28.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/122


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1825 tas-6 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 901/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 279 tal-15 ta' Ottubru 2016 )

F'paġna 79, fl-Anness, il-punt 3(c) li jibdel il-punt 5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness V għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014 jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

fl-Appendiċi 1, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Eżempju għal mutur L3e-A3 b'informazzjoni addizzjonali għall-vettura kkonvertita (CV), mutur L3e-A2, 'il barra mir-rettangolu mmarkat b'mod ċar. F'dan il-każ għall-fini ta' modifika awtorizzata temporanja u riversibbli tal-manifattur fl-ewwel mutur L3e-A3 irreġistrat sabiex jiġi rreġistrat fil-livell nazzjonali wara l- konverżjoni tiegħu b'konfigurazzjoni L3e-A2 b'potenza mnaqqsa (eż. għall-operaturi tal-vetturi b'liċenzja tas-sewqan A2):

MOTORUDOLPH

L3e-A3

e4*168/2013*2691

JRM00DBP008002211

84 dB(A) — 4 250 min– 1

massimu ta' 352 kg

L3e-A2

e4*168/2013*2692

83 dB(A) — 3 750 min– 1

35 kW’”.