5.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/51


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1937

tal-4 ta' Novembru 2016

li japprova ċ-ċiflutrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista inkludiet iċ-ċiflutrin.

(2)

Iċ-ċiflutrin ġie evalwat f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fi prodotti tat-tip ta' prodott 18 insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, u li jikkorrispondi mat-tip ta' prodott 18 kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Ġermanja ntagħżlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, u fit-23 ta' Diċembru 2010 bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, fis-16 ta' Frar 2016 ġiet ifformulata l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-użu fi prodotti tat-tip ta' prodott 18 mill-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali, b'kunsiderazzjoni għall-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tal-kategorija tat-tip ta' prodott 18, u li fihom iċ-ċiflutrin jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, dment li jkunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet dwar l-użu tagħhom.

(6)

Huwa għalhekk xieraq li ċ-ċiflutrin għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Qabel ma tiġi approvata sustanza attiva għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċiflutrin huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' IdentifikazzjoniI

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data ta' approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Ċiflutrin

Isem tal-IUPAC:

(RS)-α-Ċiano-4-fluworo-3-fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

Nru tal-KE: 269-855-7

Nru CAS: 68359-37-5

955 g/kg (95,5 % w/w)

fl-1 ta' Marzu 2018

fit-28 ta' Frar 2028

18

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

(2)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użu vvalutati, fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari:

(a)

l-ilma tal-wiċċ u s-sediment għall-prodotti użati f'binjiet domestiċi u f'binjiet fejn jinżammu l-annimali b'rilaxx f'impjant tat-trattament tad-drenaġġ;

(b)

l-ilma tal-wiċċ u s-sediment għal prodotti użati f'binjiet fejn jinżammu l-annimali b'rilaxx dirett fl-ilma tal-wiċċ;

(c)

l-ilma tal-wiċċ u s-sediment wara l-applikazzjoni tad-demel fuq il-ħamrija agrikola għal prodotti użati f'binjiet fejn jinżammu l-annimali.

(3)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi ta' residwu (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi ta' dawk eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa tal-mitigazzjoni tar-riskju biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata skont l-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun ta' purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).