13.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/1


REGOLAMENTDELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1788

tal-14 ta’ Lulju 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi, u li jemenda u jikkoreġi r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014, (UE) 2015/96, (UE) 2015/68 u (UE) 2015/208 fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali, ir-rekwiżiti ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unitajiet tal-propulsjoni, ir-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi u rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 17(5), 18(4), 19(6), 20(8), 27(6), 28(6), 49(3), 53(12), 60(1), 61 u 70 tiegħu,

Billi:

(1)

Peress illi l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 jippermetti l-użu ta’ metodi ta’ ttestjar virtwali bħala alternattiva għal testijiet fiżiċi mwettqa minn servizzi tekniċi magħżula, u meta wieħed iqis li dawn il-metodi tal-ittestjar virtwali inaqqsu b’mod konsiderevoli l-piż fuq il-manifatturi u huma partikolarment faċli li jiġu applikati fir-rigward tal-verifika dimensjonali, mal-lista ta’ rekwiżiti li jistgħu jkunu soġġetti għal ittestjar virtwali stipulat fl-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 (2), għandhom jiżdiedu aktar rekwiżiti.

(2)

Sabiex titjieb il-preċiżjoni, ir-rekwiżiti tekniċi relatati mal-apparat ta’ kejl għal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq, stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 għandhom jiġu aġġornati skont il-progress tekniku.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza huwa neċessarju li jiġu pprovduti aktar kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-komponenti, fir-rigward ta’ sedil fl-Anness XIV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014.

(4)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u preċiżjoni, għandhom jiżdiedu aktar rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-manwal tal-operatur skont l-Anness XXII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni fuq kif għandhom jiġu ffissati lateralment u vertikalment il-konnessjonijiet ta' gganċjar minn tliet postijiet, għall-ivvjaġġar fit-toroq, fir-rigward ta' struzzjonijiet u twissijiet speċifiċi fuq id-dimensjonijiet imnaqqsa tal-apparat protettiv għall-konnessjonijiet motorizzati tat-tip 3 u fir-rigward tal-intervalli ta’ iggriżjar.

(5)

Minħabba d-disinn tekniku tagħhom, il-vetturi tal-kategorija T jew C bi trażmissjoni idrostatika kkontrollati mis-sieq leminija, kif ukoll il-vetturi tal-kategorija C b’veloċità ddisinjata ta’ anqas minn 15-il km/h, imsemmija fl-Anness XXIII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1322/2014 rigward l-apparati tal-kontroll, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li pedali tal-klaċċ, l-aċċelleratur u l-brejk ikollhom l-istess funzjoni u arranġament bħal dawk ta’ vettura motorizzata.

(6)

Biex titjieb il-preċiżjoni, ir-rekwiżiti għall-istartjar sikur tal-magna, kif stabbilit fl-Anness XXIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 għandhom jiġu mtejba u adattati għall-karatteristiki speċifiċi ta’ ċerti disinni tal-vettura.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, ir-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ kontroll relatati mat-terminals virtwali, stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 (3) rigward rekwiżiti dwar sistemi ta’ informazzjoni tas-sewwieq, għandhom jiġu ttrasferiti għall-Anness XXIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 rigward ir-rekwiżiti għall-istrumenti ta’ kontroll.

(8)

Għall-finijiet tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ mmarkar għall-pajpijiet idrawliċi flessibbli stipulati fl-Anness XXIV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 rigward il-protezzjoni minn perikli mekkaniċi oħrajn għandhom jiġu armonizzati mal-istandard ISO 17165-1:2007 , li bħalissa qegħdin jintużaw minn manifatturi tal-pajpijiet.

(9)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza, huwa meħtieġ li fl-ambitu tal-Anness XXIX tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 rigward il-protezzjoni mis-sustanzi perikolużi, jiġi inkluż kull trattur mgħammar b’kabina, inklużi dawk mgħammra b’kabini ta’ livell 1, anki jekk dawn ma jipprovdu l-ebda protezzjoni.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li t-tifsira tat-terminu “kabina” hija mifhuma bl-istess mod, għandha tiddaħħal definizzjoni għal “kabina” fir-Regolament Delegat (UE) 2015/208. Id-definizzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-istandard rikonoxxut internazzjonalment EN 15695-1:2009.

(11)

Il-kalkolu tal-veloċità massima teoretika ta' trattur, kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandu jqis l-aħħar żviluppi tekniċi fir-rigward tal-kontroll tal-magna.

(12)

Il-kundizzjonijiet biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ISO stipulati fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 rigward il-kamp viżiv u l-wajpers tal-windskrin ma jinkludux b’mod espliċitu l-kundizzjonijiet rigward il-viżjoni diretta u indiretta. Il-kundizzjonijiet marbuta mal-viżjoni diretta u indiretta għandhom ikunu ddikjarati b’mod ċar f’dak l-Anness biex jiżgura li l-istandards tal-ISO jiġu ssodisfati b’mod uniformi.

(13)

L-installazzjonijiet tad-dwal imsemmija fl-Anness XII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti aktar stretti għal tratturi veloċi, biex tittejjeb is-sikurezza tagħhom.

(14)

Il-mekkaniżmi ta’ kontroll, li jipprovdu informazzjoni tattili lis-sewwieq, ikollhom it-truf ħerġin 'il barra. Sabiex l-okkupanti tal-vettura jiġu protetti filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li tiġi pprovduta informazzjoni tattili, jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-apparati fl-Anness XIII tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/208.

(15)

Fl-Anness XIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom jiddaħħlu rekwiżiti speċifiċi għall-partijiet ta' barra tal-vetturi agrikoli u tal-forestrija, kif ukoll għall-aċċessorji tagħhom, minħabba l-iskop partikolari ta’ ċerti konfigurazzjonijiet ta’ barra.

(16)

Ir-rekwiżiti għat-tisħin u t-tkessiħ tal-kabina fl-Anness XVII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Anness XXIX tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 dwar il-livell ta' pressjoni u l-fluss tal-arja.

(17)

Huwa meħtieġ li titjieb il-viżibbiltà tal-pjanċi ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Anness XIX tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208.

(18)

Ċerti rekwiżiti dwar it-tankijiet tal-fjuwil fl-Anness XXV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom jiġu allinjati mal-aħħar żviluppi tekniċi stipulati fir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE).

(19)

Minħabba d-dimensjonijiet partikolari tat-tratturi tat-tip T2, huwa meħtieġ li jiġi adattat it-tul tal-pjattaforma speċifikata fl-Anness XXVIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208.

(20)

Ir-rekwiżiti tal-apparat tal-irmonk fl-Anness XXIX tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jeħtieġ li jiġu adattati biex jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi.

(21)

Definizzjonijiet addizzjonali huma meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċineg tal-art fl-Anness XXXIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208. Huwa wkoll meħtieġ li għadd ta’ definizzjonijiet eżistenti jiġu aġġornati biex jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi.

(22)

Termini u rekwiżiti addizzjonali huma meħtieġa fir-rigward ta’ igganċjar mekkaniku fl-Anness XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-testijiet, kemm dawk li jsiru fuq il-vettura tal-irmonk (it-trattur), kif ukoll il-vettura rmunkata (il-karru jew it-tagħmir irmunkat interkambjabbli). Jeħtieġ li għadd ta’ termini u rekwiżiti fir-rigward tal-igganċjar mekkaniku jiġu adattati biex jiġi evitat l-użu tal-istess termini f’kuntesti differenti.

(23)

Ċerti termini u rekwiżiti relatati mal-ibbrejkjar ta’ vetturi agrikoli u tal-forestrija fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 (4) għandhom jiġu allinjati mal-aħħar żviluppi tekniċi rigward il-kostruzzjoni u l-armar tal-brejkijiet.

(24)

It-testijiet tal-ibbrejkjar stipulati fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/68 għandhom jiġu allinjati mal-aħħar żviluppi tekniċi fir-rigward tal-imġiba u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar u mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament Nru 13 tan-NU/KEE.

(25)

Definizzjonijiet addizzjonali sabiex jinstabu testijiet alternattivi tal-ibbrejkjar huma meħtieġa u ċerti termini u rekwiżiti dwar alternattivi tat-testijiet tal-ibbrejkjar stipulati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/68 għandhom jiġu ċċarati sabiex ikun hemm allinjament sħiħ mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Nru 13 tan-NU/KEE.

(26)

Ċerti termini u rekwiżiti relatati mal-ibbrejkjar ta’ vetturi agrikoli u tal-forestrija bi trażmissjoni idrostatika, stipulati fl-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68, għandhom jiġu allinjati mal-aħħar iżviluppi tekniċi reċenti rigward ir-rendiment tal-brejkijiet armati fuq vetturi bħal dawn.

(27)

Ir-rekwiżiti fl-Anness XII tar-Regolament DElegat (UE) 2015/68 għal sistema tal-ibbrejkjar ikkontrollata b’mod elettroniku fuq ċerti tratturi għandhom jiġu adattati biex jiġu evitati fallimenti fl-ogħla livell possibbli u biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar.

(28)

Id-definizzjonijiet rigward l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 (5) għandhom jiġu allinjati mad-definizzjonijiet korrispondenti użati fir-rigward ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq. Huwa meħtieġ ukoll li r-rekwiżiti għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq stabbiliti f’dak ir-Regolament jiġu allinjati mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u mar-Regolament Nru 96 tan-NU/KEE.

(29)

Sabiex tittejjeb il-leġibbiltà u ċ-ċarezza tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68 u tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208, huwa meħtieġ li jiġu korretti ċerti żbalji editorjali, kontradizzjonijiet u referenzi ħżiena.

(30)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi għandu jippermetti li jiġu stabbiliti rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali għal kategoriji ta’ vetturi addizzjonali fejn meħtieġ.

(31)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(32)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 u r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom għalhekk jiġu emendati u kkoreġuti kif xieraq.

(33)

Peress li r-Regolament (UE) Nru 167/2013, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 u r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 huma diġà applikabbli u li l-emendi għal dawn l-atti jinkludu għadd ta’ korrezzjonijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 qed jiġi emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/96

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza u s-sentenza introduttiva tinbidel b'dan li ġej:

“Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Anness XXXIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 (*1). Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(*1)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 42, 17.2.2015, p. 1).”"

(b)

il-punt (2) jinbidel b'dan li ġej:

“(2)

"sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost” tfisser il-passaġġ tal-gassijiet tal-egżost minn apparat jew sistema li l-għan tagħhom ikun li jibdlu b'mod kimiku jew fiżiku l-inkwinanti mormija qabel ir-rilaxx tagħhom fl-atmosfera. Dawn jinkludu katalisti, filtri tal-partikoli jew kwalunkwe komponent, sistema jew unità teknika separata oħrajn għat-tnaqqis jew it-trattament tal-emissjonijiet ta' inkwinanti f'għamla ta' gass jew partikoli tal-magna mill-egżost;”

(c)

il-punti (4) u (5) jinbidlu b’dan li ġej:

“(4)

‘tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis’ tfisser komponent, sistema jew unità teknika separata li jkunu parti mis-sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost;

(5)

‘tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni’ tfisser komponent, sistema jew unità teknika separata maħsuba biex jissostitwixxu, parzjalment jew totalment, sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost fuq vettura bit-tip approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 u dan ir-Regolament;”

(d)

il-punt (12) jinbidel b’dan li ġej:

“(12)

‘saħħa netta’ tfisser is-saħħa miksuba fuq bank tat-test fit-tarf tal-crankshaft jew l-ekwivalenti tiegħu fil-veloċità korrispondenti tal-magna bl-apparat awżiljarju elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 120 tan-NU/KEE, is-serje 01 ta’ emendi (*2), iddeterminata f’kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza.

(*2)  ĠU L 166, 30.6.2015, p. 170”"

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-approvazzjoni-tat-tip rigward l-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost u r-rekwiżiti tal-livell ta' ħoss estern tista' tiġi estiża mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għal varjanti, verżjonijiet u tipi u familji ta' magni tal-vetturi differenti, diment li l-parametri tal-varjant tal-vettura, l-unità tal-propulsjoni u s-sistema għall-kontroll tat-tniġġis ikollhom rendiment identiku jew jibqgħu fi ħdan il-livelli speċifikati fl-Artikolu 19(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.”

(b)

fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

il-parametri tat-tip ta' magna jew tal-familja ta' magni, kif stipulat fl-Anness II tad-Direttiva 97/68/KE u fil-punt 9.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b)

is-sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost kif deskritt fil-punt 6.10 tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE u l-punt 9.1.10 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-punt 3.3 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament;”

(c)

fil-paragrafu 4, il-punti (d), (e) u (f) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

fir-rigward tal-fjuwils ta' referenza, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness 7 tar-Regolament Nru 120 tan-NU/KEE, is-serje 01 ta' emendi jew l-Anness V tad-Direttiva 97/68/KE;

(b)

fir-rigward tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 5 tal-Anness III tad-Direttiva 97/68/KE;

(c)

fir-rigward tat-tagħmir tat-testijiet, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 97/68/KE.”

(3)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Minbarra r-rekwiżiti msemmija fl-ewwel paragrafu, biex approvazzjoni tat-tip alternattiva tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament, il-manifattur għandu jipprovdi aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura skont il-Kapitolu XV tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 (*3).

(*3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).”"

(4)

l-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Kejl tal-livell tal-ħoss estern

1.   Is-servizzi tekniċi għandhom ikejlu l-livell tal-ħoss estern tal-vetturi agrikoli u forestali tal-kategorija T mgħammra b'tajers pnewmatiċi u tal-kategorija C mgħammra b'ċineg forma ta' ċinturin jaħdmu, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-test stabbiliti fil-punt 1.3.1 tal-Anness III.

2.   Il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-testijiet stabbiliti fil-punt 1.3.2 tal-Anness III għandhom isiru wkoll għal vetturi wieqfa tal-agrikoltura u tal-foresterija tal-kategoriji T u C, mgħammra b'ċineg forma ta' ċinturin, u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati mis-servizzi tekniċi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 1.3.2.4 tal-Anness III.

3.   Is-servizzi tekniċi għandhom ikejlu l-livell tal-ħoss estern tal-vetturi tal-agrikoltura u tal-foresterija tal-kategorija C mgħammra b'karrett fuq il-ktajjen, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-test stazzjonarju stabbiliti fil-punt 1.3.2 tal-Anness III.

4.   Il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-testijiet stabbiliti fil-punt 1.3.3 tal-Anness III għandhom isiru għal vetturi tal-agrikoltura u tal-foresterija tal-kategorija C mgħammra b'ċineg forma ta' ktajjen u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati mis-servizzi tekniċi.”

(5)

L-Artikolu 10 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Rekwiżiti għar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni

Għall-evalwazzjoni tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali, għandha titkejjel is-saħħa netta, it-torque tal-magna u l-konsum speċifiku tal-fjuwil skont ir-Regolament Nru 120 tan-NU/KEE, is-serje 01 ta' emendi.”

(6)

fl-Artikolu 11(4), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, id-dati stabbiliti fl-Artikolu 9(3c), 9(3d) u 9(4a) tad-Direttiva 97/68/KE, għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, kif definit fl-Artikolu 4(3), (6) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, u mgħammra b'magni tal-kategoriji L sa R, għandhom jiġu posposti għal 3 snin.”

(7)

L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Bla ħsara għall-Artikolu 11, jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati mal-emissjonijiet tal-vetturi, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta' vettura jew magna, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta' vettura ġdida u l-bejgħ jew l-użu ta' magni ġodda, jekk il-vettura kkonċernata jew il-magni kkonċernati jkunu konformi mar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 (*4).

(*4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).”"

(8)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel li ġej:

“1.   B'deroga mill-Artikolu 4(1), fir-rigward tal-emissjonijiet inkwinanti, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' għadd limitat ta' vetturi mgħammra b'magni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/68/KE skont skema ta’ flessibbiltà, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, fuq talba tal-manifattur, u bil-kundizzjoni li awtorità tal-approvazzjoni tkun tat il-permess rilevanti għad-dħul fis-servizz.”

(9)

L-Annessi I sa IV huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/68

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza u s-sentenza introduttiva tinbidel b'dan li ġej:

“Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 u fl-Annessi XII u XXXIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 (*5). Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(*5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 42, 17.2.2015, p. 1).”"

(b)

il-punt (5) jinbidel b'dan li ġej:

“(5)

‘trażmissjoni’ tfisser il-kombinament ta’ komponenti li jinsabu bejn l-apparat ta’ kontroll u l-brejk, esklużi l-linji ta’ kontroll, il-linji ta’ provvista u l-linji supplimentari bejn it-tratturi u l-vetturi rmunkati, u li jikkollegawhom b'mod funzjonali permezz ta' mezzi mekkaniċi, idrawliċi, pnewmatiċi jew elettriċi jew bl-użu ta’ xi kombinament ta’ dawn il-mezzi; fejn il-qawwa tal-ibbrejkar tinkiseb minn sors ta’ enerġija indipendenti mis-sewwieq jew hija assistita minn sors bħal dan, ir-riżerva tal-enerġija fis-sistema hija wkoll parti mit-trażmissjoni;”

(c)

il-punt (17) jitħassar;

(d)

jiżdiedu l-punti (37) u (38) li ġejjin:

“(37)

‘sors tal-enerġija’ tfisser apparat li jipprovdi l-enerġija meħtieġa biex tattwa l-brejkijiet, direttament jew indirettament permezz ta’ apparat ta’ ħżin tal-enerġija;

(38)

‘apparat ta’ ħżin tal-enerġija’ tfisser apparat li jaħżen l-enerġija pprovduta mis-sors tal-enerġija biex jitħaddmu jew jiġu rilaxxati l-brejkijiet.”

(1)

L-Annessi I sa V, VII, VIII, IX, X, XI, XII u XIII huma emendati skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/208

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/208 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (5) jinbidel b'dan li ġej:

“(5)

‘Tajers imwaħħla normalment’ tfisser it-tip jew it-tipi ta’ tajer ipprovduti mill-manifattur fuq it-tip ta’ vettura inkwistjoni u speċifikati fid-dokument ta’ informazzjoni, li l-mudell tiegħu huwa stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 (*6);

(*6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).”"

(b)

il-punt (6) jinbidel b'dan li ġej:

“(6)

‘Ċineg imwaħħla normalment’ tfisser it-tip jew it-tipi ta’ ċineg ipprovduti mill-manifattur fuq it-tip ta’ vettura inkwistjoni u speċifikati fid-dokument ta’ informazzjoni, li l-mudell tiegħu huwa stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504;”

(c)

il-punt (12) jinbidel b'dan li ġej:

“(12)

‘Vettura mgħobbija’ tfisser vettura mgħobbija bil-massa massima teknikament permissibbli tagħha;”

(d)

jiżdied il-punt (13) li ġej:

“(13)

‘kabina’ tfisser struttura għall-operatur li tilqagħlu fiżikament u li ma tħallix l-arja esterna tidħol fiż-żona tal-operatur.”

(2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-metodi tal-kejl u r-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu rrappurtati lill-awtorità tal-approvazzjoni fil-format tar-rapport tat-test stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(3)

L-Annessi I, III, V, VII, X, XII sa XV, XVII, XIX, XX, XXII, XXV sa XXXI, XXXIII u XXXIV huma emendati skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 42, 17.2.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 tal-15 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fir-ringiela “Nru 6”, fil-kaxxa li tikkorrispondi mal-kolonna “Referenza tal-att regolatorju”, tiddaħħal l-abbrevjazzjoni li ġejja:

“RVFSR”;

(2)

fir-ringiela “Nru 9”, l-entrata li tikkorrispondi għall-kategorija ta’ vetturi T3a tinbidel bl-ittra “X”;

(3)

fir-ringiela “Nru 17”, l-entrata li tikkorrispondi għall-kategorija ta’ vetturi T3b tinbidel bl-ittra “X”;

(4)

fir-ringiela “Nru 23”, l-entrati li jikkorrispondu għall-kategoriji ta’ vetturi T3a u T3b jinbidlu bl-ittra “X”;

(5)

fir-ringiela “Nru 30”, l-entrati li jikkorrispondu għall-kategoriji ta’ vetturi Ca u Cb jinbidlu bl-ittra “X”;

(6)

fir-ringiela “Nru 34”, fil-kaxxa li tikkorrispondi għall-kategorija ta’ vetturi T3b tiddaħħal l-ittra li ġejja:

“X”.


ANNESS II

L-Annessi III, V, VII, IX, X, XIII sa XVIII u XXI sa XXIV, XXIX sa XXVI u tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 5.2, it-Tabella 1 tinbidel b’dan li ġej:

Tabella 1

Lista ta’ rekwiżiti li jistgħu jkunu soġġetti għal testjar virtwali

Referenza tal-att delegat

Numru tal-Anness

Rekwiżiti

Restrizzjonijiet/Kummenti

Ir-Regolament (UE) Nru 1322/2014.

IX

imġiba ta' qlib kontinwu jew interrott f’każ ta’ trattur b'karreġġjata dejqa li jinqaleb lateralment u li jkollu qafas protettiv immuntat fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sit tas-sewwieq

Sezzjoni B4

Ir-Regolament (UE) Nru 1322/2014.

XV

Rekwiżiti li japplikaw għall-ispazju għall-immanuvrar u għall-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan

Rekwiżiti relatati biss mad-dimensjonijiet u l-pożizzjonament

Ir-Regolament (UE) 2015/208

VII

Rekwiżiti dwar il-kamp ta' viżjoni u l-wajpers tal-windskrin

Rekwiżiti relatati biss mad-dimensjonijiet, il-pożizzjonament u l-viżibbiltà

Ir-Regolament (UE) 2015/208

IX

Rekwiżiti dwar il-mirja retroviżuri

Rekwiżiti relatati biss mad-dimensjonijiet, il-pożizzjonament u l-viżibbiltà

Ir-Regolament (UE) 2015/208

XII

Rekwiżiti dwar l-installazzjoni tad-dawl

Rekwiżiti relatati biss mad-dimensjonijiet, il-pożizzjonament u l-viżibbiltà fil-punti 5 u 6 (bl-eċċezzjoni ta’ rekwiżiti fotometriċi u kolorimetriċi)

Ir-Regolament (UE) 2015/208

XIII

Rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistrieħ ir-ras, iċ-ċintorini ta’ sikurezza, il-bibien tal-vettura

Parti 2

Rekwiżiti relatati biss mad-dimensjonijiet, inkluża l-forma dettaljata u l-pożizzjonament

Ir-Regolament (UE) 2015/208

XIV

Rekwiżiti dwar il-parti esterna u l-aċċessorji tal-vettura

Rekwiżiti relatati biss mad-dimensjonijiet, inkluża l-forma dettaljata u l-pożizzjonament”

(b)

il-punt 6.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“6.2.2.

Il-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell matematiku

Il-mudell matematiku għandu jiġi vvalidat b’paragun mal-kundizzjonijiet tat-test attwali. Għal dan il-għan, għandu jsir test fiżiku għall-finijiet li jiġu pparagunati r-riżultati miksuba meta jintuża l-mudell matematiku mar-riżultati tat-test fiżiku. Il-komparabbiltà tar-riżultati tat-test għandha tiġi ppruvata. Għal dak l-għan, il-manifatturi għandhom jipprovdu lis-servizz tekniku b’rapport ta' korrelazzjoni li jinkludi informazzjoni dwar il-mudell matematiku u l-korrelazzjoni bejn ir-riżultati miksuba b’tali mudell u dawk miksuba f’testijiet fiżiċi skont l-iskema stabbilita fil-punt 6.1. Rapport ta’ validazzjoni, li jikkonferma l-konformità tal-mudell matematiku, għandu jitfassal mill-manifattur jew mis-servizz tekniku u jiġi ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni. Kull bidla li ssir lill-mudell matematiku jew lis-softwer, li x'aktarx tinvalida r-rapport ta’ validazzjoni għandha titressaq għall-attenzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, li tista’ titlob li jitwettaq proċess ta’ validazzjoni ġdid. Il-flow chart tal-proċess ta’ validazzjoni tintwera fil-Figura 1 tal-punt 7.”

(c)

jiddaħħlu l-punti 6.2.7 u 6.2.8 li ġejjin:

“6.2.7

Il-proċess ta’ approvazzjoni meta jintuża ttestjar virtwali

Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 5.2 tista’ tintwera biss permezz ta’ proċeduri ta' ttestjar virtwali jekk dawn ikunu twettqu skont mudell matematiku vvalidat skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6.2.2. L-applikabbiltà u r-restrizzjonijiet tal-mudell għandhom ikunu miftiehma mas-servizzi tekniċi u għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni.

6.2.8.

Rapport tat-test tal-ittestjar virtwali

Is-servizz tekniku għandu jipprovdi rapport tat-test bir-riżultati tal-ittestjar virtwali. Ir-rapport tat-test għandu jkun koerenti mar-rapport ta’ korrelazzjoni u r-rapport ta’ validazzjoni u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin: il-bini tal-prototip virtwali, l-inputs ta' simulazzjoni u r-riżultati tas-simulazzjoni relatati mar-rekwiżiti tekniċi.”

(2)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 4.4 li ġej:

“4.4.

Il-punt 4.1.2 għandu japplika mill-1.7.2021.

Madankollu, il-manifatturi ta’ vetturi tal-kategoriji R u S, li ma jużawx għodod dijanjostiċi jew mezz ta’ komunikazzjoni fiżika jew wieħed mingħajr fili mal-unità(jiet) ta’ kontroll elettroniku abbord għal skopijiet ta’ dijanjosi jew programmar mill-ġdid ta’ vetturi tagħhom huma eżenti mill-obbligi stabbiliti fil-punt 4.1.2.”

(b)

il-punt 6.2 jinbidel b'dan li ġej:

“6.2.

Vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati koperti bil-punt 6.1 għandhom jiġu elenkati fis-sit web tal-manifattur bl-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.”;

(c)

Fl-Appendiċi 1, il-punt 2.5 u l-punti 2.5.1 sa 2.5.4 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.5.

Ir-riprogrammar u d-dijanjostika tal-unitajiet ta’ kontroll għall-finijiet ta’ kalibrazzjoni mill-ġdid wara tiswija jew l-illowdjar ta' software lil ECU ta' sostituzzjoni, inkella l-ikkowdjar mill-ġdid jew l-inizjazzjoni mill-ġdid ta' parts jew komponenti ta' sostituzzjoni trid tippermetti l-użu ta’ ħardwer komuni.

2.5.1.

Ir-riprogrammar u dijanjostika (interfaċċa ta’ komunikazzjoni PC-VCI ) għandhom isiru skont l-ISO 22900-2, l-SAE J2534 jew it-TMC RP1210 mill-1.7.2021;

Madankollu, l-ewwel paragrafu għandu japplika mill-1.7.2023 għal dawn il-manifatturi:

(a)

manifatturi ta’ vetturi tal-kategoriji R u S;

(b)

manifatturi ta’ vetturi tal-kategoriji T u C li l-produzzjoni tagħhom hija taħt il-limiti stabbiliti fil-punt 6.1 ta' dan l-Anness;

(c)

il-manifatturi ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li l-produzzjoni tagħhom hija taħt il-limiti stabbiliti fil-punt 6.1 ta' dan l-Anness.

2.5.2.

Jistgħu jintużaw ukoll interfaċċi tal-ethernet, tas-serial cable jew tan-Netwerk ta' Żona Lokali (LAN) kif ukoll media alternattivi bħal Compact Disc (CD), Diska Versatili Diġitali (DVD) jew apparat tal-memorja fi stat solidu, iżda bil-kundizzjoni li ma jkun meħtieġ l-ebda software ta’ komunikazzjoni (eż. drivers jew plug-ins) jew hardware proprjetarji. Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċi ta’ komunikazzjoni tal-vetturi (VCI) li jikkonformaw mal-ISO 22900-2, SAE J2534 jew TMC RP1210, il-manifattur irid joffri validazzjoni tal-VCIs żviluppati indipendentement jew inkella l-informazzjoni, u s-self ta’ kwalunkwe hardware speċjali, meħtieġ sabiex manifattur tal-VCI jagħmel validazzjoni bħal din hu stess. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 japplikaw għal ħlasijiet għal tali validazzjoni jew informazzjoni u hardware.

2.5.3.

Il-koeżistenza tas-softwer tal-manifatturi tal-vetturi għandha tiġi żgurata mill-1.7.2021;

Madankollu, l-ewwel paragrafu għandu japplika mill-1.7.2023 għal dawn il-manifatturi:

(a)

manifatturi ta’ vetturi tal-kategoriji R u S;

(b)

manifatturi ta’ vetturi tal-kategoriji T u C li l-produzzjoni tagħhom hija taħt il-limiti stabbiliti fil-punt 6.1 ta' dan l-Anness;

(c)

il-manifatturi ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li l-produzzjoni tagħhom hija taħt il-limiti stabbiliti fil-punt 6.1 ta' dan l-Anness.

2.5.4.

Biex tiġi żgurata l-komunikazzjoni bejn il-vettura u l-għodod dijanjostiċi, għandhom japplikaw l-istandards li ġejjin għall-konnetturi dijanjostiċi fiżiċi bejn il-VCI u l-vettura: SAE J1939-13, ISO 11783-2, ISO 15031-3 u ISO 13400-4.”;

(3)

fl-Anness VIII, il-punt 4.3.b jinbidel b’dan li ġej:

Figura 4.3.b

ROPS b'żewġ arbli

KODIĊI

Image

(4)

fis-sezzjoni B1 tal-Anness IX, il-punt 3.1.4.3.3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.1.4.3.3.

Il-programm tal-kompjuter (BASIC) biex tiġi ddeterminata l-imġiba tal-qlib kontinwu u interrott ta’ trattur b'karreġġjata dejqa li jinqaleb lateralment bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib imwaħħla fuq quddiem huwa deskritt fis-sezzjoni B4, b'eżempji minn 6.1 sa 6.11.”;

(5)

fis-sezzjoni B2 tal-Anness IX, il-punt 4.2.1.6 jinbidel b'dan li ġej:

“4.2.1.6.

Testijiet ta’ impatt addizzjonali

Jekk waqt it-test ta’ impatt jidhru xquq jew tiċrit li ma jistgħux jitqiesu negliġibbli, għandu jsir it-tieni test simili, iżda b'għoli tal-waqgħa ta':

Formula

immedjatament wara t-testijiet tal-impatt li wasslu biex jidhru dawn ix-xquq jew tiċrit, ‘a’ tkun il-proporzjon tad-deformazzjoni permanenti (Dp) mad-deformazzjoni elastika (De):

Formula

kif imkejjel fil-punt tal-impatt. Id-deformazzjoni permanenti addizzjonali dovuta għat-tieni impatt ma għandhiex taqbeż it-30 % tad-deformazzjoni permanenti dovuta għall-ewwel impatt.

Sabiex ikun jista' jsir it-test addizzjonali, jeħtieġ li titkejjel id-deformazzjoni elastika waqt it-testijiet kollha tal-impatt.”

(6)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.3 jinbidel b’dan li ġej:

“1.3.

Apparat ta' kejl

Għandu jintuża meter tal-livell tal-ħoss, preċiż u ta' kwalità, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-istandards tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali IEC 61672-1:2013 Electroacoustics - Sound level meters - Part 1: Specifications. Il-kejl għandu jsir b’netwerk ta' ponderazzjoni tal-frekwenza skont il-kurva A u għandu jkun konfigurat biex jingħata rispons bil-mod kif deskritt fil-pubblikazzjoni IEC.”

(b)

jiddaħħlu l-punti 1.3.1., 1.3.2 u 1.3.3. li ġejjin:

“1.3.1.

L-apparat għandu jkun ikkalibrat ta’ spiss u, jekk possibbli, qabel kull sessjoni ta’ kejl.

1.3.2.

Fir-rapport tat-test għandha tingħata deskrizzjoni teknika adegwata tat-tagħmir tal-kejl.

1.3.3.

Fil-każ ta’ riżultati varjabbli, il-medja tal-valuri massimi għandha tittieħed.”;

(c)

fil-punt 2.2.1, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-dijaframma tal-mikrofonu trid tħares ’il quddiem u ċ-ċentru tal-mikrofonu jrid ikun 790 mm ’il fuq u 150 mm ’il quddiem mill-Punt ta’ Referenza tas-Sit (S) deskritt fl-Appendiċi 8 tal-Anness XIV. Trid tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu.”

(d)

fil-punt 3.2.1, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-dijaframma tal-mikrofonu trid tħares ’il quddiem u ċ-ċentru tal-mikfrofonu jrid ikun 790 mm ’il fuq u 150 mm ’il quddiem mill-Punt ta’ Referenza tas-Sit (S) deskritt fl-Appendiċi 8 tal-Anness XIV. Trid tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu.”

(7)

L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tabella tal-punt 1.14, l-ewwel ringiela tinbidel b’dan li ġej:

“Klassi I

tratturi b'massa mingħajr tagħbija sa 3 600  kg;”

(b)

fil-punt 2.6.2, l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

għall-kejl tat-tul: ± 0,5 %,”;

(c)

il-punt 3.5.3.2.7 jinbidel b’dan li ġej:

“3.5.3.2.7.

Il-kejl fil-punt tat-twaħħil tat-sit u fuq is-sit innifsu jridu jsiru matul l-istess test.

Biex jitkejlu u jiġu rreġistrati l-vibrazzjonijiet, għandhom jintużaw aċċelerometru, amplifikatur tal-kejl u recorder bit-tejp manjetiku, sistema elettronika għall-ksib tad-dejta jew miter li jaqra l-vibrazzjonijiet direttament. L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punti 3.5.3.3.2 sa 3.5.3.3.6 għandhom japplikaw għal dawk l-istrumenti.”

(d)

il-punt 3.5.3.3.4. jinbidel b’dan li ġej:

“3.5.3.3.4.

Recorder bit-tejp manjetiku jew sistema għall-ksib ta’ dejta elettronika

Jekk jintuża recorder bit-tejp manjetiku jew sistema elettronika għall-ksib tad-dejta, dawn irid ikollhom livell massimu ta' żbalji tar-riproduzzjoni ta’ ± 3.5% fil-medda ta' frekwenzi bejn 1 u 80 Hz, li tinkludi bidla fil-veloċità tat-tejp meta dan jerġa’ jinstema’ għall-analiżi.”

(e)

tiżdied is-sezzjoni 4 li ġejja:

“4.   Kundizzjonijiet addizzjonali għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponenti ta’ sit

Biex tinħariġlu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponenti, minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fis-sezzjonijiet 2 u 3, sit għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-firxa ta' aġġustament bħala funzjoni tal-massa tas-sewwieq trid testendi minn tal-anqas 50 sa 120 kg.

(b)

il-bidla fl-angolu ta’ inklinazzjoni imkejla matul it-test tal-istabbilità laterali ma taqbiżx il-5o;

(c)

l-ebda wieħed miż-żewġ valuri stabbiliti fil-punt 3.5.3.3.7.2 ma jaqbiżx l-1,25 m/s2;

(d)

il-proporzjon imsemmi fil-punti 3.5.7.4 u 3.5.7.5 ma jaqbiżx il-valur 2.”;

(f)

fl-Appendiċi 5, in-nota tal-qiegħ (2) tinbidel b'dan li ġej:

“(2)

L-inklinazzjoni lura tal-wiċċ tal-kuxin tas-sit għandha tkun bejn 3o u 12o mal-pjan orizzontali meta din titkejjel bi strument tat-tagħbija skont l-Appendiċi 8. L-għażla tal-angolu ta’ inklinazzjoni f'din il-klassi tiddependi mill-pożizzjoni ta' bilqiegħda.”;

(g)

fl-Appendiċi 8, jiżdied il-punt 2.1 li ġej:

“2.1.

Il-pożizzjonament tas-sit

Għall-finijiet tal-Anness XV, il-punt ta’ referenza tas-sit (S) għandu jinkiseb meta s-sit ikun fil-pożizzjoni lonġitudinali l-aktar lura u fin-nofs tal-medda tal-aġġustament tal-għoli. Is-sits li jkollhom sistema ta’ sospensjoni, kemm jekk din tkun tista’ tiġi aġġustata skont il-piż tas-sewwieq kif ukoll jekk le, iridu jitqiegħdu fil-punt tan-nofs taċ-ċaqliq tas-sospensjoni.”

(8)

L-Anness XV huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tabella tal-punt 4.2, it-tielet ringiela tinbidel b’dan li ġej:

“għoli tal-ispazju liberu:

minimu ta’ 125 mm,”

(b)

fil-punt 4.2.1., it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Id-distanza vertikali u orizzontali bejn l-istadji konsekuttivi ma għandhiex tkun inqas minn 150 mm; madankollu, tolleranza ta’ 20 mm bejn l-istadji hija permessa.”

(c)

fl-Appendiċi 1, il-Figura 6 tinbidel b'dan li ġej:

Figura 6

(Sors:EN ISO 4254-1 No. 4.7)

Image Test ta 'immaġni

(9)

Fl-Anness XVI, fil-punt 1, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(a)

it-tieni ringiela tinbidel b’dan li ġej:

“ISO 500-1:2014(*)

X

X1)

X1)

X1)

X”

(b)

in-nota f’qiegħ il-paġna (***) titħassar;

(10)

fl-Anness XVIII, il-punt 2.6 jinbidel b'dan li ġej:

“2.6.

Il-mekkaniżmi ta' rbit li ġejjin għandhom jitwaħħlu sew mal-immuntar tat-trattur jew mal-mekkaniżmu ta’ protezzjoni:

(a)

tagħmir biex jitwaħħlu komponenti tal-immuntar li jinħallu malajr;

(b)

komponenti ta’ mekkaniżmi protettivi li jinfetħu mingħajr l-għajnuna tal-għodda.”;

(11)

fl-Anness XVIII, il-punt 3.4 jinbidel b'dan li ġej:

“3.4.

Riżultat tat-test

Kundizzjoni ta' aċċettazzjoni

Id-deformazzjoni permanenti ta’ kwalunkwe komponent tas-sistema u żona ta’ ankraġġ hija aċċettabbli skont l-azzjoni tal-forzi speċifikati fil-punti 3.1 u 3.2. Madankollu, ma għandu jkun hemm l-ebda nuqqas li jippermetti r-rilaxx taċ-ċinturin tas-sikurezza, l-assemblaġġ tas-sit jew il-mekkaniżmu ta' llokkjar tal-aġġustament tas-sit.

Il-mezz għall-aġġustament tas-sit jew l-apparat tal-illokkjar ma għandhomx għalfejn ikunu jistgħu jitħaddmu wara l-applikazzjoni tat-tagħbija tat-test.”

(12)

fl-Anness XXI, il-punt 2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.

Il-partijiet tal-pajp tal-egżost li jistgħu jintlaħqu mill-operatur waqt it-tħaddim normali tat-trattur, kif deskritt fil-punt 6.1 tal-Anness XVII, iridu jiġu protetti permezz ta’ segregazzjoni, ilqugħ jew grilji biex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ kuntatt aċċidentali ma’ superfiċji jaħarqu.”;

(13)

L-Anness XXII huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 2, il-punt (ag) jinbidel b’dan li ġej:

“ag)

informazzjoni dwar il-post fejn jinsabu l-punti ta’ ggriżjar, il-proċess ta’ iggriżjar sikur u l-intervalli tal-iggriżjar (ta’ kull jum/xahar/sena);”;

(b)

fil-punt 3, il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

informazzjoni dwar il-kapaċità massima ta’ rfigħ tal-mekkaniżmu tal-irfigħ bi tliet punti u informazzjoni dwar kif għandu jintrabat il-mekkaniżmu ta' rfigħ bi tliet punti lateralment u vertikalment għall-ivvjaġġar bit-triq;”;

(c)

fil-punt 3, il-punt (l) jinbidel b’dan li ġej:

“(l)

informazzjoni dwar l-użu ta’ apparat b’xaftijiet tat-trażmissjoni tal-konnessjonijiet motorizzati u dwar il-fatt li l-inklinazzjoni possibbli tax-xaftijiet mil-lat tekniku tiddependi fuq il-forma u d-daqs tal-irpar ewlieni u/jew taż-żona libera, li tkun tinkludi struzzjonijiet u twissijiet speċifiċi relatati ma’:

(i)

l-agganċ u r-rilaxx tal-konnessjonijiet motorizzati,

(ii)

l-użu ta’ għodda jew makkinarju mal-konnessjoni motorizzata ta’ wara,

(iii)

jekk applikabbli, l-użu ta’ PTO tat-tip 3 ta' dimensjonijiet imnaqqsa u l-konsegwenzi u r-riskji kkawżati mid-dimensjoni mnaqqsa tal-pjanċa ta’ protezzjoni;”;

(14)

L-Anness XXIII huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1.2, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“L-istrumenti ta’ kontroll għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti korrispondenti applikabbli stipulati fil-punti 1.2.1 sa 1.2.4 fir-rigward tal-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-apparati ta’ kontroll.”

(b)

fil-punt 1.2.3, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Sabiex jiġi evitat li s-sewwieq jitfixkel il-pedali tal-klaċċ, tal-brejk u tal-aċċeleratur għandu jkollhom l-istess funzjoni u arranġament bħal dawk ta’ vettura motorizzata, minbarra:

(a)

vetturi mgħammra b’sedil li jintrikeb u manibriji, li huma kkunsidrati konformi mar-rekwiżiti ta’ EN 15997:2011 għall-kontroll tal-aċċelleratur u għall-kontroll tal-klaċċ li jitħaddem bl-idejn,

(b)

vetturi tal-kategorija T jew C li jeħtieġu attivazzjoni sostnuta tal-pedala tal-lemin biex jibqgħu mexjin (eż. vetturi mgħammra b’pedala tal-gass u trażmissjoni varjabbli kontinwa, jew vetturi mgħammra b’żewġ pedali għad-direzzjoni 'l quddiem u lura u bi trażmissjoni idrostatika),

(c)

vetturi tal-kategorija C b’veloċità skont id-disinn ta’ anqas minn 15-il km/h u mgħammra b’lievi tal-idejn għall-kontroll tal-istering differenzjali.”;

(c)

il-punt 2.1 jinbidel b’dan li ġej:

“2.1.

Is-simboli użati għall-identifikazzjoni tal-apparati ta’ kontroll għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fis-sezzjoni 1 tal-Anness XXVI.”;

(d)

il-punt 3.1.1 jinbidel b'dan li ġej:

“3.1.1.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra bi trażmissjoni idrostatika jew bi trażmissjoni b'komponent idrostatiku, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt 3.1, li l-magna ma tistax titqabbad jekk il-mekkaniżmu tal-klaċċ ma jkunx ingranat, għandu jinftiehem li l-magna ma tistax tinxtegħel sakemm il-kontroll tat-trażmissjoni jkun fil-pożizzjoni newtrali jew mingħajr pressjoni.”;

(e)

il-punt 3.2 jinbidel b’dan li ġej:

“3.2.

F’każ li operatur li jkun bilwieqfa mal-art (eż. maġenb it-trattur), jista' jixgħel il-magna u jissodisfa fl-istess ħin ir-rekwiżiti li jiggarantixxu li l-magna tinxtegħel b'mod sikur skont il-punt 3.1, mezz ta’ kontroll wieħed addizzjonali għandu jiġi attivat biex tinxtegħel il-magna.”;

(f)

jiddaħħal il-punt 3.3 li ġej:

“3.3.

It-terminali tal-mutur tal-istartjar għandhom jiġu protetti sabiex jiġi evitat li s-solenojd jiġi attivat permezz ta’ għodod sempliċi (pereżempju turnavit).”;

(g)

il-punt 7.3 jinbidel b’dan li ġej:

“7.3.

Dejjem għandu jkun possibbli li l-PTO jitwaqqaf għalkollox mill-pożizzjoni tas-sewqan. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-mekkaniżmu/i assoċjat(i) ta' kontroll estern tal-PTO, jekk preżenti. Il-mekkaniżmu tat-tifi għandu dejjem ikun apparat ta' kontroll assolut.”;

(h)

il-punt 7.4 jinbidel b’dan li ġej:

“7.4.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat(i) ta’ kontroll estern tal-PTO, jekk preżenti”;

(i)

jiddaħħal il-punt 12 li ġej:

“12.   Terminali virtwali

L-apparati ta’ kontroll relatati mat-terminali virtwali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness B tal-ISO 15077:2008.”

(15)

L-Anness XXIV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.3 jinbidel b’dan li ġej:

“1.3.

Il-pajpijiet idrawliċi flessibbli jridu jkunu identifikabbli b’mod ċar u mmarkati b’mod li ma jitħassarx, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 13 tal-istandard tal-ISO 17165-1:2007.”;

(b)

il-punt 4.2 jinbidel b'dan li ġej:

“4.2.

Il-punti li jieħdu l-griż għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fuq il-vettura permezz ta' simboli, stampi, pittogrammi jew kodiċi ta’ kuluri u l-pożizzjoni tagħhom u l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu indikati fil-manwal tal-operatur.”;

(16)

L-Anness XXVI huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sezzjoni 3 tinbidel b’dan li ġej:

“3.   Agganċi idrawliċi

Il-valvi idrawliċi u l-agganċi fuq il-valvi idrawliċi fuq wara, fuq quddiem jew fil-ġnub tat-tratturi, kif ukoll id-direzzjoni u l-mod ta’ operazzjoni, għandhom jiġu identifikati permezz ta’ kodiċi ta' kuluri u/jew numri stampati fuq tikketti durabbli reżistenti għaż-żejt, il-fjuwil, it-tiqdim u l-aġenti kimiċi bħalma huma l-fertilizzanti; il-pożizzjoni, l-identifikazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom jiġu indikati fil-manwal tal-operatur.”

(b)

is-sezzjoni 5 tinbidel b’dan li ġej:

“5.   Sinjali ta’ twissija addizzjonali fir-rigward tal-ibbrejkjar

It-tratturi għandhom ikunu mgħammra b'sinjali ottiċi ta' twissija fil-każ ta' ħsara jew difett fil-brejkijiet, skont il-punti 2.2.1.29.1.1 sa 2.2.1.29.2.1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/68 (*1).

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/68 tal-15 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).”"

(17)

fl-Anness XXIX, is-sezzjoni 2 tinbidel b’dan li ġej:

“2.   Rekwiżiti għall-kabina

2.1.

Il-vetturi tal-kategoriji T u C mgħammra b’kabina għandhom jikkonformaw mal-istandard EN 15695-1:2009.

2.2.

Il-vetturi tal-kategoriji T u C, li l-manifattur tagħhom ikun iddikjara li jipprovdu protezzjoni kontra sustanzi perikolużi, għandhom ikunu mgħammra b’kabina tal-livell 2, 3 jew 4 skont id-definizzjoni u li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard EN 15695-1:2009 (eż. għal vettura li tipprovdi protezzjoni kontra l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jipproduċu fwar li jista’ jesponi lill-operatur għal riskju jew ħsara, il-kabina għandha tkun tal-livell 4).”.



ANNESS III

L-Annessi I sa IV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 2.2 u 2.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-folder tal-informazzjoni skont l-Artikoli 2 u 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.

2.3.

Magna li tikkonforma mal-karatteristiki tat-tip ta' magna jew tal-magna ġenitur deskritta fl-Anness I u II tad-Direttiva 97/68/KE għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.”

(b)

fis-sezzjoni 4, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-dokumenti ta' informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(c)

is-sezzjoni 6 tinbidel b’dan li ġej:

“6.   Konformità tal-produzzjoni

Minbarra d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 1322/2014 u l-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, il-konformità tal-produzzjoni tal-magni għandha tiġi ċċekkjata skont id-dispożizzjonijiet tas-sezzjoni 5 tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE.”

(d)

is-sezzjoni 8 tinbidel b’dan li ġej:

“8.   Sorveljanza tas-suq

Wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, is-sorveljanza tas-suq għandha ssir skont l-Artikoli 4, 6 u 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 u l-Annessi III, V u IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(e)

l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:

(i)

fis-sezzjoni 1, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(ii)

il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.

Il-post eżatt fejn jinsabu l-marki tal-magna għandu jiġi ddikjarat fid-dokument tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni(UE) 2015/504.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 2.1.2 u 2.1.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.1.2.

Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokument tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/504.

2.1.3.

Il-manifattur għandu jippreżenta magna ta' vettura agrikola u forestali li tikkonforma mal-karatteristiki tat-tip ta' magna jew mal-magna ġenitur skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-Anness II tad-Direttiva 97/68/KE lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.”

(b)

il-punt 2.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.2.

Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokument tal-informazzjoni skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/504 u kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magna jew għall-familja ta' magni u, jekk applikabbli, għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jkunu installati fit-tip ta' vettura agrikola u forestali.”

(c)

il-punti 3.2.1 u 3.2.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.2.1.

il-vakum tal-manifold tad-dħul ma għandux jaqbeż il-valur massimu permissibbli għall-vakum tal-manifold tad-dħul speċifikat għall-magna bl-approvazzjoni tat-tip;

3.2.2.

il-kontropressjoni tal-egżost ma għandhiex taqbeż il-kontropressjoni tal-exhaust massimu speċifikat għall-magna bl-approvazzjoni tat-tip;”

(d)

jiddaħħal il-punt 3.2.3 li ġej:

“3.2.3.

kundizzjonijiet partikolari għall-installazzjoni tal-magna fuq il-vettura skont iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna.”

(e)

is-sezzjoni 4 tinbidel b’dan li ġej:

“4.   Approvazzjoni

Kull tip ta' vettura agrikola u forestali mgħammra b'magna li jkun inħarġilha ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament jew approvazzjoni tat-tip ekwivalenti, skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament, għandu jinħarġilha ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(3)

L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.3.1.1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.3.1.1.

Il-veloċità kostanti qabel ma tibda tintlaħaq il-linja AA' għandha tkun tliet kwarti tal-veloċità massima skont id-disinn (vmax) kif iddikjarata mill-manifattur u li tista' tinkiseb fl-ogħla gear użat għall-moviment fit-triq."

(b)

fil-punt 1.3.1.2.3, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

"Jekk ir-riżultat jaqbeż il-livell massimu permissibbli tal-ħoss għall-kategorija tal-vettura agrikola u forestali ttestjata b'tal-anqas 1 dB(A), għandhom jittieħdu żewġ kejliet oħra."

(c)

fl-ewwel paragrafu tal-punt 1.3.2.4, it-tieni u t-tielet sentenzi jinbidlu b’dan li ġej:

"Il-veloċità tal-magna għandha tiġi rrekordjata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9. L-istat tat-tagħbija tal-vettura agrikola u forestali għandu jiġi rreġistrat ukoll."

(d)

il-punt 1.3.3 jinbidel b'dan li ġej:

1.3.3.   Id-dispożizzjonijiet għall-ittestjar tal-ħoss estern għall-vetturi tal-kategorija C biċ-ċineg forma ta' ktajjen waqt iċ-ċaqliq

Għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategorija C mgħammra b’ċineg forma ta' ktajjen, il-ħoss waqt iċ-ċaqliq għandu jitkejjel b’vetturi mhux mgħobbija f’kundizzjoni li jistgħu jitħaddmu b’veloċità kostanti ta’ 5 km/h (+/– 0,5 km/h), bil-magna fil-veloċità nominali fuq saff ramel umdu kif speċifikat fil-paragrafu 5.3.2 ta’ ISO 6395:2008. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 1.3.1. Il-valur tal-ħoss imkejjel għandu jiġi rrekordjat fir-rapport tat-test.”

(4)

L-Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IV

Rikonoxximent tal-approvazzjonijiet tat-tip alternattivi

L-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin u, fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament:

1.

għal magni tal-kategoriji H, I, J u K (stadju IIIA) speċifikati fl-Artikolu 9 (3a) u (3b) tad-Direttiva 97/68/KE,

1.1.

approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 3.1, 3.2 u 3.3 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE;

1.2.

Approvazzjonijiet tat-tip tal-istadju IIIA skont id-Direttiva 97/68/KE;

2.

għall-kategoriji tal-magni L, M, N u P (stadju IIIB) speċifikati fl-Artikolu 9(3c) tad-Direttiva 97/68/KE,

2.1.

approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 4.1, 4.2 u 4.3 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE;

2.2.

Approvazzjonijiet tat-tip tal-istadju IIIB skont id-Direttiva 97/68/KE;

3.

għall-kategoriji tal-magni Q u R (stadju IV) speċifikati fl-Artikolu 9(3d) tad-Direttiva 97/68/KE,

3.1.

approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 5.1 u 5.2 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE.

3.2.

Approvazzjonijiet tat-tip tal-istadju IV skont id-Direttiva 97/68/KE;

3.3.

approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament NU/KEE Nru 96 għall-meded ta’ potenza Q u R tal-paragrafu 5.2.1 f’dak ir-Regolament tan-NU.”


ANNESS IV

L-Annessi I sa V, VII, VIII, IX, XI, XII u XIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 1.3, 1.4 u 1.5 jitħassru.

(b)

il-punt 2.1.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1.1.

Komponenti u parts ta’ bbrejkjar”

(c)

il-punti 2.1.1.1 u 2.1.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.1.1.1.

Il-komponenti u l-parts tal-ibbrejkjar għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u armati b'tali mod li l-vettura f'użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li għaliha taf tkun soġġetta, tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

2.1.1.2.

B’mod partikolari, il-komponenti u l-parts tal-ibbrejkjar għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’tali mod li jkunu kapaċi jifilħu għall-korrużjoni u t-tiqdim li jkunu esposti għalihom.”

(d)

il-punt 2.1.1.4 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1.1.4.

Mhuwiex permess li jitwaħħlu valvi aġġustabbli li jippermettu li l-utent tal-vettura jibdel il-prestazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar b'tali mod, li meta tkun qiegħda tintuża, ma tkunx soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Għandu jkun permess valv aġġustabbli li jista jitħaddem biss mill-manifattur permezz tal-użu ta' għodda speċjali jew il-forniment ta' siġill għal kontra t-tbagħbis jew it-tnejn, sakemm l-utent tal-vettura ma jkunx jista' jaġġusta dan il-valv jew li kwalunkwe aġġustament mill-utent ikun identifikabbli minnufih mill-awtoritajiet tal-infurzar.”

(e)

il-punti 2.1.1.5.1, 2.1.1.5.2 u 2.1.1.5.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.1.1.5.1.

Jekk vetturi tal-kategorija Ra b'veloċità massima skont id-disinn li ma taqbiżx it-30 km/h u vetturi tal-kategorija Sa ma jkunux jistgħu jiġu mgħammra, għal raġunijiet tekniċi, b'apparat awtomatiku għad-detezzjoni tat-tagħbija, jistgħu jkunu mgħammra b'tagħmir li jkollu tal-inqas tliet settings diskreti għall-kontroll tal-forzi tal-ibbrejkjar.

2.1.1.5.2.

Fil-każ speċjali li vettura rmunkata tal-kategorija Ra b'veloċità massima skont id-disinn li ma taqbiżx it-30 km/h u vetturi tal-kategorija Sa jippermettu, bid-disinn tagħhom, li jeżistu biss żewġ kundizzjonijiet tat-tagħbija diskreti “mhux mgħobbija” u “mgħobbija”, allura l-vettura jista' jkollha żewġ settings diskreti biss għall-kontroll tal-forzi tal-ibbrejkjar.

2.1.1.5.3.

Vetturi tal-kategorija S, li ma fihom l-ebda tagħbija oħra, ħlief tagħbija ta' materjal konsumabbli ta’ massimu ta’ 10 % tas-somma tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus.”

(f)

il-punt 2.1.2.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1.2.3.

Sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar:

Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandha tippermetti li l-vettura tinżamm wieqfa fuq xaqliba ’l fuq jew ’l isfel anke fin-nuqqas tas-sewwieq, filwaqt li mbagħad il-parts li jaħdmu tas-sistema tal-brejk f’dak il-ħin jinżammu f’pożizzjoni llokkjata permezz ta' apparat purament mekkaniku. Is-sewwieq għandu jkun jista’ jikseb din l-azzjoni ta’ bbrejkjar mis-sit tas-sewqan tiegħu, soġġett, fil-każ ta’ vettura rmunkata, għar-rekwiżiti tal-punt 2.2.2.10.

Is-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-vettura rmunkata (pnewmatika jew idrawlika), jekk kemm-il darba s-sewwieq ikun jista’ jiċċekkja, fi kwalunkwe ħin, illi l-prestazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar tal-kombinament ta' vetturi, li tkun miksuba bl-azzjoni purament mekkanika tas-sistema ibbrejkjar tal-ipparkjar tat-trattur, tkun biżżejjed.”

(g)

fl-ewwel paragrafu tal-punt 2.1.5.1.3, titħassar l-ewwel sentenza;

(h)

il-punt 2.1.8.1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.1.8.1.2.

F'sistema tal-ibbrejkjar li tinkorpora apparat li jimmodula l-pressjoni tal-arja fit-trażmissjoni tal-brejkijiet kif imsemmi fil-punt 6.2 tal-Appendiċi I tal-Anness II, ippożizzjonat fil-linja tal-pressjoni upstream u downstream ta' dan l-apparat fl-eqreb pożizzjoni aċċessibbli. Jekk dan l-apparat ikun ikkontrollat b’mod pnewmatiku, tkun meħtieġa konnessjoni tal-ittestjar addizzjonali sabiex tissimula l-kundizzjoni mgħobbija. Meta ma jkunx installat apparat bħal dan, għandha tkun ipprovduta konnessjoni waħda tal-ittestjar tal-pressjoni, ekwivalenti għall-konnettur downstream imsemmi fil-punt 2.1.5.1 ta' dan l-Anness. Dawn il-konnessjonijiet tal-ittestjar għandhom ikunu pożizzjonati b’mod li jkunu faċilment aċċessibbli mill-art jew minn ġol-vettura.”

(i)

fil-punt 2.2.1.1, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Għal tratturi tal-kategorija Tb: jekk tiġi attivata l-funzjoni tal-ibbrejkjar differenzjat, ma għandux ikun possibbli li l-vettura tinsaq f'veloċitajiet li jaqbżu l-40 km/h, inkella f'veloċità li taqbeż l-40 km/h, il-funzjoni tal-ibbrejkjar differenzjat għandha tiġi diżattivata. Dawn iż-żewġ operazzjonijiet għandhom jiġu żgurati permezz ta' mezzi awtomatiċi.”

(j)

il-punt 2.2.1.2.6.1 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.1.2.6.1.

meta is-sistema tal-ibbrejkjar ta' servizz titħaddem bl-isforz muskolari tas-sewwieq megħjun minn sors ta' enerġija jew minn riżerva ta' enerġija waħda jew aktar, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar sekondarju, fil-każ ta' ħsara f'dik l-għajnuna, għandha tkun biżżejjed biex din tiġi żgurata mill-enerġija muskolari tas-sewwieq megħjun mir-riżervi ta' enerġija, jekk ikun hemm, li ma jkunux affettwati mill-ħsara, u l-forza applikata fuq l-apparat ta' kontroll ma tkunx aktar mill-massimi preskritti.”

(k)

il-punt 2.2.1.6.1 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.1.6.1.

Prestazzjoni ta' linji idrawliċi u assemblaġġi ta' pajpijiet, fil-każ ta' vetturi b'fus ibbrejkjat wieħed u tqabbid awtomatiku tat-trażmissjoni mal-fusien l-oħra kollha waqt l-ibbrejkjar.

Il-linji idrawliċi tat-trażmissjoni idrawlika għandu jkollhom pressjoni tal-fqigħ ta’ mill-inqas erba’ darbiet il-pressjoni massima normali ta’ servizz (T) speċifikata mill-manifattur tal-vettura. L-assemblaġġi tal-pajpijiet għandhom ikunu konformi mal-Istandards tal-ISO 1402:2009, 6605:2002 u 7751: 1997+A1:2011.”

(l)

fil-punt 2.2.1.7, titħassar it-tieni sentenza.

(m)

fl-ewwel paragrafu tal-punt 2.2.1.10, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Għandu jkun possibbli li l-użu tal-brejkijiet tas-servizz jiġi kkumpensat permezz ta' sistema ta' aġġustament manwali jew awtomatiku.”

(n)

fl-ewwel paragrafu tal-punt 2.2.1.10.1, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“L-apparat ta' aġġustament awtomatiku għall-konsum, jekk ikun installat, wara t-tisħin segwit bit-tkessiħ, għandu jkun kapaċi jaħdem mhux ingranat kif stabbilit fil-punt 2.3.4. tal-Anness II wara t-test tat-Tip I speċifikat fil-punt 2.3. ta' dak l-Anness.”

(o)

fil-punt 2.2.1.11.1, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

“F’sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi, fejn it-tip ta’ fluwidu użat għat-trażmissjoni idrawlika jkun l-istess bħall-fluwidu użat f’tagħmir ieħor tal-vettura u jinżamm f’tank komuni, huwa permess ukoll li l-livell korrett ta’ fluwidu jiġi identifikat b’apparat li jeħtieġ li l-kontenitur jinfetaħ.”

(p)

fil-punt 2.2.1.11.2, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

“F’sistemi idrawliċi tal-ibbrejkjar, fejn it-tip ta’ fluwidu użat għat-trażmissjoni idrawlika jkun l-istess bħall-fluwidu użat f’tagħmir ieħor tal-vettura u jinżamm f’tank komuni, hija permessa wkoll id-detezzjoni ta' waqgħa fil-pressjoni fit-trażmissjoni idrawlika għal valur partikolari, kif speċifikat mill-manifattur.”

(q)

fil-punt 2.2.1.11.3, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Is-simbolu għandu jitwaħħal sa 100 mm mill-ports għall-mili tal-kontenituri tal-ħżin tal-fluwidu, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/208.”

(r)

il-punt 2.2.1.13 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.1.13.

Tratturi tal-kategorija Tb b'veloċità massima skont id-disinn li taqbeż is-60 km/h

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-punt 2.1.2.3, fejn l-użu ta' sors ta' enerġija awżiljari hu essenzjali għat-tħaddim ta' sistema tal-ibbrejkjar, ir-riżerva tal-enerġija għandha tkun tali li tassigura li, jekk il-magna tieqaf, jew fil-każ ta' nuqqas ta' prestazzjoni tal-mezz li bih is-sors ta' enerġija jitħaddem, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tibqa' suffiċjenti sabiex il-vettura titwaqqaf fil-kundizzjonijiet preskritti. Barra minn hekk, jekk l-enerġija muskolari applikata mis-sewwieq fuq is-sistema tal-brejk tal-parking tkun rinforzata b'xi għajnuna, il-ħidma tas-sistema tal-brejk tal-parking għandha tiġi żgurata fil-każ ta’ ħsara f’dik l-għajnuna, jekk meħtieġ billi tintuża riżerva ta’ enerġija indipendenti minn dik li normalment tforni dik l-għajnuna. Din ir-riżerva ta' enerġija tista' tkun dik maħsuba għas-sistema tal-ibbrejkjar ta' servizz.”

(s)

il-punt 2.2.1.17.3 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.1.17.3.

Fil-każ ta' ħsara f'waħda mil-linji ta' kontroll li jgħaqqdu żewġ vetturi mgħammra skont il-punt 2.1.4.1.2 ta' dan l-Anness, il-linja ta' kontroll mhux affettwata mill-ħsara għandha tiżgura awtomatikament il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar preskritta għall-vettura rmunkata fil-punt 3.2.1 tal-Anness II.”

(t)

il-punt 2.2.1.18.6 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.1.18.6.

Fil-każ ta' ħsara (eż. frattura jew tnixxija) fil-linja ta' kontroll, il-pressjoni fil-linja supplimentari għandha tinżel għal 1 000 kPa fiż-żewġ sekondi wara li jkun attwat l-apparat ta' kontroll tal-brejkijiet tas-servizz. Minbarra dan, meta jiġi rilaxxat l-apparat ta' kontroll tal-brejkijiet tas-servizz, il-linja supplimentari għandha terġa' tiġi bi pressjoni (ara wkoll il-punt 2.2.2.15.2).”

(u)

fil-punt 2.2.1.18.9, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“It-tratturi li jirmunkaw vetturi tal-kategoriji R jew S li jistgħu jikkonformaw biss mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz jew is-sistema tal-brejk tal-parking jew is-sistema tal-ibbrejkjar awtomatika bl-assistenza tal-enerġija maħżuna f'apparat tal-ħżin tal-enerġija idrawlika għandhom jiġu mgħammra b'konnettur ISO 7638:2003 sabiex ikunu jistgħu jindikaw il-livell baxx ta' enerġija maħżuna fil-vettura rmunkata, riċevuta minn din tal-aħħar, kif stabbilit fil-punt 2.2.2.15.1.1. mis-sinjal ta' twissija separat permezz tal-pin 5 tal-konnettur elettriku li jikkonforma mal-ISO 7638:2003 speċifikat fil-punt 2.2.1.29.2.2. (ara wkoll il-punt 2.2.2.15.1.).”

(v)

il-punt 2.2.1.20 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.1.20.

Jekk il-punt 3.1.3.4 tal-Anness II jista' jiġi ssodisfat biss billi tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 3.1.3.4.1.1. tal-Anness II, allura:”

(w)

il-punt 2.2.1.25.1 jitħassar;

(x)

il-punt 2.2.1.26.1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.1.26.1.2.

Fil-każ ta' ħsara elettrika fl-apparat ta' kontroll jew qtugħ fil-wajers fit-trażmissjoni ta' kontroll elettriku, esterna għall-unità(jiet) ta' kontroll elettroniku, eskluża l-provvista tal-enerġija, għandu jibqa' jkun possibbli li s-sistema tal-brejk tal-parking tiġi applikata mis-sit tas-sewwieq u b'hekk il-vettura mgħobbija tkun tista' tinżamm stazzjonarja f'telgħa jew f'niżla b'xaqliba ta' 8%.”

(y)

il-punt 2.2.1.26.3 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.1.26.3.

Bħala alternattiva għar-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar skont il-punti 2.2.1.26.1.2 u 2.2.1.26.2.1.2, huma permessi wkoll l-alternattivi stipulati fil-punti 2.2.1.26.3.1 u 2.2.1.26.3.2.

2.2.1.26.3.1

l-attwazzjoni awtomatika tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar hija permessa meta l-vettura tkun wieqfa, bil-kundizzjoni li tintlaħaq il-prestazzjoni msemmija fil-punti 2.2.1.26.1.2 u 2.2.1.26.2.1.2 u, ladarba jiġi applikat, il-brejk tal-parking jibqa' attivat b'mod indipendenti mill-istatus tal-iswiċċ tal-ignixin (start). F'din l-alternattiva, is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandha tiġi rilaxxata b'mod awtomatiku malli s-sewwieq jibda jsuq il-vettura mill-ġdid.

2.2.1.26.3.2

l-applikazzjoni tal-brejkijiet tas-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar mis-sit tas-sewwieq permezz ta' apparat ta' kontroll awżiljari u b'hekk il-vettura mgħobbija tinżamm wieqfa f'telgħa jew f'niżla b'inklinazzjoni ta' 8 %. F’dan il-każ, ir-rekwiżiti tal-punt 2.2.1.26.7 għandhom jiġu ssodisfati.”

(z)

fil-punt 2.2.1.26.5, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Meta l-attwazzjoni tas-sistema tal-brejk tal-parking normalment tkun indikata b’sinjal ta’ twissija separat, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-punt 2.2.1.29.4., dan is-sinjal għandu jintuża biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit għal sinjal aħmar stabbilit fl-ewwel u t-tieni paragrafu ta' dan il-punt.”

(aa)

il-punti 2.2.1.29.1.1 and 2.2.1.29.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.2.1.29.1.1.

Sinjal ta' twissija aħmar, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 li jindika ħsarat fit-tagħmir tal-ibbrejkjar tal-vettura, kif speċifikat f'punti oħra ta' dan l-Anness u fl-Annessi V, VII, IX u XIII, li jipprekludu l-ksib tal-prestazzjoni preskritta tal-ibbrejkjar tas-servizz jew il-funzjonament ta' mill-inqas wieħed miż-żewġ ċirkwiti indipendenti tal-ibbrejkjar tas-servizz.

2.2.1.29.1.2.

Fejn applikabbli, sinjal ta' twissija isfar, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 li jindika ħsara skoperta b'mod elettriku fit-tagħmir tal-ibbrejkjar tal-vettura, li mhijiex indikata mis-sinjal ta' twissija msemmi fil-punt 2.2.1.29.1.1.”

(bb)

fil-punt 2.2.1.29.2, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“It-tratturi mgħammra b'linja ta' kontroll tal-elettriku u/jew awtorizzati jirmonkaw vettura mgħammra bi trażmissjoni b'kontroll elettriku, għandhom ikunu kapaċi jipprovdu sinjal ta' twissija separat, skont ir-rekwiżiti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 biex jindikaw ħsara fit-trażmissjoni tal-kontroll bl-elettriku tat-tagħmir tal-ibbrejkjar tal-vettura rmunkata.”

(bb)

fil-punt 2.2.1.29.2.1, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Inkella, minflok ma jintuża s-sinjal ta' twissija speċifikat fil-punt 2.2.1.29.1.1 ta' dan l-Anness u s-sinjal ta' twissija ta' akkumpanjament imsemmi f'dan il-punt, jista' jiġi pprovdut sinjal ta' twissija aħmar separat fit-trattur biex jindika ħsara fit-tagħmir tal-ibbrejkjar tal-vettura rmunkata, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014.”

(dd)

fil-punt 2.2.2.1, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Vetturi tal-kategoriji R1a u S1a ma jeħtieġx li jkunu mgħammra b’sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz. Vetturi tal-kategoriji R1a u S1b, fejn is-somma tal-masses teknikament permissibbli għal kull fus ma taqbiżx 750 kg, ma jeħtieġx li jkunu mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz.”

(ee)

fil-punt 2.2.2.2, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Il-vetturi tal-kategoriji R1b u S1b, fejn it-total tal-masses teknikament permissibbli għal kull fus jaqbeż 750 kg, u R2 għandhom jiġu mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz jew tat-tip kontinwu jew semikontinwu jew tat-tip bl-inerzja.”

(ff)

il-punt 2.2.2.3.1.3 jitħassar;

(gg)

fil-punt 2.2.2.15.1.1, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Meta l-pressjoni fl-apparat ta' ħżin tal-enerġija idrawlika tinżel taħt il-pressjoni ddikjarata mill-manifattur tal-vetturi fil-folder tal-informazzjoni, fejn il-prestazzjoni(jiet) tal-ibbrejkjar mhijiex(mhumiex) assigurata/i, din il-pressjoni baxxa għandha tiġi indikata lis-sewwieq permezz tas-sinjal ta' twissija separat speċifikat fil-punt 2.2.1.29.2.2 permezz tal-pin 5 tal-konnettur tal-elettriku li jikkonforma mal-ISO 7638:2003.”

(hh)

fil-punt 2.2.2.18, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b’dan li ġej:

“Dawk il-vetturi għandhom jiġu mmarkati b'mod li ma jitħassarx, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/208, li jindika l-funzjonalità tas-sistema tal-ibbrejkjar meta l-konnettur ISO 7638:2003 jiġi konness u skonnettjat.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“1.2.

‘kurva tal-utilizzazzjoni tal-adeżjoni tfisser il-kurva karatteristika tal-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar mingħajr ir-reżistenza għad-dawrien u reazzjoni normali tal-wiċċ tat-triq fuq fus partikolari waqt l-ibbrejkjar, ipplottjata kontra r-rata tal-ibbrejkjar tal-vettura.”

(b)

fil-punt 2.1.4.2, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-imġiba ta' vetturi tal-kategoriji Tb, R2b, R3b, R4b u S2b fuq triq li l-adeżjoni fuqha tkun imnaqqsa, għandha tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness jew, jekk il-vettura tkun mgħammra bl-ABS, ir-rekwiżiti tal-Anness XI.”

(c)

il-punt 2.2.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.2.2.

Biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-punt 2.2.1.2.4 tal-Anness I, għandu jsir test tat-Tip 0, bil-magna skonnettjata, b'veloċità inizjali ta' 30 km/h.

Malli jiġi applikat il-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar, id-deċellerazzjoni medja totalment żviluppata u d-deċellerazzjoni immedjatament qabel ma tieqaf il-vettura, ma għandhiex tkun inqas minn 1,5 m/s2. L-istess rekwiżit japplika f’każ ta’ kontroll awżiljarju msemmi fil-punt 2.2.1.2.4 tal-Anness I.

It-test għandu jsir bil-vettura mgħobbija. Il-forza applikata fuq l-apparat ta' kontroll tal-ibbrejkjar ma għandhiex taqbeż il-valuri speċifikati.”

(d)

fil-punt 2.3.1.4, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Bħala alternattiva, huwa permess ukoll li t-test isir bil-magna skonnettjata, fejn applikabbli, waqt l-għafsiet tal-brejk.”

(e)

il-punt 2.3.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.2.1.

Is-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz ta’ vetturi tal-kategoriji R1, R2, S1, R3a, R4a u S2a; u ta' vetturi tal-kategoriji R3b u S2b, meta s-somma tal-mases teknikament permissibbli ma tkunx taqbeż l-10 000 kg, għandha tiġi ttestjata b'tali mod li, bil-vettura mgħobbija, l-enerġija mgħoddija lill-brejkijiet tkun ekwivalenti għal dik irrekordjata fl-istess perjodu ta' żmien meta l-vettura mgħobbija tat-test tinstaq b'veloċità stabbli ta' 40 km/h fuq niżla b’inklinazzjoni ta' 7 % għal distanza ta' 1,7 km.

Alternattivament, dan ir-rekwiżit jitqies li jkun ġie ssodisfat għal vetturi tal-kategoriji R3a, R4a, S2a u għall-vetturi tal-kategoriji R3b u S2b, meta s-somma tal-mases teknikament permissibbli għal kull fus ma tkunx taqbeż l-10 000 kg, meta dawn il-vetturi jkunu għaddew it-test tat-Tip III skont il-punt 2.5.”

(f)

il-punt 2.3.4.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.4.2.

Ikun aċċertat li meta l-vettura tinsaq b'veloċità kostanti ta' v = 60 km/h jew bil-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura rmunkata, skont liema tkun l-aktar waħda baxxa, bil-brejkijiet merħija, it-temperaturi asimptotiċi ma għandhomx jaqbżu żieda ta' 80 °C fit-temperatura tat-tnabar/diski, f'dak il-każ il-moments tal-ibbrejkjar residwu jitqiesu bħala aċċettabbli.”

(g)

il-punt 2.5.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.5.3.

R3b u S2b meta s-somma tal-mases teknikament permissibbli għal kull fus ma jkunux jaqbżu l-10 000 kg.”

(h)

il-punt 3.1.1.2, jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Fil-każ ta' trattur awtorizzat jirmonka vettura mingħajr brejkijiet tal-kategoriji R jew S, il-prestazzjoni minima meħtieġa għall-kombinament, kif meħtieġa fil-punt 3.1.1.2.1, għandha tinkiseb bil-vettura rmunkata mingħajr brejkijiet mqabbda mat-trattur u l-vettura rmunkata mhux ibbrejkjata mgħobbija sal-massa massima ddikjarata mill-manifattur tat-trattur.”

(ii)

l-aħħar sentenza fit-tielet paragrafu tinbidel b'dan li ġej:

“PM + R = massa tal-kombinament (massa PM + il-massa ddikkjarata mhux ibbrejkjata tal-vettura rmunkata PR)”

(i)

fit-tieni paragrafu tal-punt 3.1.3.3., jiżdied dan l-inċiż li ġej:

“—

Matul il-perjodu ta’ tkessiħ, is-sistema tal-brejk tal-parking ma għandhiex tiġi aġġustata manwalment.”

(j)

fil-punt 3.1.3.3, jiżdied ir-raba' paragrafu li ġej:

“It-test sħun statiku tas-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar jista’ jitħalla barra jekk is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar taġixxi purament fuq uċuħ tal-ibbrejkjar tas-servizz li ma jintużawx waqt l-ibbrejkjar tas-servizz.”

(k)

fil-punt 3.1.3.4, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Fil-każ li dan ir-rekwiżit ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat minħabba limitazzjonijiet fiżiċi (eż. adeżjoni limitata disponibbli bejn it-tajers u t-triq biex it-trattur jiġġenera forzi tal-ibbrejkjar suffiċjenti jew fil-każ li l-prestazzjoni tas-sistema tal-brejk tal-parking purament mekkanika tat-trattur kif preskritta fil-punt 3.1.3.1 ma tkunx biżżejjed biex iżżomm il-kombinament) dan jitqies li ġie ssodisfat meta r-rekwiżit alternattiv stabbilit fil-punt 3.1.3.4.1 ta’ dan l-Anness b’rabta mal-punt 2.2.1.20 tal-Anness I jkun intlaħaq.”

(l)

il-punti 3.1.3.4.1, 3.1.3.4.1.1 and 3.1.3.4.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.1.3.4.1.

Ir-rekwiżit tal-punt 3.1.3.4 jitqies bħala ssodisfat meta l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.1.3.4.1.1 jintlaħqu fil-każ ta’ vettura rmunkata bi brejk tas-servizz, jew meta l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.1.3.4.1.2 jintlaħqu fil-każ ta’ vettura rmunkata mingħajr brejkijiet inkella bi brejkijiet bl-inerzja.

3.1.3.4.1.1.

Anki meta l-magna tat-trattur ma tkunx qed taħdem, il-kombinament tal-massa massima permissibbli tibqa' stazzjonarja fuq ix-xaqliba preskritta meta l-attivazzjoni ta' apparat ta' kontroll uniku mis-sewwieq, mis-sit tas-sewqan tiegħu, tkun applikat is-sistema tal-ibbrejkjar tat-trattur u s-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-vettura rmunkata jew is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar tat-trattur biss.

3.1.3.4.1.2.

Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar tat-trattur tista' żżomm wieqaf it-trattur konness ma' vettura rmunkata mhux ibbrejkjata inkella bil-brejkijiet tal-inerzja li jkollha massa ugwali għall-ogħla “massa tal-kombinament PM+R’ imsemmija fir-rapport tat-test. Din il-massa għandha tkun iddeterminata kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ vettura rmunkata mingħajr brejkijiet: PM+R= massa tal-kombinament (massa PM + massa ddikjarata tal-vettura rmunkata mhux ibbrejkjata PR); skont il-punt 3.1.1.2;

(b)

fil-każ ta’ vettura rmunkata bi brejkijiet tal-inerzja: PM+R= massa tal-kombinament (massa PM + massa ddikjarata tal-vettura rmunkata bi brejkijiet tal-inerzja kif speċifikata mill-manifattur).

PM = massa tat-trattur (jekk ikun applikabbli, inkluż kwalunkwe ballast jew tagħbija ta' appoġġ jew it-tnejn).”

(m)

fil-punt 3.2.1.3, il-ħames paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-veloċità tat-test hija 60 km/h jew il-veloċità skont id-disinn massima tal-vettura rmunkata, skont liema tkun l-aktar baxxa.”

(n)

il-punt 3.2.3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.2.3.

Sistema tal-ibbrejkjar awtomatiku

Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar awtomatiku fil-każ ta' ħsara, kif deskritta fil-punti 2.2.1.17.1. u 2.2.1.18.5. tal-Anness I, meta l-ittestjar tal-vettura mgħobbija minn veloċità ta' 40 km/h jew 0,8 vmax (liema tkun aktar baxxa), ma għandhiex tkun aktar baxxa minn 13,5 % tat-tagħbija stazzjonarja massima tar-rota. L-imblukkar tar-roti fil-livelli tal-prestazzjoni ta' aktar minn 13,5 % huwa permess.”

(o)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.1.3 jinbidel b'dan li ġej:

“1.1.3.

Madankollu, il-vetturi tal-kategoriji msemmija fil-punt 1.1.1. u fil-punt 1.1.2 mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar antilokk tal-kategorija 1 jew 2 (tratturi) u tal-kategorija A jew B (vetturi rmunkati) li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness XI għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti rilevanti ta' dan l-Appendiċi bl-eċċezzjonijiet jew bil-kundizzjonijiet li ġejjin:”

(ii)

jiddaħħlu l-punti 1.1.5 u 1.1.6 li ġejjin:

“1.1.5.

Ir-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi japplikaw għat-tagħmir tal-ibbrejkjar mgħammar b'tajers tal-akbar dijametru maħsub mill-manifattur għal dik it-tip ta’ vettura.

1.1.6.

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-użu tal-aderenza u tal-kompatibbiltà assoċjati mad-dijagrammi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi għandha tintwera permezz tal-kalkoli.”

(iii)

is-sezzjoni 3 tinbidel b’dan li ġej:

“3.   Rekwiżiti għat-tratturi tal-kategorija T

3.1.   Tratturi b'żewġ fusien

3.1.1.

Għal valuri k bejn 0,2 u 0,8:

Formula

Id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan il-punt ma jaffettwawx ir-rekwiżiti tal-Anness II relatati mal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar. Madankollu, jekk, f’testijiet magħmulin skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt, jinkisbu prestazzjonijiet tal-ibbrejkjar li jkunu ogħla minn dawk preskritti fl-Anness II, id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kurvi tal-użu tal-adeżjoni għandhom jiġu applikati fiż-żoni tad-dijagramma 1 iddefiniti mil-linji dritti k = 0,8 u z = 0,8.

3.1.2.

Għar-rati tal-ibbrejkjar kollha bejn 0,15 u 0,30:

3.1.2.1.

Il-kurvi tal-utilizzazzjoni tal-adeżjoni għal kull fus jinsabu bejn żewġ linji paralleli għal-linja ideali tal-użu tal-adeżjoni li tingħata bil-formula k = z +/-0,08, kif muri fid-dijagramma 1 u l-kurva tal-użu tal-adeżjoni għall-fus ta’ wara għar-rati tal-ibbrejkjar z > 0,3 tikkonforma mar-relazzjoni:

Formula

3.1.3.

Għal tratturi awtorizzati li jirmunkaw vetturi tal-kategorija R3b, R4b u S2b mgħammra b'sistemi tal-ibbrejkjar bl-arja kkompressata:

3.1.3.1.

Meta ttestjata bis-sors tal-enerġija mwaqqaf, il-linja tal-provvista mblukkata, kompartiment ta' riżerva b'kapaċità ta' 0,5 litri mqabbad mal-linja ta' kontroll pnewmatiku, u s-sistema fil-pressjoni tal-attivazzjoni u tad-diżattivazzjoni, il-pressjoni b'applikazzjoni sħiħa tal-apparat ta' kontroll tal-ibbrejkjar għandha tkun bejn 650 u 850 kPa fl-irjus tal-agganċament tal-linja tal-provvista u l-linja ta' kontroll pnewmatiku, irrispettivament mill-kundizzjoni ta' tagħbija tal-vettura.

3.1.3.2.

Għal vetturi mgħammra b’linja ta’ kontroll elettriku, applikazzjoni sħiħa tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz għandha tipprovdi valur ta’ domanda diġitali li jikkorrispondi għal pressjoni bejn 650 u 850 kPa (ara ISO 11992:2003 inkluż ISO 11992-2:2003 u l-Emenda 1:2007 tiegħu).

3.1.3.3.

Dawn il-valuri għandhom ikunu preżenti b’mod illi jidher fit-trattur meta dan tal-aħħar ikun żganċjat mill-vettura rmunkata. Il-marġini ta’ kompatibbiltà fid-dijagrammi speċifikati fil-punti 3.1.6., 4.1. u 4.2., ma għandhomx jiġu estiżi aktar minn 750 kPa u/jew il-valur diġitali tad-domanda korrispondenti (ara ISO 11992:2003 inkluż ISO 11992-2:2003 u l-Emenda 1:2007 tiegħu).

3.1.3.4.

Għandu jiġi żgurat li f’ras l-agganċament tal-linja tal-provvista, tkun disponibbli pressjoni ta’ mill-inqas 700 kPa meta s-sistema tkun fil-pressjoni tal-attivazzjoni. Din il-pressjoni għandha tintwera mingħajr ma jiġu applikati l-brejkijiet tas-servizz.

3.1.4.

Għal tratturi awtorizzati li jirmunkaw vetturi tal-kategorija R3b, R4b u S2b mgħammra b'sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi:

3.1.4.1.

Meta tiġi ttestjata bis-sors tal-enerġija fil-veloċità tal-magna mhux ingranata u ta' 2/3 tal-veloċità massima tal-magna, linja ta' kontroll tas-simulatur tal-vettura rmunkata (il-punt 3.6 tal-Anness III) titqabbad mal-linja ta' kontroll idrawliku. B'applikazzjoni sħiħa tal-apparat ta' kontroll tal-ibbrejkjar, il-pressjonijiet għandhom ikunu bejn 11 500 u 15 000 kPa fil-kontroll idrawliku u għandhom ikunu bejn 1 500 u 3 500 kPa fil-linja supplimentari, irrispettivament mill-kundizzjoni ta' tagħbija tal-vettura.

3.1.4.2.

Dawn il-pressjonijiet għandhom ikunu preżenti b’mod illi jidher fit-trattur meta dan tal-aħħar ikun żganċjat mill-vettura rmunkata. Il-marġini ta’ kompatibbiltà fid-dijagrammi speċifikati fil-punti 3.1.6., 4.1. u 4.2., ma għandhomx jiġu estiżi aktar minn 13 300 kPa.

3.1.5.

Verifika tar-rekwiżiti tal-punti 3.1.1. u 3.1.2.

3.1.5.1.

Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-punti 3.1.1. u 3.1.2., il-manifattur għandu jipprovdi l-kurvi tal-utilizzazzjoni tal-adeżjoni għall-fusien ta' quddiem u ta' wara permezz tal-formuli:

Formula

Formula

Il-kurvi għandhom jiġu plottjati għaż-żewġ kundizzjonijiet ta' tagħbija li ġejjin:

3.1.5.1.1.

Mhux mgħobbija, li ma taqbiżx il-massa minima ddikjarata mill-manifattur fid-dokument ta' informazzjoni;

3.1.5.1.2.

Mgħobbija; meta jkun hemm provvediment għal diversi possibbiltajiet tad-distribuzzjoni tat-tagħbija, dik li permezz tagħha, il-fus ta' quddiem ikun mgħobbi l-iktar għandha tkun dik li tiġi kkunsidrata.

3.1.5.2.

Rekwiżiti speċjali fil-każ ta’ tratturi li fihom il-fusien kollha jkunu konnessi b’mod riġidu u b’mod permanenti (100 % tar-rata ta’ llokkjar) mit-trażmissjoni all-wheel drive jew li jkunu konnessi awtomatikament mit-trażmissjoni all-wheel drive (100 % tar-rata ta’ llokkjar)

3.1.5.2.1.

Il-verifika matematika skont il-punt 3.1.5.1. mhijiex meħtieġa.

3.1.5.3.

Tratturi b’all-wheel drive permanenti għajr dawk koperti mill-punt 3.1.5.2.

3.1.5.3.1.

Jekk ma jkunx possibbli, għal vetturi bi trażmissjoni fuq ir-roti kollha jew fil-kundizzjoni meta t-trażmissjoni fuq ir-roti kollha tkun konnessa waqt l-ibbrejkjar, biex titwettaq il-verifika matematika skont il-punt 3.1.5.1, minflok il-manifattur jista’ jivverifika permezz ta’ test tas-sekwenza tal-imblokkar tar-roti li l-imblokkar tar-roti ta’ quddiem iseħħ jew simultanjament ma’ l-imblokkar tar-roti ta’ wara jew qabel.

3.1.5.4.

Madankollu, għal tratturi li japplikaw it-trażmissjoni fuq ir-roti kollha awtomatikament meta l-ibbrejkjar jinbeda f'veloċità ta' aktar minn 20 km/h iżda li ma jqabbdux it-trażmissjoni fuq ir-roti kollha awtomatikament meta tiġi applikata s-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz f'veloċitajiet li ma jaqbżux l-20 km/h, mhuwiex meħtieġ li tintwera konformità mal-punt 3.1.5.1. għall-kundizzjoni meta t-trażmissjoni fuq ir-roti kollha ma tkunx konnessa waqt l-ibbrejkjar.

3.1.5.5.

Proċedura biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti stipulati fil-punt 3.1.5.3.

3.1.5.5.1.

It-test tas-sekwenza tal-imblokkar tar-roti għandu jsir bil-vettura mgħobbija u bil-vettura mhux mgħobbija fuq l-uċuħ tat-triq b'livell ta’ adeżjoni tali li l-imblukkar tar-roti fuq l-ewwel fus iseħħ b’rati tal-ibbrejkar bejn 0,55 u 0,8 mill-veloċità inizjali tat-test speċifikata fil-punt 3.1.5.5.2.

3.1.5.5.2.

Il-veloċità tat-test:

0,9 vmax, iżda ma taqbiżx is-60 km/h.

3.1.5.5.3.

Il-forza tal-pedala li tiġi applikata tista’ taqbeż il-forzi ta’ attwazzjoni permissibbli skont il-punt 3.1.1 tal-Anness II.

3.1.5.5.4.

Il-forza tal-pedala tiġi applikata u miżjuda b’mod li t-tieni rota fuq il-vettura timblokka bejn 0,5 u 1 s wara li tinbeda l-applikazzjoni tal-brejk, sakemm iseħħ l-imblokkar taż-żewġ roti fuq fus wieħed (jistgħu jillokkjaw ukoll roti addizzjonali waqt it-test, eż. fil-każ ta’ imblokk simultanju).

3.1.5.5.4.1

Jekk mhux possibbli matul it-test bil-vettura mgħobbija li jseħħ l-imblukkar tat-tieni rota f'ħin ta' sekonda (1), dan it-test jista' ma jsirx, bil-kundizzjoni li l-imblukkar tar-roti fil-kundizzjonijiet preskritti fil-punt 3.1.5.5.4 jista' jintwera fit-test mingħajr tagħbija.

Jekk anke fit-test mingħajr tagħbija ma jkunx possibbli li jintlaħaq imblukkar tat-tieni rota f'ħin ta' sekonda (1), għandu jsir it-tielet test deċiżiv fuq uċuħ tat-triq b’koeffiċjent ta’ aderenza ta’ mhux aktar minn 0,3 mill-veloċità tat-test ta’ 0,8 vmax km/h, iżda li ma taqbiżx is-60 km/h.

3.1.5.5.4.2

Għall-finijiet tat-testijiet skont il-punt 3.1.5.5, l-imblokkar simultanju tar-roti ta' quddiem u ta' wara jirreferi għall-kundizzjonijiet meta l-intervall tal-ħin bejn l-ewwel okkorrenza ta' mblokkar tal-aħħar (it-tieni) rota fuq il-fus ta' wara u l-ewwel okkorrenza ta' mblokkar tal-aħħar (it-tieni) rota fuq il-fus ta' quddiem ikun inqas minn 0,3 sekonda.

3.1.6.

Tratturi awtorizzati biex jiġbdu vetturi rmunkati

3.1.6.1.

Ir-relazzjoni permissibbli bejn ir-rata tal-ibbrejkjar TM/FM u l-pressjoni pm għandha tkun fiż-żoni murija fid-dijagramma 2 għall-pressjonijiet kollha bejn 20 u 750 kPa (fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar bl-arja kkompressata) u 350 u 13 300 kPa (fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar idrawlika).

3.2.   Tratturi b'aktar minn żewġ fusien

Ir-rekwiżiti tal-punt 3.1. għandhom japplikaw għall-vetturi b'aktar minn żewġ fusien. Ir-rekwiżiti tal-punt 3.1.2. fir-rigward tas-sekwenza tal-imblokkar tar-roti għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati, jekk, fil-każ ta’ rati tal-ibbrejkjar ta’ bejn 0,15 u 0,30, l-adeżjoni użata minn mill-inqas wieħed mill-fusien ta’ quddiem tkun akbar minn dik użata minn mill-inqas wieħed mill-fusien ta’ wara.”

(iv)

il-punt 6.1 jinbidel b’dan li ġej:

“6.1.

Il-vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi permezz ta’ apparat ikkontrollat mekkanikament mis-sospensjoni tal-vettura, għandhom ikunu mmarkati skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/208 u bid-dejta xierqa biex juru l-kors utli tal-apparat bejn il-pożizzjonijiet li jikkorrispondu mal-istati mhux mgħobbija u mgħobbija tal-vettura, rispettivament, u kull informazzjoni oħra li tagħmilha possibbli li jiġi ċċekkjat is-setting tal-apparat.”

(v)

fil-punt 6.3, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Eżempju tal-marki għal apparat ikkontrollat mekkanikament f'vettura mgħammra b’sistema tal-ibbrejkjar bl-arja kkompressata jew sistema tal-ibbrejkjar idrawliku huwa pprovdut f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 (*1).

(*1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).”"

(vi)

it-titolu tad-Dijagramma 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Relazzjoni permissibbli bejn ir-rata tal-ibbrejkjar TM/FM u l-pressjoni tar-ras tal-agganċ pm għal tratturi tal-kategoriji T u C b'sistemi tal-ibbrejkjar bl-arja kkompressata jew idrawliku”

(3)

L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt 3.6.2.1.2.1 jitħassar;

(b)

fil-punt 1.1 tal-Appendiċi 2, id-deskrizzjoni tas-simbolu A tinbidel b’dan li ġej:

“A = akkumulatur idrawliku (pressjoni tal-pre-charge: 1 000 kPa)”

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1.2.2.1 tal-parti A, it-tielet sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Il-pressjoni inizjali għandha tiġi ddikjarata fil-folder ta' informazzjoni.”

(b)

il-parti B hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt 1.2.2.1, it-tielet sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Il-livell inizjali tal-enerġija għandu jkun iddikjarat fil-folder ta' informazzjoni.”

(ii)

fil-punt 1.3.2.1, it-tielet sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Il-livell inizjali tal-enerġija għandu jkun iddikjarat fil-folder ta' informazzjoni.”

(c)

il-parti C hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt 1.1.1 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Apparat tal-ħżin tal-enerġija użati bħala dampers tal-pulsazzjonijiet f'sistemi tal-ibbrejkjar idrawliku fejn il-prestazzjoni preskritta għall-brejkijiet ta' servizz tinkiseb minn sors tal-enerġija, ma jitqiesux bħala mezzi ta’ akkumulazzjoni tal-enerġija skont it-tifsira ta’ dan l-Anness.”

(ii)

il-punt 2.1.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1.3.

L-interpretazzjoni tar-riżultati

Il-ħin t ma għandux jaqbeż 30 sekonda fil-każ ta' tratturi li magħhom ma jkunx awtorizzat l-agganċament ta’ vettura rmunkata.”

(5)

fl-Anness V, il-punt 2.2.1 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.1.

rekwiżiti tal-ħin tar-rispons kif stabbilit fis-sezzjoni 6 tal-Anness III;”

(6)

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Rekwiżiti alternattivi tal-ittestjar għall-vetturi li għalihom twettqu testijiet ekwivalenti għat-testijiet tat-Tip I, tat-Tip II jew tat-Tip III”

(b)

is-sezzjonijiet 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

1.1.

‘vettura rmunkata inkwistjoni’ tfisser vettura rmunkata rappreżentattiva tat-tip tal-vettura rmunkata li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip;

1.2.

‘identiċi’ tfisser parts li għandhom karatteristiki ġeometriċi u mekkaniċi identiċi u l-materjali użati għall-komponenti tal-vetturi huma identiċi wkoll;

1.3.

‘fus ta' referenza’ tfisser fus li għalih hemm rapport tat-test;

1.4.

‘brejk ta' referenza’ tfisser brejk li għalih hemm rapport tat-test;

1.5.

‘massa nominali tal-ittestjar’ tfisser il-massa ta' diska jew tanbur li l-manifattur jispeċifika għad-diska jew għat-tanbur, rispettivament, li bihom jitwettaq it-test rilevanti mis-Servizz Tekniku;

1.6.

‘massa attwali tal-ittestjar’ tfisser il-massa mkejla mis-Servizz Tekniku qabel it-test;

1.7.

‘torque ta' limitu għall-input tal-brejk’ tfisser t-torque tal-input neċessarju biex jiġi prodott torque tal-brejk li jista’ jitkejjel;

1.8.

‘torque ta' limitu dikjarat għall-input tal-brejk’ tfisser it-torque ta' limitu għall-input tal-brejk iddikjarat mill-manifattur li huwa rappreżentattiv għall-brejk;

1.9.

‘dijametru estern iddikjarat’ tfisser id-dijametru estern ta' diska ddikjarat mill-manifattur, li huwa dijametru estern rappreżentattiv tad-diska;

1.10.

‘dijametru estern nominali’ tfisser id-dijametru estern li l-manifattur jispeċifika għad-diska li fuqha jitwettaq it-test rilevanti mis-Servizz Tekniku;

1.11.

‘dijametru estern attwali’ tfisser id-dijametru estern ta' diska imkejjel mis-Servizz Tekniku qabel it-test;

1.12.

‘tul effettiv tal-camshaft’ tfisser id-distanza mil-linja ċentrali tal-S-cam sal-linja ċentrali tal-lieva tat-tħaddim;

1.13.

‘fattur tal-brejk’ tfisser il-proporzjon ta' amplifikazzjoni bejn l-input u l-output mill-brejk.

2.   Rekwiżiti ġenerali

Ma hemmx għalfejn jitwettqu testijiet tat-Tip I u/jew tat-Tip II jew tat-Tip III, stabbiliti fl-Anness II, fuq vettura u s-sistemi tagħha, sottomessi għall-approvazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

2.1.

Il-vettura kkonċernata tkun trattur jew vettura rmunkata li, fir-rigward tat-tajers, l-enerġija tal-ibbrejkjar assorbita minn kull fus, u l-mod tat-twaħħil tat-tajers u l-armar tal-brejkijiet, ikunu identiċi, fir-rigward tal-ibbrejkjar għal trattur jew vettura rmunkata li:

2.1.1.

Ikunu għaddew mit-test tat-Tip I u/jew tat-Tip II jew tat-Tip III; kif ukoll

2.1.2.

Ikunu ġew approvati, fir-rigward tal-enerġija tal-ibbrejkjar assorbita, għall-massa għal kull fus li ma tkunx inqas minn dik tal-vettura kkonċernata.

2.2.

Il-vettura kkonċernata tkun trattur jew vettura rmunkata li l-fus jew il-fusien tagħha, fir-rigward tat-tajers, l-enerġija tal-ibbrejkjar assorbita minn kull fus, u l-mod tat-twaħħil tat-tajers u l-armar tal-brejkijiet, ikunu identiċi fir-rigward tal-ibbrejkjar għal fus jew fusien li jkunu għaddew individwalment mit-test tat-Tip I u/jew tat-Tip II jew tat-Tip III għall-mases għal kull fus li ma jkunux inqas minn dik tal-vettura kkonċernata, bil-kundizzjoni li l-enerġija tal-ibbrejkjar assorbita minn kull fus ma tkunx aktar mill-enerġija assorbita minn kull fus fit-test ta’ referenza jew fit-testijiet imwettqa fuq il-fus individwali.

2.3.

Il-vettura kkonċernata tkun trattur mgħammar b’sistema tal-ibbrejkjar ta’ reżistenza, li mhux il-brejk tal-magna, identika għal sistema tal-ibbrejkjar ta’ reżistenza li diġà tkun ġiet ittestjata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.3.1.

Is-sistema tal-ibbrejkjar ta' reżistenza għandha, waħedha, f'test imwettaq fuq xaqliba ta' mill-inqas 6 fil-mija (test tat-Tip II), tkun stabbilizzat vettura li l-massa massima tagħha fil-ħin tat-test ma tkunx inqas mill-massa massima tal-vettura sottomessa għall-approvazzjoni;

2.3.2.

Fit-test ta’ hawn fuq għandu jiġi vverifikat li l-veloċità rotazzjonali tal-parts li jduru tas-sistema tal-ibbrejkjar ta’ reżistenza, meta l-vettura sottomessa għall-approvazzjoni tilħaq veloċità fit-triq ta’ 30 km/h, tkun tali li t-torque tat-tnaqqis fil-veloċità ma jkunx inqas minn dak korrispondenti għat-test imsemmi fil-punt 2.3.1.

2.4.

Il-vettura kkonċernata tkun vettura rmunkata mgħammra bi brejkijiet S-cam li jaħdmu bl-arja jew bi brejkijiet diska li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' verifika tal-Appendiċi 1 fir-rigward tal-kontroll tal-karatteristiċi pparagunati mal-karatteristiki mogħtija f'rapport għal fus ta' referenza kif muri fir-rapport tat-test. Jistgħu jiġu approvati disinji oħrajn ta’ brejkijiet S-cam li jaħdmu bl-arja jew brejkijiet diska wara l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni ekwivalenti.”

(c)

is-sezzjoni 4 tinbidel b’dan li ġej:

“4.   Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip

Meta jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ hawn fuq, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin:

4.1.

Fil-każ fil-punt 2.1 ta' dan l-Anness, għandu jiddaħħal in-numru tal-approvazzjoni tal-vettura soġġetta għat-test ta’ referenza tat-Tip I u/jew tat-Tip II jew tat-Tip III.

4.2.

Fil-każijiet fil-punt 2.2 ta' dan l-Anness, għandha timtela t-Tabella I fil-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.

4.3.

Fil-każijiet fil-punt 2.3 ta' dan l-Anness, għandha timtela t-Tabella II fil-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.

4.4.

Jekk ikun applikabbli l-punt 2.4 ta' dan l-Anness, għandha timtela t-Tabella III fil-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(d)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sezzjoni 2 tinbidel b’dan li ġej:

“2.   Is-simboli użati f'dan l-Anness huma spjegati fit-tabella li ġejja:

2.1.

Simboli

P

=

parti mill-massa tal-vettura li tkun qiegħda tinġarr mill-fus f’kundizzjonijiet statiċi

F

=

reazzjoni normali tal-wiċċ tat-triq fuq il-fus f’kundizzjonijiet statiċi = P·g

FR

=

ir-reazzjoni statika normali totali tal-wiċċ tat-triq fuq ir-roti kollha tal-vettura rmunkata

Fe

=

it-tagħbija fuq il-fus tat-test

Pe

=

Fe / g

g

=

l-aċċellerazzjoni minħabba l-gravità: g = 9.81 m/s2

C

=

it-torque tal-input tal-brejk

C0

=

torque ta' limitu għall-input tal-brejk Dan it-torque jista' jiġi ddeterminat minn estrapolazzjoni ta' kejl f'medda li ma taqbiżx il-15 fil-mija tar-rata tal-ibbrejkjar jew metodi ekwivalenti oħra.

C0,dec

=

it-torque ta' limitu dikjarat għall-input tal-brejk

Cmax

=

it-torque massimu għall-input tal-brejk

R

=

ir-raġġ tad-dawrien dinamiku tat-tajer. Bħala alternattiva għall-vetturi tal-kategorija Ra u Sa, ir-raġġ statiku mgħobbi, kif speċifikat mill-manifattur tat-tajer, jista' jintuża minflok ir-raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer

T

=

il-forza tal-brejk fl-interfaċċa bejn it-tajer u t-triq

TR

=

il-forza totali tal-brejk fl-interfaċċa bejn it-tajer u t-triq tal-vettura rmunkata

M

=

it-torque tal-brejk = T.R

z

=

ir-rata tal-ibbrejkjar = T/F jew M/(R F)

s

=

l-istrowk tal-attwatur (strowk ta' ħidma flimkien mal-istrowk liberu)

sp

=

l-istrowk effettiv (l-istrowk fejn l-imbottatura tal-output tkun 90 % tal-imbottatura medja ThA)

Image

ThA

=

l-imbottatura medja (l-imbottatura medja tiġi determinata billi jiġu integrati l-valuri bejn 1/3 u 2/3 tal-istrowk totali smax)

l

=

it-tul tal-liver

r

=

ir-raġġ intern tat-tnabar tal-brejkijiet jew ir-raġġ effettiv tad-diski tal-brejkijiet

p

=

il-pressjoni tal-attwatur tal-brejk

Note:

Simboli bis-suffiss ‘e’ jirrigwardaw il-parametri assoċjati mat-test tal-brejk ta' referenza u jistgħu jiġu miżjuda ma' simboli oħra kif ikun xieraq.”

(ii)

il-punt 3.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“3.1.2.

Ir-riżultati tat-testijiet fuq kombinament ta' fusien jistgħu jintużaw skont il-punt 2.1 ta' dan l-Anness sakemm kull fus jikkontribwixxi input ta' enerġija ta' bbrejkjar ugwali matul it-testijiet tat-tkaxkir u tal-brejk jaħraq.”

(iii)

il-punt 3.7 jinbidel b’dan li ġej:

“3.7.

Identifikazzjoni

3.7.1.

Il-fus għandu jkollu fuqu, f'post viżibbli, tal-inqas l-informazzjoni ta' identifikazzjoni li ġejja, miġbura flimkien, fi kwalunkwe ordni, b'mod li jista' jinqara u li ma jitħassarx:

3.7.1.1.

Il-manifattur tal-fus u/jew id-ditta tal-fus;

3.7.1.2.

Identifikatur tal-fus;

3.7.1.3.

Identifikatur tal-brejk

3.7.1.4.

Identifikatur Fe;

3.7.1.5.

Parti tal-bażi tan-numru tar-rapport tat-test;

3.7.1.6.

Eżempju tal-identifikaturi:

Manifattur tal-Fus u/jew ditta ABC

ID1-XXXXXX

ID2-YYYYYY

ID3-11111

ID4-ZZZZZZZ

3.7.2.

Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet mhux integrat għandu jkollu fuqu, f'post viżibbli, tal-inqas l-informazzjoni ta' identifikazzjoni li ġejja miġbura flimkien, fi kwalunkwe ordni, b'mod li jista' jinqara u li ma jitħassarx:

3.7.2.1.

Manifattur u d-ditta jew wieħed minnhom, kif applikabbli

3.7.2.2.

Tip

3.7.2.3.

Verżjoni

3.7.3.

Id-ditta u t-tip ta' kull firrodu jew pedd tal-brejk għandhom ikunu viżibbli meta l-firrodu jew il-pedd jiġu mmuntati fuq in-nagħla tal-brejk jew fuq il-pjanċa ta' sostenn b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx.

3.7.4.

Identifikaturi

3.7.4.1.

Identifikatur tal-fus

L-identifikatur tal-fus jikkategorizza fus f’termini tal-forza tal-ibbrejkjar/tal-kapaċità tat-torque tiegħu kif iddikjarat mill-manifattur tal-fus.

L-identifikatur tal-fus għandu jkun numru alfanumeriku li jkun magħmul minn erba’ karattri “ID1-” li jkunu segwiti minn massimu ta' 20 karattru.

3.7.4.2.

Identifikatur tal-brejk

L-identifikatur tal-brejk għandu jkun numru alfanumeriku li jkun magħmul minn erba’ karattri “ID2-” li jkunu segwiti minn massimu ta' 20 karattru.

Brejk bl-istess identifikatur huwa brejk li ma jkunx ivarja fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-tip ta' brejk;

(b)

il-materjal tal-bażi fir-rigward tal-housing tal-calliper, il-carrier tal-brejk, id-diska tal-brejk u t-tanbur tal-brejk;

(c)

id-dimensjonijiet bis-suffiss “e” skont ir-rapport tat-test;

(d)

il-metodu bażiku użat fil-brejk biex tiġi ġġenerata l-forza tal-ibbrejkjar;

(e)

fil-każ ta' brejkijiet bid-diska, il-metodu tal-armar taċ-ċirku ta' frizzjoni: fiss jew floating;

(f)

il-fattur tal-brejk BF;

(g)

il-karatteristiki differenti tal-brejk fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness VII li mhumiex koperti mill-punt 3.7.4.2.1. ta' dan l-Appendiċi

3.7.4.2.1.

Differenzi permessi fi ħdan l-istess identifikatur tal-brejk

L-istess identifikatur tal-brejk jista' jinkludi karatteristiki differenti tal-brejk fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

(a)

żieda fit-torque massimu ddikjarat għat-tħaddim tal-brejk Cmax;

(b)

devjazzjoni tal-massa ddikjarata tad-diska tal-brejk u tat-tanbur tal-brejk mdec: ±20 fil-mija;

(c)

metodu ta' kif jitwaħħlu l-firrodi / l-pedd fuq in-nagħla tal-brejk/ il-pjanċa ta' sostenn;

(d)

fil-każ ta' brejkijiet bid-diska, żieda fil-kapaċità ttal-istrowk massimu tal-brejk;

(e)

tul effettiv tal-camshaft;

(f)

torque tal-limitu ddikjarat C0,dec;

(g)

±5 mm mid-dijametru estern iddikjarat tad-diska;

(h)

tip ta' tkessiħ tad-diska (ventilata/mhux ventilata);

(i)

hub (b’hub integrat jew mingħajru);

(j)

diska b'tanbur integrat – b’funzjoni ta' brejk tal-parking jew mingħajrha;

(k)

relazzjoni ġeometrika bejn l-uċuħ tal-frizzjoni tad-diska u l-mounting tad-diska;

(l)

tip ta' firrodi tal-brejkijiet;

(m)

varjazzjonijiet fil-materjal (esklużi bidliet fil-materjal ta' bażi kif imsemmi fil-punt 3.7.4.2) li għalihom il-manifattur jikkonferma li tali varjazzjoni fil-materjal ma tbiddilx il-prestazzjoni fir-rigward tat-testijiet meħtieġa;

(n)

pjanċa ta' sostenn u nagħliet.

3.7.4.3.

Identifikatur Fe

L-identifikatur Fe jindika t-tagħbija fuq il-fus tat-test. Għandu jkun numru alfanumeriku magħmul minn erba' karattri “ID3-” li jkunu segwiti mill-valur Fe f'daN, mingħajr l-identifikatur tal-unità daN.

3.7.4.4.

Identifikatur tar-rapport tat-test

L-identifikatur tar-rapport tat-test għandu jkun numru alfanumeriku magħmul minn erba’ karattri “ID4-” li jkunu segwiti mill-parti bażika tan-numru tar-rapport tat-test.

3.7.5.

Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet (integrat u mhux integrat)

3.7.5.1.

Tipi ta' apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet

Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet tal-istess tip ma jvarjax fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

(a)

l-istruttura: materjal ta' bażi;

(b)

moment massimu permess tax-xaft tal-brejk;

(c)

prinċipju operattiv tal-aġġustament.

3.7.5.2.

Verżjonijiet ta' apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet, fir-rigward tal-imġiba tal-aġġustament

Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet fi ħdan tip li għandu impatt fuq l-ispazju ħieles għat-tħaddim tal-brejk huwa meqjus bħala verżjoni differenti.”

(iv)

il-punt 3.8 jinbidel b’dan li ġej:

“3.8.

Kriterji tat-test

Fil-każ li jkun hemm ħtieġa ta' rapport tat-test ġdid jew ta' estensjoni tar-rapport tat-test għal fus jew brejk immodifikati fil-limiti speċifikati fid-dokument tal-informazzjoni, il-kriterji li ġejjin jintużaw biex tiġi ddeterminata n-neċessità ta' iktar testijiet, billi jittieħdu inkonsiderazzjoni konfigurazzjonijiet tal-agħar każijiet bi ftehim mas-Servizz Tekniku.

Abbrevjazzjonijiet użati fit-tabella sussegwenti:

CT (test komplut)

It-test:

3.5.1.: Test supplimentari tal-prestazzjoni kiesħa

3.5.2.: Test tal-fade (test tat-Tip I) (*2)

3.5.3.: Test tal-fade (test tat-Tip III) (*2)

FT (test tal-fade)

It-test:

3.5.1. : Test supplimentari tal-prestazzjoni kiesħa

3.5.2. Test tal-fade (test tat-Tip I) (*2)

3.5.3. Test tal-fade (test tat-Tip III) (*2)

Differenzi skont il-punt 3.7.4.2.1

Kriterji tat-test

(a)

Żieda fit-torque massimu ddikjarat tal-input tal-brejk Cmax

Bidla permessa mingħajr testijiet addizzjonali

(b)

Devjazzjoni tal-massa ddikjarata tad-diska tal-brejk u tat-tanbur tal-brejk mdec: ± 20 fil-mija

CT: Għandu jiġi ttestjat l-eħfef varjant; l-eħfef varjant għandu jiġi ttestjat, iżda jekk il-massa nominali tat-test għal varjant ġdid tiddevja b'anqas minn 5 fil-mija mill-varjant ittestjat qabel b'valur nominali ogħla, it-test bil-verżjoni aktar ħafifa ma jkunx meħtieġ.

Il-massa tat-test reali tal-kampjun ittestjat tista’ tvarja ±5 fil-mija mill-massa nominali tat-test.

(c)

Metodu ta' kif jitwaħħlu l-firrodi / il-pedd fuq in-nagħla tal-brejk/ il-pjanċa ta' sostenn

L-agħar każ speċifikat mill-manifattur u aċċettat min-naħa tas-Servizzi Tekniċi li jkunu qed iwettqu t-test

(d)

Fil-każ ta' brejkijiet bid-diska, żieda fil-kapaċità tal-istrowk massimu tal-brejk

Bidla permessa mingħajr testijiet addizzjonali

(e)

Tul effettiv tal-camshaft

L-agħar każ jitqies dak tar-riġidità tat-torsjoni tal-camshaft l-aktar baxxa u dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’:

(i)

FT; jew

(ii)

Bidla permessa mingħajr testijiet addizzjonali jekk permezz ta' kalkoli tkun tista’ tintwera l-influwenza fir-rigward tal-istrowk u tal-forza tal-ibbrejkjar. F'dan il-każ, ir-rapport tat-test għandu jindika l-valuri estrapolati li ġejjin: se, Ce, Te, Te/Fe.

(f)

Torque tal-limitu ddikjarat C0,dec

Għandu jiġi ċċekkjat li l-prestazzjoni tal-brejk tibqa’ fi ħdan il-kurituri tad-Dijagramma 1

(g)

±5 mm mid-dijametru estern iddikjarat tad-diska

L-agħar każ tat-test huwa meqjus bħala l-iżgħar dijametru

Id-dijametru estern attwali tal-kampjun ittestjat jista’ jvarja ±1 mm mid-dijametru estern nominali speċifikat mill-manifattur tal-fus.

(h)

Tip ta' tkessiħ tad-diska (ivventilata/mhux ivventilata)

Kull tip għandu jiġi ttestjat

(i)

Buttun (b'buttun integrat jew mingħajru);

Kull tip għandu jiġi ttestjat

(j)

Diska b'tanbur integrat – b’funzjoni tal-brejk tal-parking jew mingħajrha

Mhux meħtieġ ittestjar għal din il-karatteristika

(k)

Relazzjoni ġeometrika bejn l-uċuħ tal-frizzjoni tad-diska u l-mounting tad-diska

Mhux meħtieġ ittestjar għal din il-karatteristika

(l)

Tip ta' firrodu tal-brejkijiet

Kull tip ta' firrodu tal-brejkijiet

(m)

Varjazzjonijiet fil-materjal (esklużi bidliet fil-materjal ta' bażi kif imsemmi fil-punt 3.7.4.2) li għalihom il-manifattur jikkonferma li tali varjazzjoni fil-materjal ma tbiddilx il-prestazzjoni fir-rigward tat-testijiet meħtieġa

Mhux meħtieġ test għal din il-kundizzjoni

(n)

Pjanċa ta' sostenn u nagħliet tal-brejkijiet

L-agħar każijiet tal-kundizzjonijiet tat-test (*3):

Pjanċa ta' sostenn:: ħxuna minima

Nagħla tal-brejk:: l-eħfef nagħla tal-brejk

3.8.1.

Jekk apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet jiddevja minn wieħed ittestjat skont il-punti 3.7.5.1 u 3.7.5.2, ikun meħtieġ test addizzjonali skont il-punt 3.6.2.”

(7)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2.2.18 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.18.

s': il-kors effettiva (utli) tal-apparat ta' kontroll f'millimetri, determinata kif meħtieġ mill-punt 10.4.”

(b)

il-punt 2.2.23 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.23.

M*: torque tal-ibbrejkjar kif speċifikat mill-manifattur. Dan it-torque tal-ibbrejkjar għandu għall-inqas jipproduċi l-forza preskritta tal-ibbrejkjar B*;”

(c)

il-punt 2.2.24 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.24.

R: Raġġ tad-dawrien dinamiku tat-tajer. Bħala alternattiva għall-vetturi tal-kategorija Ra u Sa, ir-raġġ statiku mgħobbi, kif speċifikat mill-manifattur tat-tajer, jista' jintuża minflok ir-raġġ tad-dawrien dinamiku tat-tajer;”

(d)

il-punt 5.5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.5.

Fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar bl-inerzja fuq vetturi rmunkati b'diversi fusien u bi żbarra tal-irmunkar, għandu jitkejjel it-telf tal-ispostament imsemmi fil-punt 10.4.1.”

(e)

is-sezzjoni 9 tinbidel b’dan li ġej:

“9.   Rapporti tat-test

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ vetturi rmunkati mgħammra b’sistemi tal-ibbrejkjar bl-inerzja għandhom ikunu akkumpanjati mir-rapporti tat-testijiet relatati mal-apparat ta’ kontroll u l-brejkijiet u r-rapport tat-test dwar il-kompatibilità tal-apparat ta’ kontroll tat-tip bl-inerzja, l-apparat ta' trażmissjoni u l-brejkijiet tal-vettura rmunkata; dawn ir-rapporti jinkludu tal-inqas id-dettalji preskritti fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/504.”

(f)

fil-punt 10.3.1, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Biex tiġi verifikata l-konformità ta' dawn il-kundizzjonijiet, għandhom jiġu applikati l-inugwaljanzi li ġejjin:”

(g)

il-punt 10.3.1.1 jinbidel b'dan li ġej:

“10.3.1.1.

F'sistemi tal-ibbrejkjar bl-inerzja bi trażmissjoni mekkanika:

Formula”;

(h)

il-punt 10.3.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“10.3.1.2.

F'sistemi tal-ibbrejkjar bl-inerzja bi trażmissjoni idrawlika:

Formula”;

(i)

il-punt 10.4.3.2 jinbidel b'dan li ġej:

“10.4.3.2.

f'sistemi tal-ibbrejkjar bl-inerzja bi trażmissjoni idrawlika:

Formula

Formula”;

(j)

jiddaħħlu dawn il-punti 10.4.4, 10.4.4.1, 10.4.4.1.1, 10.4.4.1.2, 10.4.4.2, 10.4.4.2.1, 10.4.4.2.2, 10.4.5, 10.4.5.1, 10.4.5.2, 10.4.5.3 u 10.4.5.4:

“10.4.4.

Meta l-vettura rmunkata timxi lura, għandhom jiġu applikati l-inugwaljanzi li ġejjin:

10.4.4.1.

F'sistemi tal-ibbrejkjar bl-inerzja bi trażmissjoni mekkanika:

10.4.4.1.1.

Formula

10.4.4.1.2.

Formula

10.4.4.2.

F'sistemi tal-ibbrejkjar bl-inerzja bi trażmissjoni idrawlika:

10.4.4.2.1.

Formula

10.4.4.2.2.

Formula

10.4.5.

Kontrolli meta jkun armat limitatur tat-tagħbija eċċessiva fis-sens tal-punt 3.6.

Għandhom ikunu applikati l-inugwaljanzi li ġejjin:

10.4.5.1.

fejn il-limitatur tat-tagħbija eċċessiva jkun mekkaniku fuq l-apparat għall-kontroll tal-inerzja

Formula

10.4.5.2.

fejn il-limitatur tat-tagħbija eċċessiva jkun idrawliku fuq l-apparat għall-kontroll tal-inerzja

Formula

10.4.5.3.

jekk il-limitatur tat-tagħbija eċċessiva jkun fuq l-apparat għall-kontroll tal-inerzja:

Formula

10.4.5.4.

jekk il-limitatur tat-tagħbija eċċessiva jkun armat fuq il-brejk:

Formula

(k)

fl-Appendiċi 1, il-Figura 5A tinbidel b'dan li ġej:

Figura 5A

Sistema tal-ibbrejkjar bi trażmissjoni mekkanika

(Ara l-punt 2.3 ta’ dan l-Anness)

Image

(8)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-punt 5.2.2.2;

(b)

jiddaħħal il-punt 5.2.3.1 li ġej:

“5.2.3.1.

Jekk, fil-każ ta' trażmissjoni idrostatika, il-vettura ma tistax titwaqqaf fuq xaqliba, allura tkun tista' tintuża s-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar biex twaqqaf il-vettura mill-creep residwa għal waqfa totali. Għal dan l-għan, is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandha tkun iddisinjata b'mod li jkun possibbli li tiġi attwata waqt is-sewqan.”

(c)

il-punt 5.3.4 jinbidel b'dan li ġej:

“5.3.4.

Id-distribuzzjoni tal-forza tal-ibbrejkjar tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz għandha tkun iddisinjata b'tali mod li waqt l-ibbrejkjar ma jkun hemm ebda moment sinifikanti madwar l-assi vertikali tal-vettura jekk ma jintlaħaqx il-limitu tal-adeżjoni bejn it-tajers u t-triq fuq uċuħ tat-toroq omoġenji.”

(d)

f’punt 5.3.12, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Dan għandu jintwera b'konformità mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/208.”

(e)

fil-punt 6.1.2.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-irfigħ ta' fus huwa permess għal vetturi tal-Klassi I u tal-Klassi II b'deċellerazzjoni ta' mhux aktar minn 4,5 m/s2. madankollu, l-istabbilità tas-sewqan għandha tinżamm.”

(f)

fil-punt 6.2.2., it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Fil-każ ta' vetturi tal-Klassi III din is-sekwenza għandha tkun awtomatika, bl-użu tal-apparat ta' kontroll tal-brejk tas-servizz biss.”

(g)

fit-Tabella tal-punt 6.4.4.2, il-ħames ringiela tinbidel b’dan li ġej:

“Sistema tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni

80

60 ”;

(h)

fit-tieni paragrafu tal-punt 6.5.2, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Fil-każ ta' vetturi tal-Klassi III din is-sekwenza għandha tkun awtomatika, bl-użu tal-apparat ta' kontroll tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar biss.”

(9)

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt 4.4, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Dak ir-rekwiżit għandu jintwera b'konformità mar-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/208.”

(b)

fl-Appendiċi 3, il-punt 1.1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.1.

Ir-rata tal-ibbrejkjar preskritta msemmija fil-punt 5.3.5 ta’ dan l-Anness tista’ tiġi kkalkolata b’referenza għall-koeffiċjent ta’ adeżjoni mkejjel taż-żewġ uċuħ li fuqhom isir dan it-test.

Iż-żewġ uċuħ għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti fil-punt 5.3.4 ta' dan l-Anness.”

(10)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 3.1, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Il-linja ta' kontroll elettriku tat-trattur għandha tipprovdi informazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti tal-punt 2.2.1.16.3 tal-Anness I jistgħux jiġu ssodisfati mil-linja ta' kontroll elettriku, mingħajr għajnuna mil-linja ta' kontroll pnewmatiku.”

(b)

il-punt 3.3.3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.3.3

meta s-sinjal ta' kontroll elettriku jkun qabeż l-ekwivalenti ta' 100 kPa għal iżjed minn sekonda (1), il-vettura rmunkata għandha tivverifika li jkun hemm preżenti sinjal pnewmatiku; jekk ma jkunx hemm sinjal pnewmatiku, is-sewwieq għandu jiġi mwissi mill-vettura rmunkata permezz tas-sinjal ta' twissija separat isfar speċifikat fil-punt 2.2.1.29.2 tal-Anness I.”

(c)

fil-punt 3.4, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Vettura rmunkata tista' tkun mgħammra kif deskritt fil-punt 2.1.4.1.3. tal-Anness I, bil-kundizzjoni li tkun tista' titħaddem biss flimkien ma' trattur b'linja ta' kontroll elettriku li tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 2.2.1.16.3. tal-Anness I.”

(d)

fil-punt 3.5.3. l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Meta t-trattur ikun mgħammar skont il-punt 2.1.4.1.3 tal-Anness I jew, jekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 2.2.1.16.3 tal-Anness I mingħajr għajnuna mil-linja ta' kontroll pnewmatiku, il-punt 2.1.4.1.2 tal-Anness I, l-attwazzjoni tas-sistema tal-brejk tal-parking fuq it-trattur għandha tattwa sistema tal-ibbrejkjar fuq il-vettura rmunkata permezz tal-linja ta' kontroll elettriku.”

(e)

fl-ewwel paragrafu tal-punt 4.1.3, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Meta l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tas-servizz preskritta ma tkunx tista' tintlaħaq aktar (sinjal aħmar ta' twissija), il-ħsarat li jirriżultaw mit-telf tal-kontinwità elettrika (eż. ksur, skonnettjar) għandhom jiġu senjalati lis-sewwieq malli jseħħu, u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar residwu għandha tintlaħaq billi jitħaddem l-apparat ta' kontroll tal-ibbrejkjar tas-servizz skont il-punt 3.1.4 tal-Anness II.”

(f)

fil-punt 4.1.10, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ ħsara fit-trażmissjoni ta’ kontroll elettriku ta’ vettura rmunkata, konnessa bl-elettriku permezz ta’ linja ta’ kontroll elettriku biss, skont il-punt 2.1.4.1.3. tal-Anness I, irid jiġi żgurat l-ibbrejkjar tal-vettura rmunkata skont il-punt 2.2.1.17.2.1. tal-Anness I.”

(g)

fil-punt 4.2.2, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għal vetturi rmunkati, konnessi bl-elettriku permezz ta' linja ta' kontroll elettriku biss, skont il-punt 2.1.4.1.3 tal-Anness I, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 2.2.1.17.2.2 tal-Anness I bil-prestazzjoni preskritta fil-punt 3.2.3 tal-Anness II, huwa suffiċjenti li jiġu invokati d-dispożizzjonijiet tal-punt 4.1.10 ta' dan l-Anness, meta ma tkunx tista' tiġi żgurata aktar prestazzjoni tal-ibbrejkjar ta' mill-inqas 30 fil-mija tal-prestazzjoni preskritta għas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-vettura rmunkata, billi jew jiġi provdut sinjal ta' ‘talba ta' brejkjar bil-linja ta' provvista’ permezz tal-parti għall-komunikazzjoni tad-dejta tal-linja ta' kontroll elettriku jew permezz tan-nuqqas kontinwu ta' din il-komunikazzjoni tad-dejta”.

(h)

fil-punt 3.2.2.2.1.4 tal-Appendiċi 2, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Wara li s-sistema tal-ibbrejkjar tkun iċċekkjat li ma jkun hemm l-ebda difetti li jeħtieġu identifikazzjoni permezz tas-sinjal aħmar ta' twissija, il-messaġġ imsemmi f'dan il-punt għandu jiġi ssettjat għal 00b.”

(11)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.2 jitħassar;

(b)

it-titlu u l-ewwel paragrafu tas-sezzjoni 3 jinbidlu b’li ġej:

“3.   Rekwiżiti alternattivi

Bħala alternattiva għar-rekwiżiti tas-sezzjonijiet 1 u 2, konnessjoni idrawlika tat-tip ta' linja waħda installata fuq tratturi għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' din is-sezzjoni, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.1.”

(c)

il-punt 3.9 jinbidel b’dan li ġej:

“3.9.

Il-valv ta' kontroll tal-ibbrejkjar u s-sors tal-enerġija għandu jkollhom marka skont ir-rekwiżiti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208.”


(*2)  Jekk ikun applikabbli

(*3)  Mhuwa meħtieġ ebda test, jekk il-manifattur jista' juri li l-bidla ma taffettwax ir-riġidità.


ANNESS V

L-Annessi I, III, V, VII, X, XII to XV, XVII, XIX, XX, XXII, XXV sa XXXI, XXXIII u XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/208 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fuq ir-ringiela tar-Regolament Nru 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“1

Installazzjoni ta’ dwal

Li tinkorpora t-test validu kollu sas-serje ta’ emendi 02

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 1.

T u C”;

(b)

fuq ir-ringiela tar-Regolament Nru 7, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“6

Rekwiżiti dwar id-dwal, apparati ta' senjalazzjoni bid-dawl u s-sorsi tad-dawl tagħhom

Suppliment 18 tas-serje ta’ emendi 01

Rettifika 1 tas-Suppliment 18

Suppliment 19 tas-serje ta’ emendi 01

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 40

T, C, R u S”;

(c)

fuq ir-ringiela tar-Regolament Nru 10, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“8

Installazzjoni ta’ dwal

Li tinkorpora t-test validu kollu sas-serje ta’ emendi 05

Rettifika 1 tar-Reviżjoni 4 tar-Regolament

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 71.

T u C”;

(d)

fuq ir-ringiela tar-Regolament Nru 21, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“20

Installazzjoni ta’ dwal

Li tinkorpora t-test validu kollu sas-serje ta’ emendi 03

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 170.

T u C”;

(e)

fuq ir-ringiela tar-Regolament Nru 25, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“23

Rekwiżiti dwar id-dwal, apparati ta' senjalazzjoni bid-dawl u s-sorsi tad-dawl tagħhom

Is-Suppliment 17 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 4, 7.1.2012, p. 18.

T, C, R u S”

(f)

fuq ir-ringiela tar-Regolament Nru 79, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“77

Installazzjoni ta’ dwal

Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 4, 7.1.2012, p. 21.

T, C, R u S”;

(2)

Fl-Anness III, il-punt 2.6 jinbidel b’dan li ġej:

“2.6.

Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jikkalkolaw il-veloċità teoretika massima, il-manifattur għandu jispeċifika bħala gwida r-rapport tal-gerijiet, il-moviment ’il quddiem reali tar-roti motorizzati li jikkorrispondi għal dawra waħda sħiħa, u l-rpm tal-output massimu tal-enerġija jew il-veloċità tal-inizjazzjoni tal-qtugħ taħt tagħbija sħiħa bil-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu, skont liema jkun l-ogħla, u meta r-regolatur tal-veloċità, jekk ikun imwaħħal, ikun aġġustat kif stabbilit mill-manifattur. Il-veloċità teoretika massima għandha tiġi kkalkulata mingħajr it-tolleranzi msemmija fil-punt 2.5.”

(3)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sezzjoni 1 tinbidel b’dan li ġej:

“1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fis-sezzjoni 1 tal-Anness XXXIII. Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:”

(b)

il-punt 2.3 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.2 mhumiex applikabbli għal tratturi tal-kategorija C b'karreġġjati tal-ktajjen tal-azzar mgħammra bi stering differenzjali.”

(ii)

it-tielet tinbidel b'dan li ġej:

“Jekk is-sistema tal-istering tkun ikkombinata mas-sistema tal-ibbrejkjar, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/68 (*1).

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/68 tal-15 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).”"

(c)

fil-punt 3.4.1.1, ir-raba sentenza bidu tinbidel b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 jekk ikun hemm konnessjoni idrawlika bejn l-apparat idrawliku ta' l-istering u l-apparat idrawliku tal-brejkijiet, u jekk it-tnejn ikunu qed jieħdu mill-istess sors ta' enerġija, il-forza meħtieġa sabiex tattiva l-apparat tal-istering m'għandhiex teċċedi l-40 daN jekk xi waħda mis-sistemi jkollha l-ħsara.”

(4)

fl-Anness VII, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Il-parti li tikkonċerna l-viżjoni maġenb it-trattur, f’ISO 5721–2:2014 dwar il-kamp viżiv fil-ġenb u fuq wara ta’ tratturi agrikoli. Ir-rekwiżiti tal-punt 5.1.3 tal-ISO 5721–2:2014, jistgħu jiġu ssodisfati permezz ta’ combinazzjoni ta’ viżjoni diretta u indiretta.”

(5)

L-Anness X jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS X

Rekwiżiti dwar sistemi ta’ informazzjoni tas-sewwieq

1.   Definizzjonijiet

‘Terminals virtwali’ tfisser sistemi ta’ informazzjoni elettroniċi abbord bi skrins tal-wiri li jipprovdu lill-operatur b’informazzjoni viżwali dwar il-prestazzjoni tal-vettura u s-sistemi tagħha, u li jippermettu lill-operatur jissorvelja u jikkontrolla funzjonijiet varji permezz ta’ tastiera jew taċ skrin.

2.   Rekwiżiti

2.1.

Is-Sistemi ta’ informazzjoni tas-sewwieq għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li tiġi mminimizzata d-distrazzjoni tas-sewwieq waqt li tkun għaddejja l-informazzjoni meħtieġa.

2.2.

L-informazzjoni pprovduta f’format diġitali mhux lingwistiku fuq l-iskrin għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ISO 3767: parti 1 (1998 + A2:2012) u parti 2 (2008).”

(6)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sezzjoni 3 tinbidel b’dan li ġej:

“3.   Approvazzjoni

Il-mudelli tad-dokumenti msemmija fil-punti 2.1 sa 2.4, li għandhom jiġu ppreżentati waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, għandhom ikunu dawk stabbiliti fl- Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(b)

is-sezzjoni 4 tinbidel b’dan li ġej:

“4.   In-numru tal-approvazzjoni u marki

Kull vettura approvata skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għandha tiġi assenjata numru tal-approvazzjoni u marka, skont il-mudell stipulat fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/504.”

(c)

il-punti 6.1 u 6.1.1 jinbidlu b’dan li ġej:

“6.1.   Fanali b'raġġ qawwi (ir-Regolamenti tan-NUKEE Nri 1, 8, 20, 98, 112 u 113, kif jissemmew fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament)

6.1.1.

Preżenza: Mandatorja għal tratturi b'veloċità massima skont id-disinn ta' aktar minn 40 km/h. Fakultattiva għal tratturi oħra. Il-fanali b'raġġ qawwi huma pprojbiti fuq vetturi tal-kategorija R u S. Il-fanali b'raġġ qawwi, kif jissemmew fir-Regolament tan-NUKEE Nru 1, kif jissemmew fl-Anness I, huma permessi biss fuq tratturi b'veloċità massima skont id-disinn ta' mhux aktar minn 40 km/h. Il-fanali b'raġġ qawwi, kif jissemmew fir-Regolamenti tan-NUKEE Nru 1, 8 u 20 kif jissemmew fl-Anness I, huma permessi biss fuq tipi ta' tratturi ġodda sal-31 ta' Diċembru 2020 u huma permessi biss fuq tratturi ġodda sal-31 ta' Diċembru 2022.”

(d)

il-punt 6.2 jinbidel b’dan li ġej:

“6.2.

Fanali b'raġġ baxx (ir-Regolamenti tan-NUKEE Nri 1, 8, 20, 98, 112 u 113, kif jissemmew fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament)”

(e)

il-punt 6.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“6.2.1.

Preżenza: It-tratturi għandhom jkunu mgħammra b’fanali b'raġġ baxx. Il-fanali b'raġġ baxx huma pprojbiti fuq vetturi tal-kategorija R u S. Il-fanali b'raġġ baxx kif jissemmew fir-Regolament tan-NUKEE Nru 1, kif jissemmew fl-Anness I, huma permessi biss fuq tratturi b'veloċità massima skont id-disinn ta' mhux aktar minn 40 km/h. Il-fanali b'raġġ baxx, kif jissemmew fir-Regolamenti tan-NUKEE Nru 1, 8 u 20 kif jissemmew fl-Anness I, huma permessi biss fuq tipi ta' tratturi ġodda sal-31 ta' Diċembru 2020 u huma permessi biss fuq tratturi ġodda sal-31 ta' Diċembru 2022.”

(f)

il-punt 6.25.5.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“6.25.5.1.2.

Iż-żewġ retrorifletturi l-oħra għandhom jibqgħu f’għoli massimu ta’ 2 500 mm ’il fuq mill-art u għandhom ikunu konformi mal-punt 6.25.5.1.”

(7)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-sezzjoni 1, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-definizzjonijiet għall-protezzjoni tal-komponenti ta' propulsjoni, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 (*2), huma validi għal dan l-Anness.

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).”"

(b)

fil-Parti 2, il-punt 1.1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.1.

Partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-bibien tal-ġnub, meta l-bibien kollha, twieqi u għotjien tal-aċċess ikunu magħluqin”

(c)

fil-punt 1.1.3.2 tal-Parti 2, tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

“Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika għal partijiet mill-apparati ta' kontroll u tal-għotjien bejn l-iswiċċijiet tagħhom, li jisporġu inqas minn 5 mm, iżda l-angoli li jħarsu’ l barra ta’ dawn il-partijiet għandhom ikunu ttundjati, ħlief f'każijiet fejn tali partijiet jisporġu inqas minn 1.5 mm.”

(d)

fil-punt 3.1 tal-Parti 2, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Jekk il-panels u l-komponenti, eċċ., huma koperti b'materjal aktar artab minn 60 Shore A, il-proċedura għall-kejl tal-isporġenzi deskritta fl-ewwel paragrafu għandha tkun tapplika biss wara t-tneħħija ta' dawk il-materjali.”

(e)

fis-sezzjoni 4 tal-Parti 2, l-intestatura tinbidel b’dan li ġej:

“Apparat u proċedura għall-applikazzjoni tal-punti 1.1.3 u 1.1.4”

(f)

il-Parti 4 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI 4

Ċinturini tas-sikurezza

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 għandhom japplikaw.”

(8)

L-Anness XIV jinbidel b’dan li ġej:

"ANNESS XIV

Rekwiżiti dwar il-parti esterna u l-aċċessorji tal-vettura

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fis-sezzjoni 1 tal-Anness XI u fis-sezzjoni 1 tal-Anness XXXIII. Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

1.1.

‘Superfiċje esterna’ tfisser il-parti ta’ barra tal-vettura inkluż roti, iċ-ċineg, il-bibien, il-bumpers, il-bonnet, mezzi a' aċċess, tankijiet, mudguards, sistema tal-egżost.

1.2.

‘Raġġ tal-kurvatura’ tfisser ir-raġġ tal-ark ta' ċirku li joqrob l-aktar lejn forma ttundjata tal-komponent li qed jiġi kkunsidrat.

1.3.

‘It-tarf estrem ta’ barra’ tal-vettura tfisser, fir-rigward tal-ġnub tal-vettura, il-pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura li jikkoinċidi max-xifer laterali ta’ barra tagħha, mingħajr ma titqies il-projezzjoni:

(a)

tat-tajers ħdejn il-punt tal-kuntatt tagħhom mal-art u l-konnessjonijiet għall-istrumenti li jkejlu l-pressjoni tat-tajers u ta' apparati/kanali għall-infiħ/tniżżil ta' tajers;

(b)

ta’ kwalunkwe tip ta’ apparat kontra ż-żliq li jista’ jiġi mmontat fuq ir-roti;

(c)

tal-mirja retroviżuri, inklużi s-saqajn li jżommuhom;

(d)

tal-fanali tal-ġenb li jindikaw id-direzzjoni, dwal li jimmarkaw ix-xifer ta’ barra, dwal ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-ipparkjar, retro-rifletturi, panels ta' sinjalazzjoni u pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs;

(e)

ta’ strutturi tal-artikulazzjoni fuq l-istrutturi tar-ROPS li jintwew ta’ tratturi tal-kategoriji T2, C2, T3 u C3;

(f)

ta' konnessjonijiet mekkaniċi, elettriċi, pnewmatiċi jew idrawliċi, u l-istrutturi ta' appoġġ tagħhom mal-ġnub ta’ tratturi.

2.   Ambitu

2.1.

Dan l-Anness għandu japplika għal dawk il-partijiet tas-superfiċje ta' barra li, bil-vettura f'kondizzjoni mgħobbija, b'tajers tal-ogħla dijametru jew sett ta' ċineg tal-ogħla dimensjoni vertikali, li għalihom tkun approvata, bil-bibien, twieqi u għotjien ta' aċċess kollha eċċ, fil-pożizzjoni magħluqa, huma:

2.1.1.

f’għoli ta’ inqas minn 0.75 m, il-partijiet li jiffurmaw biss fil-ġnub tal-vettura, it-tarf estrem ta' barra f'kull pjan vertikali perpendikolari mal-assi tat-tul tal-vettura, bl-eżenzjoni ta' dawk il-partijiet b'distanza ta' aktar minn 80 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-ġenb tal-vettura u lejn il-pjan lonġitudinali medjan tiegħu, meta l-vettura tkun mgħammra bit-tajers jew sett ta' ċineg, deskritti fil-punt 2.1, li jagħtu l-inqas wisa' tal-karreġġjata; jekk ikun hemm aktar minn sett wieħed ta' tajers jew ċineg, kif deskritti fil-punt 2.1, għandu jitqies dak li jagħti l-iċken wisa’ tal-vettura;

2.1.2.

fuq il-ġnub u f'għoli bejn 0,75 u 2 m, il-partijiet kollha:

2.1.2.1.

il-partijiet li ma jistgħux jitmissu minn sfera b'dijametru ta' 100 mm, meta wieħed jersaq orizzontalment f'kull pjan vertikali perpendikolari mal-assi tat-tul tal-vettura; l-ispostament tal-isfera m’għandux jeċċedi 80 mm, li jibda mit-tarf estrem ta’ kull naħa tax-xellug u tal-lemin tal-vettura lejn il-pjan medjan lonġitudinali tagħha, meta l-vettura tkun mgħammra bit-tajers jew sett ta’ karreġġjati deskritti fil-punt 2.1, li jagħti l-iċken wisa' tal-karreġġjata; jekk ikun hemm aktar minn sett wieħed ta' tajers jew ċineg, kif deskritti fil-punt 2.1, għandu jitqies dak li jagħti l-iċken wisa’ tal-vettura;

2.2.

L-għan ta' dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jitnaqqas ir-riskju jew il-gravità tal-korriment ta' persuna li tintlaqat mill-karozzerija jew li tmiss magħha f'każ ta' ħabta. Dan huwa validu kemm meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll meta tkun miexja.

2.3.

Dan l-anness ma japplikawx għall-mirja retroviżuri ta’ barra, inklużi l-istrutturi ta' appoġġ tagħhom.

2.4.

Dan l-Anness ma japplikax la għal karreġġjati fuq il-ktajjen u lanqas għall-partijiet tal-karreġġjati li jinsabu fil-pjan vertikalu ffurmat mt-tarf estrem ta' barra tataċ-ċineg forma ta' ċinturin jew taċ-ċineg forma il-ktajjen ta' vetturi tal-kategorija C.

2.5.

Dan l-Anness ma japplikax għall-partijiet tar-roti u tal-protezzjoni tar-roti li jkunu ġewwa l-pjan vertikali ffurmat mill-ħitan tal-ġenb ta' barra tat-tajers.

2.6.

Dan l-Anness ma japplikax għal tarġiet u skaluni, inklużi l-istrutturi ta' appoġġ tagħhom, imsemmija fil-punti 3.3. u 4.2. tal-Anness XV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014.

2.7.

Dan l-anness ma japplikax għal konnessjonijiet mekkaniċi, elettriċi, pnewmatiċi jew idrawliċi inklużi l-istrutturi ta' appoġġ tagħhom armati mal-ġnub tat-tratturi.

2.8.

Dan l-anness ma japplikax għall-istrutturi tal-artikulazzjoni fuq l-istrutturi tar-ROPS li jintwew ta’ tratturi tal-kategoriji T2, C2, T3 u C3;

3.   Rekwiżiti

3.1.

Il-wiċċ estern tal-vettura m’għandux ikollu, fid-direzzjoni li tħares 'l barra, xi parti bil-ponta jew b’xifer jew xi partijiet sporġuti b’forma, qisien, direzzjoni jew ebusija tali li x’aktarx iżżid ir-riskju jew is-serjetà ta’ ħsara lill-ġisem ta’ persuna li tintlaqat mis-superfiċje esterna jew tħokk magħha fil-każ ta’ ħabta.

3.2.

Is-superfiċji ta' barra ta' kull naħa tal-vettura ma għandux ikun fihom l-ebda partijiet ppuntati 'l barra li jistgħu jaqbdu ma' nies mexjin fit-triq, ċiklisti jew motoċiklisti.

3.3.

L-ebda parti li tisporġu fuq is-superfiċje esterna ma għandu jkollha raġġ tal-kurvatura ta' inqas minn 2,5 mm, inkella kull parti esterna għandha tkun ippożizzjonat fir-rigward tal-assi lonġitudinali b’tali mod li l-wiċċ ta’ barra ta’ tali parti għandu jkun ċatt u mingħajr truf u fuq pjan parallel mal-pjan vertikali li jinkludi l-assi lonġitudinali. Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika għal partijiet li jisporġu inqas minn 5 mm, iżda l-angoli li jħarsu’ l barra ta’ dawn il-partijiet għandhom ikunu ttundjati, ħlief f'każijiet fejn tali partijiet jisporġu inqas minn 1,5 mm.

3.4.

Il-partijiet li jisporġu tas-superfiċje esterna, magħmulin minn materjal ta’ mhux iktar minn 60 shore A, jista’ jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm. Il-kejl tal-ebusija bil-proċedura Shore A jista' jiġi sostitwit b' dikjarazzjoni ta' valur ta' ebusija mill-manifattur tal-komponent.

3.5.

Vetturi mgħammra b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija, għandhom ikunu ttestjati bil-vettura mgħobbija.

3.6.

Għal strutturi ta’ konnessjoni fuq ROPS ta’ tratturi tal-kategorija T2, C2, T3 u C3 għandu japplika l-punt 3.1 biss.

3.7.

Għal-lampi tal-ġenb li jindikaw id-direzzjoni, dwal li jimmarkaw ix-xifer ta’ barra, dwal tal-ġnub li jimmarkaw il-pożizzjoni ta' quddiem u ta’ wara, il-fanali tal-ipparkjar, retro-rifletturi, panels għas-sinjalar, fanali tax-xogħol, pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs, inklużi l-istrutturi ta' appoġġ tagħhom, japplikaw biss il-punti 3.1 u 3.2.

3.8.

Għodod esposti fuq vetturi tal-kategoriji R u S li jkollhom truf li jaqtgħu jew snien meta joperaw fil-modalità tat-trasport tat-triq u li huma diġà koperti mid-Direttiva 2006/42/KE huma eżentati milli jikkonformaw mal-punti 3.1 sa 3.5. Għal żoni esposti fi kwalunkwe parti oħra ta’ vetturi tal-kategoriji R u S b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 60 km/h, japplikaw il-punti 3.1 sa 3.5. Għal żoni esposti fi kwalunkwe parti oħra ta’ vetturi tal-kategoriji R u S b’veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux aktar minn 60 km/h, japplikaw biss il-punti 3.1 u 3.2."

(9)

fl-Anness XV, il-Parti 2 għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

il-punti 1.1.1 u 1.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.1.1.

Il-manifattur tal-vettura għandu jippreżenta l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tagħha skont l-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u l-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/504.

1.1.2.

Il-manifattur tal-vettura għandu jippreżenta d-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(b)

fil-punt 1.1.4., it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

"Din il-vettura għandha tirrappreżenta t-tip ta' vettura speċifikata fid-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504."

(c)

fil-punt 1.2.1. l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Il-manifattur tal-vettura jew il-manifattur tal-ESA għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ ESA fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tagħha skont l-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(d)

il-punt 1.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“1.2.2.

Il-manifattur tal-vettura għandu jippreżenta d-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(e)

il-punt 1.2.6 jinbidel b'dan li ġej:

“1.2.6.

Fejn rilevanti, għandha tiġi identifikata kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu. Restrizzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu inklużi fid-dokument ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/504 jew fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(f)

il-punt 2.1 jinbidel b’dan li ġej:

“2.1.

Kull ESA konformi ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollu marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 u l-Anness XX ta' dan ir-Regolament.”

(g)

il-punt 3.3.2.4 jinbidel b'dan li ġej:

“3.3.2.4.

Minkejja l-limiti definiti fil-punti 3.3.2.1, 3.3.2.2 u 3.3.2.3, jekk, matul il-pass inizjali deskritt fil-punt 1.3 tal-Parti 4, is-saħħa tas-sinjal imkejla fl-antenna tax-xandir tar-radju tal-vettura tkun inqas minn 20 dB mikrovolti/m (10 mikrovolts/m) ’il fuq mill-iskala ta’ frekwenza ta’ 88 sa 108 MHz, allura l-vettura għandha tkun kkunsidarata li tkun konformi mal-limiti għall-emissjonijiet ta’ firxa ta’ frekwenza dejqa u ma għandux ikun hemm il-bżonn ta' aktar testijiet.”

(10)

fl-Anness XVII, il-punti 1.1 u 1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.1.

It-tratturi b’kabina għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ tisħin li tkun konformi ma’ dan l-Anness. It-tratturi b’kabina jistgħu jkunu mgħammra b’sistemi tal-arja kondizzjonata. Meta jkunu installati, dawn is-sistemi għandhom ikunu konformi ma’ dan l-Anness.

1.2.

Is-sistema tat-tisħin, flimkien mas-sistema tal-ventilazzjoni tal-kabina, għandhom ikunu kapaċi jħollu s-silġ mill-windskrin, u jneħħulu t-titpin meta jittappan. Is-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ għandhom jiġu ttestjati skont il-paragrafi 8.1.1 sa 8.1.4 u 9.1.1 sa 9.1.4 tas-sezzjonijiet 8 u 9, tal-ISO 14269-2:2001, rispettivament. Matul it-test, il-kontrolli tas-sistema għandhom jiġu ssettjati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Ir-rapporti tat-test għandhom ikunu inklużi fid-dokument ta’ informazzjoni.”

(11)

L-Anness XIX huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2.6.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.6.1.

Jekk l-għoli tat-tarf ta' fuq tal-pjanċa ma jaqbiżx il-1,20 m mill-wiċċ tal-art, il-pjanċa għandha tkun tidher fl-ispazju kollu inkluż fl-erba' pjani li ġejjin:

(a)

iż-żewġ pjani vertikali li jmissu maż-żewġt itruf laterali tal-pjanċa u li jiffurmaw angolu mkejjel 'il barra lejn ix-xellug u lejn il-lemin tal-pjanċa ta' 30o mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

(b)

il-pjan li jmiss it-tarf ta' fuq tal-pjanċa u li jifforma angolu mkejjel 'il fuq ta' 15o ma' dak orizzontali;

(c)

il-pjan orizzontali minn ġot-tarf t'isfel tal-pjanċa.”

(b)

jiddaħħal il-punt 2.6.1a li ġej:

“2.6.1a.

Jekk l-għoli tat-tarf ta' fuq tal-pjanċa minn wiċċ l-art jaqbeż il-1,20 m, il-pjanċa għandha tkun tidher fl-ispazju kollu inkluż fl-erba' pjani li ġejjin:

(a)

iż-żewġ pjani vertikali li jmissu maż-żewġt itruf laterali tal-pjanċa u li jiffurmaw angolu mkejjel 'il barra lejn ix-xellug u lejn il-lemin tal-pjanċa ta' 30o mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

(b)

il-pjan li jmiss it-tarf ta' fuq tal-pjanċa u li jifforma angolu mkejjel 'il fuq ta' 15o ma' dak orizzontali;

(c)

il-pjan li jmiss it-tarf ta' taħt tal-pjanċa u li jifforma angolu mkejjel 'l isfel minn 15o ma' dak orizzontali.”

(c)

il-punt 2.6.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.6.2.

L-ebda element strutturali, anki meta jkun trasparenti għalkollox, ma għandu jitpoġġa fl-ispazju deskritt fil-punti 2.6.1 u 2.6.1a.”

(12)

L-Anness XX huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 2.1 u 2.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.1.

It-tratturi kollha għall-agrikoltura jew għall-forestrija jridu jiġu provvduti bil-pjanċa u l-iskrizzjonijiet deskritti fil-punti li ġejjin. Il-pjanċa u l-iskrizzjonijiet għandhom jitwaħħlu mill-manifattur.

2.2.

Il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kollha li jikkonformaw ma’ tip approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 għandu jkollhom marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE deskritta fil-punt 6 ta' dan l-Anness jew marka prevista fl-Artikolu 34(2) ta' dak ir-Regolament u stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(b)

il-punti 3.1 u 3.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.1.

Pjanċa statutorja, imfassla kif stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504, għandha tkun imwaħħla sewwa f’pożizzjoni li tidher ċara u faċilment aċċessibbli fuq parti li normalment mhix soġġetta għal sostituzzjoni waqt l-użu normali, il-manutenzjoni regolari jew it-tiswija (pereżempju minħabba ħsara aċċidentali). Għandha turi ċar u b’mod li ma jitħassarx l-informazzjoni speċifikata fil-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE stipulata fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504.

3.2.

Il-manifattur jista’ jagħti informazzjoni addizzjonali fuq in-naħa t’isfel jew maġenb l-iskrizzjonijiet preskritti, fuq in-naħa ta’ barra ta’ rettangolu mmarkat b’mod ċar li ġo fih tinsab biss l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/504.”

(c)

il-punt 4.3 jinbidel b’dan li ġej:

“4.3.

Għandu jkun immarkat fuq ix-chassis jew struttura simili oħra, fejn possibbli, fuq in-naħa tal-lemin fil-parti ta’ quddiem tal-vettura.”

(d)

is-sezzjoni 5 tinbidel b’dan li ġej:

“5.   Karattri

Il-karattri speċifikati fil-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE stipulat fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 għandha tintuża fl-immarkar imsemmi fis-sezzjonijiet 3 u 4.”

(e)

fis-sezzjoni 6, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Kull unità teknika separata jew kull komponent, konformi ma’ tip li fir-rigward tiegħu ngħatat approvazzjoni tat-tip tal-UE għal unità teknika separata jew għal komponent skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, għandu jkollu marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal unità teknika separata jew għal komponent skont l-Artikolu 34(2) ta’ dak ir-Regolament u skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504.”

(13)

L-Anness XXII huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ ‘vettura rmunkata bl-iżbarra’ u ‘vettura rmunkata bi żbarra riġida’, previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68.

Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:”

(b)

il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“1.2.

‘Massa massima teknikment permissibbli għal kull fus’ tfisser il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli trażmessa fl-art mir-roti tal-fus jew tal-karreġġjati fuq ċinturin, fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-fus u tal-vettura u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħhom irrispettivament mill-kapaċità ta' tagħbija tat-tajers jew taċ-ċinturini.”

(c)

il-punt 2.3.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.2.

Għall-vetturi tal-kategoriji R u S li jimponu tagħbija vertikali statika sinifikanti fuq it-trattur (vettura rmunkata bi żbarra tal-irmunkar riġida u l-vettura rmunkata minn fus ċentrali), il-massa massima permissibbli tal-vettura għandha titqies li hija s-somma tal-mases massimi permissibbli għal kull fus u għandha tkun applikabbli għal skopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip, minflok il-massa massima permissibbli msemmija fit-tielet kolonna tat-Tabella 1. It-tagħbija vertikali statika sinifikanti fuq it-trattur għandha titqies fl-approvazzjoni tat-tip tat-trattur kif stipulat fil-punt 2.3.1.”

(14)

fis-sezzjoni 3 tal-Anness XXV, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Jekk meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti miżuri għat-tmewwit taċ-ċarġ. Madankollu, l-ebda sistema ta’ tmewwit taċ-ċarġ ma hi meħtieġa għat-tankijiet tal-karburant iddisinjati biex ikun fihom karburant b’punt ta’ fjammabbiltà ta’ mill-inqas 55 °C. Il-punt ta’ fjammabbiltà għandu jiġi determinat skont ISO 2719:2002.”

(15)

fl-Anness XXVI, is-sezzjoni 1 tinbidel b’dan li ġej:

“1.   Ġenerali

Il-vetturi tal-kategorija R koperti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu ddisinjati biex jipprovdu protezzjoni effettiva għall-vetturi biex vetturi tal-kategoriji M1 u N1  (*3) ġejjin minn wara ma jidħlux taħthom (underrunning). Dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fis-sezzjonijiet 2 u 3 ta’ dan l-Anness, għandhom jingħataw ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2015/504 u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, kif stabbilit fil-punt 5.2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, għandha titwaħħal fuq l-istruttura protettiva ta' wara.

(16)

fl-Anness XXVII, il-punti 2.4.1.1 u 2.4.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.4.1.1.

fuq karru bi żbarra tal-irmonk: mhux aktar minn 500 mm san-naħa ta' wara tat-tanġenzjali tal-pjan trażversali vertikali sal-parti l-iktar fuq wara tat-tajer fuq l-ewwel rota quddiem il-protezzjoni;

2.4.1.2.

fuq trejler bi żbarra riġida tal-irmonk jew karru b’fus ċentrali: fiż-żona 'l quddiem mill-pjan trażversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-fus ta' quddiem imma mhux aktar mill-parti ta' quddiem tal-bodi, fi kwalunkwe każ, biex tiġi żgurata l-manuvrabbiltà normali tal-karru.”

(17)

fl-Anness XXVIII, is-sezzjoni 7 tinbidel b’dan li ġej:

“7.   It-tul tal-pjattaforma għal tratturi tal-kategoriji T4.3 u T2

7.1.

Għal tratturi tal-kategorija T4.3, it-tul tal-pjattaforma ma għandux jaqbeż darbtejn u nofs (2,5) it-tul massimu taċ-ċinga ta' quddiem jew ta' wara tat-trattur, skont liema tkun l-ikbar.

7.2.

Għal tratturi tal-kategorija T2, it-tul tal-pjattaforma ma għandux jaqbeż 1,8 darbiet it-tul massimu taċ-ċinga ta' quddiem jew ta' wara tat-trattur, skont liema tkun l-ikbar.”

(18)

L-Anness XXIX huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-sezzjoni 3, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-apparat tal-irmonk għandu jkun tat-tip slotted-jaw jew winċ xieraq għall-applikazzjoni tiegħu. Il-fetħa fiċ-ċentru tal-pinn li jillokkjja għandha tkun ta’ 60 mm + 0,5/– 1,5 mm u l-fond tax-xedaq imkejjel miċ-ċentru tal-pinn għandu jkun ta’ 62 mm,– 0,5 mm / + 5 mm.”

(b)

is-sezzjoni 5 tinbidel b’dan li ġej:

“5.   Istruzzjonijiet

L-użu korrett tal-apparat tal-irmonk għandu jiġi spjegat fil-manwal tal-Operatur, skont ir-rekwiżiti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 25 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014.”

(19)

L-Anness XXIX huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2.2.4.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.4.3.

L-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna indiċijiet ta’ tagħbija u ta' veloċità kif ukoll il-pressjonijiet ta’ inflazzjoni tat-tajer applikabbli għandha tingħata b’mod ċar fil-manwal tal-istruzzjonijiet tal-vettura sabiex ikun żgurat li tajers alternattivi xierqa b’kapaċità tat-tagħbija adatta għandhom ikunu mgħammra, meta jkun meħtieġ, hekk kif il-vettura tibda tagħti servizz.”

(b)

il-punt 2.2.6.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.6.2.

F'każ ta' ‘Tajer b'Liwja Mtejba’ jew ‘Tajer ta' Liwja Għolja’ ikklassifikati fil-kategorija ta’ użu ‘Trattur – Rota motorizzata’ (immarkati bil-prefiss IF jew VF) imħaddma sa veloċità massima ta’ 10 km/h fuq vettura mgħammra b’’Apparat ta' tagħbija fuq quddiem’, it-tagħbija massima fuq tajer ma għandhiex taqbeż 1,40 darbiet it-tagħbija li tikkorrispondi għall-indiċi ta’ tagħbija mmarkat fuq it-tajer u l-pressjoni ta' referenza rilevanti għandha tiżdied b'80 kPa.”

(c)

il-punt 2.2.6.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.2.6.3.

Meta t-tajers ikklassifikati fil-kategorija ta’ użu ‘Trattur – Rota motorizzata’ ikunu mmarkati b’simboli ta’ veloċità D jew A8 u mwaħħla fuq karrijiet agrikoli li joperaw f’veloċità ta’ bejn 25 km/h u 40 km/h, it-tagħbija massima fuq tajer ma għandhiex taqbeż 1,20 darbiet it-tagħbija li tikkorrispondi għall-indiċi ta’ tagħbija mmarkat fuq it-tajer.”

(20)

fl-Anness XXXI, il-punt 1.1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.1.

Il-vetturi tal-kategoriji Tb u Rb għandhom ikunu mgħammra bi lqugħ għar-roti (partijiet tal-karozzerija, parafangi, eċċ.).”

(21)

L-Anness XXXIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 1.1, 1.2 u 1.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.1

‘Karrett fuq iċ-ċineg’ tfisser sistema li tinkludi tal-anqas tnejn minn dawn l-elementi li ġejjin: rombli taċ-ċineg, idler taċ-ċineg u rota motorizzata taċ-ċineg, b'ċinga kontinwa forma ta' katina jew forma ta' ċinturin li ddur magħhom.

1.2.

‘Rombli taċ-ċineg’ tfisser iċ-ċilindri tal-karrett fuq iċ-ċineg li jittrażmettu l-massa tal-vettura u tal-karrett fuq iċ-ċineg lill-art permezz taċ-ċinga forma ta' ċinturin jew ċinga forma ta' katina

1.3.

‘Ċinga forma ta' ċinturin’ tfisser ċinga flessibbli kontinwa, magħmula minn materjal bħal-lastku, rinfurzata internament biex tippermetti l-forzi trattivi.”

(b)

jiddaħħlu l-punti 1.6, 1.7, 1.8 u 1.9. li ġejjin:

“1.6.

‘Idler taċ-ċinga‘ tfisser sprokits jew tarjoli fil-karrett fuq iċ-ċineg li ma jittrażmettux torque liċ-ċinga jew il-katina tal-karrett, li l-funzjoni prinċipali tagħhom huwa li jistiraw il-katina jew iċ-ċinga tal-karrett; l-idlers tal-karrett jistgħu ukoll joħolqu angoli għal rampa 'l fuq/'l isfel fil-ġeometrija tal-karrett.

1.7.

‘Rota motorizzata tal-karret’ tfisser rota bl-isprokits jew b'gaġġa fil-karrett fuq ċinturin li tittrażmetti t-torque mis-sistema motorizzata tal-vettura liċ-ċinturin jew il-katina tal-karrett.

1.8.

‘Ċinga forma ta' katina’ tfisser katina metallika kontinwa li taqbad fuq ir-rota motorizzata u li fiha kull ħolqa għandha paletta trażversali tal-metall, li tista' tkun mgħottija bi strippa tal-lastku għall-protezzjoni tal-wiċċ tat-triq.

1.9.

Illustrazzjonijiet bid-definizzjonijiet fil-punti 1.2, 1.6 u 1.7:

Image

(c)

il-punti 2.1.1, 2.1.2 u 2.1.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.1.1.

Vetturi b’veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux aktar minn 15-il km/h għandhom ikunu mgħammra b’ċineg forma ta' katina inkella forma ta' ċinturin.

2.1.2.

Vetturi b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 15-il km/h u li ma jaqbżux l-40 km/h għandhom ikunu mgħammra biss b'ċineg forma ta' ċinturin.

2.1.3.

Vetturi b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 40 km/h għandhom ikunu mgħammra biss b'ċineg forma ta' ċinturin.”

(d)

il-punti 3.1 u 3.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.1.

Vetturi b’veloċità massima tad-disinn ta’ mhux anqas minn 15-il km/h għandhom ikunu mgħammra b'ċineg forma ta' ċinturin.

3.2.

Il-karrett fuq iċ-ċineg ma għandux jagħmel ħsara lit-toroq. Vetturi b’karrett fuq iċ-ċineg ma jagħmlux ħsara lit-toroq jekk il-limiti stabbiliti fil-punti 3.3 sa 3.5 ma jinqabżux u l-wiċċ ta’ kuntatt tal-karrett fuq ċinturin u t-triq ikun magħmul minn materjal elastomeriku (bħal pereżempju lastku, eċċ.).”

(e)

il-punt 3.3.1 jinbidel b'dan li ġej:

“3.3.1.

Ċineg forma ta' katina”

(f)

il-punt 3.3.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“3.3.1.2.

Għal vetturi b’kombinament ta’ fusien bir-roti u ċineg, it-tagħbija li taġixxi permezz tal-fusien bir-roti bil-vettura f’kundizzjoni mgħobbija għandha titkejjel bl-użu ta' pedds tal-użin adatti u għandha titnaqqas mill-massa massima permissibbli ġenerali biex jiġi kkalkulat P. Alternattivament, it-tagħbija massima kkombinata ddikjarata mill-manifattur għall-karrett fuq iċ-ċineg tista' tiġi sostitwita minflok il-massa massima permissibbli tal-vettura.”

(g)

il-punt 3.3.2 jinbidel b'dan li ġej:

“3.3.2.

Ċineg forma ta' ċinturin”

(h)

il-punt 3.3.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“3.3.2.2.

Għal vetturi b’kombinament ta’ fusien bir-roti u ċineg, it-tagħbija li taġixxi permezz tal-fusien bir-roti bil-vettura f’kundizzjoni mgħobbija għandha titkejjel bl-użu ta' pedds tal-użin adatti u għandha titnaqqas mill-massa massima permissibbli ġenerali biex jiġi kkalkulat P. Alternattivament, it-tagħbija massima kkombinata ddikjarata mill-manifattur għall-karrett fuq iċ-ċineg tista' tiġi sostitwita minflok il-massa massima permissibbli tal-vettura.”

(i)

il-punti 3.9.1.1 u 3.9.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.9.1.1.

Għal vetturi b'karrett wieħed biss fuq ċinga fuq kull naħa, il-funzjoni tal-istering għandha titwettaq billi tinbidel il-veloċità tal-karrett tan-naħa tax-xellug u dik tal-lemin.

3.9.1.2.

Għal vetturi b’żewġ karretti fuq ċinga fuq kull naħa, il-funzjoni tal-istering għandha titwettaq permezz tal-artikulazzjoni tal-parti ta' quddiem u ta' wara tal-vettura madwar assi vertikali ċentrali jew billi jiksru żewġ karretti opposti jew l-erba' li huma.”

(j)

il-punt 3.9.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“3.9.2.1.

Il-funzjoni tal-istering għandha titwettaq permezz tal-artikulazzjoni tal-parti ta' quddiem u ta' wara tal-vettura madwar assi vertikali ċentrali jew permezz tal-artikolazzjoni tal-erba' karretti kollha kemm huma.”

(22)

L-Anness XXIV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.3 jinbidel b’dan li ġej:

“1.3.

‘Iċ-ċentru ta’ referenza tal-agganċar mekkaniku fuq trattur’ tfisser il-punt fuq l-assi tal-pinn li huwa ekwidistanti mill-ġwienaħ fil-każ ta’ furketta u l-punt li jirriżulta mill-intersezzjoni tal-pjan ta' simmetrija tal-ganċ mal-generatriċi tal-parti konkava tal-ganċ fil-livell ta’ kuntatt mal-anella meta dan ikun fil-pożizzjoni tat-trazzjoni.”

(b)

jiddaħħal il-punt 1.3.a li ġej:

“1.3.a.

‘Iċ-ċentru ta’ referenza tal-agganċar mekkaniku fuq il-vettura rmunkata’ tfisser, għal apparati tal-akkoppjament ta’ forma ċilindrika jew ras ittundjata, il-punt ta’ intersezzjoni bejn l-assi vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tat-toqba tal-apparat u l-pjan tal-linja ċentrali tal-forma ċilindrika jew ras ittundjata, u, għal apparati tal-akkoppjament b'ras sferika, il-punt taċ-ċentru ġeometriku tat-toqba sferika.”

(c)

il-punt 1.4 jinbidel b’dan li ġej:

“1.4.

‘L-għoli 'l fuq mill-art tal-agganċar mekkaniku mat-trattur’ tfisser id-distanza bejn il-pjan orizzontali li jgħaddi miċ-ċentru tal-agganċar mekkaniku mat-trattur u l-pjan orizzontali li fuqu qed jistrieħu r-roti tat-trattur.”

(d)

il-punt 2.2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.

Il-komponenti tal-agganċar mekkaniku fuq il-vettura għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dimensjonali u ta’ saħħa fil-punt 3.1 u fil-punt 3.2 u r-rekwiżiti għat-tagħbija vertikali fuq il-punt tal-agganċar fil-punt 3.3.”

(e)

fil-punt 2.6, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Għal agganċ mekkaniku fuq it-tratturi, l-anella tal-iżbarra riġida għandha tkun kapaċi ddur orizzontalment għall-inqas 60o fuq iż-żewġ naħat tal-assi lonġitudinali ta’ mekkaniżmu tal-agganċar mhux integrat. Barra minn hekk, il-mobilità vertikali ta’ 20o ’il fuq u ’l isfel hija meħtieġa f’kull ħin. (Ara wkoll l-Appendiċi 1).”

(f)

il-punti 2.7 u 2.8 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.7.

Għall-agganċ mekkaniku fuq it-tratturi, ix-xedaq għandu jippermetti li l-anelli tal-iżbarra jduru għall-inqas 90o lejn il-lemin jew lejn ix-xelluq madwar l-assi lonġitudinali tal-agganċar b’momentum ta’ bbrejkar fiss ta’ bejn 30 u 150 Nm.

Il-ganċ tal-irmonk, ix-xikel tal-agganċ mingħajr tornikett, il-boċċi tal-agganċ u l-pinnijet (piton) tal-agganċ għandhom jippermettu li l-anella tal-irmonk iddur tal-anqas 20o lejn il-lemin jew lejn ix-xelluq madwar l-assi lonġitudinali tal-agganċ.

2.8.

Għall-agganċ mekkaniku fuq it-tratturi, biex dawn ma jinħallux bla ħsieb mill-anella tal-irbit, id-distanza massima bejn il-ganċ tal-irmonk jew il-boċċa jew il-ponta tal-pinn (piton) tal-irmonk u l-irbit (it-tagħmir ta’ rbit) ma għandhiex taqbeż l-10 mm fit-tagħbija massima skont id-disinn.”

(g)

fil-punt 3.3.1., it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

‘Madankollu, ma għandhiex taqbeż 3 000 kg, ħlief fil-każ tal-boċċa tal-agganċ, fejn il-valur massimu ma għandux jaqbeż 4 000 kg.’

(h)

fil-punt 3.4.1, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Għall-agganċ mekkaniku fuq it-tratturi, it-tratturi kollha b’massa mgħobbija massima teknikament permissibbli li taqbeż iż-2,5 tunnellati għandhom ikunu mgħammra b'agganċ għall-karrijiet b’distanza mill-art li tissodisfa waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:”;

(i)

il-punti 4.1 u 4.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“4.1.

Vettura li tirrappreżenta t-tip tal-vettura għall-approvazzjoni, li fuqha jkun armat apparat tal-agganċ approvat kif xieraq, għandha tiġi ppreżentata lis-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

4.2.

Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip jivverifika jekk it-tip approvat tal-apparat tal-agganċ huwiex xieraq sabiex jiġi mmuntat fuq it-tip ta’ vettura li għalih tintalab l-approvazzjoni tat-tip. B’mod partikolari, jaċċerta li t-twaħħil tal-mekkaniżmu tal-agganċ jikkorrispondi għal dak li ġie ttestjat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-UE.”

(j)

fil-punt 4.3, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

deskrizzjoni teknika qasira tal-apparat tal-agganċ li tispeċifika t-tip ta’ kostruzzjoni u l-materjal użat,”

(k)

il-punti 4.5.2 u 4.5.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“4.5.2.

huwa xieraq biex jiġi armat fuq it-tip ta' vettura li għaliha ntalbet l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE;

4.5.3.

it-twaħħil tal-apparat tal-agganċar fuq it-trattur jikkorrispondi għal dak li ġie ppreżentat meta ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-UE.”;

(l)

il-punt 4.6 jinbidel b’dan li ġej:

“4.6.

Ċertifikat, abbażi tal-mudell fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504, huwa anness maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal kull approvazzjoni tat-tip jew estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip li ngħatat jew ġiet rifjutata.”

(m)

il-punt 4.7 jinbidel b’dan li ġej:

“4.7.

Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta’ vettura tiddaħħal fl-istess ħin ma’ talba għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-UE għal tip ta’ apparat tal-agganċ fuq vettura li għaliha ntalbet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-punti 4.1 u 4.2 ma jkunux meħtieġa.”

(n)

il-punt 5.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“5.1.2.

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-komponent li tikkonforma mal-mudell fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504;”

(o)

tiddaħħal is-sezzjoni 8 li ġejja:

“8.

Il-vetturi li ġejjin jistgħu jkunu mgħammra b’mekkaniżmi ta' agganċ maħsuba biex jitqabbdu mal-konnettur bi tliet punti jew il-link arms ta' isfel tat-trattur:

(a)

vetturi tal-kategorija Sa;

(b)

tagħmir irmunkat interkambjabbli tal-kategorija Ra maħsub primarjament biex jipproċessa materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(9) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013;

(c)

il-vetturi tal-kategorija Ra b'differenza ta’ inqas minn żewġ (2) tunnellati bejn il-massa mgħobbija u dik mhux mgħobbija.

Jekk il-vetturi msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu mgħammra b’mekkaniżmi ta’ agganċ maħsuba biex jitqabbdu ma’ konnettur bi tliet punti jew il-link arms ta' isfel tat-trattur, il-partijiet ta’ dawn is-sistemi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti dimensjonali tas-sezzjoni 5 tal-Emenda 1 ta ISO 730:2009: 2014.

Il-kalkoli tal-manifattur jew ir-riżultati tat-testijiet fuq is-saħħa tal-partijiet ta’ mekkaniżmi ta’ agganċ, bħala parti mill-konformità mad-Direttiva 2006/42/KE, għandhom jiġu pprovduti lis-servizz tekniku, minflok ir-riżultati tat-testijiet imsemmija fil-punt 3.2 ta’ dan l-Anness. Is-servizz tekniku għandu jivverifika l-eżattezza tal-kalkoli tal-manifattur jew ir-riżultati tat-testijiet. Fil-manwal tal-operatur għandha tingħata informazzjoni xierqa rigward l-agganċ u l-iffissar mingħajr periklu tal-links ta' isfel vertikalment u laġenba kif ukoll il-kwalità tal-materjal tal-ispare parts u l-laxkezza permissibbli.”

(p)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-partijiet intitolati “Tipi ta’ agganċ mekkaniku fuq it-tratturi” u “Tipi ta’ agganċ mekkaniku fuq il-vetturi irmunkati” jinbidlu b’dan li ġej:

Agganċ mekkaniku fuq vetturi agrikoli u forestali

Agganċ mekkaniku fuq it-tratturi

‘Agganċ mekkaniku bi clevis’: Ara l-Figuri 1 u 2.

‘Agganċ mekkaniku bi clevis mingħajr tornikett’: Ara l-Figura 1d.

‘Ganċ tal-irmonk’: ara l-Figura 1 – ‘Dimensjonijiet tal-ganċ tal-irbit’ f’ISO 6489-1:2001.

‘Żbarra tal-irmonk tat-trattur’: ara l-Figura 3.

‘Agganċ mekkaniku b'boċċa’: ara l-Figura 4.

‘Agganċ mekkaniku b'pinn (piton)’: ara l-Figura 5.

Id-dimensjonijiet tal-iżbarra riġida tat-trattur għandhom jikkonformaw ma’ dawk tal-kategoriji li ġejjin ta’ ISO 6489-3: 2004:

Kategorija (0) (pinn 18); kompatibbli ma’ ISO 5692-3, il-forma W (toqba ta’ 22 mm).

Kategorija (1) (pinn 30); kompatibbli ma’ ISO 5692-3, il-forma X (anella ta’ 35 mm); ISO 5692-2:2002 (toqba ta’ 40 mm); ISO 8755:2001 (toqba ta’ 40 mm).

Kategorija (2) (pinn 30); kompatibbli ma’ ISO 5692-3, il-forma X (anella ta’ 35 mm); ISO 5692-2:2002 (toqba ta’ 40 mm); ISO 8755:2001 (toqba ta’ 40 mm).

Kategorija (3) (pinn 38); kompatibbli ma’ ISO 5692-1:2004 (anella ta’ 50 mm); ISO 5692-3:2011 il-forma Y (toqba ta’ 50 mm); ISO 20019:2001.

Kategorija (4) (pinn 50); kompatibbli ma’ ISO 5692-3:2011 il-forma Z (toqba ta’ 68 mm).

Agganċ mekkaniku fuq vetturi rmunkati

‘Anelli tal-irbit’ skont ISO 5692-1:2004 (toqba ta' 50 mm, dijametru tal-anella ta’ 30 mm).

‘Anelli tal-irbit’ skont ISO 20019:2001 (ċentru tat-toqba ta' 50 mm, dijametru tal-anella minn 30 sa 41 mm).

‘Anelli tal-irbit bit-tornikett’ skont ISO 5692-3: 2011.

‘Anelli tal-agganċ’ skont ISO 5692-2:2002 (sokit ta' 40 mm).

‘Ħolqa tal-iżbarra tal-irmonk’ skont ISO 8755:2001 (toqba ta' 40 mm).

‘Ħolqa tal-iżbarra tal-irmonk’ skont ISO 1102:2001 (toqba ta' 50 mm).

‘Apparat tal-agganċ’ skont ISO 24347:2005 (dijametru tal-boċċa ta’ 80 mm).”;

(ii)

it-titolu tal-Figura 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Agganċ b'boċċa (jikkorrispondi għal ISO 24347:2005)”

(iii)

it-titolu tal-Figura 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Agganċ forma ta' pinn (piton) (jikkorrispondi għal ISO 6489-4:2004)”

(iv)

It-Tabella 2 tinbidel b'dan li ġej:

Tabella 2

Komponent tal-agganċar fuq it-trattur

Komponent tal-agganċar fuq il-vettura rmunkata

Jikkorrispondi għal ISO 6489-1:2001 (ganċ tal-irmonk)

Jikkorrispondi għal ISO 5692-1:2004 (anella tal-irbit, ċentru tat-toqba ta’ 50 mm, dijametru tal-anella ta’ 30 mm)

jew għal ISO 20019:2001 (anella tal-irbit, ċentru tat-toqba ta’ 50 mm, dijametru tal-anella minn 30 sa 41 mm)

jew għal ISO 5692-3:2011 (anelli tal-irbit b'tornikett; kompatibbli biss mal-forma Y, toqba ta’ 50 mm)

Jikkorrispondi għal ISO 6489-5:2011 (agganċ bi clevis mingħajr tornikett)

Jikkorrispondi għal ISO 5692-3:2011 (anelli tal-irbit b'tornikett)

Jikkorrispondi għal ISO 6489-2:2002 (agganċ bi clevis)

Jikkorrispondi għal ISO 5692-2:2002 (anella tal-agganċ, sokit ta’ 40 mm)

jew għal ISO 8755:2001 (żbarra riġida bit-toqba ta’ 40 mm)

jew għal ISO 1102:2001 (żbarra riġida bit-toqba ta’ 50 mm, kompatibbli biss ma’ ISO 6489-2:2002, forma A – mhux awtomatiku)

Jikkorrispondi għal ISO 6489-3:2004 (żbarra riġida)

Agganċ adegwat imsemmi f’din il-kolonna li jaqbel mal-qisien tal-iżbarra riġida tat-trattur imsemmija f’dan l-Anness jew li jikkorrispondi mal-anelli tal-irbit tal-vetturi Sa u l-agganċar mal-iżbarri riġidi tat-trattur skont l-ISO 21244:2008.

Jikkorrispondi għal ISO 24347:2005 (agganċ mekkaniku b'boċċa)

Jikkorrispondi għal ISO 24347:2005 (dijametru tal-boċċa ta’ 80 mm)

Jikkorrispondi għal ISO 6489-4:2004 (agganċ b'piton)

Jikkorrispondi għal ISO 5692-1:2004 (anella tal-irbit, ċentru tat-toqba ta’ 50 mm, dijametru tal-anella ta’ 30 mm)

jew għal ISO 5692-3:2011 (anelli tal-irbit b'tornikett; kompatibbli biss mal-forma Y, toqba ta’ 50 mm) ”

(q)

L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt 3.1, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej:

“Il-forza tal-ittestjar għandha tkun applikata fuq l-agganċ mekkaniku li qiegħed jiġi ttestjat taħt angolu ffurmat mill-pożizzjoni tat-tagħbija vertikali tat-test F v vis-à-vis it-tagħbija orizzontali tat-test F h fid-direzzjoni tal-pjan mezzan lonġitudinali li jgħaddi mill-parti ta’ quddiem ta’ fuq għall-parti ta’ wara t’isfel.

Il-forza tal-ittestjar għandha tiġi applikata fil-punt tal-kuntatt tas-soltu bejn l-agganċ mekkaniku fuq it-trattur u dak korrispondenti fuq il-vettura rmunkata.

Il-laxk bejn l-agganċ mekkaniku fuq it-trattur u dak korrispondenti fuq il-vettura rmunkata għandu jkun mill-inqas.”

(ii)

fil-punt 3.1, il-ħames paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Jekk id-disinn tal-agganċ mekkaniku (pereżempju, laxk eċċessiv, ganċ tal-irmonk) jagħmilha impossibbli li t-test isir b’tagħbija tat-test li talterna, it-tagħbija tat-test tista’ tiġi applikata wkoll fuq bażi li dejjem togħla fid-direzzzjoni tat-trazzjoni jew tal-pressjoni, skont liema tkun l-ikbar.”

(iii)

jiddaħħal il-punt 3.3 li ġej:

“3.3.

Applikazzjoni tat-tagħbija

Għal komponenti tal-agganċ mekkaniku fuq it-trattur u l-vettura rmunkata, it-tagħbija tiġi applikata permezz tal-komponenti ta' agganċ mekkaniku korrispondenti wieħed fuq il-vettura rmunkata jew it-trattur, rispettivament, kif inhu permess mill-kombinamenti elenkati fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 1.”

(r)

L-Appendiċi 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“1.2.

Preparazzjoni tat-test

It-testijiet għandhom isiru fuq magna speċjali, bl-agganċ mekkaniku u kull struttura ta’ agganċ mal-karozzerija tal-vettura imwaħħlin ma’ struttura riġida permezz tal-istess komponenti użati biex jiġi armat fuq il-vettura.”

(ii)

fil-punt 1.4.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-dejta reġistrata biex tiġi ffurmata l-kurva tat-tagħbija/deformazzjoni taħt trazzjoni, jew il-graff ta’ dik il-kurva pprovduta mill-printer konness mal-magna tat-trazzjoni, trid tiġi bbażata biss fuq l-applikazzjoni ta’ tagħbijiet li dejjem jiżdiedu, li jibdew minn 500 daN, f’relazzjoni maċ-ċentru ta’ referenza tal-agganċ mekkaniku fuq it-trattur jew il-vettura rmunkata.”

(iii)

fil-punt 1.5, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“It-test imsemmi fil-punt 1.4.2 irid jiġi preċedut minn test fejn tiġi applikata tagħbija tliet darbiet it-tagħbija massima vertikali permissibbli (fi daN, ugwali għal g · S/10) rakkomandata mill-manifattur b’tali mod li tiżdied ftit ftit, li tibda b’tagħbija inizjali ta’ 500 daN, saċ-ċentru ta' referenza tal-agganċ mekkaniku fuq it-trattur jew il-vettura rmunkata.”


(*3)  Kif definit fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.”