiet ta' dan l-Istandard.

B5.5.26

Għalhekk id-data tal-modifika għandha tiġi ttrattata bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali ta' dak l-assi finanzjarju meta jiġu applikati r-rekwiżiti tal-indeboliment għall-assi finanzjarju modifikat. Dan ġeneralment ifisser li l-provvediment għat-telf jitkejjel f'ammont ugwali għat-telf mistenni ta' kreditu fi 12-il xahar sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja msemmija fil-paragrafu 5.5.3. Madankollu, f'xi ċirkustanzi mhux tas-soltu wara modifika li twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju oriġinali, jista' jkun hemm evidenza li l-assi finanzjarju modifikat jkollu indeboliment fil-kreditu fir-rikonoxximent inizjali, u għalhekk, l-assi finanzjarju għandu jiġi rikonoxxut bħala assi finanzjarju oriġinat b'indeboliment fil-kreditu. Dan jista' jseħħ, pereżempju, f'sitwazzjoni li fiha kien hemm modifika sostanzjali ta' assi f'diffikultà li wasslet għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju oriġinali. F'każ bħal dan, jista' jkun possibbli li l-modifika tirriżulta f'assi finanzjarju ġdid li jkollu indeboliment fil-kreditu fir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.27

Jekk il-flussi ta' flus kuntrattwali fuq assi finanzjarju jkunu reġgħu ġew innegozjati jew modifikati mod ieħor, iżda ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, dak l-assi finanzjarju ma jitqiesx awtomatikament li għandu riskju ta' kreditu aktar baxx. Entità għandha tivvaluta jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali fuq il-bażi tal-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi. Dan jinkludi informazzjoni storika u prospettiva u valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu matul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju, li tinkludi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-modifika. L-evidenza li l-kriterji għar-rikonoxximent tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja ma jkunux aktar milħuqa tista' tinkludi storja tal-prestazzjoni ta' pagamenti aġġornati u f'waqthom kontra t-termini kuntrattwali modifikati. Klijent ġeneralment irid juri mġiba konsistentement tajba ta' pagament fuq perjodu ta' żmien qabel ma r-riskju ta' kreditu jitqies li naqas. Pereżempju, storja ta' pagamenti maqbuża jew inkompleti ġeneralment ma titħassarx sempliċement billi jsir pagament wieħed fil-ħin wara modifika fit-termini kuntrattwali.

Kejl tat-telf mistenni ta' kreditu

Telf mistenni ta' kreditu.

B5.5.28

It-telf mistenni ta' kreditu huwa stima ponderata għall-probabilità tat-telf ta' kreditu (jiġifieri l-valur preżenti tan-nuqqasijiet kollha ta' flus) matul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju. Nuqqas ta' flus huwa d-differenza bejn il-flussi tal-flus li jkunu dovuti lil entità skont il-kuntratt u l-flussi tal-flus li l-entità tistenna li tirċievi. Minħabba li t-telf mistenni ta' kreditu jqis l-ammont u t-twaqqit tal-pagamenti, jirriżulta telf ta' kreditu anki jekk l-entità tistenna li titħallas b'mod sħiħ iżda aktar tard minn meta jkun kuntrattwalment dovut.

B5.5.29

Għall-assi finanzjarji, telf ta' kreditu huwa l-valur preżenti tad-differenza bejn:

(a)

il-flussi tal-flus kuntrattwali li jkunu dovuti lil entità skont il-kuntratt; u

(b)

il-fluss tal-flus li l-entità tistenna li tirċievi.

B5.5.30

Għall-impenji ta' self mhux prelevati, telf ta' kreditu huwa l-valur preżenti tad-differenza bejn:

(a)

il-flussi ta' flus kuntrattwali li jkunu dovuti lil entità jekk id-detentur tal-impenn ta' self jiġbed is-selfa; u

(b)

il-flussi ta' flus li l-entità tistenna li tirċievi jekk tinġibed is-selfa.

B5.5.31

Stima min-naħa ta' entità, tat-telf mistenni ta' kreditu fuq l-impjenji ta' self, għandha tkun konsistenti mal-istennija tagħha ta' ġbid fuq dak l-impenn ta' self, jiġifieri għandha tikkunsidra l-porzjon mistenni tal-impenn ta' self li jkun se jinġibed fi żmien 12-il xahar mid-data tar-rapportar meta jkun qed jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu fi 12-il xahar, u l-porzjon mistenni tal-impenn ta' self li jkun se jinġibed matul il-ħajja mistennija tal-impenn ta' self meta jkun qed jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja.

B5.5.32

Għal kuntratt ta' garanzija finanzjarja, l-entità hija meħtieġa li tagħmel pagamenti biss f'każ ta' inadempjenza mid-debitur skont it-termini tal-istrument li jkun garantit. Għalhekk, in-nuqqasijiet ta' flus huma l-pagamenti mistennija sabiex id-detentur jiġi rimborżat għal telf ta' kreditu li huwa jġarrab, tnaqqas minnhom kwalunkwe ammont li l-entità tistenna li tirċievi mingħand id-detentur, id-debitur jew kwalunkwe parti oħra. Jekk l-assi jkun garantit b'mod sħiħ, l-istima tan-nuqqas ta' flus għal kuntratt ta' garanzija finanzjarja tkun konsistenti mal-istimi tan-nuqqasijiet ta' flus għall-assi soġġett għall-garanzija.

B5.5.33

Għal assi finanzjarju b'indeboliment fil-kreditu fid-data tar-rapportar, iżda li ma jkunx assi finanzjarju b'indeboliment fil-kreditu mixtri jew oriġinat, entità għandha tkejjel it-telf mistenni ta' kreditu bħala d-differenza bejn l-ammont riportat gross tal-assi u l-valur preżenti tal-flussi ta' flus futuri stmati skontati bir-rata effettiva oriġinali tal-imgħax tal-assi finanzjarju. Kwalunkwe aġġustament jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf bħala qligħ jew telf tal-indeboliment.

B5.5.34

Meta jitkejjel provvediment għat-telf għal riċevibbli ta' lokazzjoni, il-flussi ta' flus użati sabiex jiġi determinat it-telf mistenni ta' kreditu għandhom ikunu konsistenti mal-flussi ta' flus użati fil-kejl tar-riċevibbli ta' lokazzjoni skont l-IAS 17 Lokazzjonijiet.

B5.5.35

Entità tista' tuża mezzi prattiċi meta tkejjel it-telf mistenni ta' kreditu jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji fil-paragrafu 5.5.17. Eżempju ta' mezz prattiku huwa l-kalkolu tat-telf mistenni ta' kreditu fuq ir-riċevibbli tan-negozju bl-użu ta' matriċi tal-provvediment. L-entità tuża l-esperjenza tat-telf ta' kreditu storika tagħha (aġġustata kif meħtieġ skont il-paragrafi B5.5.51–B5.5.52) għar-riċevibbli tan-negozju biex tistma t-telf mistenni ta' kreditu fi 12-il xahar jew it-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja fuq l-assi finanzjarji kif rilevanti. Matriċi ta' provvediment tista', pereżempju, tispeċifika rati fissi ta' provvediment fuq in-numru ta' ġranet li riċevibbli tan-negozju jkun skada (pereżempju, 1 fil-mija jekk ma jkunx skada, 2 fil-mija jekk ikun skada b'anqas minn 30 ġurnata, 3 fil-mija jekk ikun skada b'aktar minn 30 ġurnata iżda b'anqas minn 90 ġurnata, 20 fil-mija jekk ikun skada b'90–180 ġurnata, eċċ). Skont id-diversità tal-klijentela tagħha, l-entità tuża raggruppamenti xierqa jekk l-esperjenza tat-telf ta' kreditu storika tagħha turi mudelli ta' telf konsiderevolment differenti għal segmenti ta' klijenti differenti. Eżempji tal-kriterji li jistgħu jintużaw biex jiġu raggruppati l-assi jinkludu r-reġjun ġeografiku, it-tip ta' prodott, il-klassifikazzjoni tal-klijent, il-kollateral jew l-assigurazzjoni kummerċjali tal-kreditu u t-tip ta' klijent (bħal operatur jew konsumatur).

Definizzjoni ta' inadempjenza

B5.5.36

Il-paragrafu 5.5.9 jitlob li meta tkun qiegħda tiddetermina jekk ir-riskju ta' kreditu fuq strument finanzjarju jkunx żdied b'mod sinifikanti, entità għandha tikkunsidra l-bidla fir-riskju ta' inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.37

Meta tkun qiegħda tiddefinixxi inadempjenza sabiex jiġi determinat ir-riskju ta' inadempjenza, entità għandha tapplika definizzjoni ta' inadempjenza li tkun konsistenti mad-definizzjoni użata għal skopijiet ta' ġestjoni interna tar-riskju ta' kreditu għall-istrument finanzjarju rilevanti u tikkunsidra indikaturi kwalitattivi (pereżempju, patti finanzjarji) meta jkun xieraq. Madankollu, hemm suppożizzjoni konfutabbli li inadempjenza ma sseħħx aktar tard minn meta assi finanzjarju jkun skada b'90 ġurnata sakemm entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli biex turi li kriterju ta' inadempjenza aktar tardiva jkun iżjed xieraq. Id-definizzjoni ta' inadempjenza użata għal dawn l-għanijiet għandha tiġi applikata b'mod konsistenti għall-istrumenti finanzjarji kollha sakemm ma ssirx disponibbli informazzjoni li turi li definizzjoni oħra ta' inadempjenza tkun iżjed adattata għal strument finanzjarju partikolari.

Perjodu li fuqu għandu jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu

B5.5.38

Skont il-paragrafu 5.5.19, il-perjodu massimu li fuqu għandu jiġi mkejjel it-telf mistenni ta' kreditu huwa l-perjodu kuntrattwali massimu li matulu l-entità tkun esposta għar-riskju ta' kreditu. Għall-impenji ta' self u l-kuntratti ta' garanzija finanzjarja, dan huwa l-perjodu kuntrattwali massimu li matulu entità jkollha obbligu kuntrattwali preżenti sabiex testendi l-kreditu.

B5.5.39

Madankollu, skont il-paragrafu 5.5.20, xi strumenti finanzjarji jinkludu kemm selfa kif ukoll komponent ta' impenn mhux prelevat u l-abilità kuntrattwali tal-entità biex titlob ħlas lura u tikkanċella l-impenn mhux prelevat ma tillimitax l-iskopertura tal-entità għat-telf ta' kreditu sal-perjodu ta' avviż kuntrattwali. Pereżempju, il-faċilitajiet ta' kreditu ċirkolanti, bħall-karti tal-kreditu u l-faċilitajiet ta' overdraft, jistgħu jiġu rtirati kuntrattwalment mill-mutwanti b'avviż anki ta' ġurnata biss qabel. Fil-prattika, madankollu, il-mutwanti jkomplu jestendu l-kreditu għal perjodu itwal u jistgħu jirtiraw il-faċilità biss wara li r-riskju ta' kreditu tal-mutwatarju jiżdied, li jista' jkun tard wisq biex jiġi evitat parti minn jew it-telf mistenni kollu ta' kreditu. Dawn l-istrumenti finanzjarji ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin b'riżultat tan-natura tal-istrument finanzjarju, il-mod li bih jiġu mmaniġġjati l-istrumenti finanzjarji, u n-natura tal-informazzjoni disponibbli dwar iż-żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu:

(a)

l-istrumenti finanzjarji ma jkollhomx terminu fiss jew struttura ta' ripagament u ġeneralment ikollhom perjodu ta' kanċellazzjoni kuntrattwali qasir (pereżempju, ġurnata);

(b)

l-abilità kuntrattwali sabiex jiġi kkanċellat il-kuntratt ma tkunx infurzata fl-immaniġġjar normali minn ġurnata għall-oħra tal-istrument finanzjarju u l-kuntratt jista' jiġi kkanċellat biss meta l-entità ssir konxja ta' żieda fir-riskju ta' kreditu fil-livell tal-faċilità; u

(c)

l-istrumenti finanzjarji jkunu mmaniġġjati fuq bażi kollettiva.

B5.5.40

Meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-perjodu li matulu l-entità tkun mistennija li tkun esposta għar-riskju ta' kreditu, iżda li matulu t-telf mistenni ta' kreditu ma jkunx mitigat bl-azzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju ta' kreditu normali tal-entità, entità għandha tikkunsidra fatturi bħall-informazzjoni storika u l-esperjenza dwar:

(a)

il-perjodu li matulu l-entità kienet esposta għal riskju ta' kreditu fuq strumenti finanzjarji simili;

(b)

it-tul taż-żmien biex iseħħu inadempjenzi relatati fuq strumenti finanzjarji simili wara żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu; u

(c)

l-azzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta' kreditu li entità tistenna li tieħu ladarba jiżdied ir-riskju ta' kreditu fuq l-istrument finanzjarju, bħat-tnaqqis jew it-tneħħija tal-limiti mhux prelevati.

Riżultat ponderat għall-probabilità

B5.5.41

L-iskop li jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu la huwa li jiġi stmat l-agħar xenarju possibbli u lanqas li jiġi stmat l-aħjar xenarju possibbli. Minflok, stima tat-telf mistenni ta' kreditu dejjem għandha tirrifletti l-possibbiltà li jseħħ telf ta' kreditu u l-possibbiltà li ma jseħħ l-ebda telf ta' kreditu anki jekk ir-riżultat l-aktar probabbli ma jkun l-ebda telf ta' kreditu.

B5.5.42

Il-paragrafu 5.5.17(a) jitlob li l-istima tat-telf mistenni ta' kreditu tirrifletti ammont mhux preġudikat u ponderat għall-probabilità li jiġi determinat bl-evalwazzjoni ta' firxa ta' riżultati possibbli. Fil-prattika, din mhux bilfors trid tkun analiżi kumplessa. F'xi każijiet, jista' jkun suffiċjenti mmudellar relattivament sempliċi, mingħajr il-ħtieġa ta' numru kbir ta' simulazzjonijiet dettaljati ta' xenarji. Pereżempju, it-telf medju ta' kreditu ta' grupp kbir ta' strumenti finanzjarji b'karatteristiċi kondiviżi tar-riskju jista' jkun stima raġonevoli tal-ammont ponderat għall-probabilità. F'sitwazzjonijiet oħra, x'aktarx li tkun meħtieġa l-identifikazzjoni ta' xenarji li jispeċifikaw l-ammont u t-twaqqit tal-flussi tal-flus għal riżultati partikolari u l-probabbiltà stmata ta' dawk ir-riżultati. F'dawk is-sitwazzjonijiet, it-telf mistenni ta' kreditu għandu jirrifletti mill-anqas żewġ riżultati skont il-paragrafu 5.5.18.

B5.5.43

Għat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja, entità għandha tistma r-riskju ta' inadempjenza fuq l-istrument finanzjarju matul il-ħajja mistennija tiegħu. It-telf mistenni ta' kreditu fi 12-il xahar huwa porzjon tat-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja u jirrappreżenta n-nuqqas ta' flus tul il-ħajja li jirriżulta jekk inadempjenza sseħħ fit-12-il xahar ta' wara d-data tar-rapportar (jew perjodu iqsar jekk il-ħajja mistennija ta' strument finanzjarju tkun anqas minn 12-il xahar), ponderata għall-probabbiltà li sseħħ dik l-inadempjenza. Għalhekk, it-telf mistenni ta' kreditu fi 12-il xahar la huwa t-telf mistenni ta' kreditu tul il-ħajja li entità se ġġarrab fuq l-istrumenti finanzjarji li hija tbassar li se jsiru inadempjenti fit-12-il xahar li jmiss u lanqas in-nuqqasijiet ta' flus li jkunu mbassra matul it-12-il xahar li jmiss.

Valur tal-flus maż-żmien

B5.5.44

It-telf mistenni ta' kreditu għandu jiġi skontat sad-data tar-rapportar, mhux sal-inadempjenza mistennija jew xi data oħra, billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax fir-rikonoxximent inizjali jew approssimazzjoni tagħha. Jekk strument finanzjarju jkollu rata tal-imgħax varjabbli, it-telf mistenni ta' kreditu għandu jiġi skontat billi tintuża r-rata effettiva kurrenti tal-imgħax stabbilita skont il-paragrafu B5.4.5.

B5.5.45

Għall-assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu mixtrija jew oriġinati, it-telf mistenni ta' kreditu għandu jiġi skontat billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu stabbilita fir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.46

It-telf mistenni ta' kreditu fuq ir-riċevibbli minn lokazzjonijiet għandu jiġi skontat billi tintuża l-istess rata ta' skont użata fil-kejl tar-riċevibbli ta' lokazzjoni skont l-IAS 17.

B5.5.47

It-telf mistenni ta' kreditu fuq impenn ta' self għandu jiġi skontat billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax, jew approssimazzjoni tagħha, li tiġi applikata meta jiġi rikonoxxut l-assi finanzjarju li jirriżulta mill-impenn ta' self. Dan minħabba li sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti ta' indeboliment, assi finanzjarju li jiġi rikonoxxut wara ġbid fuq impenn ta' self għandu jiġi ttrattat bħala kontinwazzjoni ta' dak l-impenn pjuttost milli bħala strument finanzjarju ġdid. It-telf mistenni ta' kreditu fuq l-assi finanzjarju għalhekk għandu jitkejjel billi jitqies ir-riskju ta' kreditu inizjali tal-impenn ta' self mid-data li fiha l-entità tkun saret parti għall-impenn irrevokabbli.

B5.5.48

It-telf mistenni ta' kreditu fuq kuntratti ta' garanzija finanzjarja jew fuq impenji ta' self li għalihom ma tkunx tista' tiġi determinata r-rata effettiva tal-imgħax, għandu jiġi skontat billi tiġi applikata rata ta' skont li tirrifletti l-valutazzjoni kurrenti tas-suq tal-valur tal-flus maż-żmien u r-riskji li jkunu speċifiċi għall-flussi tal-flus iżda biss jekk, u sakemm, ir-riskji jiġu kkunsidrati billi tiġi aġġustata r-rata ta' skont minflok ma jiġu aġġustati n-nuqqasijiet ta' flus li jkunu qed jiġu skontati.

Informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli

B5.5.49

Għall-finijiet ta' dan l-Istandard, informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli hija dik li tkun raġonevolment disponibbli fid-data tar-rapportar mingħajr spiża jew sforz eċċessivi, inkluża informazzjoni dwar avvenimenti mgħoddija, il-kundizzjonijiet preżenti u tbassir ta' kundizzjonijiet ekonomiċi futuri. L-informazzjoni li tkun disponibbli għal skopijiet ta' rapportar finanzjarju hija meqjusa li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi.

B5.5.50

Entità mhijiex meħtieġa li tinkorpora previżjonijiet tal-kundizzjonijiet futuri tul il-ħajja mistennija sħiħa ta' strument finanzjarju. Il-grad ta' ġudizzju li huwa meħtieġ sabiex jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu jiddependi fuq id-disponibbiltà ta' informazzjoni dettaljata. Hekk kif il-perjodu tat-tbassir jiżdied, id-disponibbiltà ta' informazzjoni dettaljata tonqos u l-grad ta' ġudizzju meħtieġ sabiex jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu jonqos. L-istima tat-telf mistenni ta' kreditu ma teħtieġx stima dettaljata għal perjodi li jkunu “l bogħod fil-ġejjieni—għal perjodi bħal dawn, entità tista” testrapola projezzjonijiet minn informazzjoni dettaljata, disponibbli.

B5.5.51

Entità m'għandhiex għalfejn twettaq riċerka eżawrjenti għall-informazzjoni iżda għandha tikkunsidra l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi u li tkun rilevanti għall-istima tat-telf mistenni ta' kreditu, inkluż l-effett tal-prepagamenti mistennija. L-informazzjoni użata għandha tinkludi fatturi li jkunu speċifiċi għall-mutwatarju, il-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali u valutazzjoni tad-direzzjoni kemm preżenti kif ukoll dik imbassra tal-kundizzjonijiet fid-data tar-rapportar. Entità tista' tuża diversi sorsi ta' dejta, li jistgħu jkunu kemm interni (speċifiċi għall-entità) kif ukoll esterni. Is-sorsi possibbli ta' dejta jinkludu l-esperjenza storika interna ta' telf ta' kreditu, il-klassifikazzjonijiet interni, l-esperjenza ta' telf tal-kreditu ta' entitajiet oħra u klassifikazzjonijiet, rapporti u statistiki esterni. L-entitajiet li ma jkollhomx, jew li jkollhom sorsi insuffiċjenti ta' dejta speċifika għall-entità, jistgħu jużaw l-esperjenza ta' pari għall-istrument finanzjarju (jew gruppi ta' strumenti finanzjarji) komparabbli.

B5.5.52

L-informazzjoni storika hija ankra jew bażi importanti minn fejn jitkejjel it-telf mistenni ta' kreditu. Madankollu, entità għandha taġġusta d-dejta storika, bħall-esperjenza ta' telf tal-kreditu, fuq il-bażi tad-dejta osservabbli f'dak il-mument sabiex tirrifletti l-effetti tal-kundizzjonijiet attwali u l-previżjonijiet tagħha ta' kundizzjonijiet futuri li ma affettwawx il-perjodu li fuqu tkun ibbażata d-dejta storika, u biex tneħħi l-effetti tal-kundizzjonijiet fil-perjodu storiku li ma jkunux rilevanti għall-flussi tal-flus kuntrattwali futuri. F'xi każijiet, l-aħjar informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli tista' tkun l-informazzjoni storika mhux aġġustata, skont in-natura tal-informazzjoni storika u meta kienet ikkalkulata, ipparagunata maċ-ċirkustanzi fid-data tar-rapportar u l-karatteristiċi tal-istrument finanzjarju li jkun qed jiġi kkunsidrat. L-istimi tal-bidliet fit-telf mistenni ta' kreditu għandhom jirriflettu, u jkunu direzzjonalment konsistenti mal-bidliet fid-dejta relatata osservabbli minn perjodu għall-ieħor (bħall-bidliet fir-rati tal-qgħad, il-prezzijiet tal-proprjetà, il-prezzijiet tal-komoditajiet, l-istatus tal-pagament jew fatturi oħra li jkunu indikattivi ta' telf tal-kreditu fuq l-istrument finanzjarju jew fil-grupp ta' strumenti finanzjarji u fid-daqs ta' dawk il-bidliet). Entità għandha teżamina regolarment il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati sabiex jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu biex tnaqqas kwalunkwe differenza bejn l-istimi u l-esperjenza attwali ta' telf tal-kreditu.

B5.5.53

Meta tintuża l-esperjenza storika ta' telf tal-kreditu biex jiġi stmat it-telf mistenni ta' kreditu, huwa importanti li l-informazzjoni dwar ir-rati storiċi ta' telf tal-kreditu jiġu applikati għal gruppi li jkunu definiti b'mod li jkun konsistenti mal-gruppi li għalihom kienu osservati r-rati storiċi ta' telf tal-kreditu. Għaldaqstant, il-metodu użat għandu jippermetti li kull grupp ta' assi finanzjarji jiġi assoċjat ma' informazzjoni dwar l-esperjenza preċedenti ta' telf tal-kreditu fi gruppi ta' assi finanzjarji b'karatteristiċi simili ta' riskju u ma' dejta osservabbli rilevanti li tirrifletti l-kundizzjonijiet attwali.

B5.5.54

It-telf mistenni ta' kreditu jirrifletti l-istennija ta' telf tal-kreditu tal-entità nnifisha. Madankollu, meta tikkunsidra l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha li tkun disponibbli mingħajr spiża jew sforz eċċessivi biex tistma t-telf mistenni ta' kreditu, entità għandha tikkunsidra wkoll l-informazzjoni tas-suq osservabbli dwar ir-riskju ta' kreditu tal-istrument finanzjarju partikolari jew ta' strumenti finanzjarji simili.

Kollateral

B5.5.55

Għall-iskopijiet ta' kejl tat-telf mistenni ta' kreditu, l-istima tan-nuqqasijiet ta' flus mistennija għandha tirrifletti l-flussi tal-flus mistennija mill-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu li jkunu parti mit-termini kuntrattwali u ma jkunux rikonoxxuti separatament mill-entità. L-istima tan-nuqqasijiet ta' flus mistennija fuq strument finanzjarju kollateralizzat tirrifletti l-ammont u t-twaqqit tal-flussi tal-flus li jkunu mistennija mill-preklużjoni fuq il-kollateral, tnaqqas minnhom il-kostijiet għall-ksib u l-bejgħ tal-kollateral, irrispettivament minn jekk il-preklużjoni tkunx probabbli (jiġifieri l-istima tal-flussi tal-flus tqis il-probabbiltà ta' preklużjoni u l-flussi tal-flus li jirriżultaw minnha). Għaldaqstant, kwalunkwe fluss ta' flus li jkun mistenni mir-realizzazzjoni tal-kollateral wara l-maturità kuntrattwali tal-kuntratt għandu jiġi inkluż f'din l-analiżi. Kwalunkwe kollateral miksub b'riżultat ta' preklużjoni ma jiġix rikonoxxut bħala assi separat mill-istrument finanzjarju kollateralizzat sakemm dan ma jissodisfax il-kriterji rilevanti tar-rikonoxximent għal assi f'dan l-Istandard jew fi Standards oħra.

Riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarji (Taqsima 5.6)

B5.6.1

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarji skont il-paragrafu 4.4.1, il-paragrafu 5.6.1 jitlob li r-riklassifikazzjoni tiġi applikata b'mod prospettiv mid-data tar-riklassifikazzjoni. Kemm il-kategorija ta' kejl tal-kost amortizzat kif ukoll il-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor jitolbu li r-rata effettiva tal-imgħax tiġi determinata fir-rikonoxximent inizjali. Dawn iż-żewġ kategoriji ta' kejl jitolbu wkoll li r-rekwiżiti ta' indeboliment jiġu applikati bl-istess mod. Għaldaqstant, meta entità tirriklassifika assi finanzjarju bejn il-kategorija ta' kejl tal-kost amortizzat u l-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor:

(a)

ir-rikonoxximent tad-dħul mill-imgħax ma jinbidilx u għalhekk l-entità tkompli tuża l-istess rata effettiva tal-imgħax.

(b)

il-kejl tat-telf mistenni ta' kreditu ma jinbidilx għax iż-żewġ kategoriji ta' kejl japplikaw l-istess approċċ ta' indeboliment. Madankollu, jekk assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor u fil-kategorija ta' kejl tal-kost amortizzat, provvediment għat-telf jiġi rikonoxxut bħala aġġustament fl-ammont gross riportat tal-assi finanzjarju mid-data tar-riklassifikazzjoni. Jekk assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-kategorija tal-kejl tal-kost amortizzat u fil-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor, il-provvediment għat-telf jiġi derikonoxxut (u għalhekk ma jibqax rikonoxxut bħala aġġustament fl-ammont gross riportat) iżda jiġi minflok rikonoxxut bħala ammont ta' indeboliment akkumulat (ta' ammont ugwali) f'intojtu komprensiv ieħor u jiġi divulgat mid-data tar-riklassifikazzjoni.

B5.6.2

Madankollu, entità mhijiex meħtieġa tirrikonoxxi separatament id-dħul mill-imgħax jew il-profitti jew telf tal-indeboliment għal assi finanzjarju mkejjel b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Għaldaqstant, meta entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta' kejl tal-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, ir-rata effettiva tal-imgħax tiġi determinata abbażi tal-valur ġust tal-assi fid-data tar-riklassifikazzjoni. Barra minn hekk, għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tat-Taqsima 5.5 għall-assi finanzjarju mid-data tar-riklassifikazzjoni, id-data tar-riklassifikazzjoni hija ttrattata bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali.

Qligħ u telf (Taqsima 5.7)

B5.7.1

Il-paragrafu 5.7.5 jippermetti li entità tagħmel għażla irrevokabbli biex tippreżenta f'intojtu komprensiv ieħor bidliet fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju li ma jkunx miżmum għan-negozjar. Din l-għażla ssir fuq bażi ta' strument bi strument (jiġifieri sehem b'sehem). L-ammonti ppreżentati f'intojtu komprensiv ieħor wara m'għandhomx jiġu ttrasferiti għal profitt jew telf. Madankollu, l-entità tista' tittrasferixxi l-qligħ jew telf kumulattiv fi ħdan l-ekwità. Id-dividendi fuq tali investimenti jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf skont il-paragrafu 5.7.6 sakemm id-dividend ma jirrappreżentax b'mod ċar irkupru ta' parti mill-kost tal-investiment.

B5.7.1 A

Sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5, il-paragrafu 4.1.2 A jitlob li assi finanzjarju jitkejjel b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor jekk it-termini kuntrattwali tal-assi finanzjarju jwasslu għal flussi ta' flus li jkunu biss pagamenti tal-kapital u l-imgħax fuq l-ammont prinċipali pendenti u l-assi jkun miżmum f'mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jintlaħaq kemm bil-ġbir tal-flussi ta' flus kuntrattwali kif ukoll bil-bejgħ ta' assi finanzjarji. Din il-kategorija ta' kejl tirrikonoxxi l-informazzjoni fi profitt jew telf daqs li kieku l-assi finanzjarju jitkejjel b'kost amortizzat, filwaqt li l-assi finanzjarju jitkejjel fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja b'valur ġust. Qligħ jew telf, għajr dak li jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf skont il-paragrafi 5.7.10–5.7.11, jiġi rikonoxxut f'intojtu komprensiv ieħor. Meta dawn l-assi finanzjarji ma jibqgħux jiġu rikonoxxuti, il-qligħ jew telf kumulattiv rikonoxxut qabel f'intojtu komprensiv ieħor, jiġi riklassifikat għal profitt jew telf. Dan jirrifletti l-qligħ jew telf li jkun ġie rikonoxxut fi profitt jew telf mal-irtirar tar-rikonoxximent jekk l-assi finanzjarju jkun tkejjel b'kost amortizzat.

B5.7.2

Entità tapplika l-IAS 21 għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jkunu effetti monetarji skont l-IAS 21 u denominati f'munita barranija. L-IAS 21 jitlob li kwalunkwe qligħ jew telf mill-kambju fuq assi monetarji u obbligazzjonijiet monetarji jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Eċċezzjoni hija effett monetarju li jkun speċifikat bħala strument ta' ħeġġjar f'ħeġġ għall-fluss tal-flus (ara l-paragrafu 6.5.11), ħeġġ ta' investiment nett (ara l-paragrafu 6.5.13) jew ħeġġ fuq il-valur ġust ta' strument azzjonarju li għalih entità tkun għażlet li tippreżenta bidliet fil-valur ġust f'intojtu komprensiv ieħor skont il-paragrafu 5.7.5 (ara l-paragrafu 6.5.8).

B5.7.2 A

Għall-iskop ta' rikonoxximent tal-qligħ u t-telf mill-kambju skont l-IAS 21, assi finanzjarju mkejjel b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor skont il-paragrafu 4.1.2 A huwa ttrattat bħala effett monetarju. Għalhekk, tali assi finanzjarju jiġi ttrattat bħala assi mkejjel b'kost amortizzat fil-munita barranija. Id-differenzi tal-kambju fuq il-kost amortizzat jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf u bidliet oħra fl-ammont riportat jiġu rikonoxxuti skont il-paragrafu 5.7.10.

B5.7.3

Il-paragrafu 5.7.5 jippermetti li entità tagħmel għażla irrevokabbli biex tippreżenta f'intojtu komprensiv ieħor bidliet fil-valur ġust ta' investimenti partikolari fi strumenti azzjonarji. Investiment bħal dan mhuwiex effett monetarju. Għalhekk, il-qligħ jew it-telf li jiġi ppreżentat f'intojtu komprensiv ieħor skont il-paragrafu 5.7.5 jinkludi kwalunkwe komponent relatat tal-kambju.

B5.7.4

Jekk ikun hemm relazzjoni ta' ħħeġġjar bejn assi monetarju nonderivattiv u obbligazzjoni monetarja nonderivattiva, il-bidliet fil-komponent tal-munita barranija ta' dawk l-istrumenti finanzjarji jiġu ppreżentati fi profitt jew telf.

Obbligazzjonijiet speċifikati b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf

B5.7.5

Meta entità tispeċifika obbligazzjoni finanzjarja bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, hija trid tistabbilixxi jekk il-preżentazzjoni f'intojtu komprensiv ieħor tal-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni, toħloqx jew tkabbar spariġġ kontabilistiku fil-profitt jew telf. Spariġġ kontabilistiku jinħoloq jew jitkabbar jekk il-preżentazzjoni tal-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni f'intojtu komprensiv ieħor tirriżulta fi spariġġ akbar fi profitt jew telf milli kieku dawk l-ammonti kienu ppreżentati fi profitt jew telf.

B5.7.6

Biex tagħmel dik id-determinazzjoni, entità trid tivvaluta jekk hija tistenniex li l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni se jiġu paċuti fi profitt jew telf b'bidla fil-valur ġust ta' strument finanzjarju ieħor imkejjel b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Tali stennija trid tkun ibbażata fuq relazzjoni ekonomika bejn il-karatteristiċi tal-obbligazzjoni u l-karatteristiċi tal-istrument finanzjarju l-ieħor.

B5.7.7

Dik id-determinazzjoni ssir fir-rikonoxximent inizjali u ma tiġix rivalutata. Għal skopijiet prattiċi, l-entità m'għandhiex għalfejn tidħol fl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li jwasslu għal spariġġ kontabilistiku fl-istess ħin eżatt. Huwa permess dewmien raġonevoli bil-kundizzjoni li kwalunkwe tranżazzjoni li jifdal tkun mistennija li sseħħ. Entità trid tapplika b'mod konsistenti l-metodoloġija tagħha sabiex tistabbilixxi jekk il-preżentazzjoni f'intojtu komprensiv ieħor, tal-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni, toħloqx jew tkabbar spariġġ kontabilistiku fi profitt jew telf. Madankollu, entità tista' tuża metodoloġiji differenti meta jkun hemm relazzjonijiet ekonomiċi differenti bejn il-karatteristiċi tal-obbligazzjonijiet speċifikati bħala b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf u l-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji l-oħra. L-IFRS 7 jitlob li entità tipprovdi divulgazzjonijiet kwalitattivi fin-noti għar-rapporti finanzjarji dwar il-metodoloġija tagħha biex tagħmel dik id-determinazzjoni.

B5.7.8

Jekk ikun se jinħoloq jew jitkabbar tali spariġġ, l-entità hija meħtieġa li tippreżenta l-bidliet kollha fil-valur ġust (inklużi l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni) fi profitt jew telf. Jekk ma jkunx se jinħoloq jew jitkabbar tali spariġġ, l-entità hija meħtieġa li tippreżenta l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni f'intojtu komprensiv ieħor.

B5.7.9

L-ammonti ppreżentati f'intojtu komprensiv ieħor wara m'għandhomx jiġu ttrasferiti għal profitt jew telf. Madankollu, l-entità tista' tittrasferixxi l-qligħ jew telf kumulattiv fi ħdan l-entità.

B5.7.10

L-eżempju li ġej jiddeskrivi sitwazzjoni li fiha jinħoloq spariġġ kontabilistiku fi profitt jew telf kieku l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni kienu ppreżentati f'intojtu komprensiv ieħor. Bank ipotekarju jiffinanzja self lill-klijenti u jiffinanzja dak is-self billi jbigħ bonds b'karatteristiċi li jaqblu (eż. l-ammont pendenti, il-profil tar-ripagament, it-terminu u l-munita) fis-suq. It-termini kuntrattwali tas-selfa jippermettu lill-klijent ipotekarju li jħallas qabel is-selfa tiegħu (jiġifieri jissodisfa l-obbligu tiegħu mal-bank) billi jixtri l-bond korrispondenti b'valur ġust fis-suq u jikkonsenja dak il-bond lill-bank ipotekarju. B'riżultat ta' dak id-dritt ta' prepagament kuntrattwali, jekk il-kwalità kreditizja tal-bond teħżien (u, għalhekk, il-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-bank ipotekarju jonqos), il-valur ġust tal-assi ta' self tal-bank ipotekarju wkoll jonqos. Il-bidla fil-valur ġust tal-assi tirrifletti d-dritt kuntrattwali tal-klijent ipotekarju li jħallas qabel is-selfa ipotekarja billi jixtri l-bond sottostanti b'valur ġust (li, f'dan l-eżempju, naqas) u jikkonsenja l-bond lill-bank ipotekarju. Għaldaqstant, l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni (il-bond) se jiġu paċuti fi profitt jew telf minn bidla korrispondenti fil-valur ġust ta' assi finanzjarju (is-selfa). Kieku l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni kienu ppreżentati f'introjtu komprensiv ieħor, ikun hemm spariġġ kontabilistiku fi profitt jew telf. Għaldaqstant, il-bank ipotekarju huwa meħtieġ li jippreżenta l-bidliet kollha fil-valur ġust tal-obbligazzjoni (inklużi l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni) fi profitt jew telf.

B5.7.11

Fl-eżempju fil-paragrafu B5.7.10, hemm rabta kuntrattwali bejn l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni u bidliet fil-valur ġust tal-assi finanzjarju (jiġifieri b'riżultat tad-dritt kuntrattwali tal-klijent ipotekarju li jħallas qabel is-selfa billi jixtri l-bond b'valur ġust u jikkonsenja l-bond lill-bank ipotekarju). Madankollu, spariġġ kontabilistiku jista' jseħħ ukoll fin-nuqqas ta' rabta kuntrattwali.

B5.7.12

Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8, spariġġ kontabilistiku ma jiġix ikkawżat biss mill-metodu ta' kejl li entità tuża sabiex tistabbilixxi l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' obbligazzjoni. Spariġġ kontabilistiku fi profitt jew telf jinħoloq biss meta l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni (kif definiti fl-IFRS 7) ikunu mistennija li jiġu paċuti b'bidliet fil-valur ġust ta' strument finanzjarju ieħor. Spariġġ li jinħoloq biss b'riżultat tal-metodu tal-kejl (jiġifieri minħabba li entità ma tiżolax il-bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' obbligazzjoni minn xi bidliet oħra fil-valur ġust tagħha), ma jaffettwax il-kalkolu meħtieġ mill-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8. Pereżempju, entità tista' ma tiżolax il-bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' obbligazzjoni mill-bidliet fir-riskju tal-likwidità. Jekk l-entità tippreżenta l-effett kombinat taż-żewġ fatturi f'introjtu komprensiv ieħor, jista' jirriżulta spariġġ minħabba li l-bidliet fir-riskju tal-likwidità jistgħu jiġu inklużi fil-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji tal-entità u l-bidla sħiħa tal-valur ġust ta' dak l-assi tiġi ppreżentata fi profitt jew telf. Madankollu, tali spariġġ huwa kkawżat minn impreċiżjoni fil-kejl, mhux ir-relazzjoni ta' tpaċija deskritta fil-paragrafu B5.7.6 u, għalhekk, ma jaffettwax id-determinazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8.

It-tifsira ta' “riskju ta' kreditu” (paragrafi 5.7.7 u 5.7.8)

B5.7.13

L-IFRS 7 jiddefinixxi riskju ta' kreditu bħala “ir-riskju li parti waħda ta' strument finanzjarju tikkawża telf finanzjarju lill-parti l-oħra billi ma tonorax obbligu”. Ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.7.7(a) jirrigwarda r-riskju li l-emittent ma jkunx produttiv fuq dik l-obbligazzjoni partikolari. Dan mhux bilfors jirrigwarda l-affidabbiltà kreditizja tal-emittent. Pereżempju, jekk entità toħroġ obbligazzjoni kollateralizzata u obbligazzjoni mhux kollateralizzata li apparti minn hekk ikunu identiċi, ir-riskju ta' kreditu ta' dawk iż-żewġ obbligazzjonijiet se jkun differenti, minkejja li jkunu maħruġa mill-istess entità. Ir-riskju ta' kreditu fuq l-obbligazzjoni kollateralizzata se jkun anqas mir-riskju ta' kreditu fuq l-obbligazzjoni mhux kollateralizzata. Ir-riskju ta' kreditu għal obbligazzjoni kollateralizzata jista' jkun qrib iż-żero.

B5.7.14

Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 5.7.7(a), riskju ta' kreditu huwa differenti minn riskju ta' rendiment speċifiku għall-assi. Ir-riskju ta' rendiment speċifiku għall-assi mhuwiex relatat mar-riskju li entità ma tonorax obbligu partikolari iżda huwa relatat mar-riskju li assi wieħed jew grupp ta' assi jkollhom rendiment fqir (jew l-ebda rendiment).

B5.7.15

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' riskju ta' rendiment speċifiku għall-assi:

(a)

obbligazzjoni b'karatteristika li tikkollega l-unitajiet li biha l-ammont dovut lill-investituri jiġi kuntrattwalment stabbilit abbażi tar-rendiment ta' assi speċifikati. L-effett ta' dik il-karatteristika li tikkollega l-unitajiet, fuq il-valur ġust tal-obbligazzjoni, huwa riskju ta' rendiment speċifiku għall-assi u mhux riskju ta' kreditu.

(b)

obbligazzjoni maħruġa minn entità strutturata bil-karatteristiċi li ġejjin. L-entità tkun legalment iżolata sabiex l-assi fl-entità jkunu separati biss għall-benefiċċju tal-investituri tagħha, anki f'każ ta' falliment. L-entità ma tidħol fl-ebda tranżazzjoni oħra u l-assi fl-entità ma jistgħux jiġu ipotekati. L-ammonti jridu jitħallsu lill-investituri tal-entità biss jekk l-assi separati jiġġeneraw flussi ta' flus. Għalhekk, il-bidliet fil-valur ġust tal-obbligazzjoni jirriflettu prinċipalment il-bidliet fil-valur ġust tal-assi. L-effett tar-rendiment tal-assi fuq il-valur ġust tal-obbligazzjoni huwa riskju ta' rendiment speċifiku għall-assi, u mhux riskju ta' kreditu.

Determinazzjoni tal-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu

B5.7.16

Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 5.7.7(a), entità għandha tiddetermina l-ammont ta' bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li jkun attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' dik l-obbligazzjoni:

(a)

bħala l-ammont ta' bidla fil-valur ġust tagħha li ma jkunx attribwibbli għal bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għar-riskju tas-suq (ara l-paragrafi B5.7.17 u B5.7.18); jew

(b)

billi tuża metodu alternattiv li l-entità tħoss li jirrappreżenta aktar fedelment l-ammont ta' bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni li jkun attribwibbli għall-bidliet fir-riskju ta' kreditu tagħha.

B5.7.17

Il-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għal riskju tas-suq jinkludu bidliet fir-rata ta' mgħax normattiva, il-prezz ta' strument finanzjarju ta' entità oħra, il-prezz ta' komodità, ir-rata tal-kambju jew indiċi tal-prezzijiet jew ir-rati.

B5.7.18

Jekk l-uniċi bidliet rilevanti sinfikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq għal obbligazzjoni jkunu bidliet f'rata ta' mgħax (normattiva) osservata, l-ammont fil-paragrafu B5.7.16(a) jista' jiġi stmat kif ġej:

(a)

L-ewwel, l-entità tikkomputa r-rata ta' redditu interna tal-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu billi tuża l-valur ġust tal-obbligazzjoni u l-flussi tal-flus kuntrattwali tal-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu. Tnaqqas minn din ir-rata ta' redditu, ir-rata ta' mgħax osservata (normattiva) fil-bidu tal-perijodu, biex tasal għal komponent speċifiku għall-istrumenti tar-rata ta' redditu interna.

(b)

Imbagħad, l-entità tikkalkula l-valur preżenti tal-flussi tal-flus assoċjati mal-obbligazzjoni billi tuża l-flussi tal-flus kuntrattwali tal-obbligazzjoni fi tmiem il-perjodu u rata ta' skont ugwali għat-total ta' (i) ir-rata ta' mgħax (normattiva) osservata fl-aħħar tal-perjodu u (ii) il-komponent speċifiku għall-istrument tar-rata ta' redditu interna kif stabbilita f'(a).

(c)

Id-differenza bejn il-valur ġust tal-obbligazzjoni fl-aħħar tal-perjodu u l-ammont stabbilit f'(b) hija l-bidla fil-valur ġust li ma tkunx attribwibbli għall-bidliet fir-rata ta' mgħax (normattiva) osservata. Dan huwa l-ammont li għandu jiġi ppreżentat f'introjtu komprensiv ieħor skont il-paragrafu 5.7.7(a).

B5.7.19

L-eżempju fil-paragrafu B5.7.18 jassumi li l-bidliet fil-valur ġust li jirriżultaw minn fattur għajr bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-istrument jew bidliet fir-rati ta' mgħax (normattivi) osservati, mhumiex sinifikanti. Dan il-metodu ma jkunx adattat jekk il-bidliet fil-valur ġust li jirriżultaw minn fatturi oħra jkunu sinifikanti. F'dawk il-każijiet, entità tkun meħtieġa li tuża metodu alternattiv li jkejjel iżjed fedelment l-effetti ta' bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni (ara l-paragrafu B5.7.16(b)). Pereżempju, jekk l-istrument fl-eżempju jkun fih derivattiv inkorporat, il-bidla fil-valur ġust tad-derivattiv inkorporat tiġi eskluża biex jiġi determinat l-ammont li għandu jiġi ppreżentat f'intojtu komprensiv ieħor skont il-paragrafu 5.7.7(a).

B5.7.20

Bħall-kejlijiet kollha tal-valur ġust, il-metodu ta' kejl ta' entità sabiex tistabbilixxi l-porzjon tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni li jkun attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta' kreditu tagħha, irid jagħmel użu massimu mill-inputs osservabbli rilevanti u użu minimu ta' inputs mhux osservabbli.

KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR (KAPITOLU 6)

Strumenti għall-iħħeġġjar (Taqsima 6.2)

Strumenti li jikkwalifikaw

B6.2.1

Derivattivi li jkunu inkorporati f'kuntratti ibridi, iżda li ma jkunux irrappurtati separatament, ma jistgħux jiġu speċifikati bħala strumenti għall-iħħeġġjar separati.

B6.2.2

L-istrumenti azzjonarji proprji ta' entità mhumiex assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità u għalhekk ma jistgħux jiġu speċifikati bħala strumenti għall-iħħeġġjar.

B6.2.3

Għal ħeġġijiet tar-riskju mill-kambju, il-komponent tar-riskju mill-kambju ta' strument finanzjarju nonderivattiv huwa stabbilit skont l-IAS 21.

Opzjonijiet mibjugħa

B6.2.4

Dan l-Istandard ma jillimitax iċ-ċirkustanzi li fihom derivattiv li jitkejjel b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar, ħlief għal xi opzjonijiet mibjugħa. Opzjoni mibjugħa ma tikkwalifikax bħala strument għall-iħħeġġjar sakemm ma tkunx speċifikata bħala tpaċija għal opzjoni mixtrija, inkluża waħda li tkun inkorporata fi strument finanzjarju ieħor (pereżempju, opzjoni eżerċitabbli mibjugħa użata sabiex tiħħeġġja obbligazzjoni eżerċitabbli).

Speċifikazzjoni ta' strumenti għall-iħħeġġjar

B6.2.5

Għal ħeġġijiet għajr ħeġġijiet tar-riskju fuq il-munita barranija, meta entità tispeċifika assi finanzjarju nonderivattiv jew obbligazzjoni finanzjarja nonderivattiva mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf bħala strument għall-iħħeġġjar, hija tista' tispeċifika biss l-istrument finanzjarju nonderivattiv fl-intier tiegħu jew proporzjon tiegħu.

B6.2.6

Strument uniku għall-iħħeġġjar jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar ta' aktar minn tip wieħed ta' riskju, bil-kundizzjoni li jkun hemm deżinjazzjoni speċifika tal-istrument għall-iħħeġġjar u tal-pożizzjonijiet differenti tar-riskju bħala oġġetti ħħeġġjati. Dawk l-oġġetti ħħeġġjati jistgħu jkunu f'relazzjonijiet ta' ħħeġġjar differenti.

Entrati ħħeġġjati (Taqsima 6.3)

Entrati li jikkwalifikaw

B6.3.1

Impenn sod sabiex tiġi akkwistata operazzjoni f'kombinament ta' operazzjonijiet ma jistax ikun oġġett iħħeġġjat, ħlief għar-riskju tal-munita barranija, minħabba li r-riskji l-oħra li jkunu qed jiġu ħħeġġjati ma jistgħux jiġu identifikati u mkejla b'mod speċifiku. Dawk ir-riskji l-oħra huma riskji ġenerali tan-negozju.

B6.3.2

Investiment bil-metodu tal-ekwità ma jistax ikun oġġett iħħeġġjat f'ħeġġ fuq il-valur ġust. Dan minħabba li l-metodu tal-ekwità jirrikonoxxi fi profitt jew telf is-sehem tal-investitur fil-profitt jew telf tad-destinatarja ta' investiment, minflok il-bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Għal raġuni simili, investiment f'sussidjarja konsolidata ma jistax ikun oġġett iħħeġġjat f'ħeġġ fuq il-valur ġust. Dan minħabba li l-konsolidament jirrikonoxxi fi profitt jew telf il-profitt jew telf tas-sussidjarja, minflok il-bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Ħeġġ ta' investiment nett f'operazzjoni barranija hu differenti minħabba li hu ħeġġ tal-iskopertura għall-munita barranija, mhux ħeġġ fuq il-valur ġust tal-bidla fil-valur tal-investiment.

B6.3.3

Il-paragrafu 6.3.4 jippermetti li entità tispeċifika bħala oġġetti ħħeġġjati skoperturi aggregati li jkunu kombinazzjoni ta' skopertura u derivattiv. Meta tispeċifika tali oġġett iħħeġġjat, entità tivvaluta jekk l-iskopertura aggregata tikkombinax skopertura ma' derivattiv biex toħloq skopertura aggregata differenti li tiġi mmaniġġjata bħala skopertura waħda għal riskju (jew riskji) partikolari. F'dak il-każ, l-entità tista' tispeċifika l-oġġett iħħeġġjat fuq il-bażi tal-iskopertura aggregata. Pereżempju:

(a)

entità tista' tiħħeġġja kwantità partikolari ta' xirjiet probabbli ħafna ta' kafè fi żmien 15-il xahar kontra r-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet (ibbażat fuq id-dollari Amerikani) billi tuża kuntratt tal-futuri fuq 15-il xahar għall-kafè. Ix-xirjiet probabbli ħafna tal-kafè u l-kuntratt tal-futuri għall-kafè flimkien jistgħu jitqiesu bħala skopertura għar-riskju tal-munita barranija fid-dollaru Amerikan b'ammont fiss għal 15-il xahar għal skopijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju (jiġifieri bħal kwalunkwe ħruġ ta' flus b'ammont fiss fid-dollaru Amerikan fi żmien 15-il xahar).

(b)

entità tista' tiħħeġġja r-riskju fuq il-munita barranija għat-terminu sħiħ ta' dejn b'rata fissa għal 10 snin denominat f'munita barranija. Madankollu, l-entità teħtieġ biss skopertura b'rata fissa fil-munita funzjonali tagħha għal terminu qasir sa medju (pereżempju sentejn) u skopertura b'rata varjabbli fil-munita funzjonali tagħha għat-terminu li jifdal sal-maturità. Fit-tmiem ta' kull wieħed miż-żewġ intervalli ta' sentejn (jiġifieri fuq bażi rikorrenti ta' sentejn), l-entità tiffissal-iskopertura għar-rata tal-imgħax tas-sentejn li jmiss (jekk il-livell tal-imgħax ikun tali li l-entità tkun trid tiffissa r-rati tal-imgħax). F'sitwazzjoni bħal din, entità tista' tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax bejn il-muniti minn fissi għal varjabbli għal 10 snin li taqleb id-dejn b'rata fissa f'munita barranija fi skopertura b'rata varjabbli fil-munita funzjonali. Din hija koperta bi swap tar-rati tal-imgħax għal sentejn li—fuq il-bażi tal-munita funzjonali—taqleb dejn b'rata varjabbli f'dejn b'rata fissa. Fil-fatt, id-dejn b'rata fissa f'munita barranija u l-iswap tar-rati tal-imgħax minn fissi għal varjabbli bejn il-muniti għal 10 snin, flimkien huma kkunsidrati bħala skopertura b'rata varjabbli ta' 10 snin għall-munita funzjonali tad-dejn għal skopijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju.

B6.3.4

Meta tispeċifika l-oġġett iħħeġġjat fuq il-bażi tal-iskopertura aggregata, entità tikkunsidra l-effett kombinat tal-oġġetti li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata sabiex tivvaluta l-effikaċja tal-ħeġġ u tkejjel l-ineffikaċja tal-ħeġġ. Madankollu, l-oġġetti li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata jibqgħu rrappurtati separatament. Dan ifisser li, pereżempju:

(a)

id-derivattivi li jkunu parti minn skopertura aggregata jiġu rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet separati mkejla b'valur ġust; u

(b)

jekk tiġi speċifikata relazzjoni ta' ħħeġġjar bejn l-oġġetti li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata, il-mod li bih derivattiv jiġi inkluż bħala parti minn skopertura aggregata jrid ikun konsistenti mal-ispeċifikazzjoni ta' dak id-derivattiv bħala l-istrument għall-iħħeġġjar fil-livell tal-iskopertura aggregata. Pereżempju, jekk entità teskludi l-element forward ta' derivattiv mill-ispeċifikazzjoni tiegħu bħala l-istrument għall-iħħeġġjar għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn l-oġġetti li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata, hija trid teskludi wkoll l-element forward meta tinkludi dak id-derivattiv bħala oġġett iħħeġġjat bħala parti mill-iskopertura aggregata. Inkella, l-iskopertura aggregata għandha tinkludi derivattiv, jew fl-intier tiegħu jew proporzjon minnu.

B6.3.5

Il-paragrafu 6.3.6 isostni li f'rapporti finanzjarji konsolidati, ir-riskju fuq il-munita barranija ta' tranżazzjoni intragrupp prevista probabbli ħafna, jista' jikkwalifika bħala oġġett iħħeġġjat f'ħeġġ tal-flussi tal-flus, bil-kundizzjoni li t-tranżazzjoni tkun denominata f'munita għajr il-munita funzjonali tal-entità li tidħol f'dik it-tranżazzjoni u li r-riskju fuq il-munita barranija ma jaffettwax il-profitt jew telf konsolidat. Għal dan il-għan, entità tista' tkun kumpanija prinċipali, sussidjarja, assoċjata, arranġament konġunt jew fergħa. Jekk ir-riskju fuq il-munita barranija ta' tranżazzjoni prevista intragrupp ma taffettwax il-qligħ jew it-telf ikkonsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp ma tistax tikkwalifika bħala oġġett iħħeġġjat. Normalment, dan ikun il-każ għal pagamenti tad-drittijiet tal-awtur, pagamenti ta' interessi jew spejjeż amministrattivi bejn membri tal-istess grupp sakemm ma jkunx hemm tranżazzjoni esterna relatata. Madankollu, meta r-riskju fuq il-munita barranija ta' tranżazzjoni prevista intragrupp se jaffettwa l-qligħ jew it-telf ikkonsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp tista' tikkwalifika bħala oġġett iħħeġġjat. Eżempju ta' dan huwa l-bejgħ jew ix-xiri previst ta' inventarji bejn il-membri tal-istess grupp jekk ikun hemm bejgħ ieħor tal-inventarju għal parti barra mill-grupp. Bl-istess mod, bejgħ intragrupp previst tal-impjant u t-tagħmir mill-entità tal-grupp li tkun mmanifatturatu lil entità tal-grupp li se tagħmel użu mill-impjant u t-tagħmir fl-operazzjonijiet tiegħu, jista' jaffettwa l-qligħ jew it-telf ikkonsolidat. Dan jista' jseħħ, per eżempju, minħabba li l-impjant u t-tagħmir ikunu se jiġu deprezzati mill-entità li qed tixtri u l-ammont inizjalment rikonoxxut għall-impjant u t-tagħmir jista' jinbidel jekk it-tranżazzjoni prevista intragrupp tkun denominata f'munita li ma tkunx il-munita funzjonali tal-entità li qed tixtri.

B6.3.6

Jekk ħeġġ ta' tranżazzjoni prevista intragrupp tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar, kwalunkwe qligħ jew telf jiġi rikonoxxut fi, u jinħareġ minn, dħul komprensiv ieħor skont il-paragrafu 6.5.11. Il-perjodu jew perjodi rilevanti li matulhom ir-riskju fuq il-munita barranija tat-tranżazzjoni ħħeġġjata jaffettwa l-profitt jew telf huwa meta jaffettwa l-profitt jew telf ikkonsolidat.

Speċifikazzjoni ta' oġġetti ħħeġġjati

B6.3.7

Komponent huwa oġġett iħħeġġjat li jkun anqas mill-oġġett sħiħ. Għaldaqstant, komponent jirrifletti biss xi wħud mir-riskji tal-oġġett li tiegħu jkun parti jew jirrifletti r-riskji biss sa ċertu punt (pereżempju, fl-ispeċifikazzjoni ta' proporzjon ta' oġġett).

Komponenti ta' riskju

B6.3.8

Sabiex ikun eliġibbli għal speċifikazzjoni bħala oġġett iħħeġġjat, komponent ta' riskju jrid ikun komponent identifikabbli separatament tal-oġġett finanzjarju jew mhux finanzjarju, u l-bidliet fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust tal-oġġett attribwibbli għal bidliet f'dak il-komponent ta' riskju jridu jkunu miżurabbli b'mod affidabbli.

B6.3.9

Meta tkun qiegħda tidentifika liema komponenti ta' riskju jikkwalifikaw għal speċifikazzjoni bħala oġġett iħħeġġjat, entità tivvaluta tali komponenti ta' riskju fil-kuntest tal-istruttura tas-suq partikolari li magħha jkun relatat ir-riskju u li fiha sseħħ l-attività tal-iħħeġġjar. Tali determinazzjoni teħtieġ evalwazzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti, li jvarjaw skont ir-riskju u s-suq.

B6.3.10

Fl-ispeċifikazzjoni ta' komponenti ta' riskju bħala oġġetti ħħeġġjati, entità tikkunsidra jekk il-komponenti ta' riskju jkunux speċifikati espliċitament f'kuntratt (komponenti ta' riskju speċifikati f'kuntratt) jew jekk ikunux impliċiti fil-valur ġust jew fil-flussi tal-flus ta' oġġett li tiegħu jkunu parti (komponenti ta' riskju mhux speċifikati f'kuntratt). Il-komponenti ta' riskju mhux speċifikati f'kuntratt jistgħu jirrigwardaw oġġetti li ma jkunux kuntratt (pereżempju, tranżazzjonijiet previsti) jew kuntratti li ma jispeċifikawx espliċitament il-komponent (pereżempju, impenn sod li jinkludi biss prezz uniku wieħed minflok formula tal-ipprezzar li tagħmel referenza għal sottostanti differenti). Pereżempju:

(a)

L-Entità A jkollha kuntratt ta' provvista fit-tul għall-gass naturali li jkun ipprezzat bl-użu ta' formula speċifikata f'kuntratt li tirreferenzja komoditajiet u fatturi oħra (pereżempju, żejt tal-gass, żejt tal-fjuwil u komponenti oħra bħall-ħlasijiet tat-trasport). L-Entità A tiħħeġġja l-komponent taż-żejt tal-gass f'dak il-kuntratt ta' provvista billi tuża kuntratt forward għaż-żejt tal-gass. Minħabba li l-komponent taż-żejt tal-gass huwa speċifikat bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' provvista, huwa komponent ta' riskju speċifikat f'kuntratt. Għalhekk, minħabba l-formula tal-ipprezzar, l-Entità A tikkonkludi li l-iskopertura għall-prezz taż-żejt tal-gass hija identifikabbli separatament. Fl-istess ħin, hemm suq għal kuntratti forward għaż-żejt tal-gass. Għalhekk, l-Entità A tikkonkludi li l-iskopertura għall-prezz taż-żejt tal-gass tista' titkejjel b'mod affidabbli. Għaldaqstant, l-iskopertura għall-prezz taż-żejt tal-gass fil-kuntratt ta' provvista hija komponent ta' riskju li huwa eliġibbli biex jiġi speċifikat bħala oġġett iħħeġġjat.

(b)

L-Entità B tiħħeġġja x-xirjiet tal-kafè futuri tagħha abbażi tat-tbassir tal-produzzjoni tagħha. L-iħħeġġjar jibda sa 15-il xahar qabel il-konsenja ta' parti mill-volum previst tax-xiri. L-Entità B iżżid il-volum iħħeġġjat maż-żmien (hekk kif toqrob id-data tal-konsenja). L-Entità B tuża żewġ tipi differenti ta' kuntratti biex timmaniġġja r-riskju tagħha fuq iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè:

(i)

kuntratti tal-futuri nnegozjati f'kambju għall-kafè; u

(ii)

kuntratti ta' provvista għall-kafè għal kafè Arabica mill-Kolumbja kkonsenjat f'sit speċifiku tal-manifattura. Dawn il-kuntratti jipprezzaw tunnellata ta' kafè abbażi tal-prezz tal-kuntratt tal-futuri għall-kafè nnegozjat f'kambju flimkien ma' differenzjali tal-prezz fiss flimkien ma' imposta varjabbli għas-servizzi loġistiċi billi tintuża formula tal-ipprezzar. Il-kuntratt ta' provvista għall-kafè huwa kuntratt eżekutorju li bih l-Entità B tieħu l-konsenja attwali tal-kafè.

Għall-konsenji li jirrigwardaw il-ħsad kurrenti, id-dħul fil-kuntratti ta' provvista għall-kafè jippermetti lill-Entità B li tiffissa d-differenzjali tal-prezz bejn il-kwalità attwali mixtrija ta' kafè (kafè Arabica mill-Kolumbja) u l-kwalità referenzjarja li hija s-sottostanti tal-kuntratt tal-futuri nnegozjat f'kambju. Madankollu, għal konsenji li jirrigwardaw il-ħsad li jmiss, il-kuntratti ta' provvista għall-kafè għadhom mhumiex disponibbli, u għalhekk id-differenzjali tal-prezzijiet ma jistax jiġi ffissat. L-Entità B tuża kuntratti tal-futuri għall-kafè nnegozjati f'kambju sabiex tiħħeġġja l-komponent tal-kwalità referenzjarja tar-riskju tagħha fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-kafè għall-konsenji li jirrigwardaw il-ħsad kurrenti kif ukoll il-ħsad li jmiss. L-Entità B tistabbilixxi li hija esposta għal tliet riskji differenti: riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja, riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè li jirrifletti d-differenza (firxa) bejn il-prezz għall-kafè tal-kwalità referenzjarja u l-kafè Arabica partikolari mill-Kolumbja li fil-fatt tirċievi, u l-kostijiet loġistiċi li jvarjaw. Għall-konsenji relatati mal-ħsad kurrenti, wara li l-Entità B tidħol f'kuntratt ta' provvista għall-kafè, ir-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja huwa komponent ta' riskju speċifikat f'kuntratt minħabba li l-formula tal-ipprezzar tinkludi indiċizzar mal-prezz tal-kuntratt tal-futuri għall-kafè nnegozjat f'kambju. L-Entità B tikkonkludi li dan il-komponent ta' riskju huwa identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli. Għall-konsenji relatati mal-ħsad li jmiss, l-Entità B għadha ma daħlet fl-ebda kuntratt ta' provvista għall-kafè (jiġifieri dawk il-konsenji huma tranżazzjonijiet previsti). Għalhekk, ir-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja huwa komponent ta' riskju mhux speċifikat f'kuntratt. L-analiżi tal-istruttura tas-suq min-naħa tal-Entità B tqis kif inhuma pprezzati l-konsenji eventwali tal-kafè partikolari li tirċievi. Għalhekk, fuq il-bażi ta' din l-analiżi tal-istruttura tas-suq, l-Entità B tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet previsti jinvolvu wkoll ir-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja bħala komponent ta' riskju li huwa identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli anki jekk mhuwiex speċifikat f'kuntratt. Għaldaqstant, l-Entità B tista' tagħżel relazzjonijiet ta' ħħeġġjar fuq bażi tal-komponenti ta' riskju (għar-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja) għall-kuntratti ta' provvista għall-kafè kif ukoll tranżazzjonijiet previsti.

(c)

L-Entità C tiħħeġġja parti mix-xirjiet futuri tagħha ta' fjuwil tal-ġettijiet fuq il-bażi tat-tbassir tal-konsum tagħha sa 24 xahar qabel il-konsenja u żżid il-volum li tiħħeġġja maż-żmien. L-Entità C tiħħeġġja din l-iskopertura billi tuża tipi differenti ta' kuntratti skont il-perjodu tal-ħeġġ, li jaffettwa l-likwidità fis-suq tad-derivattivi. Għall-perjodi itwal (12–24 xahar), l-Entità C tuża kuntratti għaż-żejt mhux maħdum minħabba li dawn biss għandhom likwidità fis-suq suffiċjenti. Għal perjodi ta' 6–12-il xahar, l-Entità C tuża derivattivi taż-żejt tal-gass minħabba li dawn huma suffiċjentement likwidi. Għal perjodi sa sitt xhur, l-Entità C tuża kuntratti għall-fjuwil tal-ġettijiet. L-analiżi tal-istruttura tas-suq li għamlet l-Entità C għaż-żejt u l-prodotti taż-żejt u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti hija kif ġej:

(i)

L-Entità C topera f'żona ġeografika li fiha Brent huwa l-parametru referenzjarju għaż-żejt mhux maħdum. Iż-żejt mhux maħdum huwa parametru referenzjarju ta' materja prima li jaffettwa l-prezz ta' diversi prodotti taż-żejt raffinat bħala l-iżjed input bażiku tagħhom. Iż-żejt tal-gass huwa parametru referenzjarju għall-prodotti taż-żejt raffinat, li jintuża bħala referenza tal-ipprezzar għad-distillati taż-żejt b'mod aktar ġenerali. Dan huwa rifless ukoll fit-tipi ta' strumenti finanzjarji derivattivi għas-swieq taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti taż-żejt raffinat tal-ambjent li topera fih l-Entità C, bħal:

il-kuntratt tal-futuri għaż-żejt mhux maħdum referenzjarju, li huwa għaż-żejt mhux maħdum Brent;

il-kuntratt tal-futuri għaż-żejt tal-gass referenzjarju, li jintuża bħala r-referenza tal-ipprezzar għad-distillati—pereżempju, id-derivattivi tal-firxa tal-fjuwil tal-ġettijiet ikopru d-differenzjali tal-prezzijiet bejn il-fjuwil tal-ġettijiet u dak iż-żejt tal-gass referenzjarju; u

id-derivattiv għall-firxa tal-ikkrekkjar taż-żejt tal-gass referenzjarju (jiġifieri d-derivattiv għad-differenzjali tal-prezzijiet bejn iż-żejt mhux maħdum u ż-żejt tal-gass—marġinu ta' raffinament), li huwa indiċizzat maż-żejt mhux maħdum Brent.

(ii)

l-ipprezzar tal-prodotti taż-żejt raffinat ma jiddependix fuq liema żejt mhux maħdum partikolari jiġi pproċessat minn raffinerija partikolari minħabba li dawk il-prodotti taż-żejt raffinat (bħaż-żejt tal-gass jew il-fjuwil tal-ġettijiet) huma prodotti standardizzati.

Għalhekk, l-Entità C tikkonkludi li r-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet tax-xirjiet tagħha ta' fjuwil tal-ġettijiet jinkludi komponent ta' riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum u komponent ta' riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet taż-żejt tal-gass, minkejja li ż-żejt mhux maħdum u ż-żejt tal-gass ma huma speċifikati fl-ebda arranġament kuntrattwali. L-Entità C tikkonkludi li dawn iż-żewġ komponenti ta' riskju huma identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli minkejja li mhumiex speċifikati f'kuntratt. Għaldaqstant, l-Entità C tista' tagħżel relazzjonijiet ta' ħħeġġjar għax-xirjiet previsti ta' fjuwil tal-ġettijiet fuq bażi tal-komponenti ta' riskju (għaż-żejt mhux maħdum jew iż-żejt tal-gass). Din l-analiżi tfisser ukoll li kieku, pereżempju, l-Entità C użat derivattivi taż-żejt mhux maħdum ibbażati fuq iż-żejt mhux maħdum ta' West Texas Intermediate (WTI), il-bidliet fid-differenzjali tal-prezzijiet bejn iż-żejt mhux maħdum Brent u ż-żejt mhux maħdum ta' WTI jikkawżaw ineffikaċja tal-ħeġġ.

(d)

L-Entità D għandha strument ta' dejn b'rata fissa. Dan l-istrument huwa maħruġ f'ambjent b'suq li fih varjetà kbira ta' strumenti ta' dejn simili jiġu mqabbla bil-firxiet tagħhom ma' rata normattiva (pereżempju, LIBOR) u l-istrumenti b'rata varjabbli f'dak l-ambjent ġeneralment jiġu indiċizzati ma' dik ir-rata normattiva. L-iswaps tar-rati tal-imgħax ta' spiss jintużaw biex jiġi mmaniġġjat ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fuq il-bażi ta' dik ir-rata normattiva, irrispettivament mill-firxa ta' strumenti ta' dejn ma' dik ir-rata normattiva. Il-prezz tal-istrumenti ta' dejn b'rata fissa jvarja bi tweġiba diretta għall-bidliet fir-rata normattiva hekk kif iseħħu. L-Entità D tikkonkludi li r-rata normattiva hija komponent li jista' jiġi identifikat separatament u mkejjel b'mod affidabbli. Għaldaqstant, l-Entità D tista' tagħżel relazzjonijiet ta' ħħeġġjar għall-istrumenti ta' dejn b'rata fissa fuq bażi tal-komponent ta' riskju għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata ta' mgħax normattiva.

B6.3.11

Meta komponent ta' riskju jiġi speċifikat bħala oġġett iħħeġġjat, ir-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar japplikaw għal dak il-komponent ta' riskju bl-istess mod kif japplikaw għal oġġetti ħħeġġjati oħra li ma jkunux komponenti ta' riskju. Pereżempju, japplikaw il-kriterji ta' kwalifika, inkluż li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ, u kwalunkwe ineffikaċja tal-ħeġġ trid titkejjel u tiġi rikonoxxuta.

B6.3.12

Entità tista' tispeċifika biss ukoll bidliet fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta' oġġett iħħeġġjat 'il fuq jew taħt prezz speċifikat jew varjabbli ieħor (“riskju unilaterali”). Il-valur intrinsiku ta' strument ta' ħeġġjar għal opzjoni mixtrija (jekk wieħed jassumi li għandu l-istess termini prinċipali bħar-riskju speċifikat), iżda mhux il-valur tiegħu maż-żmien, jirrifletti riskju unilaterali f'oġġett iħħeġġjat. Pereżempju, entità tista' tispeċifika l-varjabilità tar-riżultati ta' flussi ta' flus futuri li jirriżultaw minn żieda fil-prezz ta' xiri previst ta' komodità. F'sitwazzjoni bħal din, l-entità tispeċifika biss telf ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn żieda fil-prezz ogħla mil-livell speċifikat. Ir-riskju ħħeġġjat ma jinkludix il-valur maż-żmien ta' opzjoni mixtrija, minħabba li l-valur maż-żmien mhuwiex komponent tat-tranżazzjoni prevista li jaffettwa l-profitt jew it-telf.

B6.3.13

Hemm suppożizzjoni konfutabbli li sakemm ir-riskju ta' inflazzjoni ma jkunx speċifikat f'kuntratt, dan ma jkunx identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli u għalhekk ma jistax jiġi speċifikat bħala komponent ta' riskju ta' strument finanzjarju. Madankollu, f'każijiet limitati, huwa possibbli li jiġi identifikat komponent ta' riskju għar-riskju tal-inflazzjoni li jkun identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari tal-ambjent tal-inflazzjoni u s-suq tad-dejn rilevanti.

B6.3.14

Pereżempju, entità toħroġ dejn f'ambjent fejn il-bonds marbuta mal-inflazzjoni jkollhom volum u struttura ta' terminu li tirriżulta f'suq suffiċjentement likwidu li jippermetti l-kostruzzjoni ta' struttura ta' terminu ta' rata ta' mgħax reali bla kupun. Dan ifisser li għall-munita rispettiva, l-inflazzjoni hija fattur rilevanti li jitqies separatament mis-swieq tad-dejn. F'dawk iċ-ċirkustanzi, il-komponent ta' riskju tal-inflazzjoni jista' jiġi determinat billi l-flussi tal-flus tal-istrument ta' dejn iħħeġġjat jiġu skontati billi tintuża l-istruttura ta' terminu tar-rati tal-imgħax reali bla kupun (jiġifieri b'mod simili għal kif jista' jiġi determinat il-komponent tar-rata tal-imgħax (nominali) mingħajr riskju). Mill-banda l-oħra, f'bosta każijiet, komponent ta' riskju tal-inflazzjoni ma jkunx identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli. Pereżempju, entità toħroġ biss dejn b'rata tal-imgħax nominali f'ambjent b'suq għal bonds marbuta mal-inflazzjoni li ma jkunx suffiċjentement likwidu biex jippermetti li tinbena struttura ta' terminu ta' rati tal-imgħax reali bla kupun. F'dan il-każ, l-analiżi tal-istruttura tas-suq u tal-fatti u ċ-ċirkustanzi ma tappoġġax il-konklużjoni tal-entità li l-inflazzjoni hija fattur rilevanti li huwa kkunsidrat separatament mis-swieq tad-dejn. Għalhekk, l-entità ma tistax tegħleb is-suppożizzjoni konfutabbli li riskju tal-inflazzjoni li ma jkunx speċifikat f'kuntratt mhuwiex identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli. Għaldaqstant, komponent ta' riskju tal-inflazzjoni ma jkunx eliġibbli sabiex jiġi speċifikat bħala l-oġġett iħħeġġjat. Dan japplika irrispettivament minn kwalunkwe strument għall-iħħeġġjar kontra l-inflazzjoni li l-entità tkun daħlet fih. B'mod partikolari, l-entità ma tistax sempliċement timputa t-termini u l-kundizzjonijiet tal-istrument ta' ħeġġjar attwali kontra l-inflazzjoni billi tipproġetta t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu fuq id-dejn b'rata ta' mgħax nominali.

B6.3.15

Komponent ta' riskju tal-inflazzjoni speċifikat f'kuntratt, tal-flussi ta' flus ta' bond rikonoxxut marbut mal-inflazzjoni (jekk wieħed jassumi li ma hemm l-ebda rekwiżit biex derivattiv inkorporat jiġi rrapportat separatament), huwa identifikabbli separatament u miżurabbli b'mod affidabbli, sakemm flussi ta' flus oħra tal-istrument ma jkunux affettwati mill-komponent ta' riskju tal-inflazzjoni.

Komponenti ta' ammont nominali

B6.3.16

Hemm żewġ tipi ta' komponenti ta' ammonti nominali li jistgħu jiġu speċifikati bħala l-oġġett iħħeġġjat f'relazzjoni tal-iħħeġġjar: komponent li jkun proporzjon ta' oġġett sħiħ jew komponent ta' saff. It-tip ta' komponent jibdel ir-riżultat kontabilistiku. Entità għandha tispeċifika l-komponent għal skopijiet kontabilistiċi b'mod konsistenti mal-objettiv tagħha ta' mmaniġġjar tar-riskju.

B6.3.17

Eżempju ta' komponent li huwa proporzjon huwa 50 fil-mija tal-flussi tal-flus kuntrattwali ta' selfa.

B6.3.18

Komponent ta' saff jista' jiġi speċifikat minn popolazzjoni definita, iżda miftuħa, jew minn ammont nominali definit. Fost l-eżempji nsibu:

(a)

parti minn volum ta' tranżazzjoni monetarja, pereżempju l-flussi ta' flus FC10 li jmiss minn bejgħ denominat f'munita barranija wara l-ewwel FC20 f'Marzu 201X; (4)

(b)

parti minn volum fiżiku, pereżempju, is-saff tal-qiegħ, b'daqs ta' 5 miljun metru kubu, tal-gass naturali maħżun fil-post XYZ;

(c)

parti minn volum fiżiku jew volum ieħor ta' tranżazzjoni, pereżempju, l-ewwel 100 barmil mix-xirjiet taż-żejt f'Ġunju 201X jew l-ewwel 100 MWh ta' bejgħ tal-elettriku f'Ġunju 201X; jew

(d)

saff mill-ammont nominali tal-oġġett iħħeġġjat, pereżempju, l-aħħar CU80 miljun minn impenn sod ta' CU100, is-saff tal-qiegħ ta' CU20 miljun minn bond b'rata fissa ta' CU100 miljun jew is-saff ta' fuq ta' CU30 miljun minn ammont totali ta' CU100 miljun ta' dejn b'rata fissa li jista' jitħallas qabel b'valur ġust (l-ammont nominali definit huwa CU100 miljun).

B6.3.19

Jekk komponent ta' saff jiġi speċifikat f'ħeġġ b'valur ġust, entità għandha tispeċifikah minn ammont nominali definit. Sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti għal ħeġġijiet b'valur ġust li jikkwalifikaw, entità għandha terġa' tkejjel l-oġġett iħħeġġjat għal bidliet fil-valur ġust (jiġifieri terġa' tkejjel l-oġġett għal bidliet fil-valur ġust attribwibbli lir-riskju ħħeġġjat). L-aġġustament ta' ħeġġ fuq il-valur ġust irid jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf sa mhux aktar tard minn meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-oġġett. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġi ttraċċat l-oġġett li miegħu jkollu x'jaqsam l-aġġustament tal-ħeġġ fuq il-valur ġust. Għal komponent ta' saff f'ħeġġ fuq il-valur ġust, dan jeħtieġ li l-entità tittraċċa l-ammont nominali li minnu jkun definit. Pereżempju, fil-paragrafu B6.3.18(d), irid jiġi ttraċċat l-ammont nominali totali definit ta' CU100 miljun sabiex jiġi ttraċċat is-saff tal-qiegħ ta' CU20 miljun jew is-saff ta' fuq ta' CU30 miljun.

B6.3.20

Komponent ta' saff li jinkludi opzjoni ta' prepagament ma jkunx eliġibbli sabiex jiġi speċifikat bħala oġġett iħħeġġjat f'ħeġġ fuq il-valur ġust jekk il-valur ġust tal-opzjoni ta' prepagament tkun affettwata minn bidliet fir-riskju ħħeġġjat, sakemm is-saff speċifikat ma jinkludix l-effett tal-opzjoni relatata ta' prepagament meta tiġi determinata l-bidla fil-valur ġust tal-oġġett iħħeġġjat.

Relazzjoni bejn il-komponenti u l-flussi ta' flus totali ta' oġġett

B6.3.21

Jekk komponent tal-flussi ta' flus ta' oġġett finanzjarju jew mhux finanzjarju jiġi speċifikat bħala l-oġġett iħħeġġjat, dak il-komponent irid ikun anqas minn jew daqs il-flussi ta' flus totali tal-oġġett intier. Madankollu, il-flussi ta' flus kollha tal-oġġett intier jistgħu jiġu speċifikati bħala l-oġġett iħħeġġjat u ħħeġġjati għal riskju partikolari wieħed biss (pereżempju, għal dawk il-bidliet biss li jkunu attribwibbli għal bidliet f'LIBOR jew prezz ta' komodità referenzjarja).

B6.3.22

Pereżempju, fil-każ ta' obbligazzjoni finanzjarja li r-rata effettiva tal-imgħax tagħha tkun anqas minn LIBOR, entità ma tistax tispeċifika:

(a)

komponent tal-obbligazzjoni daqs l-imgħax f'LIBOR (flimkien mal-ammont prinċipali fil-każ ta' ħeġġ fuq il-valur ġust); u

(b)

komponent residwu negattiv.

B6.3.23

Madankollu, fil-każ ta' obbligazzjoni finanzjarja b'rata fissa li r-rata effettiva tal-imgħax tagħha tkun (pereżempju) 100 punt bażi taħt LIBOR, entità tista' tispeċifika bħala l-oġġett iħħeġġjat il-bidla fil-valur ta' dik l-obbligazzjoni sħiħa (jiġifieri s-somma kapitali flimkien mal-imgħax f'LIBOR, imnaqqas b'100 punt bażi) li tkun attribwibbli għall-bidliet f'LIBOR. Jekk strument finanzjarju b'rata fissa jiġi ħħeġġjat xi żmien wara l-oriġini tiegħu u r-rati tal-imgħax sadanittant ikunu nbidlu, l-entità tista' tispeċifika komponent ta' riskju daqs rata normattiva li tkun ogħla mir-rata kuntrattwali mħallsa fuq l-oġġett. L-entità tista' tagħmel dan bil-kundizzjoni li r-rata normattiva tkun anqas mir-rata effettiva tal-imgħax ikkalkulata bis-suppożizzjoni li l-entità kienet xtrat l-istrument dakinhar li tkun speċifikat l-ewwel darba l-oġġett iħħeġġjat. Pereżempju, assumi li entità toriġina assi finanzjarju b'rata fissa ta' CU100 li jkollu rata effettiva tal-imgħax ta' 6 fil-mija fi żmien meta LIBOR ikun 4 fil-mija. Tibda tagħmel ħeġġ ta' dak l-assi ftit aktar tard meta l-LIBOR tkun żdiedet għal 8 fil-mija u l-valur ġust tal-assi jkun naqas għal CU90. L-entità tikkalkula li kieku hija kienet xtrat l-assi fid-data meta hija tispeċifika l-ewwel darba r-rata relatata tal-imgħax LIBOR bħala l-oġġett iħħeġġjat, ir-rendità effettiva tal-assi bbażata fuq il-valur ġust f'dak iż-żmien ta' CU90, kienet tkun ta' 9,5 fil-mija. Minħabba li l-LIBOR hija anqas minn din ir-rendità effettiva, l-entità tista' tispeċifika komponent LIBOR ta' 8 fil-mija li jikkonsisti parzjalment mill-flussi ta' flus kuntrattwali mill-imgħax u parzjalment mid-differenza bejn il-valur ġust kurrenti (jiġifieri CU90) u l-ammont ripagabbli fil-maturità (jiġifieri CU100).

B6.3.24

Jekk obbligazzjoni finanzjarja b'rata varjabbli jkollha mgħax (pereżempju) ta' tliet xhur LIBOR imnaqqas b'20 punt bażi (b'minimu stabbilit għal żero punti bażi), entità tista' tispeċifika bħala l-oġġett iħħeġġjat il-bidla fil-flussi ta' flus ta' dik l-obbligazzjoni sħiħa (jiġifieri tliet xhur LIBOR imnaqqas b'20 punt bażi—inkluż il-minimu) li tkun attribwibbli għall-bidliet fil-LIBOR. Għalhekk, sakemm il-kurva 'l quddiem tat-tliet xhur LIBOR għall- ħajja li jifdal ta' dik l-obbligazzjoni ma tinżilx għal anqas minn 20 punt bażi, l-oġġett iħħeġġjat ikollu l-istess varjabilità fil-flussi tal-flus bħal obbligazzjoni li jkollha mgħax fit-tliet xhur LIBOR b'firxa ta' żero jew pożittiva. Madankollu, jekk il-kurva 'l quddiem tat-tliet xhur LIBOR għall-ħajja li jifdal ta' dik l-obbligazzjoni (jew parti minnha) tinżel għal anqas minn 20 punt bażi, l-oġġett iħħeġġjat ikollu varjabilità aktar baxxa ta' flussi ta' flus minn obbligazzjoni li jkollha mgħax fit-tliet xhur LIBOR b'firxa ta' żero jew pożittiva.

B6.3.25

Eżempju simili ta' oġġett mhux finanzjarju huwa tip speċifiku ta' żejt mhux maħdum minn oil field partikolari li ma jkunx ipprezzat maż-żejt mhux maħdum referenzjarju rilevanti. Jekk entità tbigħ dak iż-żejt mhux maħdum b'kuntratt billi tuża formula ta' pprezzar kuntrattwali li tistabbilixxi l-prezz għal kull barmil fil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju tnaqqas minnu CU10 b'minimu ta' CU15, l-entità tista' tispeċifika bħala l-oġġett iħħeġġjat il-varjabilità sħiħa tal-fluss ta' flus taħt il-kuntratt ta' bejgħ li tkun attribwibbli għall-bidla fil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju. Madankollu, l-entità ma tistax tispeċifika komponent li jkun ugwali għall-bidla sħiħa fil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju. Għalhekk, sakemm il-prezz forward (għal kull konsenja) ma jinżilx taħt CU25, l-oġġett iħħeġġjat ikollu l-istess varjabilità ta' fluss tal-flus bħal bejgħ ta' żejt mhux maħdum bil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju (jew b'firxa pożittiva). Madankollu, jekk il-prezz forward għal kwalunkwe konsenja jinżel taħt CU25, l-oġġett iħħeġġjat ikollu varjabilità aktar baxxa fil-fluss tal-flus minn bejgħ ta' żejt mhux maħdum bil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju (jew b'firxa pożittiva).

Kriterji kwalifikattivi għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar (Taqsima 6.4)

Effikaċja tal-ħeġġ

B6.4.1

L-effikaċja tal-ħeġġ huwa l-grad sa fejn il-bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi tal-flus tal-istrument ta' ħħeġġjar ipaċu l-bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi tal-flus tal-entrata ħħeġġjata (pereżempju, meta l-entrata ħħeġġjata tkun komponent ta' riskju, il-bidla rilevanti fil-valur ġust jew fil-flussi tal-flus ta' entrata tkun dik attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat). L-ineffikaċja tal-ħeġġ hija l-grad sa fejn il-bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi tal-flus tal-istrument ta' ħħeġġjar ikunu akbar jew inqas minn dawk fuq l-entrata ħħeġġjata.

B6.4.2

Meta tispeċifika relazzjoni ta' ħħeġġjar fuq bażi kontinwa, entità tanalizza s-sorsi tal-ineffikaċja tal-ħeġġ li jkunu mistennija li jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha. Din l-analiżi (inkluż kwalunkwe aġġornament skont il-paragrafu B6.5.21 li jirriżulta minn riekwilibriju ta' relazzjoni tal-iħħeġġjar) hija l-bażi tal-valutazzjoni tal-entità dwar jekk ikunux qegħdin jintlaħqu r-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ.

B6.4.3

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, l-effetti tas-sostituzzjoni tal-kontroparti oriġinali b'kontroparti tal-ikklerjar u tal-bidliet assoċjati li jsiru kif deskritt fil-paragrafu 6.5.6, ikunu riflessi fil-kejl tal-istrument għall-iħħeġġjar u għalhekk fil-valutazzjoni tal-effikaċja tal-ħeġġ u l-kejl tal-effikaċja tal-ħeġġ.

Relazzjoni ekonomika bejn l-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar

B6.4.4

Ir-rekwiżit li tkun teżisti relazzjoni ekonomika jfisser li l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat ikollhom valuri li ġeneralment jiċċaqalqu fid-direzzjoni opposta minħabba l-istess riskju, li huwa r-riskju ħħeġġjat. Għalhekk, irid ikun hemm stennija li l-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-valur tal-oġġett iħħeġġjat se jinbidlu sistematikament b'rispons għal movimenti jew fl-istess sottostanti jew f'sottostanti li jkunu ekonomikament relatati b'mod li jirrispondu b'mod simili għar-riskju li jkun qed jiġi ħħeġġjat (pereżempju, żejt mhux maħdum Brent u WTI).

B6.4.5

Jekk is-sottostanti ma jkunux l-istess iżda jkunu ekonomikament relatati, jista' jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom il-valuri tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat jiċċaqalqu fl-istess direzzjoni, pereżempju, minħabba li d-differenzjali tal-prezz bejn iż-żewġ sottostanti relatati jinbidel filwaqt li s-sottostanti nfushom ma jiċċaqalqux b'mod sinifikanti. Dan xorta huwa konsistenti ma' relazzjoni ekonomika bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat jekk il-valuri tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat xorta jkunu mistennija li ġeneralment jiċċaqalqu fid-direzzjoni opposta meta jiċċaqalqu s-sottostanti.

B6.4.6

Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix relazzjoni ekonomika tinkludi analiżi tal-imġiba possibbli tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha sabiex jiġi aċċertat jekk tistax tiġi mistennija li tilħaq l-objettiv ta' mmaniġġjar tar-riskju. L-eżistenza biss ta' korrelazzjoni statistika bejn żewġ varjabbli, fiha nnifisha ma tappoġġax konklużjoni valida li teżisti relazzjoni ekonomika.

L-effett ta' riskju ta' kreditu

B6.4.7

Minħabba li l-mudell ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar huwa bbażat fuq nozzjoni ġenerali ta' tpaċija bejn il-qligħ u t-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat, l-effikaċja tal-ħeġġ hija determinata mhux biss mir-relazzjoni ekonomika bejn dawk l-oġġetti (jiġifieri l-bidliet fis-sottostanti tagħhom) iżda wkoll mill-effett tar-riskju ta' kreditu fuq il-valur kemm tal-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll tal-oġġett iħħeġġjat. L-effett ta' riskju ta' kreditu jfisser li anki jekk ikun hemm relazzjoni ekonomika bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat, il-livell ta' tpaċija jista' jsir żbaljat. Dan jista' jirriżulta minn bidla fir-riskju ta' kreditu tal-istrument għall-iħħeġġjar jew tal-oġġett iħħeġġjat, li tkun ta' daqs tali li l-riskju ta' kreditu jiddomina l-bidliet fil-valur li jirriżultaw mir-relazzjoni ekonomika (jiġifieri l-effett tal-bidliet fis-sottostanti). Livell ta' daqs li jwassal għal dominanza huwa wieħed li jirriżulta fit-telf (jew qligħ) mir-riskju ta' kreditu u b'hekk jiffrustra l-effett tal-bidliet fis-sottostanti fuq il-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar jew l-oġġett iħħeġġjat, anki kieku dawk il-bidliet kienu sinifikanti. Mill-banda l-oħra, jekk matul perjodu partikolari ftit ikun hemm bidla fis-sottostanti, il-fatt li anki bidliet żgħar relatati mar-riskju ta' kreditu, fil-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar jew tal-oġġett iħħeġġjat, jistgħu jaffettwaw il-valur aktar mis-sottostanti, ma joħloqx dominanza.

B6.4.8

Eżempju ta' riskju ta' kreditu li jiddomina relazzjoni ta' ħħeġġjar huwa meta entità tiħħeġġja skopertua għar-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet ta' komodità billi tuża derivattiv mhux kollateralizzat. Jekk il-kontroparti għal dak id-derivattiv tesperjenza deterjorament sever fl-affidabbiltà kreditizja tagħha, l-effett tal-bidliet fl-affidabbiltà kreditizja tal-kontroparti għandhom mnejn jegħlbu l-effett tal-bidliet fil-prezz tal-komodità fuq il-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar, filwaqt li l-bidliet fil-valur tal-oġġett iħħeġġjat jiddependu prinċipalment fuq il-bidliet fil-prezzijiet tal-komodità.

Delta

B6.4.9

Skont ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ, id-delta tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar trid tkun l-istess bħal dik li tirriżulta mill-kwantità tal-oġġett iħħeġġjat li l-entità fil-fatt tiħħeġġja u l-kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża sabiex tiħħeġġja dik il-kwantità tal-oġġett iħħeġġjat. Għalhekk, jekk entità tiħħeġġja anqas minn 100 fil-mija tal-iskopertura fuq oġġett, bħal 85 fil-mija, hija għandha tispeċifika r-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi tuża delta li tkun l-istess bħal dik li tirriżulta minn 85 fil-mija tal-iskopertura u l-kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża sabiex tiħħeġġja dawk il-85 fil-mija. Bl-istess mod, jekk, pereżempju, entità tiħħeġġja skopertura billi tuża ammont nominali ta' 40 unità ta' strument finanzjarju, hija għandha tispeċifika r-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi tuża delta li tkun l-istess bħal dik li tirriżulta minn dik il-kwantità ta' 40 unità (jiġifieri l-entità ma tridx tuża delta bbażata fuq kwantità ogħla ta' unitajiet li jista' jkollha b'kollox jew kwantità aktar baxx ta' unitajiet) u l-kwantità tal-oġġett iħħeġġjat li hija fil-fatt tiħħeġġja b'dawk l-40 unità.

B6.4.10

Madankollu, l-ispeċifikazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar bl-użu tal-istess delta bħal dik li tirriżulta mill-kwantitajiet tal-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża, m'għandhiex tirrifletti żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar li mbagħad joħloq ineffikaċja tal-ħeġġ (irrispettivament minn jekk tkunx rikonoxxuta jew le) li tista' twassal għal riżultat kontabilistiku li ma jkunx konsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Għalhekk, sabiex tispeċifika relazzjoni ta' ħħeġġjar, entità trid taġġusta d-delta li tirriżulta mill-kwantitajiet tal-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġi evitat tali żbilanċ.

B6.4.11

Eżempji ta' konsiderazzjonijiet rilevanti meta jiġi vvalutat jekk riżultat kontabilistiku jkunx inkonsistenti mal-iskop ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar huma:

(a)

jekk id-delta maħsuba tkunx stabbilita sabiex jiġi evitat ir-rikonoxximent tal-ineffikaċja tal-ħeġġ għall-ħeġġijiet tal-flussi tal-flus, jew sabiex jinkisbu aġġustamenti tal-ħeġġ fuq il-valur ġust għal iżjed oġġetti ħħeġġjati bil-għan li jiżdied l-użu tal-kontabbiltà abbażi tal-valur ġust, iżda mingħajr ma jiġu paċuti l-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar; u

(b)

jekk ikunx hemm raġuni kummerċjali għall-ponderazzjonijiet partikolari tal-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar, minkejja li dan joħloq ineffikaċja tal-ħeġġ. Pereżempju, entità tidħol fi u tispeċifika kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar li ma tkunx il-kwantità li hija tkun stabbiliet bħala l-aqwa ħeġġ tal-oġġett iħħeġġjat minħabba li l-volum standard tal-istrumenti għall-iħħeġġjar ma jippermettilhiex li tidħol f'dik il-kwantità eżatta tal-istrument għall-iħħeġġjar (“kwistjoni ta' daqs tal-lott”). Eżempju huwa entità li tiħħeġġja 100 tunnellata ta' xirjiet ta' kafè b'kuntratti tal-futuri standard għall-kafè li jkollhom daqs tal-kuntratt ta' 37 500 libbra. L-entità tista' tuża biss ħames jew sitt kuntratti (ekwivalenti għal 85,0 u 102,1 tunnellati rispettivament) sabiex tiħħeġġja l-volum ta' xiri ta' 100 tunnellata. F'dak il-każ, l-entità tispeċifika r-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi tuża d-delta li tirriżulta min-numru ta' kuntratti tal-futuri għall-kafè li fil-fatt tuża, minħabba li l-ineffikaċja tal-ħeġġ li tirriżulta mill-ispariġġ fil-ponderazzjonijiet tal-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar ma twassalx għal riżultat kontabilistiku li ma jkunx konsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

Frekwenza tal-valutazzjoni ta' jekk ikunux qed jiġu milħuqa r-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ

B6.4.12

Entità għandha tivvaluta fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, u fuq bażi kontinwa, jekk relazzjoni ta' ħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ. Bħala minimu, entità għandha twettaq il-valutazzjoni kontinwa f'kull data tar-rapportar u ma' bidla sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jaffettwaw ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ, skont liema tiġi l-ewwel. Il-valutazzjoni tirrigwarda l-aspettattivi dwar l-effikaċja tal-ħeġġ u għalhekk tħares biss 'il quddiem.

Metodi għall-valutazzjoni ta' jekk ikunux qed jiġu milħuqa r-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ

B6.4.13

Dan l-Istandard ma jispeċifikax metodu għall-valutazzjoni ta' jekk relazzjoni ta' ħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ. Madankollu, entità għandha tuża metodu li jaqbad il-karatteristiċi rilevanti tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, inklużi s-sorsi tal-ineffikaċja tal-ħeġġ. Skont dawk il-fatturi, il-metodu jista' jkun valutazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva.

B6.4.14

Pereżempju, meta t-termini kritiċi (bħall-ammont nominali, il-maturità u s-sottostanti) tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat jaqblu jew ikunu allinjati mill-qrib, jista' jkun possibbli għal entità li tikkonkludi abbażi ta' valutazzjoni kwalitattiva ta' dawk it-termini kritiċi, li l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat ikollhom valuri li ġeneralment se jiċċaqalqu fid-direzzjoni opposta minħabba l-istess riskju u għalhekk li teżisti relazzjoni ta' ħħeġġjar bejn l-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.4–B6.4.6).

B6.4.15

Il-fatt li derivattiv ikun favorevoli jew sfavorevoli meta jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar, fih innifsu ma jfissirx li valutazzjoni kwalitattiva ma tkunx xierqa. Jiddependi miċ-ċirkustanzi jekk ineffikaċja tal-ħeġġ li tirriżulta minn dak il-fatt tistax tkun ta' daqs li valutazzjoni kwalitattiva ma taqbdux b'mod adegwat.

B6.4.16

Mill-banda l-oħra, jekk it-termini kritiċi tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat ma jkunux allinjati mill-qrib, ikun hemm livell miżjud ta' inċertezza dwar il-grad ta' tpaċija. Għaldaqstant, l-effikaċja tal-ħeġġ matul it-terminu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar hija iżjed diffiċli biex tiġi mbassra. F'sitwazzjoni bħal din jista' jkun possibbli biss li entità tikkonkludi, abbażi ta' valutazzjoni kwantitattiva, li teżisti relazzjoni ekonomika bejn l-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.4–B6.4.6). F'xi sitwazzjonijiet tista' tkun meħtieġa wkoll valutazzjoni kwantitattiva sabiex jiġi vvalutat jekk id-delta użata għall-ispeċifikazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ (ara l-paragrafi B6.4.9–B6.4.11). Entità tista' tuża l-istess metodu jew metodi differenti għal dawk iż-żewġ għanijiet differenti.

B6.4.17

Jekk ikun hemm bidliet fiċ-ċirkustanzi li jaffettwaw l-effikaċja tal-ħeġġ, entità jista' jkollha tibdel il-metodu għall-valutazzjoni ta' jekk relazzjoni ta' ħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ sabiex tassigura li l-karatteristiċi rilevanti tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, inklużi s-sorsi tal-ineffikaċja tal-ħeġġ, xorta jiġu maqbuda.

B6.4.18

L-immaniġġjar tar-riskju ta' entità huwa s-sors prinċipali ta' informazzjoni sabiex issir il-valutazzjoni ta' jekk relazzjoni ta' ħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ. Dan ifisser li l-informazzjoni (jew l-analiżi) dwar l-immaniġġjar, użata għal skopijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet, tista' tintuża bħala bażi sabiex jiġi vvalutat jekk relazzjoni ta' ħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ.

B6.4.19

Id-dokumentazzjoni ta' entità dwar ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tinkludi kif din se tivvaluta r-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ, inkluż il-metodu jew il-metodi użati. Id-dokumentazzjoni dwar ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi aġġornata għal kwalunkwe bidla fil-metodi (ara l-paragrafu B6.4.17).

Kontabbiltà għal relazzjonijiet ta' ħħeġġjar li jikkwalifikaw (Taqsima 6.5)

B6.5.1

Eżempju ta' ħeġġ fuq il-valur ġust huwa ħeġġ tal-iskopertura għal bidliet fil-valur ġust ta' strument ta' dejn b'rata fissa li jirriżultaw minn bidliet fir-rati tal-imgħax. Kemm l-emittent kif ukoll id-detentur jidħlu għal ħeġġ bħal dan.

B6.5.2

L-għan ta' ħeġġ għall-fluss tal-flus huwa li jipposponi l-qligħ jew it-telf fuq l-istrument ta' ħeġġjar għal perjodu jew perjodi li fihom il-flussi tal-flus mistennija ħħeġġjati futuri jaffettwaw il-profitt jew telf. Eżempju ta' ħeġġ għall-fluss tal-flus huwa l-użu ta' swap sabiex dejn b'rata varjabbli (kemm jekk imkejjel b'kost amortizzat jew b'valur ġust) jinbidel għal dejn b'rata fissa (jiġifieri ħeġġ ta' tranżazzjoni futura li fiha l-flussi ta' flus futuri li jkunu qed jiġu ħħeġġjati jkunu l-pagamenti tal-imgħax futuri). Mill-banda l-oħra, xiri previst ta' strument azzjonarju li, ladarba jiġi akkwiżit, jiġi rrappurtat b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf, huwa eżempju ta' oġġett li ma jistax ikun l-oġġett iħħeġġjat f'ħeġġ tal-flussi tal-flus, minħabba li kwalunkwe qligħ jew telf fuq l-istrument tal-iħħeġġjar li jiġi differit ma jistax jiġi riklassifikat b'mod xieraq għal profitt jew telf matul perjodu li fih jikseb tpaċija. Għall-istess raġuni, xiri previst ta' strument azzjonarju li, ladarba jiġi akkwiżit, jiġi rrappurtat b'valur ġust bil-bidliet fil-valur ġust ikunu ppreżentati f'intojtu komprensiv ieħor, ukoll ma jistax ikun l-oġġett iħħeġġjat f'ħeġġ tal-flussi tal-flus.

B6.5.3

Ħeġġ ta' impenn sod (pereżempju, ħeġġ tal-bidla fil-prezz tal-fjuwil relatata ma' impenn kuntrattwali mhux rikonoxxut minn utilità tal-elettriku biex tixtri l-fjuwil bi prezz fiss) huwa ħeġġ ta' skopertura għal bidla fil-valur ġust. Għaldaqstant, ħeġġ bħal dan hu ħeġġ fuq il-valur ġust. Madankollu, skont il-paragrafu 6.5.4, ħeġġ tar-riskju fuq il-munita barranija ta' impenn sod jista' b'mod alternattiv jiġi rrappurtat bħala ħeġġ tal-flussi tal-flus.

Kejl tal-ineffiċjenza ta' ħeġġ

B6.5.4

Meta tkejjel l-ineffiċjenza ta' ħeġġ, entità għandha tikkunsidra l-valur tal-flus maż-żmien. Għaldaqstant, l-entità tistabbilixxi l-valur tal-oġġett iħħeġġjat fuq bażi tal-valur preżenti u għalhekk il-bidla fil-valur tal-oġġett iħħeġġjat tinkludi wkoll l-effett tal-valur tal-flus maż-żmien.

B6.5.5

Sabiex tikkalkula l-bidla fil-valur tal-oġġett iħħeġġjat biex tkejjel l-ineffiċjenza tal-ħeġġ, entità tista' tuża derivattiv li jkollu termini li jaqblu mat-termini kritiċi tal-oġġett iħħeġġjat (dan sikwit jissejjaħ “derivattiv ipotetiku”), u, pereżempju għal ħeġġ ta' tranżazzjoni prevista, jiġi kalibrat billi jintuża l-livell tal-prezz (jew ir-rata) iħħeġġjati. Pereżempju, kieku l-ħeġġ kien għal riskju bilaterali fil-livell tas-suq preżenti, id-derivattiv ipotetiku jkun jirrappreżenta kuntratt forward ipotetiku li jiġi kalibrat għal valur ta' żero fiż-żmien tal-ispeċifikazzjoni tar-relazzjoni ta' ħħeġġjar. Kieku l-ħeġġ pereżempju kien għal riskju unilaterali, id-derivattiv ipotetiku jkun jirrappreżenta l-valur intrinsiku ta' opzjoni ipotetika li fiż-żmien tal-ispeċifikazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar tkun bl-istess valur jekk il-livell tal-prezz iħħeġġjat ikun il-livell tas-suq preżenti, jew sfavorevoli jekk il-livell tal-prezz iħħeġġjat ikun ogħla (jew, għal ħeġġ ta' pożizzjoni twila, taħt) il-livell tas-suq preżenti. L-użu ta' derivattiv ipotetiku huwa mod wieħed possibbli sabiex tiġi kkalkulata l-bidla fil-valur tal-oġġett iħħeġġjat. Id-derivattiv ipotetiku jirreplika l-oġġett iħħeġġjat u b'hekk iwassal għall-istess riżultat daqs li kieku dik il-bidla fil-valur kienet determinata b'approċċ differenti. Għalhekk, l-użu ta' “derivattiv ipotetiku” mhuwiex metodu fih innifsu iżda mezz matematiku li jista' jintuża biss sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-oġġett iħħeġġjat. Għaldaqstant, ma jistax jintuża “derivattiv ipotetiku” sabiex jiġu inklużi aspetti fil-valur tal-oġġett iħħeġġjat li jkunu jeżistu biss fl-istrument tal-iħħeġġjar (iżda mhux fl-oġġett iħħeġġjat). Eżempju huwa dejn denominat f'munita barranija (irrispettivament minn jekk ikunx dejn b'rata fissa jew b'rata varjabbli). Meta jintuża derivattiv ipotetiku sabiex tiġi kkalkulata l-bidla fil-valur ta' dak id-dejn jew il-valur preżenti tal-bidla kumulattiva fil-flussi tal-flus tiegħu, id-derivattiv ipotetiku ma jistax sempliċement jimputa imposta għall-kambju ta' muniti differenti anki jekk id-derivattivi attwali li bihom jiġu skambjati muniti differenti jistgħu jinkludu tali imposta (pereżempju, swaps tar-rati tal-imgħax bejn il-muniti).

B6.5.6

Il-bidla fil-valur tal-oġġett iħħeġġjat, stabbilita permezz ta' derivattiv ipotetiku, tista' tintuża wkoll sabiex jiġi vvalutat jekk relazzjoni ta' ħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ.

Riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u bidliet fid-delta

B6.5.7

Ir-riekwilibriju jirreferi għall-aġġustamenti magħmula fil-kwantitajiet speċifikati tal-oġġett iħħeġġjat jew fl-istrument għall-iħħeġġjar ta' relazzjoni ta' ħħeġġjar diġà eżistenti sabiex tinżamm delta li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-effikaċja tal-ħeġġ. Bidliet fil-kwantitajiet speċifikati ta' oġġett iħħeġġjat jew ta' strument għall-iħħeġġjar għal skop differenti, ma jikkostitwux riekwilibriju għall-finijiet ta' dan l-Istandard.

B6.5.8

Ir-rekwilibriju huwa rrapportat bħala kontinwazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar skont il-paragrafi B6.5.9–B6.5.21. Mar-riekwilibriju, l-ineffikaċja tal-ħeġġ tal-relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi determinata u rikonoxxuta immedjatament qabel ma tiġi aġġustata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar.

B6.5.9

L-aġġustament tad-delta jippermetti li entità tirrispondi għall-bidliet fir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat li jirriżultaw mis-sottostanti jew il-varjabbli tar-riskju tagħhom. Pereżempju, relazzjoni ta' ħħeġġjar li fiha l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat ikollhom sottostanti differenti iżda relatati, tinbidel bi tweġiba għal bidla fir-relazzjoni bejn dawk iż-żewġ sottostanti (pereżempju, indiċijiet, rati jew prezzijiet ta' referenza differenti iżda relatati). Għalhekk, ir-riekwilibriju jippermetti l-kontinwazzjoni ta' relazzjoni ta' ħħeġġjar f'sitwazzjonijiet fejn ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat tinbidel b'mod li jista' jiġi kkumpensat billi tiġi aġġustata d-delta.

B6.5.10

Pereżempju, entità tiħħeġġja skopertura għall-Munita Barranija A billi tuża derivattiv ibbażat fuq munita li jirreferenzja l-Munita Barranija B u l-Muniti Barranin A u B jiġu pegged (jiġifieri r-rata tal-kambju tagħhom tinżamm fi ħdan faxxa jew b'rata tal-kambju stabbilita minn bank ċentrali jew awtorità oħra). Kieku r-rata tal-kambju bejn il-Munita Barranija A u l-Munita Barranija B kienet mibdula (jiġifieri kienet stabbilita faxxa jew rata ġdida), ir-riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar biex jirrifletti r-rata l-ġdida tal-kambju, jassigura li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar tkompli tissodisfa r-rekwiżit tal-effikaċja tal-ħeġġ għad-delta fiċ-ċirkustanzi l-ġodda. B'kuntrast, kieku kien hemm inadempjenza fuq id-derivattiv tal-munita, il-bdil tad-delta ma jistax jassigura li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar tkompli tissodisfa r-rekwiżit tal-effikaċja tal-ħeġġ. Għalhekk, ir-riekwilibriju ma jiffaċilitax il-kontinwazzjoni ta' relazzjoni tal-iħħeġġjar f'sitwazzjonijiet fejn ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat tinbidel b'mod li ma jistax jiġi kkumpensat bl-aġġustament tad-delta.

B6.5.11

Mhux kull bidla fil-grad ta' tpaċija bejn il-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-valur ġust jew il-flussi tal-flus tal-oġġett iħħeġġjat tikkostitwixxi bidla fir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat. Entità tanalizza s-sorsi ta' ineffikaċja tal-ħeġġ li hija kienet tistenna li jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha u tevalwa jekk il-bidliet fil-grad ta' tpaċija jkunux:

(a)

varjazzjonijiet madwar id-delta, li tibqa' valida (jiġifieri tkompli tirrifletti adegwatament ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat); jew

(b)

indikazzjoni li d-delta ma tkunx għadha tirrifletti adegwatament ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-oġġett iħħeġġjat.

Entità twettaq din l-evalwazzjoni mar-rekwiżit tal-effikaċja tal-ħeġġ għad-delta, jiġifieri biex tassigura li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tirriflettix żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar li toħloq ineffikaċja tal-ħeġġ (irrispettivament minn jekk tkunx rikonoxxuta jew le) li tista' twassal għal riżultat kontabilistiku li ma jkunx konsistenti mal-għan tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Għalhekk, din l-evalwazzjoni teħtieġ ġudizzju.

B6.5.12

Il-varjazzjoni madwar delta kostanti (u għalhekk l-ineffikaċja relatata tal-ħeġġ) ma tistax titnaqqas bl-aġġustament tad-delta bi tweġiba għal kull riżultat partikolari. Għalhekk, f'ċirkustanzi bħal dawn, il-bidla fil-grad ta' tpaċija hija kwistjoni ta' kejl u rikonoxximent tal-ineffikaċja tal-ħeġġ iżda ma teħtieġx riekwilibriju.

B6.5.13

Mill-banda l-oħra, jekk il-bidliet fil-grad ta' tpaċija jindikaw li l-varjazzjoni tkun madwar delta li tkun differenti mid-delta li attwalment tkun użata għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, jew li hemm xejra lil hinn minn dik id-delta, l-ineffikaċja tal-ħeġġ tista' titnaqqas billi tiġi aġġustata d-delta, filwaqt li ż-żamma tad-delta tipproduċi aktar ineffikaċja tal-ħeġġ. Għalhekk, f'ċirkustanzi bħal dawn, entità trid tevalwa jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tirriflettix żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar li joħloq ineffikaċja tal-ħeġġ (irrispettivament minn jekk tkunx rikonoxxuta jew le) li tista' twassal għal riżultat kontabilistiku li ma jkunx konsistenti mal-għan tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk tiġi aġġustata d-delta, din taffettwa wkoll il-kejl u r-rikonoxximent tal-ineffikaċja tal-ħeġġ minħabba li, meta jsir ir-riekwilibriju, l-ineffettività tal-ħeġġ tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi determinata u rikonoxxuta minnufih qabel tiġi aġġustata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar b'konformità mal-paragrafu B.6.5.8.

B6.5.14

Riekwilibriju jfisser li, għall-finijiet tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, wara li tibda relazzjoni tal-iħħeġġjar, entità taġġusta l-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar jew l-entrata ħħeġġjata bħala rispons għall-bidliet fiċ-ċirkustanzi li jaffettwaw id-delta ta' dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Tipikament, dak l-aġġustament għandu jirrifletti aġġustamenti fil-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata li fil-fatt tintuża. Madankollu, entità trid taġġusta d-delta li tirriżulta mill-kwantitajiet tal-entrata ħħeġġjata jew l-istrument għall-iħħeġġjar li fil-fatt tuża jekk:

(a)

id-delta li tirriżulta mill-bidliet għall-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar jew l-entrata ħħeġġjata li l-entità fil-fatt tuża, tkun ser tirrifletti żbilanċ li jkun ser joħloq ineffettività tal-ħeġġ li tista' tirriżulta f'riżultat kontabilistiku li jkun inkonsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar; jew

(b)

entità żżomm il-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata li fil-fatt tuża, li jirriżultaw fid-delta li, f'ċirkustanzi ġodda, tkun tirrifletti żbilanċ li jkun ser joħloq ineffettività tal-ħeġġ li tista' tirriżulta f'riżultat kontabilistiku li ma jkunx konsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (jiġifieri entità ma tistax toħloq żbilanċ billi tonqos milli taġġusta d-delta).

B6.5.15

Ir-riekwilibriju ma japplikax jekk ikun inbidel l-għan ta' mmaniġġjar tar-riskju għal relazzjoni tal-iħħeġġjar. Minflok, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar trid titwaqqaf (għad li entità tista' tistabbilixxi relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida li tinvolvi l-istrument għall-iħħeġġjar jew entrata ħħeġġjata tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar preċedenti kif deskritt fil-paragrafu B6.5.28).

B6.5.16

Jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi riekwilibrata, l-aġġustament għad-delta jista' jiġi affettwat b'modi differenti:

(a)

il-ponderazzjoni tal-entrata ħħeġġjata tista' tiżdied (u fl-istess ħin din tnaqqas il-ponderazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar) billi:

(i)

jiżdied il-volum tal-entrata ħħeġġjata; jew

(ii)

jonqos il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar.

(b)

il-ponderazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar jista' jiżdied (li fl-istess ħin inaqqas il-ponderazzjoni tal-entrata ħħeġġjata) billi:

(i)

jiżdied il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar; jew

(ii)

jonqos il-volum tal-entrata ħħeġġjata.

Il-bidliet fil-volum jirreferu għall-kwantitajiet li huma parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Għaldaqstant, tnaqqisiet fil-volumi mhux bilfors ifissru li l-entrati jew it-tranżazzjonijiet ma għadhomx jeżistu, jew ma għadhomx mistennija li jseħħu, iżda li huma mhumiex parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, tnaqqis fil-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar jista' jwassal sabiex l-entità żżomm derivattiv, iżda parti minnu biss tista' tibqa' strument għall-iħħeġġjar tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Dan jista' jseħħ jekk ir-riekwilibriju jkun jista' jiġi affettwat biss mit-tnaqqis tal-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar fir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, filwaqt li l-entità żżomm il-volum li ma jibqax meħtieġ. F'dak il-każ, il-parti mhux speċifikata tad-derivattiv tiġi kontabilizzata fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf (sakemm ma kinetx speċifikata bħala strument għall-iħħeġġjar f'relazzjoni tal-iħħeġġjar differenti).

B6.5.17

L-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ billi jiżdied il-volum tal-entrata ħħeġġjata ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata relatata mal-volum speċifikat qabel ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata jinkludu wkoll il-bidla fil-valur tal-volum addizzjonali tal-entrata ħħeġġjata. Dawn il-bidliet jitkejlu mid-data tar-riekwilibriju, u b'referenza għaliha, u mhux mid-data li fiha ġiet speċifikata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat volum ta' 100 tunnellata komodità bi prezz forward ta' CU80 (il-prezz forward fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar) u żiedet volum ta' 10 tunnellati fuq ir-riekwilibriju meta l-prezz forward kien ta' CU90, l-entrata ħħeġġjata wara r-riekwilibriju tkun tikkonsisti f'żewġ saffi: 100 tunnellata ħħeġġjati fil-livell ta' CU80 u 10 tunnellati ħħeġġjati fil-livell ta' CU90.

B6.5.18

L-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ billi jitnaqqas il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar b'rabta mal-volum li jkompli jiġi speċifikat ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-volum li bih tnaqqas l-istrument għall-iħħeġġjar ma jibqax parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat ir-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet ta' komodità permezz ta' volum derivattiv ta' 100 tunnellata bħala l-istrument għall-iħħeġġjar u tnaqqas dak il-volum b'10 tunnellati matul ir-riekwilibriju, jifdal ammont nominali ta' 90 tunnellata tal-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafu B6.5.16 għall-konsegwenzi tal-volum derivattiv (jiġifieri l-10 tunnellati) li ma jibqax jagħmel parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

B6.5.19

L-aġġustament tad-delta billi jiżdied il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur tal-oġġett. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar marbut mal-volum speċifikat qabel ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar jinkludu wkoll bidliet fil-valur tal-volum addizzjonali tal-istrument għall-iħħeġġjar. Il-bidliet jitkejlu mid-data tar-riekwilibriju, u b'referenza għaliha, u mhux mid-data li fiha ġiet speċifikata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat ir-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet ta' komodità bl-użu ta' volum derivattiv ta' 100 tunnellata bħala l-istrument għall-iħħeġġjar u żiedet volum ta' 10 tunnellati fir-riekwilibriju, l-istrument għall-iħħeġġjar ikun jikkonsisti f'volum derivattiv totali ta' 110 tunnellati. Il-bidla fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar hija l-bidla totali fil-valur ġust tad-derivattivi li jikkostitwixxu l-volum totali ta' 110 tunnellati. Dawn id-derivattivi jistgħu (u aktarx) ikollhom termini kritiċi differenti, bħar-rati forward tagħhom, minħabba li daħlu fis-seħħ f'punti ta' żmien differenti (inkluża l-possibbiltà li jiġu speċifikati derivattivi f'relazzjonijiet tal-iħħeġġjar wara r-rikonoxximent inizjali tagħhom).

B6.5.20

L-aġġustament tad-delta billi jitnaqqas il-volum tal-entrata ħħeġġjata ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata b'rabta mal-volum li jibqa' jiġi speċifikat ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-volum li bih tnaqqset l-entrata ħħeġġjata, ma jibqax jagħmel parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat volum ta' 100 tunnellata komodità bi prezz forward ta' CU80 u tnaqqas dak il-volum b'10 tunnellati fir-riekwilibriju, l-entrata ħħeġġjata wara r-riekwilibriju tkun ta' 90 tunnellata ħħeġġjati bil-prezz ta' CU80. L-10 tunnellati tal-entrata ħħeġġjata li ma jibqgħux jagħmlu parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jiġu rrapportati b'konformità mar-rekwiżiti tal-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.6–6.5.7 u B6.5.22–B6.5.28).

B6.5.21

Meta tirriekwilibra r-relazzjoni tal-iħħeġġjar, entità għandha taġġorna l-analiżi tagħha tas-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ li huma mistennijin jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu (li jifdal) tagħha (ara l-paragrafu B6.4.2). Id-dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi aġġornata kif ikun xieraq.

Waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar

B6.5.22

Il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar japplika b'mod prospettiv mid-data li fiha ma jibqgħux issodisfati l-kriterji ta' kwalifikazzjoni.

B6.5.23

Entità ma għandhiex tirtira l-ispeċifikazzjoni u għaldaqstant ittemm relazzjoni tal-iħħeġġjar li:

(a)

tkun għadha tissodisfa l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju li fuq il-bażi tiegħu kkwalifikat għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (jiġifieri l-entità għadha ssegwi dak l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju); kif ukoll

(b)

tkompli tissodisfa l-kriterji kollha l-oħrajn (wara li jiġi kkunsidrat kull riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, jekk applikabbli).

B6.5.24

Għall-finijiet ta' dan l-Istandard, issir distinzjoni bejn l-istrateġija tal-entità għall-immaniġġjar tar-riskju u dik tal-għanijiet tal-immaniġġjar tar-riskju. L-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju hija stabbilita fl-ogħla livell li fih entità tiddeċiedi kif timmaniġġja r-riskju tagħha. L-istrateġiji tal-immaniġġjar tar-riskju tipikament jidentifikaw ir-riskji li għalihom hija esposta l-entità u jistabbilixxu kif l-entità tirreaġixxi għalihom. Normalment, strateġija tal-immaniġġjar tar-riskju tiġi implimentata għal perjodu itwal u tista' tinkludi xi flessibbiltà sabiex entità tirreaġixxi għal bidliet fiċ-ċirkostanzi li jseħħu meta tkun għadha fis-seħħ dik l-istrateġija (pereżempju, rata tal-imgħax differenti jew livelli tal-prezz tal-prodotti bażiċi differenti li jirriżultaw f'firxa ta' ħħeġġjar differenti). Normalment dan jiġi stabbilit f'dokument ġenerali li jissaħħaħ fl-entità permezz ta' politiki li jinkludu linji gwida iktar speċifiċi. Għall-kuntrarju, l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju għal relazzjoni tal-iħħeġġjar japplika fil-livell ta' relazzjoni tal-iħħeġġjar partikolari. Huwa marbut mal-mod kif l-istrument għall-iħħeġġjar partikolari li ġie speċifikat jintuża biex tiġi ħħeġġjata l-iskopertura partikolari li ġiet speċifikata bħala l-entrata ħħeġġjata. B'hekk, strateġija tal-immaniġġjar tar-riskju tista' tinvolvi ħafna relazzjonijiet tal-iħħeġġjar differenti li l-għanijiet tal-immaniġġjar tar-riskju tagħhom huma marbutin mal-eżekuzzjoni ta' dik l-istrateġija ġenerali tal-immaniġġjar tar-riskju. Pereżempju:

(a)

entità għandha strateġija tal-immaniġġjar tal-iskopertura tagħha tar-rata tal-imgħax fil-finanzjament ta-dejn li tfassal meded għall-entità kumplessiva għat-tħallit bejn finanzjament b'rata varjabbli u b'rata fissa. L-istrateġija hija li jinżamm bejn 20 u 40 fil-mija tad-dejn b'rati fissi. Minn żmien għal żmien, l-entità tiddeċiedi kif teżegwixxi din l-istrateġija (jiġifieri fejn tpoġġi lilha nnifisha fil-medda ta' bejn 20 u 40 fil-mija għal skopertura tar-rata tal-imgħax fissa) skont il-livell tar-rati tal-imgħax. Jekk ir-rati tal-imgħax ikunu baxxi, l-entità tistabbilixxi l-imgħax għal iktar dejn milli meta r-rati tal-imgħax ikunu għoljin. Id-dejn tal-entità huwa ta' CU100 f'dejn b'rata varjabbli li CU30 minnu jiġu swapjati fi skopertura tar-rata fissa. L-entità tisfrutta r-rati tal-imgħax baxxi sabiex toħroġ CU50 addizzjonali f'dejn sabiex tiffinanzja investiment kbir, li l-entità twettaq billi toħroġ bond b'rata fissa. Fid-dawl tar-rati tal-imgħax baxxi, l-entità tiddeċiedi li tistabbilixxi l-iskopertura tar-rata tal-imgħax fissa tagħha għal 40 fil-mija tad-dejn totali billi tnaqqas b'CU20 il-limitu sa fejn qabel iħħeġġjat l-iskopertura tar-rata varjabbli tagħha, li jirriżulta fi skopertura tar-rata fissa ta' CU60. F'din is-sitwazzjoni, l-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju nnifisha tibqa' l-istess. Iżda għall-kuntrarju, l-eżekuzzjoni mill-entità ta' dik l-istrateġija inbidlet u dan ifisser li, għal CU20 fi skopertura tar-rata varjabbli li qabel kien iħħeġġjata, l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju nbidel (jiġifieri fil-livell tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar). Konsegwentement, f'din is-sitwazzjoni, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għandha titwaqqaf għal CU20 tal-iskopertura tar-rata varjabbli ħħeġġjata qabel. Dan jista' jinvolvi t-tnaqqis tal-pożizzjoni ta' swap b'ammont nominali ta' CU20 iżda, skont iċ-ċirkustanzi, entità tista' żżomm dak il-volum tal-iswap u, pereżempju, tużah biex tiħħeġġja skopertura differenti jew inkella dan jista' jsir parti minn portafoll ta' nnegozjar. Għall-kuntrarju, jekk, minflok, entità għamlet swap ta' parti mid-dejn ġdid tagħha b'rata fissa ma' skopertura tar-rata varjabbli, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għandha tissokkta għall-iskopertura ħħeġġjata qabel tar-rata varjabbli.

(b)

ċerti skoperturi jirriżultaw minn pożizzjonijiet li jinbidlu ta' spiss, pereżempju, ir-riskju tar-rata tal-imgħax ta' portafoll miftuħ ta' strumenti ta' dejn. Iż-żieda ta' strumenti ta' dejn ġodda u l-irtirar tar-rikonoxximent ta' strumenti ta' dejn jibdlu dik l-iskopertura l-ħin kollu (jiġifieri hija differenti minn sempliċi likwidazzjoni ta' pożizzjoni li timmatura). Dan huwa proċess dinamiku li fih la l-iskopertura u lanqas l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati sabiex jiġi mmaniġġjat ma jibqgħu l-istess għal ħafna żmien. Konsegwentement, entità bit-tali skopertura spiss taġġusta l-istrumenti għall-iħħeġġjar li tuża sabiex timmaniġġja r-riskju tar-rata tal-imgħax hekk kif l-iskopertura tinbidel. Pereżempju, l-istrumenti tad-dejn li baqgħalhom 24 xahar sabiex jimmaturaw jiġu speċifikati bħala entrata ħħeġġjata għar-riskju tar-rata tal-imgħax għal 24 xahar. L-istess proċedura tiġi applikata għal taqsimiet tal-ħin jew perjodi ta' maturità oħrajn. Wara perjodu ta' żmien qasir, l-entità twaqqaf ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha, xi wħud minnhom jew parti minnhom li kienu stabbiliti qabel għall-perjodi ta' maturità u tispeċifika relazzjonijiet ġodda tal-iħħeġġjar għall-perjodi ta' maturità fuq il-bażi tad-daqs tagħhom u l-istrumenti għall-iħħeġġjar li jkunu jeżistu f'dak iż-żmien. Il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f'din is-sitwazzjoni jirrifletti li dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar jiġu stabbiliti b'tali mod li l-entità tħares lejn strument għall-iħħeġġjar ġdid u entrata ħħeġġjata ġdida minflok l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata li kienu speċifikati qabel. L-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju tibqa' l-istess, iżda ma hemm ebda għan tal-immaniġġjar tar-riskju li jibqa' għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar speċifikati qabel, li fil-fatt ma jibqgħux jeżistu. F'sitwazzjoni bħal din, il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar japplika sa fejn ikun inbidel l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju. Dan jiddependi mis-sitwazzjoni ta' entità u, pereżempju, jista' jaffettwa r-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha jew xi wħud minnhom biss li għandhom perjodu ta' maturità, jew parti biss minn relazzjoni tal-iħħeġġjar.

(c)

entità għandha strateġija tal-immaniġġjar tar-riskju li permezz tagħha timmaniġġja r-riskju tal-munita barranija tal-bejgħ previst u r-riċevibbli li jirriżultaw. F'dik l-istrateġija, l-entità timmaniġġja r-riskju tal-munita barranija bħala relazzjoni tal-iħħeġġjar partikolari sal-punt tar-rikonoxximent tar-riċevibbli. Wara, l-entità ma tibqax timmaniġġja r-riskju tal-munita barranija fuq il-bażi ta' dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar partikolari. Minflok, timmaniġġja f'daqqa r-riskju tal-munita barranija mir-riċevibbli, pagabbli u derivattivi (li ma humiex relatati mat-tranżazzjonijiet previsti li għadhom pendenti) denominati fl-istess munita barranija. Għall-finijiet tal-kontabbiltà, dan jaħdem bħala ħeġġ “naturali” minħabba li l-qligħ u t-telf mir-riskju tal-munita barranija fuq dawk l-entrati kollha minnufih jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf. Konsegwentement, għall-finijiet tal-kontabbiltà, jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi speċifikata għall-perjodu sad-data tal-ħlas, għandha titwaqqaf meta jiġi rikonoxxut ir-riċevibbli għaliex l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar oriġinali ma jibqax japplika. Ir-riskju tal-munita barranija issa huwa mmaniġġjat fl-istess strateġija iżda fuq bażi differenti. Għall-kuntrarju, jekk entità kellha għan tal-immaniġġjar tar-riskju differenti u mmaniġġjat ir-riskju tal-munita barranija bħala relazzjoni tal-iħħeġġjar kontinwa speċifikament għal dak l-ammont ta' bejgħ previst u r-riċevibbli li jirriżulta sad-data tas-saldu, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tkompli sa dik id-data.

B6.5.25

Il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar jista' jaffettwa:

(a)

relazzjoni tal-iħħeġġjar fit-totalità kollha tagħha;

(b)

parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar (li tfisser li l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tkompli għall-bqija tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

B6.5.26

Relazzjoni tal-iħħeġġjar titwaqqaf għal kollox meta, b'mod ġenerali, ma tibqax tissodisfa l-kriterji ta' kwalifikazzjoni. Pereżempju:

(a)

ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tibqax tissodisfa l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju li fuq il-bażi tiegħu kkwalifikat għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (jiġifieri entità ma tibqax issegwi dak l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju);

(b)

l-istrument jew l-istrumenti għall-iħħeġġjar inbiegħu jew ġew itterminati (b'rabta mal-volum kollu li kien parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar); jew

(c)

ma jibqax ikun hemm relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar jew l-effett tar-riskju tal-kreditu jibda jiddomina l-bidliet fil-valur li jirriżultaw minn dik ir-relazzjoni ekonomika.

B6.5.27

Parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar titwaqqaf (u l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tkompli għall-kumplament) meta parti biss tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tibqax tissodisfa l-kriterji ta' kwalifikazzjoni. Pereżempju:

(a)

matul ir-riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, id-delta tista' tiġi aġġustata b'tali mod li parti mill-volum tal-entrata ħħeġġjata ma tibqax parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafu B6.5.20); għaldaqstant, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar titwaqqaf biss għall-volum tal-entrata ħħeġġjata li ma tibqax tagħmel parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar; jew

(b)

meta l-okkorrenza ta' parti mill-volum tal-entrata ħħeġġjata li hija (jew hija komponent ta') tranżazzjoni prevista ma tibqax wisq probabbli, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar titwaqqaf biss għall-volum tal-entrata ħħeġġjata li l-okkorrenza tiegħu ma tkunx għadha wisq probabbli. Madankollu, jekk entità jkollha storja li jkollha ħeġġijiet speċifikati ta' tranżazzjonijiet previsti u sussegwentement tkun iddeterminat li t-tranżazzjonijiet previsti ma jibqgħux mistennija li jseħħu, jinxteħet dawl fuq il-kapaċità tal-entità li tipprevedi tranżazzjonijiet previsti bi preċiżjoni meta tipprevedi tranżazzjonijiet previsti simili. Dan jaffettwa l-valutazzjoni dwar jekk tranżazzjonijiet previsti simili humiex probabbli ħafna (ara l-paragrafu 6.3.3) u, għaldaqstant, jekk humiex eliġibbli bħala oġġetti ħħeġġjati.

B6.5.28

Entità tista' tispeċifika relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida li tinvolvi l-istrument għall-iħħeġġjar jew l-entrata ħħeġġjata ta' relazzjoni tal-iħħeġġjar preċedenti li għalihom twaqqfet (għal kollox jew għal parti minnha) il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Dan ma jikkostitwixxix kontinwazzjoni ta' relazzjoni tal-iħħeġġjar iżda bidu mill-ġdid. Pereżempju:

(a)

strument għall-iħħeġġjar tant jesperjenza deterjorazzjoni severa tal-kreditu li l-entità tibdlu ma' strument għall-iħħeġġjar ġdid. Dan ifisser li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar oriġinali naqset milli tilħaq l-għan tal-immaniġġjar tar-riskju u, għaldaqstant, twaqqfet għal kollox. L-istrument għall-iħħeġġjar il-ġdid huwa speċifikat bħala l-ħeġġ tal-istess skopertura li kienet ġiet iħħeġġjata qabel u jifforma relazzjoni ġdida tal-iħħeġġjar. Għaldaqstant, il-bidliet fil-valur ġust jew il-flussi tal-flus tal-entrata ħħeġġjata jitkejlu mid-data tal-ispeċifikazzjoni tar-relazjoni tal-iħħeġġjar, u b'referenza għaliha, minflok fid-data li fiha ġiet speċifikata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar oriġinali.

(b)

relazzjoni tal-iħħeġġjar titwaqqaf qabel it-tmiem tat-terminu tagħha. L-istrument għall-iħħeġġjar f'dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar f'relazzjoni tal-iħħeġġjar oħra (pereżempju, meta tiġi aġġustata d-delta fir-riekwilibriju billi jiżdied il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar jew meta tiġi speċifikata relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida għal kollox).

Kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta' opzjonijiet

B6.5.29

Opzjoni tista' titqies relatata ma' perjodu ta' żmien għaliex il-valur taż-żmien tagħha jirrappreżenta tariffa għall-għoti ta' protezzjoni lid-detentur tal-opzjoni tul perjodu ta' żmien. Madankollu, l-aspett rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' jekk opzjoni tiħħeġġjax tranżazzjoni jew entrata ħħeġġjata marbuta ma' perjodu ta' żmien huma l-karatteristiċi ta' dik l-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta taffettwa l-profitt jew telf. B'hekk, entità għandha tivvaluta t-tip ta' entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafu 6.5.15(a)) fuq il-bażi tal-għamla tal-entrata ħħeġġjata (irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar hijiex ħeġġ għall-fluss tal-flus jew ħeġġ fuq il-valur ġust):

(a)

il-valur taż-żmien ta' opzjoni huwa marbut ma' entrata ħħeġġjata relatata ma' tranżazzjoni jekk l-għamla tal-entrata ħħeġġjata hija tranżazzjoni li għaliha l-valur taż-żmien għandu l-karattru tal-kostijiet ta' dik it-tranżazzjoni. Eżempju huwa meta l-valur taż-żmien ta' opzjoni jkun relatat ma' entrata ħħeġġjata li tirriżulta fir-rikonoxximent ta' entrata li l-kejl inizjali tagħha jinkludi kostijiet tat-tranżazzjoni (pereżempju, entità tiħħeġġja x-xiri ta' komodità, kemm jekk hija tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk hija impenn sod, kontra r-riskju tal-prezz tal-prodott bażiku u tinkludi l-kostijiet tat-tranżazzjonu fil-kejl inizjali tal-inventarju). Bħala konsegwenza tal-inklużjoni tal-valur taż-żmien tal-opzjoni fil-kejl inizjali ta' entrata ħħeġġjata partikolari, il-valur taż-żmien jaffettwa l-profitt jew telf fl-istess żmien bħall-entrata ħħeġġjata. B'mod simili, entità li tiħħeġġja l-bejgħ ta' komodità, kemm jekk huwa tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk impenn sod, tinkludi l-valur taż-żmien tal-opzjoni bħala parti mill-kost relatat ma' dak il-bejgħ (b'hekk, il-valur taż-żmien ikun rikonoxxut fil-profitt jew telf fl-istess perjodu bħall-introjtu mill-bejgħ iħħeġġjat.

(b)

il-valur taż-żmien ta' opzjoni huwa relatat ma' entrata ħħeġġjata relatata mal-perjodu taż-żmien jekk l-għamla tal-entrata ħħeġġjata tkun tali li l-valur taż-żmien ikollu karattru ta' kost għall-kisba ta' protezzjoni kontra riskju tul perjodu ta' żmien partikolari (iżda l-entrata ħħeġġjata ma tirriżultax fi tranżazzjoni li tinvolvi l-kunċett ta' kost ta' tranżazzjoni b'konformità ma' (a)). Pereżempju, jekk inventarju tal-komoditajiet jiġi ħħeġġjat kontra tnaqqis fil-valur ġust għal sitt xhur bl-użu tal-opzjoni ta' komodità b'ħajja korrispondenti, il-valur taż-żmien tal-opzjoni jiġi allokat għall-profitt jew telf (jiġifieri jiġi amortizzat fuq bażi sistematika u razzjonali) matul dak il-perjodu ta' sitt xhur. Eżempju ieħor huwa ħeġġ ta' investiment nett f'operazzjoni barranija li jiġi ħħeġġjat għal 18-il xahar bl-użu tal-opzjoni tal-kambju, li jirriżulta fl-allokazzjoni tal-valur taż-żmien tal-opzjoni matul dak il-perjodu ta' 18-il xahar.

B6.5.30

Il-karatteristiċi tal-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta l-entrata ħħeġġjata taffettwa l-profitt jew telf, jaffettwaw ukoll il-perjodu li matulu jiġi amortizzat il-valur taż-żmien ta' opzjoni li tiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata mal-perjodu taż-żmien, li huwa konsistenti mal-perjodu li matulu l-valur intrinsiku tal-opzjoni jista' jaffettwa l-profitt jew telf b'konformità mal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk tintuża opzjoni tar-rati tal-imgħax (limitu massimu) biex tipprovdi protezzjoni kontra żidiet fl-ispiża tal-imgħax fuq bond b'rata tal-imgħax flessibbli, il-valur taż-żmien ta' dak il-limitu massimu jiġi amortizzat għall-profitt jew telf matul l-istess perjodu li fih kwalunkwe valur intrinsiku tal-limitu massimu jaffettwa l-profitt jew telf:

(a)

jekk il-limitu massimu jiħħeġġja żidiet fir-rati tal-imgħax fl-ewwel tliet snin mill-ħajja totali tal-bond b'rata tal-imgħax varjabbli ta' ħames snin, il-valur taż-żmien ta' dak il-limitu massimu jiġi amortizzat matul l-ewwel tliet snin; jew

(b)

jekk il-limitu massimu jkun opzjoni ta' bidu forward li jiħħeġġja żidiet fir-rati tal-imgħax għal sentejn u tlieta minn ħajja totali tal-bond b'rata tal-imgħax flessibbli ta' ħames snin, il-valur taż-żmien ta' dak il-limitu massimu jiġi amortizzat matul it-tieni u t-tielet sena.

B6.5.31

Il-kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta' opzjonijiet b'konformità mal-paragrafu 6.5.15 tapplika wkoll għal taħlita ta' opzjonijiet mixtrija jew opzjonijiet mibjugħa (waħda hija opzjoni put u l-oħra hija opzjoni eżerċitabbli li fid-data tal-ispeċifikazzjoni bħala strument għall-iħħeġġjar għandha valur taż-żmien nett żero (komunament magħrufa bħala “collar mingħajr kosti”). F'dak il-każ, entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla fil-valur taż-żmien f'introjtu ieħor komprensiv, għad li l-bidla kumulattiva fil-valur taż-żmien tul il-perjodu totali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar hija żero. Għaldaqstant, jekk il-valur taż-żmien tal-opzjoni hija relatata ma':

(a)

entrata ħħeġġjata relatata ma' tranżazzjoni, l-ammont tal-valur ta' żmien fi tmiem ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li jaġġusta l-entrata ħħeġġjata jew li jerġa' jiġi kklassifikat għall-profitt jew telf (ara l-paragrafu 6.5.15(b) ikun żero.

(b)

entrata ħħeġġjata relatata ma' perjodu ta' żmien, l-ispiża tal-amortizzazzjoni relatata mal-valur taż-żmien hija żero.

B6.5.32

Il-kontabbiltà għall-valur taż-żmien tal-opzjonijiet b'konformità mal-paragrafu 6.5.15 tapplika biss sa fejn il-valur taż-żmien ikun marbut mal-entrata ħħeġġjata (valur taż-żmien allinjat). Il-valur taż-żmien tal-opzjoni huwa marbut mal-entrata ħħeġġjata jekk it-termini kritiċi tal-opzjoni (bħall-ammont nominali, il-ħajja u sottostanti) ikunu allinjati mal-entrata ħħeġġjata. B'hekk, jekk it-termini kritiċi tal-opzjoni u l-entrata ħħeġġjata ma jkunux allinjati għal kollox, entità għandha tistabbilixxi l-valur taż-żmien allinjat, jiġifieri kemm mill-valur taż-żmien inkluż fil-primjum (valur taż-żmien attwali) huwa marbut mal-entrata ħħeġġjata (u għalhekk għandu jiġi trattat b'konformità mal-paragrafu 6.5.15). Entità tiddetermina l-valur taż-żmien allinjat permezz tal-użu tal-valwazzjoni tal-opzjoni li jista' jkollha termini kritiċi li jaqblu perfettament mal-entrata ħħeġġjata.

B6.5.33

Jekk il-valur taż-żmien attwali u l-valur taż-żmien allinjat ikunu differenti, entità tiddetermina l-ammont akkumulat f'komponent separat ta' ekwità f'konformità mal-paragrafu 6.5.15 kif ġej:

(a)

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, il-valur taż-żmien attwali huwa ogħla mill-valur taż-żmien allinjat, l-entità għandha:

(i)

tiddetermina l-ammont li huwa akkumulat f'komponent separat ta' ekwità fuq il-bażi tal-valur taż-żmien allinjat; kif ukoll

(ii)

tqis id-differenzi fil-bidliet bil-valur ġust bejn iż-żewġ valuri taż-żmien fil-profitt jew telf.

(b)

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, il-valur taż-żmien propju jkun inqas mill-valur taż-żmien allinjat, l-entità tistabbilixxi l-ammont akkumulat f'komponent separat ta' ekwità b'referenza għall-inqas bidla kumulattiva fil-valur ġust ta':

(i)

il-valur taż-żmien attwali; kif ukoll

(ii)

il-valur taż-żmien allinjat.

Il-kumplament kollu li jifdal tal-bidla fil-valur ġust tal-valur taż-żmien attwali jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

Kontabbiltà tal-element forward ta' kuntratti forward u l-firxiet bażi tal-munita barranija ta' strumenti finanzjarji

B6.5.34

Kuntratt forward jista' jitqies li huwa relatat ma' perjodu ta' żmien għaliex l-element forward tiegħu jirrappreżenta miżati għal perjodu ta' żmien (li huwa t-terminu li għalih ġie ddeterminat). Madankollu, l-aspett rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' jekk strument għall-iħħeġġjar jiħħeġġjax tranżazzjoni jew entrata ħħeġġjata relatata ma' perjodu ta' żmien huma l-karatteristiċi ta' dik l-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta taffettwa l-profitt jew telf. B'hekk, l-entità għandha tivvaluta t-tip ta' entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafi 6.5.16 u 6.5.15(a)) fuq il-bażi tal-għamla tal-entrata ħħeġġjata (irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar hijiex ħeġġ għall-fluss tal-fluss jew ħeġġ fuq il-valur ġust):

(a)

l-element forward ta' kuntratt forward huwa relatat ma' entrata ħħeġġjata relatata ma' tranżazzjoni jekk l-għamla tal-entrata ħħeġġjata tkun tranżazzjoni li għaliha l-element forward ikollu l-karattru ta' kostijiet ta' dik it-tranżazzjoni. Eżempju huwa meta l-element forward ikun relatat ma' entrata ħħeġġjata li tirriżulta fir-rikonoxximent ta' entrata li l-kejl iniżjali tagħha jinkludi kostijiet tat-tranżazzjoni (pereżempju, entità tiħħeġġja x-xiri ta' inventarju denominat f'munita barranija, kemm jekk hija tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk hija impenn sod, kontra r-riskju tal-munita barranija u jinkludi l-kostijiet tat-tranżazzjoni fil-kejl inizjali tal-inventarju). Bħala konsegwenza tal-inklużjoni tal-element forward fil-kejl inizjali ta' entrata ħħeġġjata partikolari, l-element forward jaffettwa l-profitt jew telf fl-istess ħin bħal dik l-entrata ħħeġġjata. B'mod simili, entità li tiħħeġġja l-bejgħ ta' komodità denominata f'munita barranija kontra r-riskju tal-munita barranija, kemm jekk hija tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk impenn sod, tinkludi l-element forward bħala parti mill-kost li huwa relatat ma' dak il-bejgħ (għaldaqstant, l-element forward jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf fl-istess perjodu bħala dħul mill-bejgħ iħħeġġjat.)

(b)

l-element forward ta' kuntratt forward huwa relatat ma' entrata ħħeġġjata relatata ma' perjodu ta' żmien jekk l-għamla tal-entrata ħħeġġjata tkun tali li l-element forward ikollu l-karattru ta' kost għall-kisba ta' protezzjoni kontra riskju tul perjodu ta' żmien partikolari (iżda l-entrata ħħeġġjata ma tirriżultax fi tranżazzjoni li tinvolvi l-kunċett ta' kost ta' tranżazzjoni b'konformità ma' (a)). Pereżempju, jekk inventarju ta' komodità jiġi ħħeġġjat kontra bidliet fil-valur ġust għal sitt xhur permezz tal-użu ta' kuntratt forward ta' komodità b'ħajja korrispondenti, l-element forward tal-kuntratt forward jiġi allokat għall-profitt jew telf (jiġifieri, jiġi amortizzat fuq bażi sistematika u razzjonali) tul perjodu ta' sitt xhur. Eżempju ieħor huwa ħeġġ ta' investiment nett f'operazzjoni barranija li hija ħħeġġjata għal 18-il xahar permezz tal-użu ta' kuntratt forward tal-kambju, li jirriżulta fl-allokazzjoni tal-element forward tal-kuntratt forward tul dak il-perjodu ta' 18-il xahar.

B6.5.35

Il-karatteristiċi tal-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta l-entrata ħħeġġjata taffettwa l-profitt jew telf, jaffettwaw ukoll il-perjodu li matulu l-element forward ta' kuntratt forward li jiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata ma' perjodu ta' żmien jiġi amortizzat, jiġifieri matul il-perjodu li huwa relatat miegħu l-element forward. Pereżempju, jekk kuntratt forward jiħħeġġja l-iskopertura għall-varjabbiltà f'rati tal-imgħax ta' tliet xhur għal perjodu ta' tliet xhur li jibda fi żmien sitt xhur, l-element forward jiġi amortizzat matul il-perjodu ta' bejn is-seba' u d-disa' xahar.

B6.5.36

Il-kontabbiltà għall-element forward ta' kuntratt forward b'konformità mal-paragrafu 6.5.16 japplika wkoll jekk, fid-data li fiha l-kuntratt forward ġie speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar, l-element forward ikun żero. F'dak il-każ, entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla fil-valur ġust attribwibbli għall-element forward f'introjtu ieħor komprensiv, għad li l-bidla kumulattiva fil-valur ġust attribwibbli għall-element forward tul il-perjodu totali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar hija żero. Għaldaqstant, jekk l-element forward ta' kuntratt forward ikun relatat ma':

(a)

entrata ħħeġġjata relatata ma' tranżazzjoni, l-ammont fir-rigward tal-element forward fi tmiem ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li jaġġusta l-entrata ħħeġġjata jew li huwa riklassifikat għall-profitt jew telf (ara l-paragrafi 6.5.15(b) u 6.5.16) ikun żero.

(b)

entrata ħħeġġjata relatata ma' perjodu ta' żmien, l-ammont tal-amortizzazzjoni relatat mal-element forward ikun żero.

B6.5.37

Il-kontabbiltà tal-element forward ta' kuntratti forward b'konformità mal-paragrafu 6.5.16 tapplika biss sakemm l-element forward ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata (element forward allinjat). L-element forward ta' kuntratt forward ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata jekk it-termini kritiċi tal-kuntratt forward (bħall-ammont nominali, il-ħajja u s-sottostanti) ikunu allinjati mal-entrata ħħeġġjata. Għaldaqstant, jekk it-termini kritiċi tal-kuntratt forward u l-entrata ħħeġġjata ma jkunux allinjati għal kollox, entità għandha tiddetermina l-element forward allinjat, jiġifieri kemm mill-element forward inkluż fil-kuntratt forward (element forward attwali) ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata (u għalhekk għandu jiġi trattat b'konformità mal-paragrafu 6.5.16). Entità tiddetermina l-element forward allinjat billi tuża l-valwazzjoni tal-kuntratt forward li jkollu termini kritiċi li jaqblu perfettament mal-entrata ħħeġġjata.

B6.5.38

Jekk l-element forward propju u l-element forward allinjat ikunu differenti, entità għandha tiddetermina l-ammont li jakkumula f'komponent separat ta' ekwità b'konformità mal-paragrafu 6.5.16 kif ġej:

(a)

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, l-ammont assolut tal-element forward propju jkun ogħla minn dak tal-element forward allinjat, l-entità għandha:

(i)

tiddetermina l-ammont li huwa akkumulat f'komponent separat ta' ekwità fuq il-bażi tal-element forward allinjat; kif ukoll

(ii)

tqis id-differenzi fil-bidliet fil-valur ġust bejn iż-żewġ elementi forward fil-profitt jew telf.

(b)

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, l-ammont assolut tal-element forward attwali jkun inqas minn dak tal-element forward allinjat, l-entità għandha tistabbilixxi l-ammont li jakkumula f'komponent separat ta' ekwità b'referenza għall-inqas bidla kumulattiva fil-valur ġust ta':

(i)

l-ammont assolut tal-element forward attwali; kif ukoll

(ii)

l-ammont assolut tal-element forward allinjat.

Dak kollu li jifdal mill-bidla fil-valur ġust tal-element forward propju jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

B6.5.39

Meta entità tissepara l-firxa bażi tal-munita barranija minn strument finanzjarju u teskludiha mill-ispeċifikazzjoni ta' dak l-istrument finanzjarju bħala strument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafu 6.2.4(b)), il-gwida dwar l-applikazzjoni fil-paragrafi B6.5.34-B6.5.38 tapplika għall-firxa bażi tal-munita barranija bl-istess mod li tiġi applikata għall-element forward ta' kuntratt forward.

Ħeġġ ta' grupp ta' entrati (Taqsima 6.6)

Ħeġġ ta' pożizzjoni netta

Eliġibbiltà għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar u speċifikazzjoni ta' pożizzjoni netta

B6.6.1

Pożizzjoni netta hija eliġibbli għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar biss jekk entità tiħħeġġja fuq bażi netta għall-finijiet tal-immaniġġjar tar-riskju. Jekk entità tiħħeġġjax b'dan il-mod hija kwistjoni ta' fatti (mhux sempliċi dikjarazzjoni jew dokumentazzjoni) B'hekk, entità ma tistax tapplika l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq bażi netta biss sabiex tikseb biss riżultat kontabilistiku partikolari jekk dan ma jkunx jirrifletti l-approċċ tal-immaniġġjar tar-riskju tagħha. Iħħeġġjar tal-pożizzjoni netta għandu jifforma parti minn strateġija stabbilita ta' mmaniġġjar tar-riskju. Normalment, dan jiġi approvat minn persunal ewlieni tal-maniġment kif iddefinit fl-IAS 24.

B6.6.2

Pereżempju, Entità A, li l-munita funzjonali tagħha hija l-munita lokali, ħadet impenn sod li tħallas FC150 000 għal spejjeż ta' reklamar fi żmien disa' xhur u impenn sod li tbigħ prodotti mmanifatturati lesti għal FC150 000 fi żmien 15-il xahar. L-Entità A tidħol f'derivattiv ibbażat fuq munita barranija li jissalda fi żmien disa' xhur u li minnu tirċievi FC100 u tħallas CU70. L-Entità A ma għandhiex skoperturi oħra għall-FC. L-Entità A ma timmaniġġjax ir-riskju tal-munita barranija fuq bażi netta. B'hekk, l-Entità A ma tistax tapplika kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn id-derivattiv ibbażat fuq munita barranija u pożizzjoni netta ta' FC100 (li tikkonsisti f'FC150 000 tal-impenn sod ta' xiri—jiġifieri servizzi ta' reklamar—u FC149 900 (mill-FC150 000) tal-impenn sod ta' bejgħ) għal perjodu ta' disa' xhur.

B6.6.3

Jekk l-Entità A rnexxielha timmaniġġja r-riskju tal-munita barranija fuq bażi netta u ma daħlitx f'derivattiv ibbażat fuq munita barranija (minħabba li jżid u mhux inaqqas l-iskopertura tagħha għar-riskju tal-munita barranija), allura l-entità tkun f'pożizzjoni ħħeġġjata naturali għal disa' xhur. Normalment, din il-pożizzjoni ħħeġġjata ma tkunx riflessa fir-rapporti finanzjarji għaliex it-tranżazzjonijiet jiġi rikonoxxuti f'perjodi tar-rapportar differenti fil-ġejjieni. Il-pożizzjoni netta żero tkun eliġibbli għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 6.6.6.

B6.6.4

Meta grupp ta' entrati li jikkostitwixxu pożizzjoni netta jiġi stabbilit bħala entrata ħħeġġjata, entità għandha tispeċifika l-grupp kumplessiv ta' entrati li jinkludi l-entrati li jistgħu jsawru l-pożizzjoni netta. Entità ma tistax tispeċifika ammont astratt mhux speċifiku ta' pożizzjoni netta. Pereżempju, entità għandha grupp ta' impenji ta' bejgħ sod fi żmien disa' xhur għal FC100 u grupp ta' impenji sodi ta' xiri fi żmien 18-il xahar għal FC120. L-entità ma tistax tispeċifika ammont astratt ta' pożizzjoni netta sa FC20. Minflok, għandha tispeċifika ammont gross ta' xiri u ammont gross ta' bejgħ li flimkien isawru l-pożizzjoni netta ħħeġġjata. Entità għandha tispeċifika pożizzjonijiet gross li jsawru l-pożizzjoni netta sabiex l-entità tkun kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-kwalifikazzjoni ta' relazzjonijiet tal-iħħeġġjar.

Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ għal ħeġġ ta' pożizzjoni netta

B6.6.5

Meta entità tiddetermina jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti tal-effettività tal-iħħeġġjar tal-paragrafu 6.4.1(c) meta tiħħeġġja pożizzjoni netta, għandha tikkunsidra l-bidliet fil-valur tal-oġġetti fil-pożizzjoni netta li għandhom effett simili bħall-istrument għall-iħħeġġjar flimkien mal-bidla fil-valur ġust fuq l-istrument għall-iħħeġġjar. Pereżempju, entità għandha grupp ta' impenji sodi ta' bejgħ fi żmien disa' xhur għal FC100 u grupp ta' impenji sodi ta' xiri fi żmien 18 –il xahar għal FC120. Tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija tal-pożizzjoni netta ta' FC20 bl-użu ta' kuntratt forward tal-kambju għal FC20. Meta tistabbilixxi jekk ġewx issodisfati jekk ir-rekwiżiti tal-effettiva tal-iħħeġġjar tal-paragrafu 6.4.1(c), l-entità tikkunsidra r-relazzjoni bejn:

(a)

il-bidla fil-valur ġust fuq il-kuntratt forward tal-kambju flimkien mal-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur ta' impenji sodi ta' bejgħ; kif ukoll

(b)

il-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-impenji sodi ta' xiri.

B6.6.6

B'mod simili, kieku fl-eżempju tal-paragrafu B6.6.5 l-entità kellha pożizzjoni netta żero, kienet tikkunsidra r-relazzjoni bejn il-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-impenji sodi ta' xiri u l-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-impenji sodi ta' xiri meta tistabbilixxi jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti tal-effettività tal-iħħeġġjar tal-paragrafu 6.4.1(c).

Ħeġġijiet għall-fluss tal-flus li jikkostitwixxu pożizzjoni netta

B6.6.7

Meta entità tiħħeġġja grupp ta' entrati billi tpaċi pożizzjonijiet ta' riskju (jiġifieri pożizzjoni netta), l-eliġibbiltà għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tiddependi mit-tip ta' ħeġġ. Jekk il-ħeġġ huwa ħeġġ fuq il-valur ġust, allura l-pożizzjoni netta tista' tkun eliġibbli bħala entrata ħħeġġjata. Madankollu, jekk il-ħeġġ huwa ħeġġ għall-fluss tal-flus, allura l-pożizzjoni netta tista' tkun eliġibbli biss bħala entrata ħħeġġjata jekk tkun ħeġġ ta' riskju tal-munita barranija u l-ispeċifikazzjoni ta' dik il-pożizzjoni netta tispeċifika l-perjodu tar-rapportar li fih it-tranżazzjonijiet previsti jkunu mistennija li jaffettwaw il-profitt jew telf u tispeċifika l-għamla u l-volum tagħhom ukoll.

B6.6.8

Pereżempju, entità għandha pożizzjoni netta li tikkonsisti f'saff tal-qiegħ ta' FC100 f'bejgħ u f'saff tal-qiegħ ta' FC150 f'xirjiet. Kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri huma denominati fl-istess munita barranija. Sabiex tiġi speċifikata biżżejjed l-ispeċifikazjoni tal-pożizzjoni netta ħħeġġjata, fid-dokumentazzjoni oriġinali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar l-entità tispeċifika li l-bejgħ jista' jkun tal-Prodott A jew tal-Prodott B u x-xirjiet jistgħu jkunu tal-Makkinarju tat-Tip A, tal-Makkinarju tat-Tip B u tal-Materja Prima A. L-entità tispeċifika wkoll il-volumi tat-tranżazzjonijiet skont kull għamla. L-entità tiddokumenta li s-saff tal-qiegħ tal-bejgħ (FC100) huwa msawwar minn volum ta' bejgħ previst tal-ewwel FC70 tal-Prodott A u l-ewwel FC30 tal-Prodott B. Jekk dawk il-volumi ta' bejgħ ikunu mistennijin li jaffettwaw il-profitt jew telf f'perjodi tar-rapportar differenti, l-entità tinkludi li, pereżempju, fid-dokumentazzjoni l-ewwel FC70 mill-bejgħ tal-Prodott A li huma mistennijin jaffettwaw il-profitt jew telf fl-ewwel perjodu tar-rapportar u l-ewwel FC30 mill-bejgħ tal-Prodott B li huma mistennijin jaffettwaw il-profitt jew telf fit-tieni perjodu tar-rapportar. L-entità tiddokumenta wkoll li s-saff tal-qiegħ tax-xirjiet (FC150) huwa msawwar minn xirjiet tal-ewwel FC60 tal-Makkinarju tat-Tip A, l-ewwel FC40 tal-Makkinarju tat-Tip B u l-ewwel FC50 tal-Materja Prima A. Jekk dawk il-volumi ta' xiri huma mistennijin li jaffettwaw il-profitt jew telf f'perjodi tar-rapportar differenti, l-entità tinkludi fid-dokumentazzjoni disaggregazzjoni tal-volumi ta' xiri skont il-perjodi tar-rapportar li fihom huma mistennijin li jaffettwaw il-profitt jew telf (b'mod simili għal kif tiddokumenta l-volumi tal-bejgħ). Pereżempju, it-tranżazzjoni prevista tkun speċifikata bħala:

(a)

l-ewwel FC60 f'xirjiet tal-Makkinarju tat-Tip A li huma mistennijin li jaffettwaw il-profitt jew telf mit-tielet perjodu tar-rapportar matul l-għaxar perjodi ta' rapportar li jmiss;

(b)

l-ewwel FC40 f'xirjiet tal-Makkinarju tat-Tip B li huma mistennijin li jaffettwaw il-profitt jew telf mir-raba' perjodu tar-rapportar matul l-għoxrin perjodu ta' rapportar li jmiss; kif ukoll

(c)

l-ewwel FC 50 f'xirjiet tal-Materja Proma A li huma mistennijin li jiġu riċevuti fit-tielet perjodu tar-rapportar u li jinbiegħu, jiġifieri jaffettwaw il-profitt jew telf, f'dak il-perjodu ta' rapportar u dak ta' wara.

L-ispeċifikar tal-għamla tal-volumi tat-tranżazzjonijiet previsti jinkludi aspetti bħall-mudell tad-deprezzament għal oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir tal-istess tip, jekk l-għamla ta' dawk l-oġġetti tkun tali li l-mudell tad-deprezzament ikun jista' jvarja skont kif l-entità tuża dawk l-oġġetti. Pereżempju, jekk l-entità tuża oġġetti tal-Makkinarju tat-Tip A f'żewġ proċessi tal-produzzjoni differenti li jirriżultaw f'deprezzament lineari matul għaxar perjodi tar-rapportar u l-unitajiet tal-metodu ta' produzzjoni rispettivament, id-dokumentazzjoni tagħha tal-previżjoni tal-volum ta' xirjiet għall-Makkinarju tat-Tip A ser ikun fiha disaggregazzjoni ta' dak il-volum li skontu dawk se japplikaw il-mudelli ta' deprezzament.

B6.6.9

Għal ħeġġ għall-fluss tal-flus ta' pożizzjoni netta, l-ammonti ddeterminati skont il-paragrafi 6.5.11 għandhom jinkludu l-bidliet fil-valur tal-entrati fil-pożizzjoni netta li jkollhom effett simili bħall-istrument għall-iħħeġġjar flimkien mal-bidla fil-valur ġust fl-istrument għall-iħħeġġjar. Madankollu, il-bidliet fil-valur tal-entrati fil-pożizzjoni netta li jkollhom effett simili bħall-istrument għall-iħħeġġjar huma rikonoxxuti biss ladarba jiġu rikonoxxuti t-tranżazzjonijiet relatati magħhom, bħal meta bejgħ previst jiġi rikonoxxut bħala dħul. Pereżempju, entità għandha grupp ta' bejgħ previst wisq probabbli fi żmien disa' xhur għal FC100 u grupp ta' xirjiet previsti wisq probabbli fi żmien 18-il xahar għal FC120. Tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija tal-pożizzjoni netta ta' FC20 billi tuża kuntratt forward tal-kambju għal FC20. Meta jiġu determinati l-ammonti li huma rikonoxxuti fir-riżerva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus b'konformità mal-paragrafu 6.5.11(a)–6.5.11(b), l-entità tqabbel:

(a)

il-bidla fil-valur ġust fil-kuntratt forward tal-kambju flimkien mal-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-bejgħ previst wisq probabbli; flimkien ma'

(b)

il-bidliet relatati mal-kambju tal-muniti barranin fil-valur tax-xirjiet previsti wisq probabbli.

Madankollu, l-entità tirrikonoxxi biss ammonti relatati mal-kuntratt forward tal-kambju sakemm jiġu rikonoxxuti tranżazzjonijiet ta' bejgħ previst wisq probabbli fir-rapporti finanzjarji, f'liema żmien jiġi rikonoxxut il-qligħ jew telf minn dawk it-tranżazzjonijiet previsti (jiġifieri l-bidla fil-valur attribbwibbli għall-bidla fir-rata tal-kambju bejn l-ispeċifikazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u r-rikonoxximent tad-dħul).

B6.6.10

B'mod simili, kieku fl-eżempju l-entità kellha pożizzjoni netta żero, kienet tqabbel ir-riskju tal-kambju relatat mal-muniti barranin fil-valur tal-bejgħ previst wisq probabbli mal-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tax-xirjiet previsti probabbli ħafna. Madankollu, dawk l-ammonti jiġu rikonoxxuti biss ladarba t-tranżazzjonijiet previsti relatati jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

Saffi ta' gruppi ta' entrati speċifikati bħala l-entrata ħħeġġjata

B6.6.11

Għall-istess raġunijiet indikati fil-paragrafu B6.3.19, l-ispeċifikazzjoni tal-komponenti tas-saffi tal-gruppi ta' entrati eżistenti tirrikjedi l-identifikazzjoni speċifika tal-ammont nominali tal-grupp ta' entrati li minnu jiġi ddefinit il-komponent tas-saff iħħeġġjat.

B6.6.12

Relazzjoni tal-iħħeġġjar tista' tinkludi saffi minn diversi gruppi differenti ta' entrati. Pereżempju, f'ħeġġ ta' pożizzjoni netta ta' grupp ta' assi u grupp ta' obbligazzjonijiet, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tista' tinkludi, f'taħlita, komponent ta' saff tal-grupp ta' assi u komponent tas-saff tal-grupp ta' obbligazzjonijiet.

Preżentazzjoni tal-profitt jew telf ta' strument għall-iħħeġġjar

B6.6.13

Jekk l-entrati jiġu ħħeġġjati flimkien bħala grupp f'ħeġġ għall-fluss tal-flus, jistgħu jaffettwaw partiti differenti fir-rapport tal-introjtu u introjtu ieħor komprensiv. Il-preżentazzjoni tal-profitt jew telf tal-iħħeġġjar f'dak ir-rapport tiddependi fuq il-grupp ta' entrati.

B6.6.14

Jekk il-grupp ta' entrati ma jkollu ebda pożizzjoni ta' riskju ta' tpaċija (pereżempju, grupp ta' spejjeż tal-muniti barranin li jaffettwaw partiti differenti fir-rapport tal-introjtu u introjtu ieħor komprensiv li huma ħħeġġjati għar-riskju tal-munita barranija), allura l-qligħ jew telf riklassifikat tal-istrument għall-iħħeġġjar jiġi apporzjonat għall-partiti affettwati mill-oġġetti ħħeġġjati. Dan l-apporzjonament isir fuq bażi sistematika u razzjonali u ma għandux jirriżulta fil-qlib tal-qligħ jew telf nett li jirriżulta minn strument għall-iħħeġġjar wieħed għal qligħ jew telf gross.

B6.6.15

Jekk il-grupp ta' entrati jkollu pożizzjonijiet ta' tpaċija tar-riskju (pereżempju, grupp ta' bejgħ u spejjeż denominati f'munita barranija ħħeġġjati flimkien għar-riskju tal-munita barranija), f'dak il-każ l-entità tippreżenta l-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar f'partita separata fir-rapport tal-introjtu u introjtu ieħor komprensiv. Pereżempju, jista' jiġi kkunsidrat ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija ta' pożizzjoni netta tal-bejgħ f'muniti barranin ta' FC100 u spejjeż f'muniti barranin ta' FC80 bl-użu ta' kuntratt forward tal-kambju għal FC20. Il-qligħ jew telf fuq il-kuntratt forward tal-kambju li jiġi riklassifikat mir-riserva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus għall-profitt jew telf (meta l-pożizzjoni netta taffettwa l-profitt jew telf) għandu jiġi ppreżentat f'partita separata mill-bejgħ u l-ispejjeż iħħeġġjati. Barra minn hekk, jekk il-bejgħ isir f'perjodu li jiġi qabel dak tal-ispejjeż, id-dħul mill-bejgħ xorta jitkejjel bir-rata tal-kambju spot b'konformità mal-IAS21. Il-profitt jew telf tal-iħħeġġjar relatat jiġi ppreżentat f'partita separata, sabiex il-profitt jew telf jirrifletti l-effett tal-iħħeġġjar tal-pożizzjoni netta, b'aġġustament korrispondenti fir-riserva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus. Meta l-ispejjeż iħħeġġjati jaffettwaw il-profitt jew telf f'perjodu iktar tard, il-profitt jew telf tal-iħħeġġjar li qabel kien rikonoxxut fir-riserva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus fuq il-bejgħ jiġi riklassifikat għall-profitt jew telf u jiġi ppreżentat bħala partita separata minn dawk li fihom l-ispejjeż iħħeġġjati, li jitkejlu bir-rata tal-kambju spot b'konformità mal-IAS 21.

B6.6.16

Għal xi tipi ta' ħeġġijiet fuq il-valur ġust, l-għan tal-ħeġġ mhuwiex primarjament li jpaċi l-bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata iżda li jittrasforma l-flussi tal-flus tal-entrata ħħeġġjata. Pereżempju, entità tiħħeġġja r-riskju tar-rata tal-imgħax bil-valur ġust ta' strument ta' dejn b'rata fissa billi tuża swap tar-rati tal-imgħax. L-għan tal-ħeġġ tal-entità huwa li jittrasforma l-flussi tal-flus b'rata tal-imgħax fissa fi flussi ta' flus b'rata tal-imgħax flessibbli. Dan l-għan huwa rifless fil-kontabbiltà għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi d-dovuti tal-interessi netti jiżdiedu mal-iswap tar-rata tal-imgħax fil-profitt jew telf. Fil-każ ta' ħeġġ ta' pożizzjoni netta (pereżempju, pożizzjoni netta ta' assi b'rata fissa u obbligazzjoni b'rata fissa), dawn id-dovuti tal-imgħax nett iridu jiġu ppreżentati f'partita separata fir-rapport tal-introjtu u introjtu ieħor komprensiv. Dan sabiex jiġi evitat milli l-qligħ jew telf nett ta' strument wieħed jinqaleb f'ammonti gross tat-tpaċija u milli jiġu rikonoxxuti f'partiti differenti (pereżempju, dan jevita milli dħul tal-imgħax nett minn swap waħda tar-rata tal-imgħax jinqaleb fi dħul gross tal-imgħax u spiża tal-imgħax gross).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI (KAPITOLU 7)

Tranżizzjoni (Taqsima 7.2)

Assi finanzjarji miżmuma għan-negozju

B7.2.1

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard, entità għandha tiddetermina jekk l-għan tal-mudell ta' negozju tal-entità għall-immaniġġjar ta' kwalunkwe wieħed mill-assi finanzjarji tagħha jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2(a) jew il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2 A(a) jew jekk assi finanzjarju huwiex eliġibbli għall-elezzjoni fil-paragrafu 5.7.5. Għal dak l-għan, entità tiddetermina jekk assi finanzjarji jissodisfawx id-definizzjoni ta' miżmuma għan-negozju daqslikieku l-entità xtrat l-assi fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Indeboliment

B7.2.2

Meta ssir it-tranżizzjoni, entità għandha tfittex li tqarreb ir-riskju tal-kreditu fuq ir-rikonoxximent inizjali billi tikkunsidra l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha li tkun disponibbli mingħajr spejjeż jew sforzi eċċessivi. Entità mhijiex meħtieġa tagħmel riċerka eżawrijenti għal informazzjoni meta, fid-data tat-tranżizzjoni, tistabbilixxi jekk kienx hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu minn mindu seħħ ir-rikonoxximent iniżjali. Jekk entità ma tkunx tista' tagħmel din id-determinazzjoni mingħajr spejjeż jew sforzi eċċessivi, japplika l-paragarfu 7.2.20.

B7.2.3

Sabiex tistabbilixxi l-provvediment għat-telf fuq strumenti finanzjarji rikonoxxuti inizjalment (jew impenji ta' self jew kuntratti ta' garanzija finanzjarja li l-entità saret parti għalihom skont il-kuntratt) qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, kemm matul it-tranżizzjoni kif ukoll sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' dawk l-entrati, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni li hija rilevanti meta tistabbilixxi jew tistma r-riskju tal-kreditu fir-rikonoxximent inizjali. Sabiex tistabbilixxi jew tistma r-riskju ta' kreditu inizjali, entità tista' tikkunsidra informazzjoni interna u esterna, inkluża informazzjoni tal-portafoll, b'konformità mal-paragrafi B5.5.1-B5.5.6.

B7.2.4

Entità li għandha biss ftit informazzjoni storika tista' tuża informazzjoni minn rapporti interni u statistiki (li setgħu ġew iġġenerati meta ħadet id-deċiżjoni dwar jekk tnedix prodott ġdid), informazzjoni dwar prodotti simili jew esperjenza ta' gruppi tal-pari għal strumenti finanzjarji paragunabbli, jekk rilevanti.

DEFINIZZJONIJIET (APPENDIĊI A)

Derivattivi

BA.1

Eżempji tipiċi ta' derivattivi huma futuri u kuntratti forward, swap u ta' opzjoni Normalment derivattiv ikollu ammont nozzjonali, li huwa ammont ta' munita, numru ta' ishma, numru ta' unitajiet tal-piż jew volum jew unitajiet oħra speċifikati fil-kuntratt. Madankollu, strument derivattiv ma jeħtieġx li d-detentur jew il-kittieb jinvesti jew jirċievi l-ammont nozzjonali malli jidħol fis-seħħ il-kuntratt. Inkella, derivattiv jista' jeħtieġ pagament fiss jew pagament ta' ammont li jista' jinbidel (iżda mhux b'mod proporzjonali ma' bidla fis-sottostanti) bħala riżultat ta' xi event fil-ġejjieni li ma jkollux x'jaqsam ma' ammont nozzjonali. Pereżempju, kuntratt jista' jeħtieġ pagament fiss ta' CU1 000 jekk il-LIBOR ta' sitt xhur jiżdied b'100 punt bażi. Kuntratt bħal dan huwa derivattiv anki jekk ma jkunx speċifikat ammont nozzjonali.

BA.2

Id-definizzjoni ta' derivattiv f'dan l-Istandard tinkludi kuntratti li jiġu saldati gross meta ssir il-kunsinna tal-entrata sottostanti (eż. kuntratt forward għax-xiri ta' strument ta' dejn b'rata fissa). Entità jista' jkollha kuntratt biex tixtri jew tbigħ entrata mhux finanzjarja li tista' tiġi saldata netta fi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor jew billi jiġu skambjati strumenti finanzjarji (eż kuntratt għal xiri jew bejgħ ta' komodità bi prezz fiss f'data futura). Kuntratt bħal dan jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard sakemm ma daħalx fis-seħħ u qed ikompli jinżamm għall-finijiet tal-kunsinna ta' entrata mhux finanzjarja b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ u użu mistennijin tal-entità. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal tali kuntratti għar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistennijin minn entità jekk l-entità tagħmel speċifikazzjoni b'konformità mal-paragrafu 2.5 (ara l-paragrafi 2.4-2.7).

BA.3

Waħda mill-karatteristiċi li tiddefinixxi derivattiv hija dik li għandha investiment inizjali nett li huwa iżgħar minn dak li jkun meħtieġ għal tipi oħrajn ta' kuntratti li huma mistennijin li jkollhom rispons simili għall-bidliet fil-fatturi tas-suq. Kuntratt ta' opzjoni jissodisfa din id-definizzjoni għaliex il-primjum huwa inqas mill-investiment li kieku kien ikun meħtieġ biex jinkiseb l-istrument finanzjarju fuq bażi li miegħu tkun marbuta l-opzjoni. Swap tal-muniti li teħtieġ tpartit inizjali ta' muniti differenti b'valuri ġusti differenti tissodisfa d-definizzjoni minħabba li għandha investiment nett inizjali ta' żero.

BA.4

Bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari iwassal għal impenn ta' prezz fiss bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu li jissodisfa d-definizzjoni ta' derivattiv. Madankollu, minħabba l-qosor tad-durata tal-impenn, mhuwiex rikonoxxut bħala strument finanzjarju derivattiv. Minflok, dan l-Istandard jipprovdi għal kontabbiltà speċjali għal tali kuntratti ta' żmien regolari (ara l-paragrafi 3.1.2 u B3.1.3-B3.1.6).

BA.5

Id-definizzjoni ta' derivattiv tirreferi għal varjabbli mhux varjabbli li mhumiex speċifiċi għal parti għall-kuntratt. Dawn jinkludu indiċi ta' telf minn terremoti f'reġjun partikolari u indiċi tat-temperaturi f'belt partikolari. Varjabbli mhux finanzjarji speċifiċi għal parti kontraenti jinkludu l-okkorrenza jew in-nuqqas ta' okkorrenza ta' nirien li jagħmlu ħsarat jew jeqirdu assi ta' parti għall-kuntratt. Bidla fil-valur ġust ta' assi mhux finanzjarju hu speċifiku għas-sid jekk il-valur ġust jirrifletti mhux biss bidliet fil-prezzijiet tas-suq għat-tali l-assi (varjabbli finanzjarju) iżda anki l-kundizzjoni tal-assi mhux finanzjarju speċifiku miżmum (varjabbli mhux finanzjarju). Pereżempju, jekk garanzija tal-valur residwu ta' karozza speċifika tesponi lill-garanti għar-riskju ta' bidliet fil-kundizzjoni fiżika tal-karozza, il-bidla f'dak il-valur residwu hu speċifiku għas-sid tal-karozza.

Assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar

BA.6

In-negozjar ġeneralment jirrifletti xiri u bejgħ attiv u frekwenti, u strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozjar ġeneralment jintużaw bl-għan li jiġġeneraw profitt minn ċaqliq fuq terminu qasir fil-prezz jew il-marġini tan-negozjant.

BA.7

L-obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar jinkludu:

(a)

obbligazzjonijiet derivattivi li mhumiex meqjusin bħala strumenti għall-iħħeġġjar;

(b)

obbligazzjonijiet li jiġu forniti assi finanzjarji mislufin mingħand bejjiegħ ta' pożizzjonijiet qosra (jiġifieri entità li tbigħ assi finanzjarji li ssellfet iżda li għadhom mhumiex tagħha);

(c)

obbligazzjonijiet finanzjarji li jiġġarbu bl-intenzjoni li jerġgħu jinxtraw fil-futur qarib (jiġifieri strument ta' dejn ikkwotat li l-emittent jista' jerġa' jixtri fil-futur qarib skont il-bidliet fil-valur ġust tiegħu); kif ukoll

(d)

obbligazzjonijiet finanzjarji li huma parti minn portafoll ta' strumenti finanzjarji identifikati li huma mmaniġġjati flimkien u li għalihom hemm evidenza ta' xejra riċenti ta' qligħ fuq terminu qasir.

BA.8

Il-fatt innifsu li obbligazzjoni tintuża biex jiġu ffinanzjati attivitajiet ta' nnegozjar ma jagħmilx dik l-obbligazzjoni waħda miżmuma għan-negozjar.

Appendiċi Ċ

Emendi għal Standards oħra

Ħlief meta jkun indikat mod ieħor, entità tapplika l-emendi f'dan l-appendiċi meta tapplika l-IFRS 9 maħruġ f'Lulju 2014. Dawn l-emendi jinkorporaw b'żidiet l-emendi maħruġin fl-Appendiċi Ċ tal-IFRS 9 fl-2009, l-2010 u l-2013. L-emendi f'dan l-appendiċi jinkorporaw ukoll l-emendi li saru minn Standards maħruġin qabel l-IFRS 9 (2014), anke jekk dawk l-Istandards l-oħra ma kinux effettivi b'mod obbligatorju fiż-żmien meta nħareġ l-IFRS 9 (2014). Ta' min jinnota li l-emendi f'dan l-appendiċi jinkorporaw l-emendi li saru mill-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti.

IFRS 1    Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju

C1

Il-paragrafu 29 huwa emendat biex jinqara kif ġej, il-paragrafi 39B, 39G u 39U huma mħassrin u żdiedu l-paragrafi 29 A u 39Y:

29.

Entità tista' tispeċifika assi finanzjarju rikonoxxut qabel bħala assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu D19 A. L-entità tiżvela l-valur ġust tal-assi finanzjarju speċifikati bħala tali fid-data tal-ispeċifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tagħhom u l-ammont riportat fir-rapporti finanzjarji preċedenti.

29 A

Entità tista' tispeċifika obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuta qabel bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu D19. L-entità tiżvela l-valur ġust tal-obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bħala tali fid-data tal-ispeċifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tagħhom u l-ammont riportat fir-rapporti finanzjarji preċedenti.

39B

[Imħassar]

39G

[Imħassar]

39U

[Imħassar]

39Y

IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f'Lulju 2014, li emenda l-paragrafu 29, B1–B6, D1, D14, D15, D19 u D20, ħassar il-paragrafi 39B, 39G u 39U żied il-paragrafi 29 A, B8–B8G, B9, D19 A–D19C, D33, E1 u E2. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

C2

Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B1-B6 jiġu emendati biex jinqraw kif ġej, filwaqt li jiżdiedu intestatura u l-paragrafi B8-B8G, u intestatura u l-paragrafu B9:

B1

Entità tapplika l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji (il-paragrafi B2 u B3);

(b)

kontabbiltà għall-iħħeġġjar (il-paragrafi B4-B6);

(c)

interessi nonkontrollanti (il-paragrafu B7)

(d)

klassifikazzjoni u kejl ta' assi finanzjarji (il-paragrafi B8-B8C);

(e)

indeboliment ta' assi finanzjarji (il-paragrafi B8D — B8G);

(f)

derivattivi inkorporati (il-paragrafu B9); kif ukoll

(g)

self mill-gvern (il-paragrafi B10-B12).

Irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

B2

Ħlief kif awtorizzat mill-paragrafu B3, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba japplika r-rekwiżiti ta' rtirar tar-rikonoxximent fl-IFRS 9 b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara. Pereżempju, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba rtira r-rikonoxximent ta' assi finanzjarji mhux derivattivi jew ta' obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivattivi skont il-GAAP ta' qabel tiegħu bħala riżultat ta' tranżazzjoni li seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, ma jirrikonoxxix dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-IFRSs (sakemm ma jkunux jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala riżultat ta' tranżazzjoni jew event li sseħħ/jseħħ suċċessivament).

B3

Minkejja l-paragrafu B2, entità tista' tapplika r-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent fl-IFRS 9 b'mod retrospettiv minn data li tagħżel l-entità, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi applikat l-IFRS 9 għall-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħhom minħabba tranżazzjonijiet fl-imgħoddi, tkun inkisbet fiż-żmien tal-kontabbiltà inizjali għal dawk it-tranżazzjonijiet.

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

B4

Kif mitlub mill-IFRS 9, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha:

(a)

tkejjel id-derivattivi kollha fil-valur ġust; kif ukoll

(b)

telimina t-telf u l-qligħ differit kollu li jirriżulta minn derivattivi li kienu rrapportati b'konformità ma' GAAP ta' qabel daqslikieku kienu assi jew obbligazzjonijiet.

B5

Entità ma tirriflettix fid-dikjarazzjoni IFRS tal-ftuħ tagħha dwar il-pożizzjoni finanzjarja, relazzjoni tal-iħħeġġjar ta' tip li ma jikkwalifikax għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b'konformità mal-IFRS 9 (pereżempju, ħafna relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li fihom l-istrument għall-iħħeġġjar ikun opzjoni mibjugħa fuq bażi awtonoma jew opzjoni mibjugħa netta; jew li fihom l-entrata ħħeġġjata tkun pożizzjoni netta f'ħeġġ għall-fluss tal-flus għal riskju ieħor li mhuwiex ir-riskju tal-munita barranija). Madankollu, jekk entità speċifikat pożizzjoni netta bħala entrata ħħeġġjata b'konformità mal-GAAP ta' qabel, tista' tistabbilixxi bħala entrata ħħeġġjata b'konformità mal-IFRSs entrata individwali f'dik il-pożizzjoni netta, jew pożizzjoni netta jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.6.1. tal-IFRS 9, bil-kundizzjoni li tagħmel dan mhux iktar tard mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

B6

Jekk qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs entità tkun stabbilixxiet tranżazzjoni bħala ħeġġ iżda l-ħeġġ ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kontabbiltà tal-ħeġġ fl-IFRS 9, l-entità tapplika l-paragrafi 6.5.6 u 6.5.7 tal-IFRS 9 biex twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. It-tranżazzjonijiet li wieħed jidħol għalihom qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs ma jiġux speċifikati b'mod retrospettiv bħala ħeġġijiet.

Klassifikazzjoni u kejl ta' strumenti finanzjarji

B8

Entità għandha tivvaluta jekk assi finanzjarju jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4.1.2 jew il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4.1.2 A tal-IFRS9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tat-trażmissjoni għall-IFRSs.

B8 A

Jekk ma jkunx prattiku li jiġi vvalutat il-valur taż-żmien immodifikat tal-element tal-flus b'konformità mal-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tivvaluta l-karatteristiċi kuntrattwali għall-fluss tal-flus ta' dawk l-assi finanzjarji fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs mingħajr ma jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-valur taż-żmien tal-element tal-flus fil-paragrafi B4.1.9B-B4.1.9D tal-IFRS 9. (F'dan il-każ, l-entità għandha tapplika wkoll il-paragrafu 42R tal-IFRS 7 iżda r-referenzi għal “paragrafu 7.2.4 tal-IFRS 9” għandu jinqara li jfisser dan il-paragrafu u referenzi għar-“rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju” għandhom jinqraw li jfissru “fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs”.)

B8B

Jekk ma jkunx prattiku li jiġi vvalutat jekk il-valur ġust tal-fattur tal-prepagament huwiex insinifikanti b'konformità mal-paragrafu B4.1.12 (c) tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità tivvaluta l-karatteristiċi tal-flussi ta' flus kuntrattwali ta' dawk l-assi finanzjarji fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRs mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-eċċezzjoni għall-fatturi ta' prepagament fil-paragrafu B4.1.12 tal-IFRS 9. (F'dan il-każ, l-entità tapplika wkoll il-paragrafu 42S tal-IFRS 7 iżda referenzi għall-“paragrafu 7.2.5 tal-IFRS9” għandhom jinqraw li jfissru dan il-paragrafu u referenzi għar-“rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju” għandhom jinqraw li ifissru “fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs”.)

B8C

Jekk mhuwiex prattiku (kif definit fl-IAS 8) għal entità li tapplika b'mod retrospettiv il-metodu tal-imgħax effettiv fl-IFRS 9, il-valur ġust tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs ikun l-ammont riportat gross ġdid ta' dak l-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ġdid ta' dik l-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

Indeboliment tal-assi finanzjarji

B8D

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment fit-Taqsima 5.5. tal-IFRS 9 b'mod retrospettiv soġġetta għall-paragrafi 7.2.15 u 7.2.18–7.2.20 ta' dak l-IFRS.

B8E

Fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tuża informazzjoni raġonevoli u sostnuta li hija disponibbli mingħajr spejjeż jew sforzi eċċessiva sabiex tistabbilixxi r-riskju ta' kreditu fid-data li fiha l-istrumenti finanzjarji kienu rikonoxxuti inizjalment (jew għal impenji ta' self jew kuntratti ta' garanzija finanzjarja, id-data li fiha l-entità saret parti għall-impenn irrevokabbli b'konformità mal-paragrafu 5.5.6 tal-IFRS 9) u tqabblu mar-riskju ta' kreditu fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs (ara wkoll il-paragrafi B7.2.2.-B7.2.3. tal-IFRS 9).

B8F

Meta jiġi determinat jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu minn meta seħħ ir-rikonoxximent inizjali, entità tista' tapplika:

(a)

ir-rekwiżiti fil-paragrafu 5.5.10 u B5.5.27-B5.5.29 tal-IFRS 9; kif ukoll

(b)

is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 5.5.11 tal-IFRS 9 għall-pagamenti kuntrattwali li għaddewlhom iktar minn 30 ġurnata wara d-data tal-għeluq jekk entità ser tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment billi tidentifika żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu minn meta seħħ ir-rikonoxximent inizjali għal dawk l-istrumenti finanzjarji fuq il-bażi ta' informazzjoni li għadditilha d-data tal-għeluq.

B8G

Jekk, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, id-determinazzjoni ta' jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta' kreditu minn meta seħħ ir-rikonoxximent inizjali ta' strument finanzjarju tkun tirrekjedi spejjeż jew sforzi eċċessivi, entità għandha tirrikonoxxi provvediment għat-telf f'ammont li jilħaq it-telf ta' kreditu mistenni matul il-ħajja f'kull data tar-rapport sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' dak l-istrument finanzjarju (sakemm dak l-istrument finanzjarju ma jkollux riskju ta' kreditu baxx fid-data tar-rapport, f'liema każ japplika l-paragrafu B8E(a)).

Derivattivi inkorporati

B9

Min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu jivvaluta jekk hemmx bżonn li derivattiv inkorporat jiġi sseparat mill-kuntratt ospitant u jiġi kontabilizzat bħala derivattiv fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data iktar tard meta sar parti għall-kuntratt għall-ewwel darba u d-data li fiha hija meħtieġa rivalutazzjoni skont il-paragrafu B4.3.11 tal-IFRS 9.

C3

Fl-Appendiċi D, il-paragrafi D1, D14, D15, D19 u D20 u l-intestatura fuq D19 jiġu emendati biex jinqraw kif ġej u l-paragrafi D19 A — D19C u, wara l-paragrafu D32, jiżdiedu intestatura u l-paragrafu D33.

D1

Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

(a)

(j)

speċifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel (paragrafi D19–D19C);

(k)

(r)

arranġamenti konġunti (paragrafu D31);

(s)

kostijiet tal-istripping fil-fażi tal-produzzjoni ta' minjiera fuq l-art (il-paragrafu D32); kif ukoll

(t)

speċifikazzjoni ta' kuntratti sabiex wieħed jixtri jew ibigħ entrata mhux finanzjarja (paragrafu D33)

Entità ma għandhiex tapplika b'analoġija dawn l-eżenzjonijiet għal entrati oħra.

D14

Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, l-IAS 27 jitlobha tinkludi l-investimenti tagħha f'sussidjarji, impriżi konġunti u assoċjati jew:

(a)

skont il-kost; jew

(b)

b'konformità mal-IFRS 9.

D15

Jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jkejjel investiment bħal dan skont il-kost b'konformità mal-IAS 27, għandu jkejjel dak l-investiment b'wieħed minn dawn l-ammonti li ġejjin fir-rapport IFRS tal-ftuħ separat tal-pożizzjoni finanzjarja:

(a)

kost determinat b'konformità ma' IAS 27; jew

(a)

kost preżunt. Il-kost preżunt ta' investiment bħal dan għandu jkun:

(i)

il-valur ġust tiegħu fid-data ta' tranżizzjoni tal-entità għall-IFRSs fir-rapporti finanzjarji separati tagħha; jew

(ii)

il-GAAP ta' qabel li jirriporta l-ammont f'dik id-data.

Min jadotta Standard għall-ewwel darba jista' jagħżel bejn (i) jew inkella (ii) iktar 'il fuq sabiex ikejjel l-investiment tiegħu f'kull sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata li jagħżel li jkejjel permezz tal-użu ta' kost preżunt.

Speċifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel

D19

IFRS 9 jippermetti sabiex obbligazzjoni finanzjarja (diment li tissodisfa ċerti kriterji) tiġi speċifikata bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Minkejja dan ir-rekwiżit, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRS, entità tista' tispeċifika kwalunkwe obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf diment li l-obbligazzjoni tissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 4.2.2. tal-IFRS 9 fid-data.

D19 A

Entità tista' tispeċifika assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

D19B

Entità tista' tispeċifika investiment fi strument azzjonarju bħala fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

D19C

Għal obbligazzjoni finanzjarja li hija speċifikata bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, entità għandha tiddetermina jekk it-trattament fil-paragrafu 5.7.7. tal-IFRS 9 joħloqx spariġġ kontabilistiku fil-profitt jew telf fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

Il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali

D20

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu B5.1.2 A(b) tal-IFRS 9 b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li tkun daħlet għalihom fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara.

Klassifikazzjoni ta' kuntratti ta' xiri jew bejgħ ta' entrata mhux finanzjarja

D33

IFRS 9 jippermetti li xi kuntratti ta' bejgħ jew xiri ta' entrata mhux finanzjarja jiġu speċifikati mill-bidu kif imkejla fil-livell tal-valur ġust permezz tal-profitt jew telf (ara l-paragrafu 2.5 tal-IFRS 9). Minkejja dan ir-rekwiżit, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità tista' tikklassifika kuntratti li diġà jeżistu f'dik id-data kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf iżda biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.5 tal-IFRS 9 f'dik id-data u l-entità tispeċifika l-kuntratti simili kollha.

C4

Fl-Appendiċi E, jiżdiedu intestatura u l-paragrafi E1 u E2:

Eżenzjoni mir-rekwiżit sabiex terġa' tiġi stabbilita informazzjoni komparattiva għall-IFRS 9

E1

Jekk l-ewwel perjodu tar-rapportar tal-IFRS ta' entità jibda qabel l-1 ta' Jannar 2019 u l-entità tapplika l-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġa fl-2014), l-informazzjoni komparattiva fl-ewwel rapporti finanzjarji tal-IFRS tal-entità ma hemmx bżonn li tikkonforma mal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni jew il-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġ fl-2014), sal-punt li d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-IFRS 7 ikunu marbutin mal-entrati fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9. Għal tali entitajiet, fil-każ tal-IFRS 7 u l-IFRS 9 (2014) biss, ir-referenzi għad-“data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs” għandhom ifissru l-bidu tal-ewwel perjodu tar-rapportar IFRS.

E2

Entità li tagħżel li tippreżenta informazzjoni komparattiva li ma tikkonformax mal-IFRS 7 u l-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġ fl-2014) fl-ewwel sena ta' tranżizzjoni għandha:

(a)

tapplika r-rekwiżiti tal-GAAP ta' qabel tagħha minflok ir-rekwiżiti tal-IFRS 9 għal informazzjoni komparattiva dwar l-entrati fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9.

(b)

tiżvela dan il-fatt flimkien mal-bażi użata sabiex tħejji din l-informazzjoni.

(c)

tittratta kwalunkwe aġġustament bejn ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tar-rapport tal-perjodu komparattiv (jiġifieri r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li jinkludi informazzjoni komparattiva skont il-GAAP ta' qabel) u r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-ewwel perjodu tar-rapportar IFRS (jiġifieri l-ewwel perjodu li jinkludi informazzjoni li tikkonforma mal-IFRS 7 u l-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġ fl-2014)) kif jirriżulta minn bidla fil-politika tal-kontabbiltà u tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 28(a) –(E) u (f)(i) tal-IAS 8. Il-paragrafu 28(f)(i) japplika biss għal ammonti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tal-perjodu tar-rapportar.

(d)

tapplika l-paragrafu 17(c) tal-IAS 1 sabiex tipprovdi divulgazzjonijiet ulterjuri meta l-konformità ma' rekwiżiti speċifiċi fl-IFRSss ma tkunx biżżejjed sabiex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-impatt ta' tranżazzjonijiet partikolari, events u kundizzjonijiet oħra fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

IFRS 2    Pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet

C5

Il-paragrafu 6 jiġi emendat biex jinqara kif ġej, u jiżdied il-paragrafu 63C

6.

Dan l-IFRS ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet li fihom l-entità tirċievi jew takkwista oġġetti jew servizzi b'kuntratt fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafi 8–10 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (kif riveduta fl-2003) [nota f'qiegħ il-paġna mħassra] jew il-paragrafi 2.4-2.7 tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

63C

IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, il-paragrafu 6 emendat. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

IFRS 3    Kombinamenti ta' Operazzjonijiet

C6

Il-paragrafi 16, 42, 53, 56 u 58 jiġu emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 64 A, 64D u 64H u jiżdied il-paragrafu 64L.

16.

F'xi sitwazzjonijiet, l-IFRSs jipprovdu għal kontabbiltà differenti skont kemm entità tikklassifika jew tispeċifika assi jew obbligazzjoni partikolari. Eżempji ta' klassifikazzjonijiet jew speċifikazzjonijiet li l-akkwirent għandu jagħmel fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet pertinenti hekk kif jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a)

klassifikazzjoni ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji partikolari kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew skont il-kost amortizzat, jew bħala assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv b'konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(b)

speċifikazzjoni ta' strument derivattiv bħala strument għall-iħħeġġjar b'konformità mal-IFRS 9; kif ukoll

(c)

valutazzjoni dwar jekk derivattiv inkorporat għandux jiġi sseparat mill-kuntratt ospitant b'konformità mal-IFRS 9 (li hija kwistjoni ta' “klassifikazzjoni” peress li dan l-IFRS juża dan it-terminu).

42.

F'kombinament ta' operazzjonijiet milħuq fi stadji, l-akkwirent għandu jerġa' jkejjel l-interessi ta' ekwità li kellu qabel fl-akkwiżit bil-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu u jirrikonoxxi l-qligħ jew telf li jirriżulta, jekk ikun hemm, fil-profitt jew telf jew introjtu ieħor komprensiv, kif xieraq. F'perjodi tar-rapportar preċedenti, l-akkwirent jista' jkun irrikonoxxa bidliet fil-valur tal-interessi ta' ekwità tiegħu fl-akkwiżit f'introjtu ieħor komprensiv. Jekk dan ikun il-każ, l-ammont li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komprensiv għandu jiġi rikonoxxut fuq l-istess bażi li jkun meħtieġ kieku l-akkwirent ċeda direttament l-interess ta' ekwità li kellu qabel.

53.

Kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni huma kostijiet li l-akkwirent iġarrab għal kombinazzjoni ta' operazzjonijiet. Dawn il-kostijiet jinkludu t-tariffi tas-sejjieb; konsulenza, pariri legali, pariri kontabilistiċi, valwazzjoni u tariffi professjonali jew ta' konsulenza oħrajn; kostijiet amministrattivi ġenerali inklużi l-kostijiet għat-tħaddim ta' dipartiment tal-akkwisti interni; u kostijiet tar-reġistrazzjoni u l-ħruġ ta' titoli ta' dejn u ekwità. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni bħala spejjeż fil-perjodi li fihom jiġġarrbu l-kostijiet u ġew riċevuti s-servizzi, b'eċċezzjoni waħda. Il-kostijiet għall-ħruġ ta' titoli ta' dejn jew ekwità għandhom jiġu rikonoxxuti b'konformità mal-IAS 32 u IFRS 9.

56.

Wara r-rikonoxximent inizjali u sakemm tiġi saldata, ikkanċellata jew tiskadi l-obbligazzjoni, l-akkwirent għandu jkejjel obbligazzjoni kontinġenti rikonoxxuta f'kombinament ta' operazzjonijiet fl-ogħla livell bejn:

(a)

l-ammont li jiġi rikonoxxut b'konformità mal-IAS 37; u

(b)

l-ammont inizjalment rikonoxxut nieqes, jekk xieraq, l-ammont kumulattiv ta' introjtu rikonoxxut b'konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kuntratti rrapportati b'konformità mal-IFRS 9.

58.

Ċerti bidliet fil-valur ġust ta' korrispettiv kontinġenti li l-akkwirent jirrikonoxxi wara d-data tal-akkwiżizzjoni jistgħu jkunu r-riżultat ta' informazzjoni addizzjonali li l-akkwirent ikun kiseb wara dik id-data dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Dawk il-bidliet huma aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl skont il-paragrafi 45–49. Madankollu, bidliet li jirriżultaw minn events wara d-data tal-akkwiżizzjoni, bħall-ilħuq ta' mira dwar il-qligħ, l-ilħuq ta' prezz speċifikat tal-ishma jew l-ilħuq ta' tragward fi proġett ta' riċerka u żvilupp, mhumiex aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-bidliet fil-valur ġust ta' korrispettiv kontinġenti li ma jkunux aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl skont kif ġej:

(a)

Korrispettiv kontinġenti ieħor li:

(i)

jinsab fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 jitkejjel fil-valur ġust f'kull data tar-rapport u l-bidliet fil-valur ġust għandhom jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf b'konformità mal-IFRS 9.

(ii)

ma jinsabx fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 jitkejjel fil-valur ġust f'kull data ta' rapportar u l-bidliet fil-valur ġust għandhom jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf.

64 A

[Imħassar]

64D

[Imħassar]

64H

[Imħassar]

64L

IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 16, 42, 53, 56, 58 u B41 u ħassar il-paragrafi 64 A, 64D u 64H. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

C7

Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B41 jiġi emendat biex jaqra kif ġej:

B41

L-akkwirent ma għandux jirrikonoxxi provvediment ta' valwazzjoni separata mid-data tal-akkwizzjoni għal assi akkwistati f'kombinament ta' operazzjonijiet li huma mkejla fil-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom għaliex l-effetti tal-inċertezza dwar il-flussi tal-flus futuri huma inklużi fil-kejl tal-valur ġust. Pereżempju, minħabba li dan l-IFRS jirrikjedi li l-akkwirent ikejjel riċevibbli akkwistati, inkluż self, fil-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom fil-kontabbiltà għal kombinament ta' operazzjonijiet, l-akkwirent ma jirrikonoxxix provvediment ta' valwazzjoni separata għall-flussi ta' flus kuntrattwali meqjusin li ma jistgħux jinġabru f'dik id-data jew provvediment għat-telf għat-telf ta' kreditu mistenni.

L-IFRS 4    Kuntratti tal-Assigurazzjoni

C8

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

C9

Il-paragrafi 3, 4, 7, 8, 12, 34 35 u 45 huma emendati biex jinqraw kif ġej, il-paragrafi 41C, 41D u 41 F huma mħassrin u jiżdied il-paragrafu 41H:

3.

Dan l-IFRS ma jindirizzax aspetti oħrajn tal-kontabbiltà mill-assiguraturi, bħall-kontabbiltà għal assi finanzjarji miżmuma mill-assiguraturi u obbligazzjonijiet finanzjarji maħruġa mill-assiguraturi (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, IFRS 7 u IFRS 9 Strumenti Finanzjarji), minbarra fid-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafu 45.

4.

Entità ma tapplikax dan l-IFRS għal:

(a)

(d)

kuntratti ta' garanzija finanzjarja sakemm l-emittenti ma jkunx iddikjara qabel b'mod espliċitu li tali kuntratti jqishom bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u uża kontabbiltà applikabbli għal kuntratti tal-assigurazzjoni, f'liema każ l-emittent jista' jagħżel li japplika l-IAS 32, l-IFRS 7 u l-IFRS 9 jew dan l-IFRS għal tali kuntratti ta' garanzija finanzjarja. L-emittent jista' jagħmel dik l-għażla kuntratt b'kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli.

(e)

7.

L-IFRS 9 jirrikjedi li entità tissepara xi derivattivi inkorporati mill-kuntratt ospitant tagħhom, tkejjilhom bil-valur ġust u tinkludi l-bidliet fil-valur ġust tagħhom fil-profitt jew telf. IFRS 9 japplika għal derivattivi inkorporati f'kuntratt tal-assigurazzjoni sakemm id-derivattiv inkorporata ma jkunx kuntratt tal-assigurazzjoni minnu nnifsu.

8.

Bħala eċċezzjoni għar-rekwiżiti fl-IFRS 9, assiguratur ma għandux għalfejn jissepara, u jkejjel fil-valur ġust, l-opzjoni ta' detentur ta' polza biex iċedi kuntratt tal-assigurazzjoni għal ammont fiss (jew għal ammont ibbażat fuq ammont fiss u rata tal-imgħax), anki jekk il-prezz tal-eżerċitar ivarja mill-ammont riportat tal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni tal-ospitanti. Madankollu, ir-rekwiżiti fl-IFRS 9 ma japplikawx għal opzjoni put jew opzjoni ta' ċediment inkorporata f'kuntratt tal-assigurazzjoni jekk il-valur taċ-ċediment ivarja b'reazzjoni għal bidla f'varjabbli finanzjarju (bħall-prezz jew indiċi ta' ekwità jew prodott bażiku), jew varjabbli mhux finanzjarju li mhuwiex speċifiku għal parti għall-kuntratt. Barra minn hekk, dawk ir-rekwiżiti japplikaw ukoll jekk il-kapaċità tad-detentur li jeżerċita opzjoni put jew opzjoni ta' ċediment tkun xprunata minn bidla fit-tali varjabbli (pereżempju, opzjoni put li tista' tiġi eżerċitata jekk l-indiċi tal-borża jilħaq livell speċifikat).

12.

Biex jifred kuntratt, assiguratur għandu:

(a)

japplika dan l-IFRS għall-komponent tal-assigurazzjoni.

(a)

japplika l-IFRS 9 għall-komponent tad-depożitu.

34.

Ċerti kuntratti tal-assigurazzjoni fihom aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni kif ukoll element garantit. L-emittent ta' kuntratt bħal dan:

(a)

(d)

jekk il-kuntratt jinkludi derivattivi inkorporati fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9, għandu japplika l-IFRS 9 għal dak id-derivattiv inkorporat.

(e)

Aspetti diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni fi strumenti finanzjarji

35.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 34 japplikaw ukoll għal kull strument finanzjarju li fih aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni. Barra minn hekk:

(a)

jekk l-emittenti jikklassifika l-aspetti diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni kollha bħala obbligazzjoni, għandu japplika t-test tal-adegwatezza tal-obbligazzjoni fil-paragrafi 15-19 għall-kuntratt kollu (jiġifieri kemm l-element iggarantit kif ukoll l-aspett diskrezzjonali tal-parteċipazzjoni). L-emittenti ma għandux bżonn jiddetermina l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IFRS 9 għall-element iggarantit.

(b)

jekk l-emittenti jikklassifika parti minn dak l-aspett jew l-aspett kollu bħala komponent separat ta' ekwità, l-obbligazzjoni rikonoxxuta għall-kuntratt kollu ma tkunx inqas mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IFRS 9 għall-element iggarantit. Dak l-ammont għandu jinkludi l-ammont intrinsiku ta' opzjoni ta' ċediment tal-kuntratt, iżda m'għandux għalfejn jinkludi l-valur taż-żmien tiegħu jekk il-paragrafu 9 jeżenta dik l-opzjoni minn kejl fil-valur ġust. L-emittenti ma għandux għalfejn jiżvela l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IFRS 9 għall-element iggarantit, u lanqas ma għandu għalfejn jippreżenta dak l-ammont b'mod separat. Barra minn hekk, l-emittent m'għandux għalfejn jistabbilixxi dak l-ammont jekk jidher ċar li l-obbligazzjoni totali rikonoxxuta hija ogħla.

(c)

41C

[Imħassar]

41D

[Imħassar]

41F

[Imħassar]

41H

IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 3, 4, 7, 8, 12, 34 35, 45, Appendiċi A u l-paragrafi B18-B20 u ħassar il-paragrafi 41C, 41D u 41F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

45.

Minkejja l-paragrafu 4.4.1 tal-IFRS 9, meta assiguratur jibdel il-politiki kontabilistiċi tiegħu għal obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni, huwa awtorizzat, iżda mhux obbligat, jikklassifika mill-ġdid uħud mill-assi finanzjarji tiegħu jew kollha kemm huma sabiex jitkejlu fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Din ir-riklassifikazzjoni tista' ssir jekk assiguratur jibdel il-politiki kontabilistiċi meta japplika dan l-IFRS għall-ewwel darba u jekk jagħmel bidla fil-politika sussegwenti permessa bil-paragrafu 22. Ir-riklassifikazzjoni hija bidla fil-politika kontabilistika u tapplika l-IAS 8.

C10

Fl-Appendiċi A, it-terminu ddefinit “komponent ta' depożitu” huwa emendat biex jinqara kif ġej:

komponent ta' depożitu

Komponent kuntrattwali li ma jitqiesx bħala derivattiv skont l-IFRS 9 u jkun fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 li kieku kien strument separat.

C11

Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B18-B20 jiġu emendati biex jinqraw kif ġej:

B18

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' kuntratti li huma kuntratti tal-assigurazzjoni, jekk it-trasferiment ta' riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti:

(a)

(g)

assigurazzjoni ta' kreditu li tipprovdi għal pagamenti speċifikati li għandhom isiru sabiex id-detentur jiġi rimborżat għat-telf li jġarrab għaliex debitur speċifikat jonqos milli jagħmel pagament meta jkun dovut skont it-termini oriġinali jew immodifikati ta' strument ta' dejn. Dawn il-kuntratti jistgħu jieħdu suriet legali differenti, bħal dik ta' garanzija, xi tipi ta' ittra ta' kreditu, kuntratt ta' inadempjenza ta' derivattivi ta' kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. Madankollu, għad li dawn il-kuntratti jissodisfaw id-definizzjoni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni, jissodisfaw ukoll id-definizzjoni ta' kuntratt ta' garanzija finanzjarja fl-IFRS 9 u jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 32 [nota f'qiegħ il-paġna mħassra] u l-IFRS 9, mhux dan l-IFRS (ara l-paragrafu 4(d)). Minkejja dan, jekk emittenti ta' kuntratti ta' garanzija finanzjarja qabel ikun iddikjara b'mod espliċitu li jqis li t-tali kuntratti huma kuntratti tal-assigurazzjoni u uża kontabbiltà applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista' jagħżel li japplika jew l-IAS 32 [nota ta' qiegħ il-paġna mħassra] u l-IRFS 9 jew dan l-IFRS għal tali kuntratti ta' garanzija finanzjarja.

(h)

B19

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' entrati li mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni:

(a)

(e)

derivattivi li jesponu parti waħda għal riskju finanzjarju iżda mhux għal riskju tal-assigurazzjoni, għaliex jirrikjedu li dik il-parti tagħmel pagament ibbażat biss fuq bidliet f'waħda jew iktar minn rata tal-imgħax speċifika, prezz ta' strument finanzjarju, prezz ta' prodott bażiku, rata tal-kambju, indiċi ta' prezzijiet jew rati, klassifikazzjoni tal-kreditu jew indiċi tal-kreditu jew varjabbli ieħor, diment li, fil-każ ta' varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli mhuwiex speċifiku għal parti għall-kuntratt (ara l-IFRS 9).

(f)

garanzija relatata mal-kreditu (jew ittra ta' kreditu, kuntratt ta' inadempjenza ta' derivattivi ta' kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni ta' kreditu) li tirrikjedi pagamenti anke jekk id-detentur ma jkunx ġarrab telf fuq in-nuqqas tad-debitur milli jagħmel il-pagamenti meta dovuti (ara l-IFRS 9).

(g)

B20

Jekk il-kuntratti deskritti fil-paragrafu B19 joħolqu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9. Fost affarijiet oħrajn, dan ifisser li l-partijiet għall-kuntratt jużaw dik li xi kultant tissejjaħ kontabbiltà ta' depożitu, li tinvolvi dan li ġej:

(a)

IFRS 5    Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx

C12

Il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej, jitħassru l-paragrafi 44F u 44J u jiżdied il-paragrafu 44K:

5.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kejl ta' dan l-IFRS [in-nota f'qiegħ il-paġna mħassra] ma japplikawx għall-assi li ġejjin, li huma koperti mill-IFRSs elenkati, kemm bħala assi individwali kif ukoll bħala parti minn grupp tad-disponiment:

(a)

(c)

assi finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

(d)

44F

[Imħassar]

44J

[Imħassar]

44K

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 5 u ħassar il-paragrafi 44F u 44J. Entità tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IFRS 7    Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet

C13

Il-paragrafi 2–5, 8–11, 14, 20, 28–30, 36 u 42C–42E huma emendati biex jinqraw kif ġej, il-paragrafi 12, 12 A, 16, 22–24, 37, 44E, 44F u 44H–44J, 44N, 44S–44 W, 44Y huma mħassra u żdiedu diversi intestaturi u paragrafi 5 A, 10 A, 11 A, 11B, 12B–12D, 16 A, 20 A, 21 A–21D, 22 A–22C, 23 A–23F, 24 A–24G, 35 A–35N, 42I–42S, 44Z u 44ZA.

2.

Il-prinċipji f'dan l-IFRS jikkumplimentaw il-prinċipji għar-rikonoxximent, il-kejl u l-preżentazzjoni tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

3.

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strumenti finanzjarji, minbarra:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li huma jitqiesu skont l-IFRS 10, Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jirrikjedu jew jippermettu li entità tirrapporta interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-IFRS 9; f'dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' dan l-IFRS. L-entitajiet għandhom japplikaw ukoll dan l-IFRS għad-derivattivi kollha marbutin ma' interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti sakemm id-derivattiv ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' strument azzjonarju fl-IAS 32.

(b)

(d)

kuntratti ta' assigurazzjoni kif iddefiniti fl-IFRS 4 Kuntratti ta' Assigurazzjoni. Madankollu, dan l-IFRS japplika għal derivattivi li huma inkorporati f'kuntratti ta' assigurazzjoni jekk l-IFRS 9 jirrikjedi li l-entità tikkontabilizzahom b'mod separat. Barra minn hekk, emittent japplika dan l-IFRS għal kuntratti ta' garanzija finanzjarja jekk l-emittent japplika l-IFRS 9 fir-rikonoxximent u l-kejl tal-kuntratti, iżda għandu japplika l-IFRS 4 jekk l-emittent jagħżel, b'konformità mal-paragrafu 4(d) tal-IFRS 4, li japplika l-IFRS 4 għar-rikonoxximent u l-kejl tagħhom.

(e)

strumenti finanzjarji, kuntratti u obbligi skont tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Azzjonijiet, ħlief li dan l-IFRS japplika għal kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9.

(f)

4.

Dan l-IFRS japplika għal strumenti finanzjarji rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti. Strumenti finanzjarji rikonoxxuti jinkludu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9. Strumenti finanzjarji mhux rikonoxxuti jinkludu xi strumenti finanzjarji li, għad li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9, jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-IFRS.

5.

Dan l-IFRS japplika għal kuntratti ta' xiri jew bejgħ ta' entrata mhux finanzjarja li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9.

5 A

Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tar-riskju ta' kreditu fil-paragrafu 35 A-35N japplikaw għal dawk id-drittijiet li jispeċifika l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, u li huma rapportati b'konformità mal-IFRS 9 għall-finijiet tar-rikonoxximent tal-indeboliment tal-qligħ jew telf. Kwalunkwe referenza għal assi finanzjarji jew strumenti finanzjarji f'dawn il-paragrafi għandha tinkludi dawk id-drittijiet sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

8.

L-ammonti riportati ta' kull waħda minn dawn il-kategoriji differenti, kif speċifikati fl-IFRS 9, għandhom jiġu ddivilgati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti:

(a)

assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, li b'mod separat juru (i) dawk speċifikati bħala tali mar-rikonoxximent inizjali jew wara b'konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9 u (ii) dawk imkejla b'mod obbligatorju fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-IFRS 9.

(b)–(d)

[imħassra]

(e)

obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta' qligħ jew telf li juru separatament (i) dawk speċifikati bħala tali mar-rikonoxximent inizjali jew wara b'konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9 u (ii) dawk li jissodisfaw id-definizzjoni ta' miżmuma għan-negozju fl-IFRS 9.

(f)

assi finanzjarji mkejla bil-kost amortizzat.

(g)

obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla bil-kost amortizzat.

(h)

assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv, li juru separatament (i) assi finanzjarji li huma mkejla fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-IFRS9; u (ii) investimenti fi strumenti azzjonarji stabbiliti bħala tali mar-rikonoxximent inizjali b'konformità mal-paragrafi 5.7.5 tal-IFRS9.

Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

9.

Jekk l-entità tkun speċifikat bħala mkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji) li kieku kienu jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv jew kost amortizzat, għandha tiddivulga:

(a)

l-iskopertura massima għar-riskju ta' kreditu (ara l-paragrafu 36(a)) tal-assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji) fi tmiem il-perjodu tar-rapportar.

(b)

l-ammont li bih kwalunkwe derivattiv ta' kreditu relatat jew strumenti simili jimmitigaw dik l-iskopertura massima għar-riskju ta' kreditu (ara l-paragrafu 36(b)).

(c)

l-ammont ta' bidla, matul il-perjodu u b'mod kumulattiv fil-valur ġust tal-assi finanzjarji (jew grupp ta' assi finanzjarji) li huwa attribbwibbli għall-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-assi finanzjarju stabbilixxa jew:

(i)

(d)

l-ammont tal-bidla fil-valur ġust ta' kwalunkwe derivattiv ta' kreditu relatat jew strumenti simili li seħħ matul il-perjodu u b'mod kumulattiv minn meta ġie speċifikat l-assi finanzjarju.

10.

Jekk l-entità stabbilixxiet obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 4.2.2 tal-IFRS 9 u hija meħtieġa tippreżenta l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' dik l-obbligazzjoni f'introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafu 5.7.7. tal-IFRS 9), għandha tiddivulga:

(a)

l-ammont tal-bidla, b'mod kumulattiv, fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li hija attribwibbli għall-bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' dik l-obbligazzjoni (ara l-paragrafi B5.7.13 — B5.7.20) tal-IFRS 9 għal gwida dwar id-determinazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni).

(b)

id-differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja u l-ammont li l-entità tkun kuntrattwalment meħtieġa tħallas lid-detentur meta timmatura dik l-obbligazzjoni.

(c)

kwalunkwe trasferiment tal-qligħ jew telf kumulattiv fl-ekwità matul il-perjodu inkluża r-raġuni għat-tali trasferimenti.

(d)

jekk jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' obbligazzjoni, l-ammont (jekk ikun hemm) ippreżentat f'introjtu ieħor komprensiv li jkun inkiseb bl-irtirar tar-rikonoxximent.

10 A

Jekk entità tkun speċifikat obbligazzjoni finanzjarja fil-livell ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 4.2.2 tal-IFRS 9 u hija meħtieġa li tippreżenta l-bidliet kollha fil-valur ġust ta' dik l-obbligazzjoni (inklużi l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni) fil-profitt jew telf (ara l-paragrafi 5.7.7. u 5.7.8 tal-IFRS 9), għandha tiddivulga:

(a)

l-ammont ta' bidla, matul il-perjodu u b'mod kumulattiv, fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li hija attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' dik l-obbligazzjoni (ara l-paragrafi B5.7.13-B5.7.20 tal-IFRS 9 għal gwida dwar id-determinazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju tal-kreditu tal-obbligazzjoni); u

(b)

id-differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja u l-ammont li l-entità tkun kuntrattwalment meħtieġa tħallas lid-detentur meta jimmatura l-obbligu.

11.

L-entità għandha tiddivulga wkoll:

(a)

deskrizzjoni ddettaljata tal-metodi użati biex tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafi 9(c), 10(a) u 10 A(a) u l-paragrafu 5.7.7(a) tal-IFRS 9, inkluża spjegazzjoni dwar għaliex il-metodu huwa adattat.

(b)

jekk l-entità temmen li d-divulgazzjoni li għamlet, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew inkella fin-noti, sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu 9(c), 10(a) jew 10 A(a) jew il-paragrafi 5.7.7(a) tal-IFRS 9 ma tirrappreżentax kif suppost il-bidla fil-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja attribbwibbli għall-bidliet fir-riskju ta' kreditu tagħha, ir-raġunijiet li għalihom waslet għal din il-konklużjoni u l-fatturi li temmen li huma rilevanti.

(c)

deskrizzjoni ddettaljata tal-metodoloġija jew metodoloġiji użati sabiex tistabbilixxi jekk il-preżentazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni f'introjtu ieħor komprensiv toħloqx jew tkabbarx l-ispariġġ kontabilistiku fil-profitt jew telf (ara l-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8 tal-IFRS 9). Jekk entità hija meħtieġa tippreżenta l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu ta' obbligazzjoni fil-profitt jew telf (ara l-paragrafu 5.7.8 tal-IFRS9), id-divulgazzjoni jrid ikun fiha deskrizzjoni ddettaljata tar-relazzjoni ekonomika deskritta fil-paragrafu B5.7.6 tal-IFRS 9.

Investimenti fi strumenti azzjonarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv.

11 A

Jekk entità speċifikat investimenti fi strumenti azzjonarji li għandhom jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv, kif inhu permess mill-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9, għandha tiddivulga:

(a)

liema investimenti fi strumenti azzjonarji ġew speċifikati sabiex jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv.

(b)

ir-raġunijiet għaliex użat din il-preżentazzjoni alternattiva.

(c)

il-valur ġust ta' kull investiment bħal dan fi tmiem il-perjodu tar-rapportar.

(d)

dividendi rikonoxxuti matul il-perjodu, li juru b'mod separat dawk relatati mal-investimenti li ġie rtirat ir-rikoxximent tagħhom matul il-perjodu tar-rapportar u dawk relati mal-investimenti miżmuma fi tmiem il-perjodu tar-rapportar.

(e)

kwalunkwe trasferiment tal-profitt jew telf kumulattiv fl-ekwità matul il-perjodu inkluża r-raġuni għal tali trasferimenti.

11B

Jekk entità tirtira r-rikonoxximent tal-investimenti fi strumenti azzjonarji fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu tar-rapportar, għandha tiddivulga:

(a)

ir-raġunijiet għad-disponiment tal-investmenti.

(b)

il-valur ġust tal-investimenti fid-data tal-irtirar tar-rikoxximent.

(c)

il-qligħ jew telf kumulattiv fuq id-disponiment.

12–12 A

[Imħassar]

12B

Entità għandha tiddivulga jekk, fil-perjodi tar-rapportar attwali jew ta' qabel, irrikklassifikatx xi assi finanzjarju b'konformità mal-paragrafu 4.4.1 tal-IFRS 9. Għal kull avveniment bħal dan, entità għandha tiddivulga:

(a)

id-data tar-riklassifikazzjoni.

(b)

spjegazzjoni ddettaljata tal-bidla fil-mudell ta' negozju u deskrizzjoni kwalitattiva tal-effett tagħha fuq ir-rapporti finanzjarji tal-entità.

(c)

l-ammont riklassifikat f'kull kategorija u barra minnha.

12C

Għal kull perjodu tar-rapportar wara r-riklassifikazzjoni sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent, l-entità għandha tiddivulga għal assi riklassifikati barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf sabiex jitkejlu bil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.4.1 tal-IFRS9:

(a)

ir-rata effettiva tal-imgħax stabbilita fid-data tar-riklassifikazzjoni; u

(b)

l-introjtu rikonoxxut mill-imgħax.

12D

Jekk, mill-aħħar data tar-rapport annwali tagħha, entità tkun irriklassifikat l-assi finanzjarji barra mill-valur ġust permezz ta' kategorija ta' introjtu ieħor komprensiv sabiex jitkejlu bil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf sabiex jitkejlu bil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv, għandha tiddivulga:

(a)

il-valur ġust tal-assi finanzjarji fi tmiem il-perjodu tar-rapportar; u

(b)

il-qligħ jew telf fil-valur ġust li kien ikun rikonoxxut fil-profitt jew telf jew introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu tar-rapportar li kieku l-assi finanzjarji ma ġewx riklassifikati.

14.

Entità trid tiddivulga:

(a)

l-ammont riportat tal-assi finanzjarji li rahnet bħala kollateral għall-obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti, inklużi ammonti li kienu riklassifikati b'konformità mal-paragrafu 3.2.23(a) tal-IFRS 9; kif ukoll

(b)

it-termini u l-kundizzjonijiet relatati ma' dan ir-rahan.

16.

[Imħassar]

16 A

L-ammont riportat ta' assi finanzjarji imkejjel fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-IFRS9 ma jitnaqqasx minn provvediment għat-telf u entità ma tippreżentax il-provvediment għat-telf b'mod separat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja bħala tnaqqis tal-ammont riportat tal-assi finanzjarji. Madankollu, entità għandha tiddivulga l-provvediment għat-telf fin-noti mar-rapporti finanzjarji.

20.

Entità trid tiddivulga l-entrati li ġejjin ta' introjtu, spiża, qligħ jew telf fir-rapport tal-introjtu komprensiv jew fin-noti:

(a)

qligħ nett jew telf nett fuq:

(i)

assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, li juru b'mod separat dawk dwar l-assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li huma speċifikati bħala tali mar-rikonoxximent inizjali jew wara b'konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS9, u dawk dwar l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji li b'mod obbligatorju jitkejlu fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-IFRS 9 (eż. obbligazzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw id-definizzjoni ta' miżmuma għan-negozjar fl-IFRS 9). Għall-obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, entità trid turi separatament l-ammont ta' qligħ jew telf rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv u l-ammont rikonoxxut fil-profitt jew telf.

(ii)–(iv)

[imħassra]

(v)

obbligazzjonijiet finanzjarji mkejlin bil-kost amortizzat.

(vi)

assi finanzjarji mkejlin bil-kost amortizzat.

(vii)

investimenti fi strumenti azzjonarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9.

(viii)

assi finanzjarji mkejlin fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-IFRS 9, li juru b'mod separat l-ammont tal-qligħ jew telf rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu u l-ammont riklassifikat mal-irtirar tar-rikonoxximent minn introjtu ieħor komprensiv akkumulat għall-profitt jew telf għall-perjodu.

(b)

introjtu totali mill-imgħax u spiża totali għall-imgħax (ikkalkolati permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv) għal assi finanzjarji li jitkejlu bil-kost amortizzat jew li huma mkejlin fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-IFRS 9 (li juri dawn l-ammonti b'mod separat); jew obbligazzjonijiet finanzjarji li mhumiex imkejlin fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

(c)

introjtu u spiża ta' tariffi (minbarra ammonti inklużi fid-determinazzjoni tar-rata tal-imgħax effettiva) li tirriżulta minn:

(i)

assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li mhumiex fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; u

(ii)

attivitajiet ta' trust u fiduċjarji oħrajn li jirriżultaw fiż-żamma jew l-investiment ta' assi f'isem individwi, trusts, pjanijiet ta' benefiċċji tal-irtirar u istituzzjonijiet oħra.

(d)

[imħassar]

(e)

[imħassar]

20 A

Entità trid tiddivulga analiżi tal-qligħ jew telf rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu komprensiv li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarji mkejla bil-kost amortizat, u turi b'mod separat il-qligħ u t-telf li jirriżultaw mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' dawk l-assi finanzjarji. Din id-divulgazzjoni tinkludi r-raġunijiet għall-irtirar tar-rikonoxximent ta' dawk l-assi finanzajarji.

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

21 A

Entità trid tapplika r-rekwiżit ta' divulgazzjoni fil-paragrafi 21B-24F għal dawk l-iskoperturi tar-riskju li entità tiħħeġġja u li għalihom tagħżel li tapplika kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Id-divulgazzjonijiet tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar jipprovdu informazzjoni dwar:

(a)

l-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju ta' entità u kif tiġi applikata biex jiġi mmaniġġjat ir-riskju;

(b)

kif l-attivitajiet tal-iħħeġġjar ta' entità jistgħu jaffettwaw l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza dwar il-flussi tal-flus futuri tagħha; kif ukoll

(c)

l-effett li l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar kellha fuq ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, ir-rapport tal-introjtu komprensiv u r-rapport tal-bidliet fl-ekwità.

21B

Entità trid tippreżenta d-divulgazzjonijiet meħtieġa f'nota singola jew fit-taqsima separata fir-rapporti finanzjarji tagħha. Madankollu, entità ma għandhiex għalfejn tiddupplika informazzjoni li diġà ġiet ippreżentata xi mkien ieħor, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx inkorporata b'kontroreferenza mir-rapporti finanzjarji għal xi rapport ieħor, bħall-kummentarju tal-maniġment jew ir-rapport tar-riskju, li huwa disponibbli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji bl-istess termini bħar-rapporti finanzjarji u fl-istess żmien. Mingħajr l-informazzjoni inkorporata permezz ta' kontroreferenza, ir-rapporti finanzjarji m'humiex sħaħ.

21C

Meta l-paragrafi 22 A-24F jirrikjedu li l-entità tissepara l-informazzjoni ddivulgata skont il-kategorija tar-riskju, l-entità tiddetermina kull kategorija tar-riskju fuq il-bażi tal-iskoperturi tar-riskju li entità tiddeċiedi li tiħħeġġja u li għalihom tiġi applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Entità trid tiddetermina l-kategoriji tar-riskju b'mod konsistenti għad-divulgazzjonijiet kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

21D

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-paragrafi 21 A, entità (ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor hawn taħt) trid tiddetermina kemm jiġu divulgati dettalji, kemm għandha ssir enfasi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni, il-livell xieraq tal-aggregazzjoni jew disaggregazzjoni, u jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji jeħtiġux spjegazzjonijiet addizzjonali sabiex jivvalutaw l-informazzjoni kwantitattiva ddivulgata. Madankollu, entità tuża l-istess livell ta' aggregazzjoni jew disaggregazzjoni li tuża għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni relatata f'dan l-IFRS u l-IFRS 13 Kejl fil-Valur Ġust.

L-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju

22.

[Imħassar]

22 A

Entità trid tispjega l-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju tagħha għal kull kategorija ta' riskju tal-iskoperturi tar-riskju li tiddeċiedi li tiħħeġġja u għal-liema kontabbiltà għall-iħħeġġjar hija applikata. Din l-ispjegazzjoni tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jevalwaw (pereżempju):

(a)

kif jinħoloq kull riskju.

(b)

kif l-entità timmaniġġja kull riskju; dan jinkludi jekk l-entità tiħħeġġjax entrata kollha kemm hi għar-riskji kollha jew tiħħeġġjax komponent (jew komponenti) tar-riskju ta' entrata u għaliex.

(c)

il-limitu tal-iskoperturi tar-riskju li l-entità timmaniġġja.

22B

Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 22 A, l-informazzjoni għandha tinkludi (iżda mhijiex limitata għal) deskrizzjoni ta':

(a)

l-istrumenti għall-iħħeġġjar li jintużaw (u kif jintużaw) sabiex jiħħeġġjaw skoperturi tar-riskju;

(b)

kif l-entità tiddetermina r-relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ; kif ukoll

(c)

kif l-entità stabbilixxiet id-delta u x'kienu s-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ.

22C

Meta entità tispeċifika komponent tar-risku speċifiku bħala entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafu 6.3.7 tal-IFRS9), minbarra l-iskoperturi meħtieġa mill-paragrafi 22 A u 22B, għandha tipprovdi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar:

(a)

kif l-entità ddeterminat il-komponent tar-riskju li huwa speċifikat bħala l-entrata ħħeġġjata (inkluża deskrizzjoni dwar l-għamla tar-relazzjoni bejn il-komponent tar-riskju u l-entrata kollha kemm hi); kif ukoll

(b)

kif il-komponent tar-riskju huwa relatat mal-entrata fit-totalità tagħha (pereżempju, il-komponent tar-riskju speċifikat storikament kopra medja ta' 80 fil-mija tal-bidliet fil-valur ġust tal-entrata fit-totalità tagħha).

L-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi tal-flus futuri

23.

[Imħassar]

23 A

Sakemm ma tkunx eżentata mill-paragrafu 23C, entità trid tiddivulga skont il-kategorija tar-riskju informazzjoni kwantitattiva li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jevalwaw il-patti u l-kundizzjonijiet tal-istrumenti għall-iħħeġġjar u kif dawn jaffettwaw l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi tal-flus futuri tal-entità.

23B

Sabiex tissodifa r-rekwiżiti fil-paragrafu 23 A, entità trid tipprovdi disaggregazzjoni li tiddivulga:

(a)

profil tat-twaqqit tal-ammont nominali tal-istrument għall-iħħeġġjar; kif ukoll

(b)

jekk applikabbli, il-prezz jew ir-rata medji (pereżempju il-prezz tal-eżerċitar jew il-prezz forward eċċ) tal-istrument għall-iħħeġġjar.

23C

F'sitwazzjonijiet li fihom entità ta' spiss terġa' tistabbilixxi (jiġifieri twaqqaf jew tibda mill-ġdid) relazzjonijiet tal-iħħeġġjar għaliex kemm l-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll l-entrata ħħeġġjata jinbidlu ta' spiss (jiġifieri entità tuża proċess dinamiku li fih kemm l-iskopertura kif ukoll l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati biex timmaniġġja dik l-iskopertura ma jibqgħux l-istess għal tul ta' żmien — bħal fl-eżempju fil-paragrafu B6.5.24(b) tal-IFRS 9), l-entità:

(a)

hija eżentata milli tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 23 A u 23B.

(b)

trid tiddivulga:

(i)

informazzjoni dwar x'inhi l-istrateġija aħħarijia tal-immaniġġjar tar-riskju b'rabta ma' dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar;

(ii)

deskrizzjoni dwar kif tirrifletti fl-istrateġija tal-immaniġġjar tar-riskju tagħha billi tuża l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar u billi tispeċifika dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar partikolari; kif ukoll

(iii)

indikazzjoni dwar il-frekwena li biha jitwaqqfu u jibdew mill-ġdid ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar bħala parti mill-proċess tal-entità b'relazzjoni għal dawk ir-relazzjonijiiet tal-iħħeġġjar.

23D

Entità trid tiddivulga skont il-kategorija tar-riskju, deskrizzjoni tas-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ li huma mistennijin jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha.

23E

Jekk jitfaċċaw sorsi oħra tal-ineffettività tal-ħeġġ f'relazzjoni tal-iħħeġġjar, entità trid tiddivulga dawk is-sorsi skont il-kategorija tar-riskju u tispjega l-ineffettività tal-ħeġġ li tirriżulta.

23F

Għall-ħeġġijiet għall-flussi tal-flus, entità trid tiddivulga deskrizzjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni prevista li għaliha ntużat il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-perjodu ta' qabel, iżda li ma għadhiex mistennija sseħħ.

L-effetti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-pożizzjoni u l-prestazzjoni finanzjarja

24.

[Imħassar]

24 A

Entità tiddivulga, f'format tabulari, l-ammonti li ġejjin relatati mal-entrati speċifikati bħala strumenti għall-iħħeġġjar b'mod separat skont il-kategorija tar-riskju għal kull tip ta' ħeġġ (ħeġġ tal-valur ġust, ħeġġ għall-fluss tal-flus jew ħeġġ ta' investiment nett f'operazzjoni barranija):

(a)

l-ammont riportat tal-istrumenti għall-iħħeġġjar (assi finanzjarji b'mod separat mill-obbligazzjonijiet finanzjarji)

(b)

il-partita fir-rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja li tinkludi l-istrument għall-iħħeġġjar;

(c)

il-bidla fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar użat bħala l-bażi għar-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ għall-perjodu; kif ukoll

(d)

l-ammonti nominali (inklużi kwantitajiet bħal tunnellati jew metri kubi) tal-istrumenti għall-iħħeġġjar.

24B

Entità trid tiddivulga, f'format tabulari, l-ammonti li ġejjin relatati mal-entrati ħħeġġjati b'mod separat skont ir-riskju tal-kategorija għat-tipi ta' ħeġġijiet li ġejjin:

(a)

għall-ħeġġijiet fuq il-valur ġust:

(i)

l-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (li jippreżenta l-assi separati mill-obbligazzjonijiet);

(ii)

l-ammont akkumulat ta' aġġustamenti tal-ħeġġ fuq il-valur ġust fuq l-entrata ħħeġġjata inkluża fl-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (li jippreżenta l-assi separati mill-obbligazzjonijiet);

(iii)

il-partita fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li tinkludi l-entrata ħħeġġjata;

(iv)

il-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata użata bħala l-bażi għar-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ għall-perjodu; kif ukoll

(v)

l-ammont akkumulat tal-aġġustamenti tal-ħeġġ fuq il-valur ġust li jifdal fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal kwalunkwe entrata ħħeġġjata li ma baqgħux jiġu aġġustati għall-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar b'konformità mal-paragrafu 6.5.10 tal-IFRS 9.

(b)

għall-ħeġġijiet għall-fluss tal-flus u ħeġġijiet ta' investiment nett f'operazzjoni barranija:

(i)

il-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata użata bħala l-bażi għar-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ għall-perjodu (jiġifieri għall-ħeġġijiet għall-fluss tal-flus, il-bidla fil-valur użata sabiex tiġi stabbilita l-ineffettività tal-ħeġġ rikonoxxuta b'konformità mal-paragrafu 6.5.11 (c) tal-IFRS9)

(ii)

il-bilanċi fir-riżerva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus u r-riżerva ta' qlib ta' munita barranija għat-tkomplija ta' ħeġġijiet li huma kontabilizzati b'konformità mal-paragrafi 6.5.11 u 6.5.13(a) tal-IFRS 9; kif ukoll

(iii)

il-bilanċi li jibqa' fir-riżerva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus u r-riżerva ta' qlib ta' munita barranija minn kwalunkwe relazzjoni tal-iħħeġġjar li għaliha ma tibqax tiġi applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

24C

Entità trid tiddivulga, f'format tabulari, l-ammonti li ġejjin b'mod separat skont il-kategorija tar-riskju għat-tipi ta' ħeġġijiet kif ġej:

(a)

għall-ħeġġijiet fil-valur ġust:

(i)

l-ineffetività tal-ħeġġijiet—jiġifieri d-differenza bejn il-qligħ u t-telf tal-iħħeġġjar tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata—rikonoxxut fil-profitt jew telf (jew introjtu ieħor komprensiv għal ħeġġijiet ta' strument azzjonarju li għalihom entità għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f'introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9); kif ukoll

(ii)

il-partita fir-rapport tal-introjtu komprensiv li tinkludi l-ineffettività rikonoxxuta tal-ħeġġ.

(b)

għall-ħeġġijiet għall-flussi tal-flus u ħeġġijiet ta' investiment nett f'operazzjoni barranija:

(i)

il-profitt jew telf tal-iħħeġġjar tal-perjodu tar-rapportar li kienu rikonoxxuti f'introjtu ieħor komprensiv;

(ii)

l-ineffettività tal-ħeġġ rikonoxxuta fil-profitt jew telf.

(iii)

il-partita fir-rapport tal-introjtu komprensiv li tinkludi l-ineffettività tal-ħeġġ rikonoxxuta;

(iv)

l-ammont riklassifikat mir-riżerva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus jew fir-riżerva ta' qlib ta' munita barranija fil-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) (billi ssir distinzjoni bejn ammonti li għalihom fl-imgħoddi ntużat il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, iżda li għalihom ma għadhomx mistennija li jseħħu flussi tal-flus futuri ħħeġġjati, u l-ammonti li ġew ittrasferiti minħabba li l-entrata ħħeġġjata affettwat il-profitt jew telf);

(v)

l-entrata fir-rapport tal-introjtu komprensiv li tinkludi l-aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1); kif ukoll

(vi)

għall-ħeġġijiet ta' pożizzjonijiet netti, il-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar rikonoxxut f'partita separata fir-rapport tal-introjtu komprensiv (ara l-paragrafu 6.6.4 tal-IFRS 9).

24D

Meta l-volum ta' relazzjoni tal-iħħeġġjar li għalihom tapplika l-eżenzjoni fil-paragarfu 23C ma jirrappreżentax il-valuri normali matul il-perjodu (jiġifieri l-volum fid-data tar-rapport ma jirriflettix il-volumi matul il-perjodu), entità trid tiddivulga dak il-fatt u r-raġuni għaliex temmen li l-volumi mhumiex rappreżentattivi.

24E

Entità tipprovdi rikonċiljazzjoni ta' kull komponent ta' ekwità u analiżi ta' introjtu ieħor komprensiv b'konformità mal-IAS 1 li, flimkien:

(a)

jagħmlu distinzjoni, tal-inqas, bejn l-ammonti li huma relatati mad-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 24C(b)(i) u(b)(iv) kif ukoll l-ammonti rraportati b'konformità mal-paragrafu 6.5.11(d)(i) u (d)(iii) tal-IFRS 9;

(b)

jagħmlu distinzjoni bejn l-ammonti assoċjati mal-valur taż-żmien tal-opzjonijiet li entrati ħħeġġjati relatati mat-tranżazzjoni tal-ħeġġ u l-ammonti assoċjati mal-valur taż-żmien ta' opzjonijiet li jiħħeġġjaw entrati ħħeġġjati relatati ma' perjodu ta' żmien meta entità tqis il-valur taż-żmien ta' opzjoni b'konformità mal-paragrafu 6.5.15 tal-IFRS 9; kif ukoll

(c)

jagħmlu distinzjoni bejn l-ammonti assoċjati mal-elementi forward ta' kuntratti forward u l-firxiet bażi tal-muniti barranin ta' strumenti finanzjarji li jiħħeġġjaw entrati ħħeġġjati relatati ma' tranżazzjoni ta' ħeġġ, u l-ammonti assoċjati mal-elementi forward ta' kuntratti forward u l-firxiet bażi tal-muniti barranin ta' strumenti finanzjarji li jiħħeġġjaw entrati ħħeġġjati relatati mal-perjodu ta' żmien tal-ħeġġ meta entità tikkontabilizza dawk l-ammonti b'konformità mal-paragrafu 6.5.16 tal-IFRS 9.

24F

Entità trid tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 24E b'mod separat skont il-kategorija ta' riskju. Din id-diżaggregazzjoni skont ir-riskju tista' tiġi pprovduta fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

Opzjoni għall-ispeċifikazzjoni ta' skopertura ta' kreditu kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

24G

Jekk entità speċifikat strument finanzjarju, jew sehem minnu, kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf għaliex tuża derivattiv ta' kreditu biex timmaniġġja r-riskju ta' kreditu ta' dak l-istrument finanzjarju, trid tiddivulga:

(a)

għal derivattivi ta' kreditu li ntużaw biex jiġi mmaniġġjat ir-riskju ta' kreditu ta' strumenti finanzjarji speċifikati kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9, rikonċiljazzjoni ta' kull ammont nominali u l-valur ġust fil-bidu u fi tmiem il-perjodu;

(b)

il-qligħ jew telf rikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq l-ispeċifikazzjoni ta' strument finanzjarju, jew sehem minnu, kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9; kif ukoll

(c)

il-waqfien tal-kejl ta' strument finanzjarju, jew sehem minnu, fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, li l-valur ġust tal-istrument finanzjarju li sar l-ammont riportat ġdid b'konformità mal-paragrafu 6.7.4(b) tal-IFRS 9 u l-ammont nominali u prinċipali relatat (ħlief għall-għoti ta' informazzjoni komparattiva b'konformità mal-IAS 1, entità ma għandhiex bżonn tkompli din id-divulgazzjoni f'perjodi sussegwenti).

28.

F'ċerti każijiet, entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf fir-rikonoxximent inizjali ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja peress li l-valur ġust la jkun evidenzjat minn prezz ikkwotat f'suq attiv għal assi identiku jew obbligazzjoni identika (jiġfieri input tal-Livell 1) u lanqas ma jkun ibbażat fuq teknika ta' valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli (ara l-paragrafu B5.1.2 A tal-IFRS 9). F'dawn il-każijiet, l-entità tiddivulga skont il-klassi ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja:

(a)

il-politika kontabilistika tagħha għar-rikonoxximent fil-profitt jew telf id-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni li jirrifletti bidla fil-fatturi (inkluż iż-żmien) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni (ara l-paragrafu B5.1.2 A(b) tal-IFRS 9).

(b)

id-differenza aggregata li għad trid tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf fil-bidu u fi tmiem il-perjodu u rikonċiljazzjoni tal-bidliet fil-bilanċ ta' din id-differenza.

(c)

ir-raġuni għaliex l-entità kkonkludiet li l-prezz tat-tranżazzjoni ma kienx l-aħjar evidenza fil-valur ġust, inkluża deskrizzjoni tal-evidenza li tappoġġja l-valur ġust.

29.

Id-divulgazzjonijiet tal-valur ġust mhumiex meħtieġa:

(a)

(b)

[imħassar]

(c)

30.

Fil-każ deskritt fil-paragrafu 29(c), entità trid tiddivulga informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jagħmlu l-ġudizzji tagħhom dwar il-firxa tad-differenzi possibbli bejn l-ammont riportat ta' dawk il-kuntratti u l-valur ġust tagħhom, inkluż:

(a)

Riskju ta' kreditu

Kamp ta' applikazzjoni u għanijiet

35 A

Entità trid tapplika r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fil-paragrafi 35F-35N għal strumenti finanzjarji li għalihom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-indeboliment fl-IFRS 9. Madankollu:

(a)

għal riċevibbli tan-negozju, assi tal-kuntratt u riċevibbli ta' lokazzjoni, japplika l-paragrafu 35J għal dawk ir-riċevibbli tan-negozju, assi tal-kuntratt u riċevibbli ta' lokazzjoni li għalihom it-telf ta' kreditu matul il-ħajja mistenni huwa rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9, jekk dawk l-assi finanzjarji jiġu mmodifikati wara iktar minn 30 ġurnata li jkunu dovuti; kif ukoll

(b)

il-paragrafu 35K(b) ma japplikax għal riċevibbli ta' lokazzjoni.

35B

Id-divulgazzjonijiet tar-riskju tal-kreditu li jkunu saru b'konformità mal-paragrafi 35F-35N jippermettu lill-utenti ta' rapporti finanzjarji biex jifhmu l-effett tar-riskju tal-kreditu fuq l-ammont, iż-żmien u l-inċertezza għall-flussi tal-flus futuri. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, id-divulgazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu jipprovdu:

(a)

informazzjoni dwar prattiki tal-immaniġġjar tar-riskju ta' kreditu ta' entità u kif dawn huma relatati mar-rikonoxximent u l-kejl ta' telf ta' kreditu mistenni, inklużi l-metodi, suppożizzjonijiet u informazzjoni użata sabiex jitkejjel it-telf tal-kreditu mistenni;

(b)

informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li tippermetti lill-utenti ta' rapporti finanzjarji biex jevalwaw l-ammonti fir-rapporti finanzjarji li jirriżultaw minn telf ta' kreditu mistenni, inklużi bidliet fl-ammont ta' telf ta' kreditu mistenni u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet; kif ukoll

(c)

informazzjoni dwar riskju ta' kreditu ta' skopertura ta' entità (jiġifieri riskju ta' kreditu inerenti fl-assi finanzjarji tal-entità u impenji sabiex jiġi estiż dak il-kreditu) inkluż konċentrazzjonijiet sinifikanti tar-riskju tal-kreditu.

35C

Entità ma għandhix għalfejn tiddupplika informazzjoni li diġà ġiet ippreżentata x'imkien ieħor, sakemm dik l-informazzjoni hija inkorporata f'kontroreferenza mir-rapporti finanzjarji għal rapporti oħra, bħal kummentarju tal-immaniġġjar jew rapport tar-riskju li huwa disponibbli għal utenti tar-rapporti finanzjarji bl-istess termini bħar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin. Mingħajr l-informazzjoni inkorporata permezz ta' referenza għal band'oħra, ir-rapporti finanzjarji mhumiex sħaħ.

35D

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet fil-paragrafu 35B, entità (sakemm mhuwiex speċifikat mod ieħor) tikkunsidra kemm tiddivulga dettalji, kemm għandha titpoġġa enfasi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni, il-livell xieraq ta' aggregazzjoni jew disaggregazzjoni, u jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji jeħtiġux spjegazzjonijiet addizzjonali biex tiġi evalwata l-informazzjoni kwantitattiva ddivulgata.

35E

Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti b'konformità mal-paragrafi 35F-35N mhumiex biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet fil-paragrafu 35B, entità tiddivulga informazzjoni addizzjonali li hija neċessarja sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Il-prattiki tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kreditu

35F

Entità trid tispjega l-prattiki tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kreditu tagħha u kif huma relatati mar-rikonoxximent u l-kejl ta' telf ta' kreditu mistenni. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, entità trid tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti ta' rapporti finanzjarji biex jifhmu u jivvalutaw:

(a)

kif l-entità ddeterminat jekk ir-riskju tal-kreditu ta' strumenti finanzjarji żdiditx b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali, inkluż, jekk u kif:

(i)

strumenti finanzjarji jitqiesu li għandhom riskju ta' kreditu baxx b'konformità mal-paragrafu 5.5.10 tal-IFRS 9, inklużi l-klassijiet ta' strumenti finanzjarji li japplika għalihom; kif ukoll

(ii)

ġiet ribattuta s-suppożizzjoni fil-paragrafu 5.5.11 tal-IFRS 9, li kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta' kreditu mir-rikonoxximent inizjali meta l-assi finanzjarji jkunu għaddewlhom 30 ġurnata wara d-data tal-għeluq;

(b)

definizzjonijiet ta' inadempjenza ta' entità, inklużi r-raġunijiet għall-għażla ta' dawk id-definizzjonijiet;

(c)

kif l-istrumenti ġew raggruppati jekk it-telf ta' kreditu mistenni tkejjel fuq bażi kollettiva;

(d)

kif entità ddeterminat li l-assi finanzjarji huma assi finanzjarji bil-kreditu indebolit;

(e)

politika ta' tħassir ta' entità, inklużi l-indikaturi li ma hemmx aspettattiva raġonevoli ta' rkupru u informazzjoni dwar il-politika għall-assi finanzjarji li jitħassru iżda li għadhom soġġetti għal attività ta' infurzar; kif ukoll

(f)

kif ġew applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 5.5.12 tal-IFRS 9 għall-modifika għall-flussi ta' flus kuntrattwali ta' assi finanzjarji, inkluż kif entità:

(i)

tiddetermina jekk ir-riskju ta' kreditu fuq assi finanzjarji li ġie mmodifikat filwaqt li kien qed jitkejjel il-provvediment għat-telf f'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni matul il-ħajja, tjiebx b'tali mod li l-provvediment għat-telf jerġa' lura biex jitkejjel f'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar b'konformità mal-paragrafu 5.5.5. tal-IFRS 9, kif ukoll

(ii)

tissorvelja kemm il-provvediment għat-telf fuq assi finanzjarji jissodisfa l-kriterju f'(i) jerġa' jitkejjel sussegwentement f'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni matul il-ħajja b'konformità mal-paragrafu 5.5.3. tal-IFRS 9.

35G

Entità tispjega l-inputs, is-suppożizzjonijiet u t-tekniki tal-istimi użati sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti f'Taqsima 5.5 tal-IFRS 9. Għal dan l-għan, entità trid tiddivulga:

(a)

il-bażi tal-inputs u s-suppożizzjonijiet u t-tekniki tal-istimi użati sabiex:

(i)

jitkejjel it-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar u matul il-ħajja;

(ii)

jiġi determinat jekk ir-riskju ta' kreditu ta' strumenti finanzjarji żdiedx b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali; kif ukoll

(iii)

jiġi determinat jekk assi finanzjarju huwiex assi finanzjarju bil-kreditu indebolit.

(b)

kif informazzjoni ta' natura prospettiva ġiet inkorporata fid-determinazzjoni ta' telf ta' kreditu mistenni, inkluż l-użu ta' informazzjoni makroekonomika; kif ukoll

(c)

bidliet fit-tekniki tal-estimi jew suppożizzjonijiet sinifikanti li saru matul il-perjodu tar-rapportar u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet.

Informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar ammonti li jirriżultaw minn telf ta' kreditu mistenni

35H

Sabiex tispjega l-bidliet fil-provvediment għat-telf u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet, entità trid tipprovdi, skont il-klassi tal-istrument finanzjarju, rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ sal-bilanċ tal-għeluq tal-provvediment għat-telf, f'tabella li turi b'mod separat il-bidliet matul il-perjodu għal:

(a)

il-provvediment għat-telf imkejjel f'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar;

(b)

il-provvediment għat-telf imkejjel f'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni matul il-ħajja;

(i)

strumenti finanzjarji li għalihom ir-riskju ta' kreditu żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali iżda li mhumiex assi finanzjarji bil-kreditu indebolit;

(ii)

assi finanzjarji li huma bil-kreditu indebolit fid-data tar-rapport (iżda li mhumiex mixtrija jew li m'oriġinawx bil-kreditu indebolit); kif ukoll

(iii)

riċevibbli tan-negozjar, assi ta' kuntratti jew riċevibbli ta' lokazzjoni li għalihom il-provvedimenti għat-telf jitkejlu b'konformità mal-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9.

(c)

assi finanzjarji li huma mixtrija jew li oriġinaw bil-kreditu indebolit. Minbarra r-rikonċiljazzjoni, entità trid tiżvela l-ammont totali ta' telf ta' kreditu mistenni mhux skontat fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarji inizjalment rikonoxxuti matul il-perjodu tar-rapportar.

35I

Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-bidliet fil-provvediment għat-telf iddivulgati skont il-paragrafu 35H, entità trid tipprovdi spjegazzjoni ta' kif bidliet sinifikanti fl-ammont riportat gross ta' strumenti finanzjarji matul il-perjodu kkontribwixxew għal bidliet fil-provvediment għat-telf. L-informazzjoni trid tiġi pprovduta b'mod separat għal strumenti finanzjarji li jirrappreżentaw il-provvediment għat-telf kif elenkati fil-paragrafu 35H(a)–(c) u trid tinkludi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva rilevanti. Eżempji ta' bidliet fl-ammont riportat gross tal-istrumenti finanzjarji li kkontribwixxew għall-bidliet fil-provvediment għat-telf jistgħu jinkludu:

(a)

bidliet minħabba strumenti finanzjarji li oriġinaw jew inxtraw matul il-perjodu tar-rapportar;

(b)

il-modifika tal-flussi ta' flus kuntrattwali fuq l-assi finanzjarji li ma jirriżultawx f'irtirar tar-rikonoxximent ta' dawk l-assi finanzjarji skont l-IFRS 9;

(c)

bidliet minħabba strumenti finanzjarji li ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħhom (inklużi dawk li tħassru) matul il-perjodu tar-rapportar; u

(d)

bidliet li jirriżultaw minn jekk il-provvediment għat-telf huwiex imkejjel fuq ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar jew matul il-ħajja.

35J

Sabiex l-utenti ta' strumenti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-għamla u l-effett tal-modifiki tal-flussi ta' flus kuntrattwali fuq l-assi finanzjarji li ma jkunux wasslu għal irtirar tar-rikonoxximent u l-effett tat-tali modifiki fuq il-kejl ta' telf ta' kreditu mistenni, entità trid tiżvela:

(a)

il-kost amortizzat qabel il-modifika u l-qligħ jew it-telf nett rikonoxxut ta' modifika għal assi finanzjarji li għalihom il-flussi ta' flus kuntrattwali ġew immodifikati waqt il-perjodu tar-rapportar filwaqt li kellhom provvediment għat-telf imkejjel fuq ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja; u

(b)

l-ammont riportat gross fit-tmiem il-perjodu tar-rapportar ta' assi finanzjarji li ġew immodifikati mir-rikonoxximent inizjali fi żmien meta l-provvediment għat-telf tkejjel b'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja u li għalihom il-provvediment għat-telf inbidel matul il-perjodu tar-rapportar għal ammont ekwivalenti għal provvedimenti għat-telf mistennija fi 12-il xahar.

35K

Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-effett tal-kollateral u titjibiet oħrajn tal-kreditu fuq l-ammonti li jirriżultaw minn telf ta' kreditu mistenni, entità trid tiżvela skont il-klassi ta' strument finanzjarju:

(a)

l-ammont li jirrappreżenta bl-aħjar mod l-iskopertura massima tagħha għar-riskju ta' kreditu fi tmiem il-perjodu tar-rapportar mingħajr ma jiġi kkunsidrat kwalunkwe kollateral miżmum jew titjibiet oħrajn tal-kreditu (eż. ftehimiet ta' netting li ma jikkwalifikawx għal tpaċija skont l-IAS 32).

(b)

deskrizzjoni narrattiva tal-kollateral miżmum bħala garanzija u titjibiet oħrajn tal-kreditu, inklużi:

(i)

deskrizzjoni tan-natura u l-kwalità tal-kollateral miżmum;

(ii)

spjegazzjoni ta' kwalunkwe bla sinifikanti fil-kwalità ta' dak il-kollateral jew titjibiet tal-kreditu bħala riżultat ta' deterjorazzjoni jew bidliet fil-politiki dwar il-kollateral tal-entità matul il-perjodu tar-rapportar; u

(iii)

informazzjoni dwar strumenti finanzjarji li għalihom entità ma tkunx irrikonoxxiet provvediment għat-telf minħabba l-kollateral.

(c)

informazzjoni kwantitattiva dwar il-kollateral miżmum bħala garanzija u titjibiet oħrajn tal-kreditu (pereżempju, il-kwantifikazzjoni ta' kemm il-kollateral u titjibiet oħrajn tal-kreditu jimmitigaw ir-riskju ta' kreditu) għal assi finanzjarji bil-kreditu indebolit fid-data tar-rapport.

35L

Entità trid tiżvela l-ammont kuntrattwali pendenti fuq l-assi finanzjarji li tħassru matul il-perjodu tar-rapportar u li għadhom soġġetti għal attività ta' infurzar.

Skopertura għar-riskju ta' kreditu

35M

Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jivvalutaw skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' entità u jifhmu l-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu sinifikanti tagħha, permezz ta' gradi tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu, entità trid tiżvela l-ammont riportat gross tal-assi finanzjarji u l-iskopertura għar-riskju ta' kreditu fuq impenji ta' self u kuntratti ta' garanzija finanzjarja. Din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta b'mod separat għall-istrumenti finanzjarji:

(a)

li għalihom il-provvediment għat-telf jitkejjel fuq ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar;

(b)

li għalihom il-provvediment għat-telf jitkejjel f'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni matul il-ħajja u li huma:

(i)

strumenti finanzjarji li għalihom ir-riskju ta' kreditu żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali iżda li mhumiex assi finanzjarji bil-kreditu indebolit;

(ii)

assi finanzjarji li huma bil-kreditu indebolit fid-data tar-rapport (iżda li mhumiex mixtrija jew li m'oriġinawx bil-kreditu indebolit); kif ukoll

(iii)

riċevibbli tan-negozju, assi kuntrattwali jew riċevibbli ta' lokazzjonijiet li għalihom il-provvedimenti għat-telf jitkejlu skont il-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9.

(c)

li huma assi finanzjarji bil-kreditu indebolit mixtrija jew oriġinati.

35N

Għal riċevibbli tan-negozju, assi kuntrattwali u riċevibbli ta' lokazzjonijiet li għalihom entità tapplika l-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9, l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 35M tista' tkun ibbażata fuq matriċi ta' dispożizzjoni (ara l-paragrafu B5.5.35 tal-IFRS 9).

36.

Għall-istrumenti finanzjarji kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-IFRS, iżda li għalihom ma jiġux applikati r-rekwiżiti ta' indeboliment fl-IFRS 9, entità trid tiżvela skont il-klassi ta' strument finanzjarju:

(a)

l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tagħha għar-riskju ta' kreditu fi tmiem il-perjodu tar-rapportar mingħajr ma jiġi kkunsidrat ebda kollateral miżmum jew titjibiet oħrajn tal-kreditu (eż. fehimiet ta' netting li ma jikkwalifikawx għal tħassir skont l-IAS 32); dan l-iżvelar ma huwiex meħtieġ għal strumenti finanzjarji li l-ammont riportartat tagħhom jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima għar-riskju ta' kreditu.

(b)

deskrizzjoni ta' kollateral miżmum bħala garanzija u titjibiet oħrajn tal-kreditu, u l-effett finanzjarju tagħhom (eż kwantifikazzjoni ta' kemm il-kollateral u titjibiet oħrajn tal-kreditu jimmitigaw ir-riskju ta' kreditu) fir-rigward tal-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima għar-riskju ta' kreditu (kemm jekk żvelat skont (a) jew irrappreżentat mill-ammont riportat ta' strument finanzjarju).

(c)

[imħassar]

(d)

37.

[Imħassar]

42C

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, entità għandha involviment kontinwu f'assi finanzjarju ttrasferit jekk, bħala parti mit-trasferiment, l-entità żżomm kwalunkwe dritt kuntrattwali jew obbligu inerenti fl-assi finanzjarju ttrasferit jew tikseb xi dritt jew obbligu kuntrattwali ġdid b'rabta mal-assi finanzjarju ttrasferit. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, dawn li ġejjin ma jikkostitwixxux involviment kontinwu:

(a)

(b)

arranġament li fih entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi tal-flus ta' assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas il-flussi tal-flus lil entità waħda jew aktar minn waħda u jiġu osservati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.2.5(a)–(c) tal-IFRS 9.

Assi finanzjarji ttrasferiti li ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent sħiħ tagħhom

42D

Entità tista' tkun ittrasferiet assi finanzjarji b'tali mod li parti mill-assi finanzjarji ttrasferiti jew l-assi finanzjarji ttrasferiti kollha ma jikkwalifikawx għal irtirar ta' rikonoxximent. Biex tilħaq l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 42B(a), l-entità trid tiddivulga f'kull data tar-rapport għal kull klassi ta' assi finanzjarji ttrasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom:

(a)

(f)

meta l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi sa fejn tkompli bl-involviment tagħha (ara l-paragrafi 3.2.6(c)(ii) u 3.2.16 tal-IFRS 9), l-ammont riportat totali tal-assi oriġinali qabel it-trasferiment, l-ammont riportat tal-assi li l-entità tkompli tirrikonoxxi, u l-ammont riportat tal-obbligazzjonijiet assoċjati.

Assi finanzjarji ttrasferiti li ġie rtirat ir-rikonoxximent sħiħ tagħhom

42E

Biex tilħaq l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 42B(b), meta entità tirtira r-rikonoxximent ta' assi finanzjarji ttrasferiti kompletament (ara l-paragrafu 3.2.6(a) u (c)(i) tal-IFRS 9) iżda tibqa' involuta fihom, l-entità trid tiddivulga, bħala minimu, għal kull tip ta' involviment issoktat f'kull data tar-rapport:

(a)

APPLIKAZZJONI INIZJALI TAL-IFRS 9

42I

Fil-perjodu tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, l-entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja għal kull klassi ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fid-data tal-applikazzjoni inizjali:

(a)

il-kategorija tal-kejl oriġinali u l-ammont riportat iddeterminat skont l-IAS 39 jew skont verżjoni preċedenti tal-IFRS 9 (jekk l-approċċ magħżul mill-entità sabiex tapplika l-IFRS 9 jinvolvi iżjed minn data waħda ta' applikazzjoni inizjali għal rekwiżiti differenti);

(b)

il-kategorija tal-kejl ġdida u l-ammont riportat iddeterminat skont l-IFRS 9;

(c)

l-ammont ta' kwalunkwe assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li qabel kienu speċifikati kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf iżda m'għadhomx speċifikati hekk aktar, b'distinzjoni bejn dawk li l-IFRS 9 jeħtieġ li entità tirrikklassifikahom u dawk li entità tagħżel li tirrikklassifikahom fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

B'konformità mal-paragrafu 7.2.2 tal-IFRS 9, skont l-approċċ li l-entità tagħżel meta tapplika l-IFRS 9, it-tranżizzjoni tista' tinvolvi iżjed minn data waħda ta' applikazzjoni inizjali. Għalhekk dan il-paragrafu jista' jirriżulta f'divulgazzjoni dwar iżjed minn data waħda ta' applikazzjoni inizjali. Entità għandha tippreżenta dawn id-divulgazzjonijiet kwantitattivi f'tabella sakemm ma jkunx aktar xieraq format ieħor.

42J

Fil-perjodu tar-rapportar li jinkludi d-data ta' applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, entità trid tiddivulga informazzjoni kwalitattiva li tippermetti li l-utenti jifhmu:

(a)

kif applikat ir-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni fl-IFRS 9 għal dawk l-assi finanzjarji li l-klassifikazzjoni tagħhom inbidlet bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-IFRS 9.

(b)

ir-raġunijiet għal kwalunkwe speċifikazzjoni jew irtirar tal-ispeċifikazzjoni ta' assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

B'konformità mal-paragrafu 7.2.2 tal-IFRS 9, skont l-approċċ li l entità għażlet sabiex tapplika l-IFRS 9, it-tranżizzjoni tista' tinvolvi aktar minn data waħda ta' applikazzjoni inizjali. Għalhekk, dan il-paragrafu jista' jirriżulta f'divulgazzjoni f'iżjed minn data waħda ta' applikazzjoni inizjali.

42K

Fil-perjodu tar-rapportar li fih entità għandha tapplika għall-ewwel darba r-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni u kejl għall-assi finanzjarji fl-IFRS 9 (jiġifieri meta l-entità tagħmel tranżizzjonijiet mill-IAS 39 għall-IFRS 9 għal assi finanzjarji), trid tippreżenta d-divulgazzjonijiet stipulati fil-paragrafi 42L–42O ta' dan l-IFRS kif meħtieġ skont il-paragrafu 7.2.15 tal-IFRS 9.

42L

Meta tkun meħtieġa tagħmel dan mill-paragrafu 42K, entità trid tiddivulga l-bidliet fil-klassifikazzjonijiet ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji mid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, billi turi b'mod separat:

(a)

il-bidliet fl-ammonti riportati fuq il-bażi tal-kategoriji ta' kejl tagħhom b'konformità mal-IAS 39 (jiġifieri li ma jirriżultawx minn bidla fl-attribut tal-kejl mat-tranżizzjoni għall-IFRS 9); u

(b)

il-bidliet fl-ammonti riportati li jirriżultaw minn bidla fl-attribut tal-kejl mat-tranżizzjoni għall-IFRS 9.

Id-divulgazzjonijiet f'dan il-paragrafu m'għandhomx għalfejn isiru wara l-perjodu tar-rapportar annwali li fih l-entità inizjalment tapplika r-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni u kejl għall-assi finanzjarji fl-IFRS 9.

42M

Meta tkun meħtieġa tagħmel dan skont il-paragrafu 42K, entità trid tiddivulga dan li ġej għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li ġew riklassifikati sabiex jitkejlu bil-kost amortizzat u, fil-każ ta' assi finanzjarji, li ġew riklassifikati barra mill-valur ġust permezz tal-profitt jew telf sabiex jitkejlu bil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv, bħala riżultat tat-tranżizzjoni għall-IFRS 9:

(a)

il-valur ġust tal-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar; u

(b)

il-qligħ jew telf fil-valur ġust li kieku kien jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf jew introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu tar-rapportar li kieku l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji ma kinux ġew riklassifikati.

Id-divulgazzjonijiet f'dan il-paragrafu m'għandhomx għalfejn isiru wara l-perjodu tar-rapportar annwali li fih l-entità inizjalment tapplika r-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni u kejl għall-assi finanzjarji fl-IFRS 9.

42N

Meta tkun meħtieġa tagħmel dan skont il-paragrafu 42K, entità trid tiżvela dan li ġej għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li ġew riklassifikati barra mill-valur ġust permezz ta' kategorija tal-profitt jew telf bħala riżultat tat-tranżizzjoni għall-IFRS 9:

(a)

ir-rata effettiva tal-imgħax iddeterminata fid-data tal-applikazzjoni inizjali; u

(b)

id-dħul jew l-ispiża tal-imgħax rikonoxxuti.

Jekk entità titratta l-valur ġust ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala l-ammont riportat gross ġdid fid-data tal-applikazzjoni inizjali (ara l-paragrafu 7.2.11 tal-IFRS 9), id-divulgazzjonijiet f'dan il-paragrafu għandhom isiru għal kull perjodu tar-rapportar sal-irtirar tar-rikonoxximent. Inkella, id-divulgazzjonijiet f'dan il-paragrafu ma jkollhomx għalfejn isiru wara l-perjodu tar-rapportar annwali li fih l-entità inizjalment tapplika r-rewkiżiti ta' klassifikazzjoni u ta' kejl għall-assi finanzjarji fl-IFRS 9.

42O

Meta entità tippreżenta d-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 42K–42N, dawn id-divulgazzjonijiet, u d-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 25 ta' dan l-IFRS, għandhom jippermettu li ssir rikonċiljazzjoni bejn:

(a)

il-kategoriji tal-kejl ippreżentati skont l-IAS 39 u l-IFRS 9; u

(b)

il-klassi tal-istrument finanzjarju

fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

42P

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali tat-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9, entità hija meħtieġa tiddivulga informazzjoni li tippermetti li ssir ir-rikonċiljazzjoni tal-provvedimenti tal-indeboliment tat-tmiem skont l-IAS 39 u d-dispożizzjonijiet skont l-IAS 37 għall-provvedimenti għat-telf tal-ftuħ iddeterminati skont l-IFRS 9. Għall-assi finanzjarji, din id-divulgazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-kategoriji relatati ta' kejl tal-assi finanzjarji skont l-IAS 39 u l-IFRS 9, u għandha turi b'mod separat l-effett tal-bidliet fil-kategorija ta' kejl fuq il-provvediment għat-telf f'dik id-data.

42Q

Fil-perjodu tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, entità mhijiex meħtieġa tiddivulga l-ammonti tal-entrati li kienu jiġu rrapportati skont ir-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni u kejl (li jinkludi r-rekwiżiti relatati mal-kejl tal-kost amortizzat tal-assi finanzjarji u l-indeboliment fit-Taqsimiet 5.4 u 5.5 tal-IFRS 9) ta':

(a)

IFRS 9 għall-perjodi ta' qabel; u

(b)

IAS 39 għall-perjodu attwali.

42R

Skont il-paragrafu 7.2.4 tal-IFRS 9, jekk ma jkunx prattikabbli (kif definit fl-IAS 8) fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9 għal entità li tevalwa valur taż-żmien immodifikat ta' element ta' flus skont il-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta l-karatteristiċi kuntrattwali tal-fluss tal-flus ta' dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma jitqiesu r-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-valur taż-żmien tal-element tal-flus fil-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9. Entità għandha tiddivulga l-ammont riportat fid-data tar-rapport tal-assi finanzjarji li l-karatteristiċi tal-fluss ta' flus kuntrattwali tagħhom ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma jitqiesu r-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-valur taż-żmien tal-element tal-flus fil-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9 sakemm dawk l-assi finanzjarji jiġi rtirat ir-rikonoxximent għalihom.

42S

B'konformità mal-paragrafu 7.2.5 tal-IFRS 9, jekk ma jkunx prattikabbli (kif definit fl-IAS 8) fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal entità li tevalwa jekk il-valur ġust ta' karatteristika ta' prepagament kienx insinifikanti skont il-paragrafi B4.1.12(d) tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta l-karatteristiċi tal-fluss ta' flus kuntrattwali ta' dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma titqies l-eċċezzjoni għall-karatteristiċi ta' prepagament fil-paragrafu B4.1.12 tal-IFRS 9. Entità għandha tiddivulga l-ammont riportat fid-data tar-rapport tal-assi finanzjarji li l-karatteristiċi tal-fluss ta' flus kuntrattwali tagħhom ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma titqies l-eċċezzjoni għall-karatteristiċi ta' prepagament fil-paragrafu B4.1.12 tal-IFRS 9 sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' dawk l-assi finanzjarji.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44E

[Imħassar]

44F

[Imħassar]

44H–44J

[Imħassrin]

44N

[Imħassar]

44S–44 W

[Imħassrin]

44Y

[Imħassar]

44Z

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 2–5, 8–11, 14, 20, 28–30, 36, 42C–42E, l-Appendiċi A u l-paragrafi B1, B5, B9, B10, B22 u B27, ħassar il-paragrafi 12, 12 A, 16, 22–24, 37, 44E, 44F, 44H–44J, 44N, 44S–44 W, 44Y, B4 u l-Appendiċi D u żied il-paragrafi 5 A, 10 A, 11 A, 11B, 12B–12D, 16 A, 20 A, 21 A–21D, 22 A–22C, 23 A–23F, 24 A–24G, 35 A–35N, 42I–42S, 44ZA u B8 A–B8J. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9. Dawk l-emendi m'għandhomx għalfejn jiġu applikati għall-informazzjoni komparattiva pprovduta għal perjodi qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9.

44ZA

Skont il-paragrafu 7.1.2 tal-IFRS 9, għal perjodi tar-rapportar annwali qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika kmieni biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u t-telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji innominati skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7-5.7.9, 7.2.14 u B5.7.5–B5.7.20 tal-IFRS 9 mingħajr ma tapplika r-rekwiżiti l-oħra fl-IFRS 9. Jekk entità tagħżel li tapplika biss dawk il-paragrafi tal-IFRS 9, għandha tiddivulga dak il-fatt u tipprovdi fuq bażi kontinwa d-divulgazzjonijiet relatati stabbiliti fil-paragrafi 10-11 ta' dan l-IFRS (kif emendat bl-IFRS 9 (2010)).

C14

Fl-Appendiċi A, tiżdied id-definizzjoni ta' “gradi ta' klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu”, titħassar id-definizzjoni ta' “skadut” u l-aħħar paragrafu huwa emendat biex jinqara kif ġej:

gradi ta' klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu

Klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu bbażata fuq ir-riskju li sseħħ inadempjenza fuq l-istrument finanzjarju.

It-termini li ġejjin huma ddefiniti fil-paragrafu 11 tal-IAS 32, il-paragrafu 9 tal-IAS 39, l-Appendiċi A tal-IFRS 9 jew l-Appendiċi A tal-IFRS 13 u jintużaw f'dan l-IFRS bit-tifsira speċifikata fl-IAS 32, l-IAS 39, l-IFRS 9 u l-IFRS 13.

kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja

assi ta' kuntratt

assi finanzjarji bil-kreditu indebolit

irtirar tar-rikonoxximent

derivattiv

dividendi

metodu tal-imgħax effettiv

strument azzjonarju

telf ta' kreditu mistenni

valur ġust

assi finanzjarju

kuntratt ta' garanzija finanzjarja

strument finanzjarju

obbligazzjoni finanzjarja

obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

tranżazzjoni prevista

ammont riportat gross

strument għall-iħħeġġjar

miżmuma għan-negozjar

qligħ jew telf minn indeboliment

provvediment għat-telf

assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati bil-kreditu indebolit

data ta' riklassifikazzjoni

bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari

C15

Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B1, B5, B9, B10, B22 u B27 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-intestatura ta' fuq il-paragrafu B4 u l-paragrafu B4 u jiżdiedu l-intestatura ta' fuq il-paragrafu B8 A u l-paragrafi B8 A–B8J:

B1

Il-paragrafu 6 jirrikjedi li entità tpoġġi l-istrumenti finanzjarji fi klassijiet li huma xierqa għall-għamla tal-informazzjoni ddivulgata u li tieħu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi ta' dawk l-istrumenti finanzjarji. Il-klassijiet deskritti fil-paragrafu 6 huma stabbiliti mill-entità u, għalhekk, huma differenti mill-kategoriji ta' strumenti finanzjarji speċifikati fl-IFRS 9 (li jiddeterminaw kif l-istrumenti finanzjarji huma mkejla u fejn bidliet fil-valur ġust huma rikonoxxuti).

B4

[Imħassar]

B5

Il-paragrafu 21 jirrikjedi d-divulgazzjoni tal-bażi (jew bażijiet) ta' kejl użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji u l-politiki kontabilistiċi l-oħrajn użati li huma relevanti biex wieħed jifhem ir-rapporti finanzjarji. Għal strumenti finanzjarji, din id-divulgazzjoni tista' tinkludi:

(a)

għal obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bħala b'valur ġust permezz tal-profitt jew telf:

(i)

l-għamla tal-obbligazzjonijiet finanzjarji li l-entità tkun speċifikat bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf;

(ii)

il-kriterji għat-tali speċifikazzjoni ta' dawn l-obbligazzjonijiet finanzjarji fuq rikonoxximent inizjali; u

(iii)

kif l-entità tkun issodisfat il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.2.2 tal-IFRS 9 għat-tali speċifikazzjoni.

(aa)

għal assi finanzjarji speċifikati bħala mkejlin bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf:

(i)

l-għamla tal-assi finanzjarji li l-entità tkun speċifikat bħala mkejla bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; u

(ii)

kif l-entità tkun issodisfat il-kriterji fil-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9 għat-tali speċifikazzjoni.

(b)

[imħassar]

(c)

jekk il-bejgħ u xiri mħallsin fi żmien regolari ta' assi finanzjarji humiex kontabilizzati skont id-data tan-negozju jew id-data tas-saldu (ara l-paragrafu 3.1.2 tal-IFRS 9).

(d)

[imħassar]

(e)

(f)

[imħassar]

(g)

[imħassar]

Prattiki ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' kreditu (il-paragrafi 35F–35 g)

B8 A

Il-paragrafu 35F(b) jeħtieġ id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar kif entità tkun iddefinixxiet inadempjena għal strumenti finanzjarji differenti u r-raġunijiet għaliex għażlet dawk id-definizzjonijiet. Skont il-paragrafu 5.5.9 tal-IFRS 9, id-determinazzjoni ta' jekk telf ta' kreditu mistenni matul il-ħajja għandux jiġi rikonoxxut hija bbażata fuq iż-żieda fir-riskju li sseħħ inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali. Informazzjoni dwar id-definizzjonijiet mill-entità ta' inadempjenza li se tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu kif entità tkun applikat ir-rekwiżiti mistennija tat-telf ta' kreditu fl-IFRS 9 tista' tinkludi:

(a)

il-fatturi kwalitattivi u kwantitattivi kkunsidrati fid-definizzjoni ta' inadempjenza;

(b)

jekk definizzjonijiet differenti ġewx applikati għal tipi differenti ta' strumenti finanzjarji; u

(c)

suppożizzjonijiet dwar ir-rata ta' kura (jiġifieri n-numru ta' assi finanzjarji li jirritornaw lejn status ta' twettiq) wara tkun saret inadempjenza fuq l-assi finanzjarju.

B8B

Biex jassisti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji fl-evalwazzjoni tal-politiki tar-ristrutturar u tal-modifika ta' entità, il-paragrafu 35F(f)(i) jeħtieġ id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar kif entità tissorvelja l-estent sa fejn il-provvediment għat-telf fuq assi finanzjarji divulgati preċedentement skont il-paragrafu 35F(f)(i) jiġu sussegwentement mkejla b'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistennija tul il-ħajja skont il-paragrafu 5.5.3 tal-IFRS 9. Informazzjoni kwantitattiva li se tgħin lill-utenti jifhmu ż-żieda sussegwenti fir-riskju ta' kreditu tal-assi finanzjarji mmodifikati tista' tinkludi informazzjoni dwar assi finanzjarji modifikati li jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 35F(f)(i) li għalihom il-provvediment għat-telf terġa' tiġi mkejla b'ammont ekwivalenti għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja (jiġifieri rata ta' deterjorazzjoni).

B8C

Il-paragrafu 35 g(a) jeħtieġ id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-bażi tal-inputs u s-suppożizzjonijiet u t-tekniki ta' stima użati biex jiġu applikati r-rekwiżiti ta' indeboliment fl-IFRS 9. Suppożizzjonijiet u inputs ta' entità użati biex jiġi mkejjel it-telf ta' kreditu mistenni jew jiġi ddeterminat l-estent ta' żidiet fir-riskju ta' kreditu peress li rikonoxximent inizjali jista' jinkludi informazzjoni miksuba minn informazzjoni storika interna jew rapporti ta' klassifikazzjoni u suppożizzjonijiet dwar il-ħajja mistennija tal-istrumenti finanzjarji u ż-żmien tal-bejgħ ta' kollateral.

Bidliet fil-provvediment għat-telf (il-paragrafu 35H)

B8D

Bi qbil mal-paragrafu 35H, entità hija meħtieġa li tispjega r-raġunijiet għall-bidliet fil-provvediment għat-telf matul il-perjodu. Minbarra r-rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ għall-bilanċ tal-għeluq tal-provvediment għat-telf, jista' jkun meħtieġ li tiġi pprovduta spjegazzjoni narrattiva tal-bidliet. Din l-ispjegazzjoni narrattiva tista' tinkludi analiżi tar-raġunijiet għal bidliet fil-provvediment għat-telf matul il-perjodu, inklużi:

(a)

il-kompożizzjoni tal-portafoll;

(b)

il-volum ta' strumenti finanzjarji mixtrija jew oriġinati; u

(c)

is-severità tat-telf ta' kreditu mistenni

B8E

Għal impenji ta' self u kuntratti ta' garanzija finanzjarja, il-provvediment għat-telf huwa rikonoxxut bħala provvediment. Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-bidliet fil-provvediment għat-telf għal assi finanzjarji b'mod separat minn dawk għall-impenji ta' self u l-kuntratti ta' garanzija finanzjarja. Madankollu, jekk strument finanzjarju jinkludi kemm komponent ta' self (jiġifieri assi finanzjarju) kif ukoll ta' impenn mhux prelevat (jiġifieri impenn ta' self) u l-entità ma tkunx tista' tidentifika b'mod separat it-telf ta' kreditu mistenni fuq il-komponent tal-impenn self minn dak fuq il-komponent tal-assi finanzjarju, it-telf ta' kreditu mistenni fuq l-impenn ta' self għandu jiġi rikonoxxut flimkien mal-provvediment għat-telf għall-assi finanzjarju. Sa fejn it-telf ta' kreditu mistenni kkombinat jaqbeż l-ammont riportat gross tal-assi finanzjarju, it-telf ta' kreditu mistenni għandu jiġi rikonoxxut bħala provvediment.

Kollateral (il-paragrafu 35K)

B8F

Il-paragrafu 35K jeħtieġ id-divulgazzjoni ta' informazzjoni li se tippermetti sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu l-effett ta' kollateral u titjibiet oħrajn tal-kreditu fuq l-ammont ta' telf ta' kreditu mistenni. Entità la hija obbligata tiddivulga informazzjoni dwar il-valur ġust tal-kollateral u ta' titjibiet oħrajn tal-kreditu u lanqas hija meħtieġa tikkwantifika l-valur eżatt tal-kollateral li kien inkluż fil-kalkolu tat-telf ta' kreditu mistenni (jiġifieri t-telf fil-każ ta' inadempjenza).

B8G

Deskrizzjoni narrattiva tal-kollateral u l-effett tiegħu fuq l-ammonti ta' telf ta' kreditu mistenni tista' tinkludi informazzjoni dwar:

(a)

it-tipi ewlenin ta' kollateral miżmum bħala garanija u titjibiet oħrajn tal-kreditu (eżempji ta' dawn tal-aħħar huma garanziji, derivattivi ta' kreditu u ftehimiet ta' netting li ma jikkwalifikawx għal tpaċija skont l-IAS 32);

(b)

il-volum tal-kollateral miżmum u ta' titjibiet oħrajn tal-kreditu u s-sinifikat tiegħu f'termini ta' provvediment għat-telf;

(c)

il-politiki u l-proċessi għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral u titjibiet oħrajn tal-kreditu;

(d)

it-tipi ewlenin ta' kontropartijiet għall-kollateral u titjibiet oħrajn tal-kreditu u l-affidabbiltà kreditizja tagħhom; u

(e)

Informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju fi ħdan il-kollateral u titjibiet oħrajn tal-kreditu.

Skopertura għar-riskju ta' kreditu (il-paragrafi 35M–35N)

B8H

Il-paragrafu 35M jeħtieġ id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' entità u l-konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' riskju ta' kreditu fid-data tar-rapport. Teżisti konċentrazzjoni ta' riskju ta' kreditu meta numru ta' kontropartijiet jinsabu f'reġjun ġeografiku jew huma impenjati f'attivitajiet simili u għandhom karatteristiċi ekonomiċi simili li jistgħu jwasslu sabiex il-kapaċità tagħhom li jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tiġi affettwata b'mod simili minn bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi jew kundizzjonijiet oħrajn. Entità għandha tipprovdi informazzjoni li tippermetti sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu jekk hemmx gruppi jew portafolli ta' strumenti finanzjarji b'karatteristiċi partikolari li jistgħu jaffettwaw sehem kbir ta' dak il-grupp ta' strumenti finanzjarji bħal konċentrazzjoni għal riskji partikolari. Dan jista' jinkludi, pereżempju, gruppi tas-self għall-valur, konċentrazzjonijiet ġeografiċi, tal-industrija jew tat-tip ta' emittenti.

B8I

In-numru ta' gradi ta' klassifikazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu użati biex tiġi ddivulgata informazzjoni skont il-paragrafu 35M għandu jkun konsistenti man-numru li l-entità tirrapporta lill-persunal maniġerjali ewlieni għall-finijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju ta' kreditu. Jekk l-informazzjoni skaduta hija l-unika informazzjoni speċifika għall-mutwatarju disponibbli u entità tuża informazzjoni skaduta biex tevalwa jekk ir-riskju ta' kreditu jkunx żdied b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali skont il-paragrafu 5.5.10 tal-IFRS 9, entità għandha tipprovdi analiżi skont l-istatus skadut għal dawk l-assi finanzjarji.

B8J

Meta entità tkun kejlet telf ta' kreditu mistenni fuq bażi kollettiva, l-entità tista' ma tkunx kapaċi talloka l-ammont riportat gross ta' assi finanzjarji individwali jew l-iskopertura għar-riskju ta' kreditu fuq impenji tas-self u kuntratti ta' garanzija finanzjarja għall-gradi ta' klassifikazzjoni ta' riskju ta' kreditu li għalihom it-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja huwa rikonoxxut. F'dak il-każ, entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafu 35M għal dawk l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu allokati direttament għal grad ta' klassifikazzjoni ta' riskju ta' kreditu u tiddivulga b'mod separat l-ammont riportat gross ta' strumenti finanzjarji li għalihom it-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja jkun tkejjel fuq bażi kollettiva.

B9

Il-paragrafi 35K(a) u 36(a) jeħtieġu divulgazzjoni tal-ammont li l-jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għar-riskju ta' kreditu. Fil-każ ta' assi finanzjarju, tipikament dan huwa l-ammont gross progressiv, nett minn:

(a)

(b)

kwalunkwe provvediment għat-telf rikonoxxut skont l-IFRS 9.

B10

Attivitajiet li jagħtu lok għal riskju ta' kreditu u skopertura massima assoċjata ta' riskju ta' kreditu jinkludu, iżda m'humiex limitati għal:

(a)

għoti ta' self lill-klijenti u t-tqegħid depożiti ma' entitajiet oħra. F'dawn il-każijiet, l-iskopertura massima għar-riskju ta' kreditu huwa l-ammont riportat ta' assi finanzjarji relatati.

(b)

B22

Ir-riskju tar-rata tal-imgħax jinħoloq fuq strumenti finanzjarji bl-imgħax rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (eż. strumenti ta' dejn akkwistati jew maħruġa) u fuq xi strumenti finanzjarji li mhumiex rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja (eż. xi impenji ta' self).

B27

Skont il-paragrafu 40(a), is-sensittività tal-profitt jew telf (li tinħoloq, pereżempju, minn strumenti mkejla bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf) hija ddivulgata b'mod separat mis-sensittività ta' introjtu ieħor komprensiv (li jinħoloq, pereżempju, minn investimenti fi strumenti azzjonarji li l-bidliet tagħhom fil-valur ġust huma ppreżentati f'introjtu ieħor komprensiv).

C16

L-Appendiċi D huwa mħassar.

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (maħruġ f'Novembru 2009)

C17

Il-paragrafu 8.1.1 huwa emendat biex jinqara kif ġej:

8.1.1.

L-IFRS 9 kif maħruġ f'Lulju 2014 issostitwixxa dan l-Istandard. Entità għandha tapplika l-IFRS 9 kif maħruġ f'Lulju 2014 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Madankollu, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika dan l-Istandard biss jekk id-data ta' applikazzjoni inizjali tal-entità tkun qabel l-1 ta' Frar 2015. Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard, għandha tiddivulga dak il-fatt u fl-istess ħin tapplika l-emendi fl-Appendiċi Ċ.

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (maħruġ f'Ottubru 2010)

C18

Il-paragrafi 7.1.1 u 7.3.2 huma emendati biex jinqraw kif ġej, u jiżdied il-paragrafu 7.1.1 A:

7.1.1.

L-IFRS 9 kif maħruġ f'Lulju 2014 issostitwixxa dan l-Istandard. Entità għandha tapplika l-IFRS 9 kif maħruġ f'Lulju 2014 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Madankollu, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika dan l-Istandard biss jekk id-data ta' applikazzjoni inizjali tal-entità tkun qabel l-1 ta' Frar 2015. Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard u ma tkunx għadha applikat l-IFRS 9 maħruġ fl-2009, għandha tapplika ir-rekwiżiti kollha f'dan l-Istandard fl-istess ħin (imma ara wkoll il-paragrafi 7.1.1 A u 7.3.2). Jekk entità tapplika dan l-Istandard, għandha tiddivulga dak il-fatt u fl-istess ħin tapplika l-emendi fl-Appendiċi Ċ.

7.1.1 A

Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 7.1.1, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji indikati bħala ta' valur ġust permezz tal-profitt jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7–5.7.9, 7.2.13 u B5.7.5–B5.7.20 mingħajr ma tapplika r-rekwiżiti l-oħra f'dan l-Istandard. Jekk entità tagħżel li tapplika biss dawk il-paragrafi, għandha tiddivulga dak il-fatt u tipprovdi fuq bażi kontinwa d-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 10–11 tal-IFRS 7 (kif emendat minn dan l-Istandard).

7.3.2.

Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IFRS 9 maħruġ fl-2009. Madankollu, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika l-IFRS 9 maħruġ fl-2009 biss jekk id-data ta' applikazzjoni inizjali tal-entità tkun qabel l-1 ta' Frar 2015.

IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (Kontabbiltà għall-Iħħeġġjar u emendi għall-IFRS 9, l-IFRS 7 u l-IAS 39)

C19

Il-paragrafi 7.1.1, 7.1.2 u 7.3.2 huma emendati biex jinqraw kif ġej:

7.1.1.

IFRS 9 kif maħruġ f'Lulju 2014 issostitwixxa dan l-Istandard. Entità għandha tapplika l-IFRS 9 kif maħruġ f'Lulju 2014 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Madankollu, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika dan l-Istandard biss jekk id-data ta' applikazzjoni inizjali tal-entità tkun qabel l-1 ta' Frar 2015. Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard, trid tapplika r-rekwiżiti kollha f'dan l-Istandard fl-istess ħin (imma ara wkoll il-paragrafi 7.1.1 A u 7.2.16). Jekk entità tapplika dan l-Istandard, għandha tiżvela dak il-fatt u fl-istess ħin tapplika l-emendi fl-Appendiċi Ċ.

7.1.2.

Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 7.1.1, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u t-telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji nnominati bħala bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7–5.7.9, 7.2.13 u B5.7.5–B5.7.20 mingħajr ma tapplika r-rekwiżiti l-oħrajn f'dan l-Istandard. Jekk entità tagħżel li tapplika biss dawk il-paragrafi, għandha tiddivulga dak il-fatt u tipprovdi fuq bażi kontinwa d-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 10–11 tal-IFRS 7 (kif emendat bl-IFRS 9, maħruġ f'Ottubru 2010).

7.3.2.

Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IFRS 9 maħruġ fl-2009 u l-IFRS 2009 maħruġ fl-2010. Madankollu, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2018, entità tista' tagħżel li tapplika l-IFRS 9 maħruġ fl-2009 jew l-IFRS 9 maħruġ fl-2010 biss jekk id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-entità tkun qabel l-1 ta' Frar 2015.

IFRS 13    Kejl tal-valur ġust

C20

Il-paragrafu 52 huwa emendat biex jinqara kif ġej:

52.

L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 tapplika biss għal assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji u kuntratti oħra fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (jew l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, jekk l-IFRS 9 ikun għadu ma ġiex adottat). Ir-referenzi għall-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-paragrafi 48–51 u 53–56 għandhom jinqraw bħala li japplikaw għall-kuntratti kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni, u kkontabilizzati skont, l-IFRS 9 (jew l-IAS 39, jekk l-IFRS 9 ikun għadu ma ġiex adottat), irrispettivament minn jekk dawn jissodisfawx id-definizzjonijiet ta' assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IAS 32 Strumenti finanzjarji: Preżentazzjoni.

C21

Fl-Appendiċi Ċ, il-paragrafu C5 huwa miżjud:

C5

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 52. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 1    Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji

C22

Fil-paragrafu 7, id-definizzjoni ta' “introjtu ieħor komprensiv” u l-paragrafi 68, 71, 82, 93, 95, 96, 106 u 123 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 139E, 139G u 139M u jiżdied il-paragrafu 139O:

7.

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Introjtu ieħor komprensiv huwa magħmul minn entrati ta' introjtu jew spiża (fosthom l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni) li mhumiex rikonoxxuti fil-profitt jew telf kif meħtieġ jew permess minn IFRSs oħra.

Il-komponenti ta' introjtu ieħor komprensiv jinkludu:

(a)

(d)

qligħ u telf minn investimenti fi strumenti azzjonarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv skont il-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(da)

qligħ u telf fuq assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv skont il-paragrafu 4.1.2 A tal-IFRS 9.

(e)

is-sehem effettiv ta' qligħ u telf fuq strumenti għall-iħħeġġjar f'ħeġġ għall-fluss tal-flus u l-qligħ u telf fuq strumenti għall-iħħeġġjar li jiħħeġġjaw investimenti fi strumenti azzjonarji mkejla fil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv skont il-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9 (ara l-Kapitolu 6 tal-IFRS 9);

(f)

għal obbligazzjonijiet partikolari speċifikati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, l-ammont tal-bidla fil-valur ġust li huwa attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-obbligazzjoni (ara l-paragrafu 5.7.7 tal-IFRS 9);

(g)

bidliet fil-valur tal-valur taż-żmien tal-opzjonijiet meta jiġi sseparat il-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta' kuntratt ta' opzjoni u jiġu speċifikati bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss il-bidliet fil-valur intrinsiku (ara l-Kapitolu 6 tal-IFRS 9);

(h)

bidliet fil-valur tal-elementi forward tal-kuntratti forward meta jiġu sseparati l-element forward u l-element spot ta' kuntratt forward u jiġu speċifikati bħal strument għall-iħħeġġjar biss dawk il-bidliet fl-element spot, u l-bidliet fil-valur tal-firxa bażi tal-munita barranija ta' strument finanzjarju meta jiġi eskluż mill-ispeċifikazzjoni ta' dak l-istrument finanzjarju bħala l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-Kapitolu 6 tal-IFRS 9);

68.

Iċ-ċiklu operatorju ta' entità huwa ż-żmien mill-akkwist ta' assi għall-ipproċessar u r-realizzazzjoni tagħhom fi flus jew ekwivalenti ta' flus. Meta ċ-ċiklu operatorju normali tal-entità ma jkunx identifikabbli b'mod ċar, is-suppożizzjoni hi li t-tul tiegħu hu ta' tnax-il xahar. L-assi kurrenti jinkludu assi (bħal inventarji u ammonti riċevibbli tan-negozju) li jinbiegħu, jiġu kkonsmati jew realizzati bħala parti miċ-ċiklu operatorju normali, anki meta ma jkunux mistennija li ser jiġu realizzati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapportar. Assi kurrenti jinkludu wkoll assi miżmuma primarjament għan- negozju (eżempji jinkludu xi assi finanzjarji li jissodisfaw id-definizzjoni ta' miżmuma għan-negozju fl-IFRS 9) u s-sehem kurrenti ta' assi finanzjarji mhux kurrenti.

71.

Obbligazzjonijiet kurrenti oħra ma jiġux saldati bħala parti miċ-ċiklu operattiv normali, iżda huma dovuti li jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapportar jew li jinżammu primarjament bi skop ta' negozju. Eżempji huma xi obbligazzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw id-definizzjoni ta' miżmuma għan-negozju fl-IFRS 9, self kurrenti mill-bank, u s-sehem kurrenti ta' obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti, dividendi pagabbli, taxxi fuq l-introjtu u ammonti pagabbli oħra mhux tan-negozjar. Obbligazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament fit-tul (i.e. mhumiex parti mill-kapital operatorju użat fiċ-ċiklu operatorju normali tal-entità) u li mhumiex dovuti li jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapportar, huma obbligazzjonijiet mhux kurrenti, soġġetti għall-paragrafi 74 u 75.

82.

Minbarra l-entrati rikjesti skont l-IFRSs l-oħra, is-sezzjoni tal-profitt jew telf jew ir-rapport tal-profitt jew telf għandu jinkludi l-partiti li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin għall-perjodu:

(a)

dħul, li jippreżenta b'mod separat id-dħul mill-imgħax ikkalkolat bil-metodu tal-imgħax effettiv;

(aa)

qligħ u telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarji mkejla bil-kost amortizzat;

(b)

kostijiet tal-finanzjament;

(ba)

telf minn indeboliment (inkluż riversjar ta' telf minn indeboliment jew qligħ minn indeboliment) stabbilit skont it-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9;

(c)

sehem tal-profitt jew telf ta' assoċjati jew impriżi konġunti kontabilizzati bil-metodu tal-ekwità;

(ca)

jekk assi finanzjarju huwa riklassifikat barra mill-kategorija ta' kejl tal-kost amortizzat sabiex jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta minn differenza bejn il-kost amortizzat preċedenti tal-assi finanzjarju u l-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni (kif definit fl-IFRS 9);

(cb)

jekk assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz ta' kategorija ta' kejl tal-introjtu ieħor komprensiv b'tali mod li jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, kwalunkwe qligħ jew telf kumulattiv rikonoxxut qabel f'introjtu ieħor komprensiv li huwa riklassifikat għall-profitt jew telf;

(d)

93.

IFRSs oħrajn jispeċifikaw jekk ammonti li qabel kienu rikonoxxuti f'introjtu ieħor kumplessiv ikunux riklassifikati fil-profitt jew telf, u meta. F'dan l-Istandard, dawn ir-riklassifikazzjonijiet jissejħu aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni. Aġġustament tar-riklassifikazzjoni jiġi inkluż mal-komponent relatat tal-introjtu ieħor komprensiv fil-perjodu li fih l-aġġustament jiġi riklassifikat fil-profitt jew telf. Dawn l-ammonti setgħu kienu rikonoxxuti f'introjtu ieħor komprensiv bħala qligħ mhux realizzat fil-perjodu kurrenti jew fil-perjodi ta' qabel. Dak il-qligħ mhux realizzat irid jitnaqqas mill-introjtu ieħor komprensiv fil-perjodu li fih il-qligħ realizzat ikun irriklassifikat fil-profitt jew telf biex ikun evitat milli jkun inkluż darbtejn fl-introjtu totali komprensiv.

95.

Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni jinħolqu, pereżempju, fit-tneħħija ta' operazzjoni barranija (ara l-IAS 21) u meta xi fluss ta' flus previst iħħeġġjat jaffettwa l-profitt jew telf (ara l-paragrafu 6.5.11(d) tal-IFRS 9 fir-rigward ta' ħeġġijiet għall-fluss tal-flus).

96.

Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni ma jinħolqux mill-bidliet fl-eċċess tar-rivalwazzjoni rikonoxxuti skont l-IAS 16 jew l-IAS 38 jew bil-kejl mill-ġdid ta' pjanijiet ta' benefiċċju definit rikonoxxut skont l-IAS 19. Dawn il-komponenti huma rikonoxxuti f'introjtu ieħor komperensiv u mhumiex riklassifikati bħala profitt jew telf f'perjodi sussegwenti. Bidliet fl-eċċess tar-rivalwazzjoni jistgħu jiġu ttrasferiti fil-qligħ imfaddal f'perjodi sussegwenti meta jintuża l-assi jew meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu (ara IAS 16 u IAS 38). Skont l-IFRS 9, aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni ma jinħolqux jekk ħeġġ għall-fluss tal-flus jew il-kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta' opzjoni (jew l-element forward ta' kuntratt forward jew il-firxa bażi tal-munita barranija ta' strument finanzjarju) jirriżultaw f'ammonti li huma mneħħija mir-riżerva tal-ħeġġ għall-fluss tal-flus jew komponent separat ta' ekwità, rispettivament, u inklużi direttament fil-kost inizjali jew ammont riportat ieħor ta' assi jew obbligazzjoni. Dawn l-ammonti huma ttrasferiti direttament lil assi jew obbligazzjonijiet.

106.

Entità għandha tippreżenta dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità kif meħtieġ skont il-paragrafu 10. Id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

(c)

[imħassar]

(d)

għal kull komponent ta' ekwità, rikonċiljazzjoni bejn l-ammont riportat fil-bidu u t-tmiem tal-perjodu, (bħala minimu) tiddivulga b'mod separat bidliet li jirriżultaw minn:

(i)

profitt jew telf;

(ii)

introjtu ieħor komprensiv; u

(iii)

tranżazzjonijiet ma' sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, li juru b'mod separat il-kontribuzzjonijiet minn u d-distribuzzjonijiet lil sidien u bidliet fl-interessi tal-proprjetarji f'sussidjarji li ma jirriżultawx f'telf ta' kontroll.

123.

Fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki kontabilistiċi tal-entità, il-maniġment jagħmel diversi ġudizzji, apparti minn dawk li jinvolvu stimi, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-ammonti li huwa jirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, il-maniġment jagħmel ġudizzji sabiex jistabilixxi:

(a)

[imħassar]

(b)

meta sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarji u l-assi tal-lokazzjoni huma ttrasferiti lil entitajiet oħra;

(c)

jekk, fis-sustanza, bejgħ partikolari ta' oġġetti huwiex jiffinanzja l-arranġamenti u għalhekk ma jagħtix lok għal dħul; u

(d)

jekk it-termini kuntrattwali ta' assi finanzjarju jagħtux lok f'dati speċifikati għal flussi ta' flus li huma biss ħlasijiet ta' prinċipal u mgħax fuq l-ammont tal-prinċipal pendenti.

139E

[Imħassar]

139G

[Imħassar]

139M

[Imħassar]

139O

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 7, 68, 71, 82, 93, 95, 96, 106 u 123 u ħassar il-paragrafi 139E, 139G u 139M. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 2    Inventarji

C23

Il-paragrafu 2 huwa emendat biex jinqara kif ġej, jitħassru l-paragrafi 40 A, 40B u 40D u jiżdied il-paragrafu 40F:

2.

Dan l-Istandard japplika għall-inventarji kollha, ħlief:

(a)

[imħassar]

(b)

strumenti finanzjarji (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u IFRS 9 Strumenti Finanzjarji); u

(c)

40 A

[Imħassar]

40B

[Imħassar]

40D

[Imħassar]

40F

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 2 u ħassar il-paragrafi 40 A, 40B u 40D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 8    Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji

C24

Il-paragrafu 53 huwa emendat biex jinqara kif ġej, jitħassru l-paragrafi 54 A, 54B u 54D u jiżdied il-paragrafu 54E:

53.

M'għandhiex tintuża retrospettività fl-applikazzjoni ta' politika kontabilistika ġdida għal, jew korrezzjoni ta' ammonti għal, perjodu preċedenti, jew meta jsiru suppożizzjonijiet dwar x'kienu jkunu l-intenzjonijiet tal-maniġment f'perjodu preċedenti jew l-istima tal-ammonti rikonoxxuti, imkejla jew iddivulgati f'perjodu preċedenti. Pereżempju, meta entità tikkoreġi żball f'perjodu preċedenti fil-kalkolu tal-obbligazzjoni tagħha għal-liv minħabba mard akkumulat mill-impjegati skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, ma tikkunsidrax l-informazzjoni dwar staġun ta' influwenza b'mod sever mhux tas-soltu matul il-perjodu li sar disponibbli wara li r-rapporti finanzjarji għall-perjodu preċedenti ġew awtorizzati għall-ħruġ. Il-fatt li spiss ikunu meħtieġa stimi sinifikattivi meta ssir emenda ta' informazzjoni komparattiva ppreżentata għall-perijodi preċedenti ma jipprevjenix l-aġġustament jew il-korrezzjoni affidabbli tal-informazzjoni komparattiva.

54 A

[Imħassar]

54B

[Imħassar]

54D

[Imħassar]

54E

L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 53 u ħassar il-paragrafi 54 A, 54B u 54D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

L-IAS 10    Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rapportar

C25

Il-paragrafu 9 huwa emendat biex jinqara kif ġej u jiżdied il-paragrafu 23B:

9.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' avvenimenti ta' aġġustament wara l-perjodu tar-rapportar li jeħtieġu li entità taġġusta l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew li tirrikonoxxi entrati li qabel ma kinux rikonoxxuti:

(a)

(b)

ir-riċevuta ta' informazzjoni wara l-perjodu tar-rapportar li jindika li assi kien indebolit fi tmiem il-perjodu tar-rapportar, jew li l-ammont ta' telf minn indeboliment rikonoxxut preċedentement għal dak l-assi għandu jiġi aġġustat. Pereżempju:

(i)

il-falliment ta' klijent li jseħħ wara l-perjodu tar-rapportar normalment jikkonferma li l-klijent kellu kreditu indebolit fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar;

23B

L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 9. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 12    Taxxi fuq l-Introjtu

C26

Il-paragrafu 20 huwa emendat biex jinqara kif ġej, jitħassru l-paragrafi 96, 97 u 98D u jiżdied il-paragrafu 98F:

20.

L-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu li ċerti assi jitwettqu fil-valur ġust jew jiġu rivalutati (ara, pereżempju, l-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir, l-IAS 38 Assi Intanġibbli, l-IAS 40 Proprjetà ta' Investiment u l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji). F'xi ġurisdizzjonijiet, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' assi skont il-valur ġust taffettwa l-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) għall-perjodu kurrenti. Bħala riżultat, il-bażi għat-taxxa tal-assi hija aġġustata u ma tinħoloq ebda differenza temporanja. F'ġurisdizzjonijiet oħra, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' assi ma taffettwax il-profitt taxxabbli fil-perijodu tar-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b'mod ġdid u, konsegwentement, il-bażi għat-taxxa tal-assi mhijiex aġġustata. Madankollu, l-irkupru futur tal-ammont miżmum jirriżulta fi fluss taxxabbli ta' benefiċċji ekonomiċi għall-entità u l-ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta' taxxa jkun differenti mill-ammont ta' dawk il-benefiċċji ekonomiċi. Id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi rivalutat u l-bażi għat-taxxa tiegħu hija differenza temporanja u tagħti lok għal obbligazzjoni jew assi ta' taxxa differita. Dan huwa minnu anki jekk:

(a)

96.

[Imħassar]

97.

[Imħassar]

98D

[Imħassar]

98F

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 20 u ħassar il-paragrafi 96, 97 u 98D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

L-IAS 20    Kontabbiltà għal Għotjiet Pubbliċi u Divulgazzjoni ta' Assistenza Pubblika

C27

Il-paragrafu 10 A huwa emendat biex jinqara kif ġej, jitħassru l-paragrafi 44 u 47 u jiżdied il-paragrafu 48:

10 A

Il-benefiċċju ta' self tal-gvern b'rata tal-imgħax inqas minn tas-suq hija ttrattata bħala għotja tal-gvern. Is-self għandu jiġi rikonoxxut u jitkejjel skont l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-benefiċċju tar-rata tal-imgħax inqas minn tas-suq għandu jitkejjel bħala d-differenza bejn il-valur riportat inizjali tas-self determinat skont l-IFRS 9 u l-qligħ riċevut. Il-benefiċċju jiġi kontabilizzat skont dan l-Istandard. L-entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet u l-obbligi li għandhom, jew iridu, jitħarsu fl-identifikazzjoni tal-kostijiet li l-benefiċċju tas-self huwa maħsub li jikkumpensa għalihom.

44.

[Imħassar]

47.

[Imħassar]

48.

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 10 A u ħassar il-paragrafi 44 u 47. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 21    L-Effetti ta' Tibdiliet fir-Rati tal-Kambju

C28

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

C29

Il-paragrafi 3, 4, 5, 27 u 52 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 60C, 60E u 60I u jiżdied il-paragrafu 60J:

3.

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat: [in-nota f'qiegħ il-paġna titħalla barra]

(a)

fil-kontabbiltà għal tranżazzjonijiet u bilanċi f'muniti barranin, ħlief għal dawk il-bilanċi u t-tranżazzjonijiet derivattivi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(b)

4.

L-IFRS 9 japplika għal bosta derivattivi bbażati fuq munita barranija u, għaldaqstant, dawn huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard. Madankollu, dawk id-derivattivi bbażati fuq munita barranija li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 (eż. xi derivattivi bbażati fuq munita barranija li huma inkorporati f'kuntratti oħra) jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard. Barra minn hekk, dan l-Istandard japplika meta entità taqleb ammonti li għandhom x'jaqsmu mad-derivattivi mill-munita funzjonali tagħha għall-munita tal-preżentazzjoni.

5.

Dan l-Istandard ma japplikax għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal entrati f'munita barranija, inkluż l-iħħeġġjar ta' investiment nett f'operazzjoni barranija. L-IFRS 9 japplika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

27.

Kif osservat fil-paragrafi 3(a) u 5, l-IFRS 9 japplika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal entrati f'munita barranija. L-applikazzjoni ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar tirrikjedi li entità tikkontabilizza ċerti differenzi fil-kambju bi trattament differenti minn dak ta' differenzi fil-kambju meħtieġ b'dan l-Istandard. Pereżempju, l-IFRS 9 jeħtieġ li differenzi fil-kambju fuq entrati monetarji li jikkwalifikaw bħala strumenti għall-iħħeġġjar f'ħeġġ għall-fluss tal-flus huma rikonoxxuti inizjalment f'introjtu ieħor komprensiv sa fejn il-ħeġġ ikun effettiv.

52.

Entità għandha tiddivulga:

(a)

l-ammont ta' differenzi fil-kambju rikonoxxuti fil-profitt jew telf ħlief dawk li jirriżultaw fi strumenti finanzjarji mkejla bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-IFRS 9; u

(b)

60C

[Imħassar]

60E

[Imħassar]

60I

[Imħassar]

60J

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 3, 4, 5, 27 u 52 u ħassar il-paragrafi 60C, 60E u 60I. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 23    Kostijiet tas-Self

C30

Il-paragrafu 6 huwa emendat biex jinqara kif ġej u jiżdied il-paragrafu 29B:

6.

Il-kostijiet tas-self jistgħu jinkludu:

(a)

spiża tal-imgħax ikkalkolata bil-metodu tal-imgħax effettiv kif deskritt fl-IFRS 9;

(b)

29B

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 28    Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti

C31

Il-paragrafi 40–42 huma emendati biex jinqraw kif ġej, u jiżdiedu l-paragrafi 41 A–41c u 45 A:

40.

Wara l-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità, inkluż ir-rikonoxximent tat-telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta skont il-paragrafu 38, l-entità tapplika l-paragrafi 41 A–41C biex tiddetermina jekk hemmx evidenza oġġettiva li l-investiment nett tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta huwa indebolit.

41.

L-entità tapplika r-rekwiżiti ta' indeboliment fl-IFRS 9 għall-interessi l-oħrajn tagħha fil-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 u li ma jikkostitwixxux parti mill-investiment nett.

41 A

L-investiment nett f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huwa indebolit u jkun hemm telf ta' indeboliment biss jekk ikun hemm evidenza oġġettiva ta' indeboliment bħala riżultat ta' event wieħed jew iktar minn wieħed li ġraw wara r-rikonoxximent inizjali tal-investiment nett (“event ta' telf”) u dak l-event (jew events) ta' telf ikollu impatt fuq il-flussi tal-flus futuri stmati mill-investiment nett li jista' jiġi stmat b'mod affidabbli. Jista' ma jkunx possibli li jiġi identifikat event diskret wieħed li kkawża l-indeboliment. Pjuttost l-effett ikkombinat ta' diversi events seta' kkawża l-indeboliment. Telf mistenni bħala riżultat ta' events futuri, minkejja l-possibbiltà li jseħħu, mhumiex rikonoxxuti. Evidenza oġġettiva li l-investiment nett huwa indebolit tinkludi dejta osservabbli li tiġi għall-attenzjoni tal-entità dwar l-avvenimenti ta' telf li ġejjin:

(a)

diffikultà finanzjarja sinifikanti tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta;

(b)

ksur ta' kuntratt, bħal inadempjenza jew delinkwenza fil-pagamenti mill-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta;

(c)

l-entità, għal raġunijiet ekonomiċi jew legali relatati mad-diffikultà finanzjarja tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, tagħti lill-kumpanija assoċjata jew lill-impriża konġunta konċessjoni li l-entità kieku ma kinitx tikkunsidraha;

(d)

isir probabbli li l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tfalli jew tidħol f'riorganizzazzjoni finanzjarja oħra; jew

(e)

l-għajbien ta' suq attiv għall-investiment nett minħabba diffikultajiet finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta.

41B

L-għajbien ta' suq attiv minħabba li l-istrumenti ta' ekwità jew l-istrumenti finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-istrumenti finanzjarji ma jkunux għadhom innegozjati pubblikament mhuwiex evidenza ta' indeboliment. Degradazzjoni ta' klassifikazzjoni ta' kreditu ta' kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jew tnaqqis fil-valur ġust tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, mhumiex fihom infushom, evidenza ta' indeboliment, għalkemm jistgħu jkunu evidenza ta' indeboliment meta meqjusin ma' informazzjoni disponibbli oħra.

41C

Minbarra t-tipi ta' avvenimenti fil-paragrafu 41 A, evidenza oġġettiva ta' indeboliment għall-investiment nett fi strumenti ta' ekwità tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tinkludi informazzjoni dwar bidliet sinifikanti b'effett negattiv li seħħew fl-ambjent teknoloġiku, tas-suq, ekonomiku jew legali li fih topera l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, u tindika li l-ispiża tal-investiment fl-istrument azzjonarju ma tistax tiġi rkuprata. Tnaqqis sinifikanti jew imdewwem fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju f'livell inqas mill-kost tiegħu huwa evidenza oġġettiva ta' indeboliment ukoll.

42.

Minħabba li l-avvjament li jifforma parti mill-ammont riportat tal-investiment nett f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta mhuwiex rikonoxxut separatament, mhuwiex ittestjat għal indeboliment b'mod separat bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti għal avvjament għall-ittestjar tal-indeboliment fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Minflok, l-ammont riportat tal-investiment huwa ttestjat għal indeboliment skont l-IAS 36 bħala assi wieħed, billi jitqabbel l-ammont rekuperabbli tiegħu (l-ogħla tal-valur fl-użu u l-valur ġust mingħajr l-ispejjeż għall-bejgħ) bl-ammont riportat tiegħu kull meta l-applikazzjoni tal-paragrafi 41 A–41C tindika li l-investiment nett jista' jiġi indebolit. Telf minn indeboliment rikonoxxut f'dawk iċ-ċirkustanzi mhuwiex allokat għal kwalunkwe assi, inkluż avvjament, li jifforma parti mill-ammont riportat tal-investiment nett fil-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Għaldaqstant, kwalunkwe treġġigħ lura ta' dak it-telf minn indeboliment hu rikonoxxut skont l-IAS 36 sal-estent li l-ammont rekuperabbli tal-investiment nett jiżdied b'mod sussegwenti. Fid-determinazzjoni tal-valur fl-użu tal-investiment nett, entità testima:

(a)

is-sehem tagħha tal-valur preżenti tal-flussi tal-flus futuri stmati mistenni li jiġi ġġenerat mill-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, inklużi l-flussi ta' flus mill-operazzjonijiet tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta u r-rikavat mid-disponiment finali tal-investiment; jew

(b)

il-valur preżenti tal-flussi tal-flus futuri stmati mistennija li joriġinaw minn dividendi li għandhom jiġu riċevuti mill-investiment u mid-disponiment aħħari tiegħu.

Permezz ta' suppożizzjonijiet xierqa, iż-żewġ metodi jagħtu l-istess riżultat.

45 A

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 40–42 u żied il-paragrafi 41 A–41C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 32    Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

C32

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

C33

Il-paragrafi 3, 4, 8, 12, 23, 31, 42 u 96C huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 97F, 97H u 97P u jiżdied il-paragrafu 97R:

3.

Il-prinċipji f'dan l-Istandard jikkumplimentaw il-prinċipji għar-rikonoxximent u l-kejl tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, u għad-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwarhom fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

4.

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju minbarra:

(a)

dawk l-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li huma kontabilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investmenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jeħtieġu jew jippermettu li entità tirrapporta interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta permezz tal-IFRS 9; f'dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard. L-entitajiet għandhom ukoll japplikaw dan l-Istandard għad-derivattivi kollha marbutin mal-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti.

(b)

(d)

kuntratti tal-assigurazzjoni kif definiti fl-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal derivattivi li huma inkorporati f'kuntratti tal-assigurazzjoni jekk l-IFRS 9 jeħtieġ li l-entità tirrapportahom b'mod separat. Barra minn hekk, emittent għandu japplika dan l-Istandard għal kuntratti ta' garanzija finanzjarja jekk l-emittent japplika l-IFRS 9 fir-rikonoxximent u kejl tal-kuntratti, iżda għandu japplika l-IFRS 4 jekk l-emittent jagħżel, bi qbil mal-paragrafu 4(d) tal-IFRS 4, li japplika l-IFRS 4 għar-rikonoxximent u l-kejl tagħhom.

(e)

strumenti finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 4 minħabba li fihom aspett diskrezzjonarju tal-parteċipazzjoni. L-emittent ta' dawn l-istrumenti huwa eżentat milli japplika għal dawn il-karatteristiċi l-paragrafi 15–32 u AG25-AG35 ta' dan l-Istandard, dwar id-distinzjoni bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u strumenti azzjonarji. Madankollu, dawn l-istrumenti huma soġġetti għar-rekwiżiti l-oħrajn kollha ta' dan l-Istandard. Barra minn hekk, dan l-Istandard japplika għal derivattivi li huma inkorporati f'dawn l-istrumenti (ara l-IFRS 9).

(f)

8.

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għal dawk il-kuntratti li jixtru jew ibigħu entrata mhux finanzjarja li tista' tiġi ssaldata b'mod nett fi flus jew strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, bħallikieku l-kuntratti kienu strumenti finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta' kuntratti li kienu saru u li għadhom qed jinżammu għall-finijiet tar-riċevuta jew il-forniment ta' entrata mhux finanzjarja b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistennija tal-entità. Madankollu, dan l-Istandard għandu jiġi applikat għal dawk il-kuntratti li entità tispeċifika bħala mkejlin bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 2.5 tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

12.

It-termini li ġejjin huma definiti fl-Appendiċi A tal-IFRS 9 jew il-paragrafu 9 tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huma użati f'dan l-Istandard bit-tifsira speċifikata fl-IAS 39 u l-IFRS 9.

kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja

irtirar ta' rikonoxximent

derivattiv

metodu tal-imgħax effettiv

kuntratt ta' garanzija finanzjarja

obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

impenn sod

tranżazzjoni prevista

effettività tal-ħeġġ

entrata ħħeġġjata

strument għall-iħħeġġjar

miżmuma għan-negozjar

bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari

kostijiet tat-tranżazzjonijiet.

23.

Bl-eċċezzjoni taċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 16 A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, kuntratt li fih obbligu biex entità tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess għal flus jew assi finanzjarju ieħor joħloq obbligazzjoni finanzjarja għall-valur preżenti tal-ammont ta' amortizzazzjoni (pereżempju, għall-valur preżenti tal-prezz forward ta' riakkwist, prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni jew ammont ieħor tat-tifdija). Dan hu l-każ anki jekk il-kuntratt nnifsu hu strument azzjonarju. Eżempju wieħed huwa l-obbligu ta' entità taħt kuntratt bil-quddiem li tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess għal flus. L-obbligazzjoni finanzjarja tkun rikonoxxuta inizjalment fil-valur preżenti tal-ammont tat-tifdija, u tkun riklassifikata mill-ekwità. Imbagħad, l-obbligazzjoni finanzjarja hija mkejla skont l-IFRS 9. Jekk il-kuntratt jiskadi mingħajr kunsinna, l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni finanzjarja hu kklassifikat mill-ġdid f'ekwità. Obbligu kuntrattwali ta' entità biex tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess jagħti lok għal obbligazzjoni finanzjarja għal valur preżenti tal-ammont mifdi, anki jekk l-obbligu ta' xiri hu marbut mal-kundizzjoni li l-kontroparti teżerċita d-dritt ta' fidi (eż. opzjoni put miktuba li tagħti l-kontroparti d-dritt li jbigħ l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess għal prezz fiss).

31.

L-IFRS 9 jittratta l-kejl ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji. Strumenti ta' ekwità huma strumenti li juru evidenza ta' interess residwu fl-assi ta' entità wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħha. Għalhekk, meta l-ammont miżmum fil-kotba ta' strument finanzjarju kompost hu allokat għall-ekwità u l-komponenti tal-obbligazzjoni tiegħu stess, il-komponent ta' ekwità huwa assenjat l-ammont residwu wara li jitnaqqas il-valur ġust tal-istrument kollu kemm hu, l-ammont stabbilit b'mod separat għall-komponent tal-obbligazzjoni. Il-valur ta' kull karatteristika tad-derivattivi (bħal opzjoni eżerċitabbli) huwa inkorporat fl-istrument finanzjarju kompost, minbarra l-komponent ta' entità (bħal opzjoni ta' konverżjoni ta' ekwità) li huwa inkluż fil-komponent tal-obbligazzjoni. Is-somma tal-ammonti rikonoxxuti assenjati għall-komponenti ta' obbligazzjoni u ekwità fir-rikonoxximent inizjali dejjem tiġi daqs il-valur ġust li jkun ser jiġi attribwit lill-istrument kollu kemm hu. L-ebda qligħ jew telf ma jirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-komponenti tal-istrument b'mod separat.

42.

Assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja għandhom jiġu kkumpensati u l-ammont nett jiġi ppreżentat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja biss meta entità:

(a)

Fil-kontabilizzazzjoni għal trasferiment ta' assi finanzjarju li ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, l-entità m'għandhiex tpaċi l-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata (ara l-IFRS 9, paragrafu 3.2.22).

96C

Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti taħt din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għall-kontabbiltà għal tali strument skont l-IAS 1, l-IAS 32, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRS 9. L-istrument ma għandux jitqies bħala strument azzjonarju taħt gwida oħra, pereżempju l-IFRS 2.

97F

[Imħassar]

97H

[Imħassar]

97P

[Imħassar]

97R

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 3, 4, 8, 12, 23, 31, 42, 96C, AG2 u AG30 u ħassar il-paragrafi 97F, 97H u 97P. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

C34

Fl-Appendiċi, il-paragrafi AG2 u AG30 huma emendati biex jinqraw kif ġej:

AG2

L-Istandard ma jikkonċernax ir-rikonoxximent jew il-kejl ta' strumenti finanzjarji. Ir-rekwiżiti dwar ir-rikonoxximent u l-kejl ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji huma stipulati fl-IFRS 9

AG30

Il-paragrafu 28 japplika biss għal emittenti ta' strumenti finanzjarji komposti nonderivattivi. Il-paragrafu 28 ma jittrattax strumenti finanzjarji komposti mill-perspettiva ta' detenturi. L-IFRS 9 jittratta l-klassifikazzjoni u l-kejl ta' assi finanzjarji li huma strumenti finanzjarji komposti mill-perspettiva tad-detentur.

IAS 33    Qligħ għal Kull Sehem

C35

Il-paragrafu 34 huwa emendat biex jinqara kif ġej u jiżdied il-paragrafu 74Ee:

34.

Wara li l-ishma ordinarji potenzjali jiġu kkonvertiti f'ishma ordinarji, l-entrati identifikati fil-paragrafu 33(a)–(c) ma jibqgħux jinħolqu. Minflok, l-ishma ordinarji ġodda huma intitolati biex jipparteċipaw fil-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali. Għalhekk, il-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali kkalkulati skont il-paragrafu 12 hu aġġustat għall-entrati identifikati fil-paragrafu 33(a)-(c) u kull taxxa relatata. L-ispejjeż assoċjati ma' ishma ordinarji potenzjali jinkludu l-ispejjeż tat-tranżazzjoni u skontijiet irrapportati skont il-metodu tal-imgħax effettiv (ara l-IFRS 9).

74E

L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 34. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 36    Indeboliment tal-Assi

C36

Il-paragrafi 2, 4 u 5 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 140F, 140G u 140K u jiżdied l-paragrafu 140M:

2.

Dan l-istandard għandu jkun applikat fil-kontabbiltà għall-indeboliment tal-assi kollha, minbarra:

(a)

(e)

assi finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(f)

4.

Dan l-Istandard japplika għal assi finanzjarji klassifikati bħala:

(a)

sussidjarji, kif definiti fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati;

(b)

kumpaniji assoċjati, kif definiti fl-IAS 28 Investmenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti; u

(c)

impriżi konġunti, kif definiti fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti.

Għal indeboliment ta' assi finanzjarji oħrajn, irreferi għall-IFRS 9.

5.

Dan l-Istandard ma japplikax għal assi finanzjarji fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9, proprjetà ta' investiment imkejla fil-valur ġust fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 40, jew assi bijoloġiċi relatati ma' attività agrikola mkejla bil-valur ġust mingħajr l-ispejjeż għall-bejgħ fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal assi li huma miżmuma bl-ammont rivalutat (jiġifieri valur ġust fid-data tar-rivalutazzjoni mingħajr kwalunkwe deprezzament akkumulat sussegwenti u telf ta' indeboliment akkumulat sussegwenti) skont IFRSs oħrajn, bħall-mudell ta' rivalutazzjoni fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli. L-unika differenza bejn il-valur ġust ta' assi u l-valur ġust tiegħu nieqes il-kostijiet tad-disponiment hija l-kostijiet diretti li jiżdiedu attribwibbli għad-disponiment tal-assi.

(a)

140F

[Imħassar]

140G

[Imħassar]

140K

[Imħassar]

140M

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 2, 4 u 5 u ħassar il-paragrafi 140F, 140G u 140K. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 37    Proveddimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

C37

Il-paragrafu 2 huwa emendat biex jinqara kif ġej, il-paragrafi 97 u 98 huma mħassra u l-paragrafu 101 huwa miżjud:

2.

Dan l-Istandard ma għandux japplika għal strumenti finanzjarji (inklużi garanziji) li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

97.

[Imħassar]

98.

[Imħassar]

101.

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 2 u ħassar il-paragrafi 97 u 98. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IAS 39    Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

C38

[Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

C39

Jitħassru l-intestatura ta' fuq il-paragrafu 1 u l-paragrafu 1.

C40

Il-paragrafu 2 huwa emendat biex jinqara kif ġej u jitħassru l-paragrafi 4–7:

2.

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għall-istrumenti finanzjarji kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji jekk, u sa fejn:

(a)

jiġu applikati l-IFRS 9 jippermetti li r-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta' dan l-Istandard; u

(b)

l-istrument finanzjarju jkun parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar li tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar skont dan l-Istandard.

4–7

[Imħassrin]

C41

Il-paragrafi 8 u 9 huma emendati biex jinqraw kif ġej:

8.

It-termini ddefiniti fl-IFRS 13, l-IFRS 9 u l-IAS 32 huma użati f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fl-Appendiċi A tal-IFRS 13, l-Appendiċi A tal-IFRS 9 u l-paragrafu 11 tal-IAS 32. L-IFRS 13, l-IFRS 9 u l-IAS 32 jiddefinixxu t-termini li ġejjin:

kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja

irtirar ta' rikonoxximent

derivattiv

metodu tal-imgħax effettiv

rata effettiva tal-imgħax

strument azzjonarju

valur ġust

assi finanzjarju

strument finanzjarju

obbligazzjoni finanzjarja

u jipprovdu gwida dwar l-applikazzjoni ta' dawk id-definizzjonijiet.

Fil-paragrafu 9, jitħassru d-“Definizzjoni ta' derivattiv”, “Definizzjonijiet ta' erba' kategoriji ta' strumenti finanzjarji”, “Definizzjoni ta' kuntratt ta' garanzija finanzjarja” u “Definizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent u l-kejl”.

C42

Jitħassru l-intestaturi u l-paragrafi 10–70 u l-paragrafu 79.

C43

Il-paragrafi 71, 88–90 u 96 huma emendati biex jinqraw kif ġej:

71.

Jekk entità tapplika l-IFRS 9 u ma tkunx għażlet bħala l-politika ta' kontabbiltà tagħha li tkompli tapplika r-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafu 7.2.19 tal-IFRS 9), għandha tapplika r-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-Kapitolu 6 tal-IFRS 9. Madankollu, għal ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura għar-rata tal-imgħax ta' sehem ta' portafoll tal-assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, entità tista', skont il-paragrafu 6.1.3 tal-IFRS 9, tapplika r-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f'dan l-Istandard minflok dawk fl-IFRS 9. F'dak il-każ l-entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħeġġ fuq il-valur ġust b'kontabbiltà għal ħeġġ ta' portafoll ta' riskju tar-rata tal-imgħax (ara l-paragrafi 81 A, 89 A u AG114–AG132).

88.

Relazzjoni tal-iħħeġġjar tkun tikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar skont il-paragrafi 89–102 biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati.

(a)

(d)

L-effettività tal-ħeġġ tista' titkejjel b'mod affidabbli, jiġifieri l-valur ġust jew il-flussi tal-flus tal-entrata ħħeġġjata li huma attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat u l-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar jistgħu jitkejla b'mod affidabbli.

(e)

Ħeġġijiet fuq il-valur ġust

89.

Jekk ħeġġ fuq il-valur ġust jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 88 matul il-perijodu, għandu jiġi kontabilizzat skont kif ġej:

(a)

(b)

il-qligħ jew telf fuq l-entrata ħħeġġjata attribwibbli lir-riskju ħħeġġjat għandu jaġġusta l-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata u jkun rikonoxxut fil-profitt jew telf. Dan japplika jekk l-entrata ħħeġġjata hux b'mod ieħor imkejjel skont il-kost. Rikonoxximent tal-qligħ jew telf attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat fil-profitt jew telf japplika jekk l-entrata ħħeġġjata hija assi finanzjarja mkejla fil-valur ġust permezz tal-introjtu ieħor komprensiv skont il-paragrafu 4.1.2 A tal-IFRS 9.

90.

Jekk huma ħħeġġjati biss riskji partikolari attribwibbli għal entrata ħħeġġjata, il-bidliet rikonoxxuti fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata li mhumiex relatati mar-riskju ħħeġġjat huma rikonoxxuti kif stabbilit fil-paragrafu 5.7.1 tal-IFRS 9.

96.

B'mod aktar speċifiku, ħeġġ għall-fluss tal-flus huwa kontabilizat kif ġej:

(a)

(c)

jekk strateġija ddokumentata ta' entità ta' mmaniġġjar tar-riskji għal relazzjoni partikolari ta' ħħeġġjar teskludi mill-valutazzjoni tal-effettività tal-iħħeġġjar komponent speċifiku tal-qligħ jew telf jew flussi ta' flus relatati fuq l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 74, 75 u 88(a)), dak il-komponent eskluż tal-qligħ jew telf huwa rikonoxxut skont il-paragrafu 5.7.1 tal-IFRS 9.

C44

Il-paragrafi 103C, 103D, 103F, 103K, 104 u 108C huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 103B, 103H–103J, 103L–103P, 103S, 105–107 A u 108E–108F u jiżdied il-paragrafu 103U:

103B

[Imħassar]

103C

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 95(a), 97, 98, 100, 102, 108 u AG99B. Entità tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

103D

[Imħassar]

103F

[Imħassar]

103H–103J

[Imħassrin]

103K

Titjib fl-IFRSs, maħruġ f'April 2009, emenda l-paragrafi 2(g), 97 u 100. Entità għandha tapplika l-emendi għal dawk il-paragrafi b'mod prospettiv għall-kuntratti kollha li ma jkunux skadew għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010 jew wara. Tista' tagħmel applikazzjoni kmieni. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu li jiġi qabel għandha tiddivulga dak il-fatt.

103L–103P

[Imħassrin]

103S

[Imħassar]

103U

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 2, 8, 9, 71, 88–90, 96, AG95, AG114, AG118 u l-intestaturi fuq AG133 u ħassar il-paragrafi 1, 4–7, 10–70, 103B, 103D, 103F, 103H–103J, 103L–103P, 103S, 105–107 A, 108E–108F, AG1–AG93 u AG96. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

104

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat b'mod retrospettiv ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 108. Il-bilanċ tal-ftuħ ta' qligħ imfaddal għall-aktar perjodu bikri ta' qabel ippreżentat u kull ammont imqabbel ieħor għandhom jiġu aġġustati bħallikieku dan l-Istandard minn dejjem kien fis-seħħ ħlief jekk ma jkunx prattiku li l-informazjoni tiġi ddikjarata b'mod ġdid. Jekk mhux prattiku li ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid, l-entità għandha tiddivulga dan il-fatt u tindika sa fejn l-informazzjoni kienet iddikjarata mill-ġdid.

105–107 A

[Imħassrin]

108C

Il-paragrafi 73 u AG8 ġew emendati mit-Titjib fl-IFRSs, maħruġ f'Mejju 2008. Il-paragrafu 80 ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f'April 2009. Entità tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni kmieni tal-emendi kollha hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu li jiġi qabel għandha tiddivulga dak il-fatt.

108E–108F

[Imħassrin]

C45

Fl-Appendiċi A, jitħassru l-intestaturi u l-paragrafi AG1–AG93 u l-paragrafu AG96.

C46

Fl-Appendiċi A, il-paragrafi AG95, AG114 u AG118 huma emendati biex jinqraw kif ġej u titħassar l-ewwel nota f'qiegħ il-paġna tal-paragrafu AG118(b):

AG95

Assi finanzjarju mkejjel fil-kost amortizzat jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar f'ħeġġ kontra r-riskju tal-munita barranija.

AG114

Għal ħeġġ fuq il-valur ġust tar-riskju tar-rata tal- imgħax assoċjat ma' portafoll ta' assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, entità tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Istandard jekk tikkonforma mal-proċeduri stabbiliti f'(a)–(i) u l-paragrafi AG115–AG132 ta' hawn taħt.

(a)

Bħala parti mill-proċess tal-immaniġġjar tar-riskju tagħha, l-entità tidentifika portafoll ta' entrati li tixtieq tiħħeġġja r-rata ta' riskju tal-imgħax tagħhom. Il-portafoll jista' jinkludi assi biss, obbligazzjonijiet biss jew kemm assi kif ukoll obbligazzjonijiet. L-entità tista' tidentifika żewġ portafolli jew aktar, f'liema każ tapplika l-gwida ta' hawn taħt għal kull portafoll separat.

(b)

AG118

Bħala eżempju tal-ispeċifikazzjoni stabbilita fil-paragrafu AG114(c), jekk f'perjodu partikolari ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid entità tistma li jkun fiha assi b'rata fissa ta' CU100 u obbligazzjonijiet b'rata fissa ta' CU80 u tiddeċiedi li tiħħeġġja l-pożizzjoni netta kollha ta' CU20, hija tispeċifika bħala entrati ħħeġġjati assi fl-ammont ta' CU20 (sehem tal-assi). L-ispeċifikazzjoni tingħata bħala “ammont ta' munita” (eż. ammont ta' dollari, euro, lira sterlina jew rand) minflok bħala assi individwali. Minn dan isegwi li l-assi (jew l-obbligazzjonijiet) li l-ammont iħħeġġjat jiġi prelevat minnhom—jiġifieri l-assi kollha ta' CU100 fl-eżempju ta' hawn fuq—iridu jkunu …

C47

Fl-Appendiċi A, l-intestatura ta' fuq il-paragrafu AG133 hija emendata biex tinqara kif ġej:

TRANŻIZZJONI (IL-PARAGRAFI 103–108C)

IFRIC 2    Ishma ta' Membri f'Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili

C48

Taħt l-intestatura “Referenzi”, titħassar ir-referenza għall-IAS 39 u tiżdied referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Jitħassru l-paragrafi 15 u 18 u jiżdied il-paragrafu 19:

15.

[Imħassar]

18.

[Imħassar]

19.

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi A8 u A10 u ħassar il-paragrafi 15 u 18. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

C49

Fl-Appendiċi, il-paragrafi A8 u A10 huma emendati biex jinqraw kif ġej:

A8

L-ishma tal-membri li jaqbżu l-projbizzjoni għat-tifdija huma obbligazzjonijiet finanzjarji. L-entità kooperativa tkejjel din l-obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali. Minħabba li dawn l-ishma jistgħu jinfdew fuq talba, l-entità kooperattiva tkejjel il-valur ġust ta' tali obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafu 47 tal-IFRS 13: “Il-valur ġust ta' obbligazzjoni finanzjarja b'karatteristika tad-domanda (eż. depożitu ta' domanda) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq talba …”. Għaldaqstant, l-entità kooperattiva tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji l-ammont massimu pagabbli fuq talba taħt id-dispożizzjonijiet tat-tifdija.

A10

Wara l-bidla fl-istatut regolatorju tagħha, l-entità kooperattiva issa tista' tkun meħtieġa tifdi massimu ta' 25 fil-mija tal-ishma pendenti tagħha jew massimu ta' 50 000 ishma bi CU20 kull wieħed. Għaldaqstant, fl-1 ta' Jannar 20X3 l-entità kooperattiva tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji ammont ta' CU1 000 000 li huwa l-ammont massimu pagabbli fuq domanda taħt id-dispożizzjonijiet tat-tifdija, kif determinat skont il-paragrafu 47 tal-IFRS 13. Għalhekk hi tittrasferixxi fl-1 ta' Jannar, 20X3, minn ekwità għal obbligazzjonijiet finanzjarji, ammont ta' CU200 000, u tħalli CU2 000 000 ikklassifikati bħala ekwità. F'dan l-eżempju l-entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf waqt it-trasferiment.

IFRIC 5    Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonar, Restawr u Riabilitazzjoni Ambjentali

C50

Taħt l-intestatura “Referenzi”, titħassar ir-referenza għall-IAS 39 u tiżdied referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-paragrafu 5 huwa emendat biex jinqara kif ġej, jitħassru l-paragrafi 14 A u 14C u jiżdied il-paragrafu 14D:

5.

Interess residwu f'fond li jestendi lil hinn minn dritt għal rimborż, bħal dritt kuntrattwali għal distribuzzjonijiet ladarba jkun tlesta d-dekummissjonar kollu jew fuq l-istralċ tal-fond, jista' jkun strument azzjonarju fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 u mhuwiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni.

14 A

[Imħassar]

14C

[Imħassar]

14D

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 5 u ħassar il-paragrafi 14 A u 14C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IFRIC 10    Rapportar Finanzjarju Interim u Indeboliment

C51

Taħt l-intestatura “Referenzi”, titħassar ir-referenza għall-IAS 39 u tiżdied referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-paragrafi 1, 2, 7 u 8 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 5, 6, 11–13, u jiżdied il-paragrafu 14:

1.

Entità hija mitluba tivvaluta l-avvjament għal indeboliment fi tmiem kull perjodu tar-rapportar, u, jekk meħtieġ, tirrikonoxxi telf minn indeboliment f'dik id-data skont l-IAS 36. Madankollu, fi tmiem perjodu sussegwenti tar-rapportar, il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu nbidlu tant li t-telf minn indeboliment ikun tnaqqas jew ġie evitat kieku l-valutazzjoni tal-indeboliment tkun saret biss f'dik id-data. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar jekk telf bħal dan minn indeboliment għandux jiġi rriversjat.

2.

L-Interpretazzjoni tindirizza l-interazzjoni bejn ir-rekwiżiti tal-IAS 34 u r-rikonoxximent ta' telf minn indeboliment fuq avvjament fl-IAS 36, u l-effett ta' dik l-interazzjoni fuq rapporti finanzjarji interim u annwali sussegwenti.

5.

[Imħassar]

6.

[Imħassar]

7.

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjoni li ġejja:

Entità għandha tirriversja telf minn indeboliment rikonoxxut f'perjodu interim fuq avvjament jekk telf ma jkunx ġie rikonoxxut, jew telf iżgħar ma jkunx ġie rikonoxxut, kieku valutazzjoni ta' indeboliment tkun saret biss fit-tmiem ta' perjodu sussegwenti ta' rapportar?

KUNSENS

8.

Entità ma għandhiex tirriversja telf minn indeboliment rikonoxxut f'perjodu interim preċedenti fir-rigward ta' avvjament.

11–13

[Imħassrin]

14.

L-FRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 1, 2, 7 u 8 u ħassar il-paragrafi 5, 6, 11–13. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IFRIC 12    Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizzi

C52

Taħt l-intestatura “Referenzi”, titħassar ir-referenza għall-IAS 39 u tiżdied referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-paragrafi 23–25 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 28 A–28c u jiżdied il-paragrafu 28E:

23

L-IAS 32 u l-IFRSs 7 u 9 japplikaw għall-assi finanzjarju rikonoxxut skont il-paragrafi 16 u 18.

24

L-ammont dovut minn jew fid-direzzjoni tal-konċedent huwa kontabilizzat skont l-IFRS 9 kif imkejjel fuq:

(a)

kost amortizzat;

(b)

valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komrensiv; jew

(c)

valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

25

Jekk l-ammont dovut mill-konċedent jitkejjel fil-kost amortizzat jew valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv, l-IFRS 9 jeħtieġ imgħax ikkalkolat bil-metodu tal-imgħax effettiv li għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

28 A–28C

[Imħassrin]

28E

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 23–25 u ħassar il-paragrafi 28 A–28C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

IFRIC 16    Ħeġġijiet ta' Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija

C53

Tiżdied referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji taħt l-intestatura “Referenzi”.

C54

Il-paragrafi 3, 5–7, 14 u 16 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassar il-paragrafu 18 A u jiżdied il-paragrafu 18B:

3.

L-IFRS 9 jeħtieġ l-ispeċifikazzjoni ta' entrata ħħeġġjata eliġibbli u strumenti għall-iħħeġġjar eliġibbli f'relazzjoni ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk ikun hemm relazzjoni tal-iħħeġġjar iddenominata, fil-każ ta' ħeġġ ta' investiment nett, il-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħeġġjar li jkun stabbilit bħala ħeġġ effettiv tal-investiment nett huwa rrikonoxxut f'introjtu ieħor kumplessiv u inkluż mad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija.

5.

L-IFRS 9 jippermetti lil entità tispeċifika strument finanzjarju derivattiv jew nonderivattiv (jew taħlita ta' strumenti finanzjarji derivattivi u nonderivattivi) bħala strumenti għall-iħħeġġjar għal riskju tal-munita barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar fejn, fi ħdan grupp, strumenti għall-iħħeġġjar li jkunu ħeġġijiet ta' investiment nett f'operazzjoni barranija jistgħu jinżammu biex jikkwalifikaw għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

6.

L-IAS 21 u l-IFRS 9 jeħtieġu ammonti kumulattivi rikonoxxuti f'introjtu ieħor komprensiv relatati kemm mad-differenzi fil-kambju li jinħolqu mal-qlib tar-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija u l-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li huwa determinat li jkun ħeġġ effettiv tal-investiment nett li għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament ta' klassifikazzjoni mill-ġdid meta l-kumpanija prinċipali tiddisponi mill-operazzjoni barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif entità għandha tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf kemm għall-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll għall-entrata ħħeġġjata.

7.

Din l-Interpretazzjoni tapplika għal entità li tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija li jirriżulta mill-investimenti netti tagħha f'operazzjonijiet barranin u li tixtieq tikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar skont l-IFRS 9. Għal finijiet ta' konvenjenza din l-Interpretazzjoni tirreferi għal tali entità bħala entità prinċipali u għar-rapporti finanzjarji li fihom ikunu inklużi l-assi netti ta' operazzjonijiet barranin bħala rapporti finanzjarji konsolidati. Kull referenza għal entità prinċipali tapplika wkoll għal entità li jkollha investiment nett f'operazzjoni barranija li tkun impriża konġunta, kumpanija assoċjata jew fergħa.

14.

Strument derivattiv kif ukoll wieħed nonderivattiv (jew taħlita ta' strumenti derivattiv u nonderivattiv) jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar f'ħeġġ ta' investiment nett f'operazzjoni barranija. L-istrument(i) għall-iħħeġġjar jistgħu jinżammu minn kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp, diment li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-effettività tal-IFRS 9 il-paragrafu 6.4.1 li jirrigwardaw ħeġġ ta' investiment nett. B'mod partikolari, l-istrateġija tal-iħħeġġjar tal-grupp għandha tiġi ddokumentata b'mod ċar minħabba l-possibbiltà ta' speċifikazzjonijiet differenti f'livelli differenti tal-grupp.

16.

Meta titneħħa operazzjoni barranija li kienet iħħeġġjata, l-ammont ikklassifikat mill-ġdid għal profitt jew telf bħala aġġustament ta' klassifikazzjoni mill-ġdid mir-riżerva ta' qlib ta' munita barranija fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-kumpanija prinċipali fir-rigward tal-istrument għall-iħħeġġjar huwa l-ammont li l-IFRS 9 il-paragrafu 6.5.14 jeħtieġ li jiġi identifikat. Dak l-ammont huwa l-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-iħħeġġjar li kien stabbilit li hu ħeġġ effettiv.

18 A

[Imħassar]

18B

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 3, 5–7, 14, 16, AG1 u AG8 u ħassar il-paragrafu 18 A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

C55

Fl-Appendiċi, il-paragrafi AG1 u AG8 huma emendati biex jinqraw kif ġej:

AG1

Dan l-appendiċi juri l-applikazzjoni tal-Interpretazzjoni permezz tal-istruttura korporattiva murija hawn taħt. Fil-każijiet kollha, ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar deskritti jiġu ttestjati għall-effettività skont l-IFRS 9, għalkemm dan l-ittestjar mhuwiex diskuss f'dan l-appendiċi. Il-kumpanija prinċipali, li hija l-entità prinċipali finali, tippreżenta r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha fil-munita funzjonali tagħha tal-euro (EUR). Kull waħda mis-sussidjarji hija akkwistata totalment. L-investiment nett tal-kumpanija prinċipali ta' £500 miljun fis-Sussidjarja B (munita funzjonali liri sterlini (GBP)) jinkludi l-ekwivalenti ta' £159 miljun tal-investiment nett ta' US$300 miljun tas-Sussidjarja B fis-Sussidjarja C (munita funzjonali dollaru Amerikan (USD)). Fi kliem ieħor, l-assi netti tas-Sussidjarja B apparti l-investiment tagħha fis-Sussidjarja C huma ta' £341 miljun.

AG8

Meta s-Sussidjarja C titneħħa, l-ammonti kklassifikati mill-ġdid għal profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija prinċipali mir-riżerva ta' qlib ta' munita barranija (FCTR) tagħha huma:

(a)

fir-rigward tas-self estern ta' US$300 miljun tas-Sussidjarja A, l-ammont li l-IFRS 9 jeħtieġ li jiġi identifikat, jiġifieri l-bidla totali fil-valur fir-rigward tar-riskju tal-kambju barrani li kien rikonoxxut f'introjtu ieħor komprensiv bħala l- sehem effettiv tal-ħeġġ; u

(b)

IFRIC 19    Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji

C56

Taħt l-intestatura “Referenzi”, titħassar ir-referenza għall-IAS 39 u tiżdied referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-paragrafi 4, 5, 7, 9 u 10 huma emendati biex jinqraw kif ġej, jitħassru l-paragrafi 14 u 16 u jiżdied il-paragrafu 17:

4.

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

Jinħarġu strumenti azzjonarji ta' entità biex ineħħu l-obbligazzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha ta' “korrispettiv imħallas” skont il-paragrafu 3.3.3 tal-IFRS 9?

(b)

KUNSENS

5.

Il-kwistjoni tal-istrumenti azzjonarji ta' entità lil kreditur biex ineħħu l-obbligazzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha hija korrispettiv imħallas skont il-paragrafu 3.3.3 tal-IFRS 9. Entità għandha tneħħi obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) mid-dikjarazzjoni tagħha ta' pożizzjoni finanzjarja biss meta titneħħa skont il-paragrafu 3.3.1 tal-IFRS 9.

7.

Jekk il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli, l-istrumenti azzjonarji għandhom jitkejlu b'mod li jirriflettu l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja mneħħija. Fil-kejl tal-valur ġust ta' obbligazzjoni finanzjarja mneħħija li tinkludi aspett ta' domanda (eż. depożitu liberu), il-paragrafu 47 tal-IFRS 13 ma japplikax.

9.

Id-differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) imneħħija, u l-korrispettiv imħallas, għandha tkun rikonoxxuta fil-profitt jew telf, skont il-paragrafu 3.3.3 tal-IFRS 9. L-istrumenti azzjonarji maħruġa għandhom jiġu rikonoxxuti inizjalment u jitkejlu fid-data li l-obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn dik l-obbligazzjoni) tkun tneħħiet.

10.

Meta titneħħa biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja, il-korrispettiv għandu jiġi allokat skont il-paragrafu 8. Il-korrispettiv allokat għall-obbligazzjoni li jifdal għandu jiġi inkluż fil-valutazzjoni ta' jekk it-termini tal-obbligazzjoni li jifdal tbiddlux sostanzjalment. Jekk l-obbligazzjoni li jifdal tkun inbidlet sostanzjalment, l-entità għandha tirrapporta l-modifika bħala estinzjoni tal-obbligazzjoni oriġinali u r-rikonoxximent ta' obbligazzjoni ġdida kif meħtieġ mill-paragrafu 3.3.2 tal-IFRS 9.

14.

[Imħassar]

16.

[Imħassar]

17.

L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafi 4, 5, 7, 9 u 10 u ħassar il-paragrafi 14 u 16. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

INTERPRETAZZJONI 27 TAL-SIC    Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Tranżazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Lokazzjoni

C57

Taħt l-intestatura “Referenzi”, titħassar ir-referenza għall-IAS 39 u tiżdied referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-paragrafu 7 u t-taqsima ta' taħt “Data effettiva” huma emendati biex jinqraw kif ġej:

7.

Obbligi oħra ta' arranġament, inklużi kwalunkwe garanzija pprovduta u obbligu mġarrbin minħabba terminazzjoni bikrija, għandhom jiġu kkontabilizzati skont l-IAS 37, l-IFRS 4 jew l-IFRS 9, skont it-termini.

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Diċembru 2001. Il-bidliet fil-politiki kontabilistiċi jiġu kontabilizzati skont l-IAS 8.

L-IFRS 9 emenda l-paragrafu 7. Entità tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.


(1)  kont il-paragrafu 7.2.21, bħala l-politika kontabilistika tagħha, entità tista' tagħżel li tkompli tapplika r-rekwiżiti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar fl-IAS 39 minflok ir-rekwiżiti fil-Kapitolu 6 ta' dan l-Istandard. Jekk entità tkun għamlet din l-għażla, ir-referenzi f'dan l-Istandard għal rekwiżiti partikolari ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-Kapitolu 6 mhumiex rilevanti. Minflok l-entità tapplika r-rekwiżiti rilevanti ta' kontabbiltà għall-iħħeġġjar fl-IAS 39.

(2)  Dan it-terminu (kif definit fl-IFRS 7) jintuża fir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta' kreditu fuq l-obbligazzjonijiet indikati skont il-valur ġust permezz ta' profitt jew telf (ara l-paragrafu 5.7.7).

(3)  L-IFRS 3 jindirizza l-akkwiżizzjoni ta' kuntratti b'derivattivi inkorporati f'kombinament ta' negozji.

(4)  F'dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f'“unitajiet tal-valuta” (CU) u “unitajiet ta' munita barranija” (FC).