9.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1611

tas-7 ta' Lulju 2016

dwar ir-rieżami tal-iskala għal missjonijiet minn uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea fl-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 112(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 13 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkonsultat mar-rappreżentanti tal-persunal mill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta rapport (2) dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-lukandi, tar-ristoranti u tas-servizzi tal-forniment tal-ikel,

(2)

Dan ir-rapport juri li l-gratifiki għas-sussistenza għal kull jum u l-limiti massimi tal-lukandi għandhom jiġu rieżaminati sabiex titqies l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-lukandi, tar-ristoranti u tas-servizzi tal-forniment tal-ikel,

(3)

Ir-rieżami tal-iskala tal-gratifika għas-sussistenza għal kull jum u l-limiti massimi tal-lukandi jinvolvi valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet ekonomiċi u/jew soċjali kumplessi, li fiha l-leġiżlatur igawdi marġni ta' diskrezzjoni wiesa',

(4)

L-aħħar riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-impjieg tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea enfasizzat il-ħtieġa għal sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u minn kull membru tal-persunal tagħha sabiex itejbu l-effiċjenza u jaġġustaw għat-tibdil fil-kuntest ekonomiku u soċjali fl-Ewropa,

(5)

Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, ir-rimborż lil uffiċjali u aġenti oħrajn tal-infiq marbut ma' missjonijiet f'dan il-pajjiż għandu jkun suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13(2)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-iskala ta' gratifiki għall-missjonijiet li jidhru fl-Artikolu 13(2)(a), tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal qiegħda tiġi sostitwita bit-tabella segwenti:

Destinazzjoni

Limitu massimu fuq l-ispejjeż tal-lukandi

Gratifika għas-sussistenza għal kull jum

Il-Belġju

148

102

Il-Bulgarija

135

57

Ir-Repubblika Ċeka

124

70

Id-Danimarka

173

124

Il-Ġermanja

128

97

L-Estonja

105

80

L-Irlanda

159

108

Il-Greċja

112

82

Spanja

128

88

Franza

180

102

Il-Kroazja

110

75

L-Italja

148

98

Ċipru

140

88

Il-Latvja

116

73

Il-Litwanja

117

69

Il-Lussemburgu

148

98

L-Ungerija

120

64

Malta

138

88

In-Netherlands

166

103

L-Awstrija

132

102

Il-Polonja

116

67

Il-Portugall

101

83

Ir-Rumanija

136

62

Is-Slovenja

117

84

Ir-Repubblika Slovakka

100

74

Il-Finlandja

142

113

L-Iżvezja

187

117

Ir-Renju Unit

209

125

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1023/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(2)  DOKUMENT TA' ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI — Rapport tal-Eurostat dwar l-aġġornament tal-2015 tal-ispejjeż tal-missjonijiet (gratifiki għas-sussistenza għal kull jum u limiti massimi għal-lukandi) — Ref. Ares(2015)6009670 — 22.12.2015. Disponibbli fis-sit web: https://circabc.europa.eu/sd/a/0bbefcd7-ef76-4825-812d-dc78be24b36b/Ares_2015_6009670_UpdateMissionExpenses.7z