24.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1712
tas-7 ta' Ġunju 2016
li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment, rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw sett minimu ta' informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fir-rekords dettaljati u ċ-ċirkustanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u, b'mod partikulari, l-Artikolu 71(8) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu faċilment jaċċessaw l-informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji, kif definit fl-Artikolu 2(1)(100) tad-Direttiva 2014/59/UE, fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jew il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp applikabbli jipprevedi t-teħid ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jew lill-entitajiet iżommu fuq bażi kontinwa sett minimu ta' informazzjoni dwar dawn il-kuntratti. Dak għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibilità tal-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jitolbu tinżamm informazzjoni addizzjonali f'rekords dettaljati tal-kuntratti finanzjarji u li jimponu dawn ir-rekwiżiti fuq istituzzjonijiet jew entitajiet msemmija oħra msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat ippjanar effettiv u komprensiv. |
(2) |
Sett minimu ta' informazzjoni li tinżamm f'rekords dettaljati tal-kuntratti finanzjarji mill-istituzzjonijiet jew l-entitajiet rilevanti għandhom ikunu ddeterminati b'mod ċar. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jużawha bħala formula jew biex jippreskrivu l-format li fih għandha tiġi provduta l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stipulat fit-talba. |
(3) |
Biex jiġi evitat kull dubju, l-obbligu impost fuq l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet relevanti biex iżommu rekords dettaljati tal-kuntratti finanzjarji m'għandux jaffettwa d-dritt tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jitolbu informazzjoni neċessarja mingħand ir-repożitorji tat-transazzjonijiet skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikolu 71(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
(5) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Kkonċernati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Obbligi li jinżammu rekords dettaljati tal-kuntratti finanzjarji
1. Istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun meħtieġa mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni li żżomm reġistrazzjonijiet dettaljati ta' kuntratti finanzjarji meta l-pjan ta' riżoluzzjoni jew il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp jipprevedi t-teħid ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata fil-każ li l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jkunu ssodisfati.
2. Meta jkun meħtieġ li jsir ippjanar komprensiv u effikaċi, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jimponu r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, li ma jkunux koperti mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 2
Sett minimu ta' informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li trid tinżamm f'rekords dettaljati
1. Istituzzjoni jew entità li hija obbligata żżomm reġistrazzjonijiet dettaljati ta' kuntratti finanzjarji taħt l-Artikolu 1 għandha żżomm fuq bażi kontinwa sett minimu ta' informazzjoni elenkata fl-Anness għal kull kuntratt finanzjarju fir-rekords tagħha.
2. L-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha, fuq talba ta' awtorità kompetenti jew awtorità ta' riżoluzzjoni, tagħmel disponibbli u tittrażmetti l-informazzjoni mitluba dwar kuntratti finanzjarji, lill-awtorità li tagħmel it-talba fiż-żmien stabbilit f'dik it-talba.
3. Fejn xi parti mill-informazzjoni mitluba fl-Anness ma tkunx applikabbli għal ċertu tip ta' kuntratt finanzjarju u l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 tista' turi dan lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-informazzjoni rilevanti għal dik il-kaxxa għandha tiġi eskluża mill-obbligu skont l-Artikolu 1.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
Is-sett minimu ta' informazzjoni dwar il-kuntratti finanzjarji li għandha tkun inkluża f'reġistri dettaljati
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tinżamm f'reġistri dettaljati tal-kuntratti finanzjarji |
||||||
Taqsima 1 — Partijiet għall-kuntratt finanzjarju |
||||||||
1 |
Kronogramma taż-żamma tar-rekords tal-ħin |
Id-data u l-ħin tad-dħul tar-reġistrazzjoni. |
||||||
2 |
Tip ta' ID tal-kontroparti li tirrapporta |
Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika l-kontroparti li tirrapporta. |
||||||
3 |
ID tal-Kontroparti li Tirrapporta |
Kodiċi uniku (Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), fejn ikun disponibbli) li jidentifika l-kontroparti li tirrapporta. |
||||||
4 |
Tip ta' ID tal-kontroparti l-oħra |
Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika l-kontroparti l-oħra. |
||||||
5 |
ID tal-kontroparti l-oħra |
Kodiċi uniku (LEI, fejn disponibbli) li jidentifika lill-kontroparti l-oħra tal-kuntratt finanzjarju. Din il-kaxxa għandha timtela mill-perspettiva tal-kontroparti li tirrapporta. Fil-każ ta' individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent b'mod konsistenti. |
||||||
6 |
Isem tal-kontroparti li tirrapporta. |
Isem korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta. Din il-kaxxa tista' titħalla vojta fejn il-LEI jintuża biex jidentifika l-kontroparti li tirrapporta. |
||||||
7 |
Domiċilju tal-kontroparti li tirrapporta. |
Informazzjoni dwar l-uffiċċju reġistrat, li tikkonsisti fl-indirizz sħiħ, il-belt u l-pajjiż tal-kontroparti li tirrapporta. Din il-kaxxa tista' titħalla vojta fejn il-LEI jintuża biex jidentifika kontroparti li tirrapporta. |
||||||
8 |
Pajjiż tal-Kontroparti l-oħra |
Il-kodiċi tal-pajjiż fejn l-uffiċċju reġistrat tal-kontroparti l-oħra jkun jinsab jew, jekk il-kontroparti l-oħra tkun persuna fiżika, il-pajjiż ta' residenza. |
||||||
9 |
Liġi Regolatorja |
Identifikai l-liġi li tirregola l-kuntratt finanzjarju. |
||||||
10 |
Rikonoxximent kuntrattwali — Setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni (biss għal kuntratti regolati minn liġi ta' pajjiż terz soġġett għall-ħtieġa ta' klawżola kuntrattwali skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tad-Direttiva 2014/59/UE) |
Il-klawżola kuntrattwali meħtieġa taħt l-Artikolu 55(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. Meta tali klawżola kuntrattwali tkun inkluża fi ftehim prinċipali u tapplika għat-tranżazzjonijiet kollha rregolati minn dak il-ftehim prinċipali, tista' tiġi rreġistrata fil-livell tal-ftehim prinċipali. |
||||||
11 |
Rikonoxximent kuntrattwali — Sospensjoni tad-drittijiet tat-terminazzjoni (biss għal kuntratti regolati mil-liġi ta' pajjiż terz) |
Il-klawżola kuntrattwali li bih il-kreditur jew parti għall-ftehim li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxi s-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni. Fejn tali klawżola kuntrattwali tkun inkluża fi ftehim prinċipali u tapplika għal kull tranżazzjoni rregolat minn dak il-ftehim prinċipali, tista' tiġi rreġistrata fil-livell tal-ftehim prinċipali. |
||||||
12 |
Rikonoxximent kuntrattwali — Setgħat tar-riżoluzzjoni (biss għal kuntratti regolati mil-liġi ta' pajjiż terz) |
It-terminu kuntrattwali, jekk hemm, li bih il-kreditur jew parti għall-ftehim li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxi s-setgħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' Stat Membru li tapplika s-setgħat tar-riżoluzzjoni minbarra dawk identifikati fil-kaxxi 10 u 11. Fejn tali klawżola kuntrattwali tkun inkluża fi ftehim prinċipali u tapplika għal kull tranżazzjoni rregolata minn dak il-ftehim prinċipali, tista' tiġi rreġistrata fil-livell tal-ftehim prinċipali. |
||||||
13 |
Linji ta' negozju ewlenin |
Jidentifika liema linja ta' negozju ewlenija jew linji ta' negozju ewlenin tirrigwarda l-kuntratt finanzjarju, jekk ikun hemm. |
||||||
14 |
Il-valur tal-kuntratt. |
Valwazzjoni skont is-suq ta' kuntratt finanzjarju, jew valutazzjoni skont mudell użat fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u rappurtat b'applikazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u delegat u regolamenti ta' implimentazzjoni adottati fih. Għandha tintuża l-valwazzjoni tas-CCP għal tranżazzjoni kklerjata. |
||||||
15 |
Munita tal-valur |
Il-munita użata għall-valwazzjoni tal-kuntratt finanzjarju. |
||||||
16 |
Kronogramma tal-valwazzjoni |
Id-data u l-ħin tal-aħħar valwazzjoni Għal valwazzjoni skont il-valur tas-suq, id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni tal-prezzijiet ta' referenza għandhom jiġu rrappurtati. |
||||||
17 |
Tip ta' valwazzjoni |
Indika jekk il-valwazzjoni twettqitx skont il-valur tas-suq jew skont mudell jew ġietx ipprovduta mis-CCP. |
||||||
18 |
Kollateralizzazzjoni |
Indika jekk jeżistix ftehim ta' kollateral bejn il-kontropartijiet. Fejn il-kuntratti finanzjarji huma koperti mir-rekwiżiti ta' rappurtar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u delegat u regolamenti ta' implimentazzjoni adottati fih, informazzjoni fuq kollateralizzazzjoni għandha tkun provduta kif meħtieġ minn dawk ir-rekwiżiti. |
||||||
19 |
Portafoll tal-kollateral |
Indika jekk il-kollateralizzazzjoni twettqitx fuq bażi ta' portafoll. Portafoll tfisser il-kollateral ikkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta' kuntratti, minflok għal kull tranżazzjoni. |
||||||
20 |
Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral |
Jekk il-kollateral jiġi rrapportat fuq bażi ta' portafoll, il-portafoll għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku determinat mill-kontroparti li tirrapporta. |
||||||
21 |
Il-marġni inizjali depożitat |
Il-valur tal-marġni inizjali depożitat mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra. Meta l-marġni inizjali jiġi depożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valuri ġenerali tal-marġni inizjali depożitat għall-portafoll. |
||||||
22 |
Il-munita tal-marġni inizjali depożitat |
Speċifika l-munita tal-marġni inizjali depożitat |
||||||
23 |
Marġni tal-varjazzjoni depożitat |
Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni ddepożitat, inkluż il-flus saldati, mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra. Fejn il-marġni tal-varjazzjoni huwa depożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valuri ġenerali tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat għall-portafoll. |
||||||
24 |
Il-munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat |
Speċifika l-munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat |
||||||
25 |
Il-marġni inizjali riċevut |
Il-valur tal-marġni inizjali riċevut mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra. Meta l-marġni inizjali jiġi riċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valuri ġenerali tal-marġni inizjali riċevut għall-portafoll. |
||||||
26 |
Il-munita tal-marġni inizjali riċevut |
Speċifika l-munita tal-marġni inizjali riċevut |
||||||
27 |
Il-marġni ta' varjazzjoni riċevut |
Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut, inkluż il-flus imħallsa, mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra. Meta l-marġni ta' varjazzjoni jiġi riċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valuri ġenerali tal-marġni ta' varjazzjoni riċevut għall-portafoll. |
||||||
28 |
Il-munita tal-marġni ta' varjazzjoni riċevut |
Speċifika l-munita tal-marġni ta' varjazzjoni riċevut |
||||||
Taqsima 2a — Tip ta' kuntratt finanzjarju |
||||||||
29 |
It-tip ta' kuntratt finanzjarju |
Ikklassifika l-kuntratt finanzjarju meħtieġ skont l-Artikolu 2, il-paragrafu 1, il-punt 100 tad-Direttiva 2014/59/UE. |
||||||
30 |
Identifikazzjoni tal-kuntratt finanzjarju |
ID uniku tat-tranżazzjoni fejn il-kuntratt finanzjarju huwa kopert mir-rekwiżiti ta' rappurtar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u delegat u regolamenti ta' implimentazzjoni adottati fih. Għal kwalunkwe kuntratt finanzjarju ieħor, ID assenjat mill-kontroparti li tirrapporta. |
||||||
Taqsima 2b — Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
||||||||
31 |
Data effettiva |
Data meta jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt finanzjarju. |
||||||
32 |
Data tal-maturità |
Data oriġinali tal-iskadenza tal-kuntratt finanzjarju rapportat. Terminazzjoni bikrija ma għandhiex tiġi rrapportata f'din il-kaxxa. |
||||||
33 |
Data tat-terminazzjoni |
Data tat-terminazzjoni fil-każ ta' terminazzjoni bikrija ta' kuntratt finanzjarju rrappurtat. Jekk mhux differenti mid-data tal-maturità, din il-kaxxa għandha titħalla vojta. |
||||||
34 |
Dritt tat-terminazzjoni |
Indika jekk id-dritt ta' terminazzjoni tal-kontroparti l-oħra taħt il-kuntratt finanzjarju rrappurtat huwiex ibbażat fuq l-insolvenza jew il-kondizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. Fejn tali klawżola kuntrattwali tkun inkluża fi ftehim prinċipali u tapplika għal kull tranżazzjoni rregolata minn dak il-ftehim prinċipali, tista' tiġi rreġistrata fil-livell tal-ftehim prinċipali. |
||||||
35 |
Tip ta' Ftehim Prinċipali |
Referenza għall-isem tal-ftehim prinċipali relevanti, jekk użat għall-kuntratt finanzjarju rapportat (eż. Ftehim Prinċipali ISDA; Ftehim Prinċipali tax-Xiri u l-Bejgħ tal-Enerġija; Ftehim Prinċipali Internazzjonali ForEx; Ftehim Prinċipali Ewropew jew kwalunkwe ftehim prinċipali lokali). |
||||||
36 |
Verżjoni tal-Ftehim Prinċipali |
Referenza għas-sena tal-verżjoni tal-ftehim prinċipali użat għat-tranżazzjoni rapportata, jekk applikabbli (eż. 1992, 2002, …). |
||||||
37 |
Ftehimiet ta' netting |
Jekk il-kuntratti finanzjarji huwa parti minn arranġament ta' netting kif definit fl-Artikolu 2(1)(98) tad-Direttiva 2014/59/UE, referenza unika tal-arranġament ta' netting. |
||||||
38 |
It-tip ta' obbligazzjoni/pretensjoni |
Indika jekk l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratt finanzjarju humiex:
|
||||||
Taqsima 2c — Ikklerjar |
||||||||
39 |
Obbligu tal-ikklerjar |
Indika jekk il-kuntratt finanzjarji rrappurtat jappartjenix għal klassi ta' derivattivi OTC li jkun ġie ddikjarat soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar u ż-żewġ kontropartijiet tal-kuntratt huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, mal-waqt tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt finanzjarju. |
||||||
40 |
Ikklerjat |
Indika jekk l-ikklerjar seħħx. |
||||||
41 |
Kronogramma tal-ikklerjar |
Ħin u data meta seħħ l-ikklerjar. |
||||||
42 |
CCP |
F'każ ta' kuntratt finanzjarju li ġie kklerjat, il-kodiċi uniku għas-CCP li kklerja l-kuntratt finanzjarju. |
||||||
43 |
Intragrupp |
Indika jekk il-kuntratt finanzjarju ġiex iffirmat bħala tranżazzjoni intragrupp, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |