(c)
|
tiżdied is-Subparti K li ġejja:
“SUBPARTI K
OPERAZZJONIJIET LIL HINN MILL-KOSTA BIL-ĦELIKOPTER
SPA.HOFO.100 Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter (HOFO)
Ir-rekwiżiti ta' din is-Subparti japplikaw għal:
(a)
|
operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru li għandu AOC validu f'konformità mal-Parti-ORO;
|
(b)
|
operatur ta' operazzjonijiet speċjalizzati li jkun iddikjara l-attività tiegħu skont il-Parti-ORO; jew
|
(c)
|
operatur ta' operazzjonijiet mhux kummerċjali li jkun iddikjara l-attività tiegħu skont il-Parti-ORO;
|
SPA.HOFO.105 Approvazzjoni għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta b'ħelikopter
(a)
|
L-operatur trid tinħariġlu approvazzjoni speċifika mill-awtorità kompetenti qabel ma jidħol għal operazzjonijiet f'din is-Subparti.
|
(b)
|
Sabiex jikseb approvazzjoni bħal din, l-operatur għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti kif speċifikat fi SPA.GEN.105, u għandu juri li huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din is-Subparti.
|
(c)
|
L-operatur, qabel ma jwettaq operazzjonijiet minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li minnu nħarġet l-approvazzjoni fil-punt (a), għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żewġ Stati Membri bl-operazzjoni ppjanata.
|
SPA.HOFO.110 Proċeduri operazzjonali
(a)
|
L-operatur, bħala parti mill-proċess tal-ġestjoni tas-sikurezza tiegħu, għandu jtaffi u jimminimizza r-riskji u l-perikli speċifiċi għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta b'ħelikopter. L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operazzjonijiet:
(1)
|
l-għażla, il-kompożizzjoni u t-taħriġ tal-ekwipaġġi;
|
(2)
|
id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-persunal involut;
|
(3)
|
it-tagħmir meħtieġ u l-kriterji tad-dispaċċ; kif ukoll
|
(4)
|
il-proċeduri u l-valuri minimi operazzjonali, b'mod li l-operazzjonijiet normali u dawk li x'aktarx mhux se jkunu normali jiġu deskritti u jittaffew b'mod xieraq.
|
|
(b)
|
L-operatur għandu jiżgura li:
(1)
|
jitħejja pjan operazzjonali tat-titjira qabel kull titjira;
|
(2)
|
it-tgħarrif dwar is-sikurezza tal-passiġġieri jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni speċifika dwar punti relatati lil hinn mill-kosta u jingħata qabel ma l-passiġġieri jitilgħu abbord l-inġenju tal-ajru;
|
(3)
|
kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jilbes libsa ta' sopravivenza approvata:
(i)
|
meta r-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand/il-kmandant jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-10 °C matul it-titjira. jew
|
(ii)
|
meta l-ħin stmat għas-salvataġġ ikun jaqbez il-ħin ikkalkulat ta' sopravivenza; jew
|
(iii)
|
meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl f'ambjent ostili;
|
|
(4)
|
fejn stabbilita, tiġi segwita l-istruttura tar-rotta lil hinn mill-kosta pprovduta mill-ATS xierqa;
|
(5)
|
il-bdoti jagħmlu l-aħjar użu tas-sistemi awtomatiċi tal-kontroll tat-titjira (AFCS) matul it-titjira;
|
(6)
|
profili speċifiċi dwar l-avviċinament lil hinn mill-kosta huma stabbiliti, inklużi parametri għal avviċinament stabbli u l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed jekk avviċinament isir instabbli;
|
(7)
|
għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, hemm proċeduri fis-seħħ għal membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jimmonitorja l-istrumenti tat-titjira matul it-titjira lil hinn mill-kosta, speċjalment matul l-avviċinament jew it-tluq, biex jiġi żgurat li tinżamm ir-rotta sikura ta' titjira;
|
(8)
|
l-ekwipaġġ tat-titjira tieħu azzjoni immedjata u xierqa meta tiġi attivata twissija tal-għoli;
|
(9)
|
hemm proċeduri fis-seħħ li jeħtieġu sistemi ta' emerġenza għall-ifflowtjar biex jiġu armati, meta jkun sikur li jsir hekk, għal kull wasla u tluq fuq l-ilma; kif ukoll
|
(10)
|
l-operazzjonijiet jitwettqu skont kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-rotot jew fuq iż-żoni tal-operazzjonijiet li jkunu speċifikati mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ispazju tal-ajru.
|
|
SPA.HOFO.115 Użu tal-postijiet lil hinn mill-kosta
L-operatur għandu juża biss postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta li jkunu xierqa fir-rigward tad-daqs u l-massa tat-tip ta' ħelikopter u tal-operazzjonijiet ikkonċernati.
SPA.HOFO.120 Għażla tal-ajrudromi u tas-siti tal-operazzjonijiet
(a)
|
Ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fuq l-art Minkejja CAT.OP.MPA.181, NCC.OP.152, u SPO.OP.151, il-bdot fil-kmand/il-kmandant m'għandux għalfejn jispeċifika ajrudrom tad-destinazzjoni alternattiv fil-pjan operattiv tat-titjira meta jkun qed iwettaq titjiriet minn post lil hinn mill-kosta għal ajrudrom fuq l-art jekk:
(1)
|
l-ajrudrom ta' destinazzjoni huwa ddefinit bħala ajrudrom ta' mal-kosta, jew
|
(2)
|
jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:
(i)
|
l-ajrudrom tad-destinazzjoni għandu proċeduri tal-avviċinament bl-istrument ippubblikati;
|
(ii)
|
il-ħin tat-titjira jkun ta' anqas minn 3 sigħat; kif ukoll
|
(iii)
|
it-tbassir tat-temp ippubblikat li jkun validu minn siegħa qabel, u siegħa wara l-ħin tal-inżul mistenni jispeċifika li:
(a)
|
il-bażi tas-sħab tkun ta' mill-inqas 700 pied 'il fuq mir-rati minimi assoċjati mal-avviċinament bl-istrument, jew 1 000 pied 'il fuq mill-ajrudrom tad-destinazzjoni, skont liema minnhom ikun l-ogħla; kif ukoll
|
(b)
|
il-viżibbiltà tkun ta' mill-anqas 2 500 metru.
|
|
|
|
(b)
|
Pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta. L-operatur jista' jagħżel pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta meta jiġu applikati l-kriterji li ġejjin:
(1)
|
pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta għandha tintuża biss wara punt ta' ebda ritorn (PNR) f'każ li ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fuq l-art ma jkunx ġeografikament disponibbli. Qabel il-PNR, għandhom jintużaw ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni fuq l-art.
|
(2)
|
Inżul b'magna waħda wieqfa (OEI) għandu jkun jista' jitwettaq fuq il-pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta.
|
(3)
|
Sa fejn ikun possibbli, għandha tkun iggarantita d-disponibbiltà tal-pjattaforma għall-ħelikopters qabel il-PNR. Id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u d-distanza mill-ostakli ta' kull pjattaforma individwali għall-ħelikopters jew ta' siti oħrajn għandhom ikunu adattati għall-użu tagħhom bħala pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters għal kull tip ta' ħelikopter li qed jiġi propost li jintuża.
|
(4)
|
Għandhom ikunu stabbiliti l-valuri minimi tat-temp filwaqt li jitqiesu l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni metereoloġika.
|
(5)
|
Il-MEL għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi għal din it-tip ta' operazzjoni.
|
(6)
|
Pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta għandha tintgħażel biss jekk l-operatur ikun stabbilixxa proċedura fil-manwal tal-operazzjonijiet.
|
|
SPA.HOFO.125 Avviċinamenti mwettqin bl-għajnuna ta' radar (ARAs) għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta — operazzjonijiet CAT
(a)
|
Operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT) gћandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u jiżguraw li l-ARAs isiru biss jekk:
(1)
|
il-ħelikopter ikun mgħammar b'radar li jkun kapaċi jipprovdi informazzjoni dwar l-ambjent bl-ostakli; kif ukoll
|
(2)
|
(i)
|
l-gћoli minimu tal-inżul (MDH) ikun stabbilit minn altimetru bir-radju; jew
|
(ii)
|
tiġi applikata l-altitudni minima ta' nżul (MDA) flimkien ma' marġni xieraq.
|
|
|
(b)
|
ARAs li jsiru lejn pjattaformi (“rigs”) jew bastimenti li jkunu fi tranżitu għandhom isiru bħala operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed.
|
(c)
|
Il-medda tad-deċiżjoni għandha tipprovdi distanza xierqa mill-ostakli fl-avviċinament mhux milħuq minn kwalunkwe destinazzjoni li għaliha jkun ippjanat ARA.
|
(d)
|
L-avviċinament għandu jitkompla biss lil hinn mill-medda tad-deċiżjoni jew taħt l-altitudni minima tal-inżul/l-għoli (MDA/H) meta tkun ġiet stabbilita riferenza viżwali lejn id-destinazzjoni.
|
(e)
|
Għall-operazzjonijiet CAT bi bdot wieħed, għandhom jiżdiedu ż-żidiet ix-xierqa mal-MDA/H u mal-medda tad-deċiżjoni.
|
(f)
|
Meta ARA issir għal post lil hinn mill-kosta li ma jiċċaqlaqx (jiġifieri installazzjoni fissa jew bastiment fl-irmiġġ) u fis-sistema ta' navigazzjoni tkun disponibbli pożizzjoni tal-GPS affidabbli għal dak il-post, is-sistema tal-GPS/is-sistema ta' navigazzjoni ta' żona għandhom jintużaw biex isaħħu s-sigurtà tas-sistema ARA.
|
SPA.HOFO.130 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
Minkejja CAT.OP.MPA.247, NCC.OP.180 u SPO.OP.170, waqt titjir bejn postijiet lil hinn mill-kosta li jkunu jinsabu fi spazju tal-ajru tal-kategorija G fejn il-parti tat-titjira li tkun qed issir fuq l-ilma tkun ta' inqas minn 10 mili nawtiċi, it-titjiriet skont il-VFR jistgħu jitwettqu meta l-limiti jkunu fil-livelli li ġejjin, jew f'livelli ogħla minnhom:
Valuri minimi għal titjir bejn postijiet lil hinn mill-kosta li jkunu jinsabu fi spazju tal-ajru tal-kategorija G
|
Binhar
|
Billejl
|
|
Għoli (*)
|
Viżibbiltà
|
Għoli (*)
|
Viżibbiltà
|
Bdot wieħed
|
300 pied
|
3 km
|
500 pied
|
5 km
|
Żewġ bdoti
|
300 pied
|
2 km (**)
|
500 pied
|
5 km (***)
|
SPA.HOFO.135 Limitazzjonijiet għall-operazzjonijiet lejn postijiet lil hinn mill-kosta
Operazzjoni lejn post lil hinn mill-kosta għandha titwettaq biss meta l-veloċità tar-riħ fil-pjattaforma għall-ħelikopters tkun irrappurtata bħala mhux aktar minn 60 mili nawtiċi inklużi l-buffuri.
SPA.HOFO.140 Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni f'postijiet lil hinn mill-kosta
Il-ħelikopters li jitilqu minn u jinżlu f'postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta għandhom jiġu operati skont ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-Anness xieraq skont it-tip ta' operazzjoni.
SPA.HOFO.145 Sistema ta' monitoraġġ tad-dejta tat-titjir (FDM)
(a)
|
Meta jkun qiegħed iwettaq operazzjonijiet CAT b'ħelikopter mgħammar b'reġistratur tad-dejta tat-titjira, l-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' FDM, bħala parti mis-sistema integrata tal-ġestjoni tiegħu, sal-1 ta' Jannar 2019.
|
(b)
|
Is-sistema FDM li ma gћandhiex tkun waħda punittiva u gћandu jkollha protezzjoni adegwata biex jitħares/jitħarsu s-sors(i) tad-dejta.
|
SPA.HOFO.150 Sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru
Operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru mmonitorjata għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f'ambjent ostili minn meta l-inġenju tal-ajru jitlaq sakemm dan jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu.
SPA.HOFO.155 Sistema tal-monitoraġġ tas-saħħa bil-vibrazzjonijiet (VHM)
(a)
|
Il-ħelikopters li ġejjin li jwettqu operazzjonijiet CAT lil hinn mill-kosta f'ambjent ostili, għandhom ikunu mgħammra b'sistema VHM kapaċi timmonitorja l-istatus tar-rotor kritiku u tas-sistemi tad-drive tar-rotor sal-1 ta' Jannar 2019:
(1)
|
ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni li jkun inħarġilhom Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà (CofA) individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2016;
|
(2)
|
il-ħelikopters kollha b'konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta' iktar minn 9 li jkun inħarġilhom CofA qabel l-1 ta' Jannar 2017;
|
(3)
|
il-ħelikopters kollha li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2018;
|
|
(b)
|
l-operatur għandu jkollu sistema biex:
(1)
|
jiġbor id-dejta inklużi avviżi maħluqa mis-sistema;
|
(2)
|
janalizza u jiddetermina s-servizz tal-komponent; kif ukoll
|
(3)
|
iwieġeb għan-nuqqasijiet inizjali li jinqabdu.
|
|
SPA.HOFO.160 Rekwiżiti tat-tagħmir
(a)
|
L-operatur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-tagħmir li ġejjin:
(1)
|
Sistema għall-Avviżi lill-Pubbliku (AP) fil-ħelikopters tintuża għall-operazzjonijiet CAT u operazzjonijiet mhux kummerċjali b'ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni (NCC):
(i)
|
Ħelikopters b'konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta' iktar minn 9 għandhom ikunu mgħammra b'sistema tal-PA.
|
(ii)
|
Ħelikopters li jkollhom MOPSC ta' 9 jew inqas ma għandhomx bżonn jiġu mgħammra b'sistema tal-PA jekk l-operatur jista' juri li l-vuċi tal-bdot tkun tinftiehem mis-sits kollha tal-passiġġieri f'titjira.
|
|
(2)
|
Altimetru bir-radju
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'altimetru bir-radju li jkun kapaċi jitfa' ħoss ta' twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u juri twissija viżwali f'għoli li jista' jingħażel mill-bdot.
|
|
(b)
|
Ħruġ ta' emerġenza
Kull ħruġ tal-emerġenza, inkluż il-ħruġ tal-emerġenza tal-ekwipaġġ, u kwalunkwe bibien, twieqi u ftuħ ieħor li huwa adattat bħala ħruġ tal-emerġenza, u l-mezzi biex jinfetħu bihom, għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar biex jipprovdu gwida lill-persuni abbord li jużawhom fid-dawl tax-xemx jew fid-dlam. Dawn il-marki għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jibqgħu jidhru f'każ li l-ħelikopter jinqaleb ta' taħt fuq jew il-kabina tkun taħt wiċċ il-baħar.
|
(c)
|
Sistema ta' twissija u ta' għarfien tat-terren għall-ħelikopters (HTAWS)
Ħelikopters użati għal operazzjonijiet CAT b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 3 175 kg jew MOPSC ta' iktar minn 9 u li tkun inħarġitilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2018, għandhom jiġu mgħammra b'HTAWS li tissodisfa r-rekwiżiti tat-tagħmir tal-Kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli.
|
SPA.HOFO.165 Proċeduri u tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f'ambjent ostili
(a) Ġkieket tas-salvataġġ
Il-ġkieket tas-salvataġġ approvati għandhom jintlibsu l-ħin kollu mill-persuni kollha abbord sakemm ma jintlibisx ilbies ta' sopravivenza integrat li jkun jissodisfa r-rekwiżiti kkombinati tal-ilbies ta' sopravivenza u tal-ġkieket tas-salvataġġ.
(b) Ilbies ta' sopravivenza
Il-passiġġieri kollha abbord għandhom jilbsu libsa ta' sopravivenza approvata:
(1)
|
meta r-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand/tal-kmandant jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira. jew
|
(2)
|
meta l-ħin stmat għas-salvataġġ ikun jaqbez il-ħin ikkalkulat ta' sopravivenza; jew
|
(3)
|
meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl.
|
(c) Sistema tat-teħid tan-nifs ta' emerġenza
Il-persuni kollha abbord għandhom iġorru u jingħataw istruzzjonijiet dwar l-użu tas-sistemi tat-teħid tan-nifs ta' emerġenza.
(d) Ċattri tas-salvataġġ
|
(1)
|
Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jkunu qed jinġarru għandhom ikunu installati b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-baħar li fihom ikunu ġew evalwati l-karatteristiċi tal-inżul ta' emerġenza, tal-għawm f'wiċċ l-ilma u tat-“trim” tal-ħelikopter.
|
|
(2)
|
Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jinġarru għandhom ikunu installati b'tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f'każ ta' emerġenza.
|
|
(3)
|
L-għadd ta' ċattri tas-salvataġġ installati:
(i)
|
fil-każ ta' ħelikopter li jkun qed iġorr inqas minn 12-il persuna, tal-inqas ċattra waħda tas-salvataġġ b'kapaċità mkejla ta' mhux inqas mill-għadd massimu ta' persuni abbord; jew
|
(ii)
|
fil-każ ta' ħelikopter li jkun qed iġorr iktar minn 11-il persuna, tal-inqas żewġ ċattri tas-salvataġġ, biżżejjed biex jakkomodaw il-persuni kollha li jistgħu jinġarru abbord u, jekk tintilef waħda, iċ-ċattri tas-salvataġġ li jibqa' jkollhom il-kapaċità ta' tagħbija żejda suffiċjenti biex takkomoda l-persuni kollha fuq ħelikopter.
|
|
|
(4)
|
Kull ċattra tas-salvataġġ għandu jkun fiha tal-inqas trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) wieħed; kif ukoll
|
|
(5)
|
Kull ċattra tas-salvataġġ għandu jkun fiha tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
|
(e) Dawl ta' emerġenza fil-kabina
il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b'sistema ta' dawl tal-emerġenza li jkollha provvista tal-enerġija indipendenti, sabiex tipprovdi sors ta' tidwil ġenerali tal-kabina ħalli titħaffef l-evakwazzjoni tal-ħelikopter;
(f) Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza skjerabbli b'mod awtomatiku (ELT (AD))
Il-ħelikopter għandu jkunu mgħammra b'ELT (AD) li jkun kapaċi jittrażmetti simultanjament fuq 121.5 MHz u fuq 406 MHz.
(g) Imblukkar ta' bibien li ma jkunux jistgħu jintremew
Il-bibien li ma jkunux jistgħu jintremew u li jkunu ddisinjati bħala ħruġ ta' emerġenza f'każ ta' nżul ta' emerġenza għandu jkollhom mezz biex jinżammu miftuħin, sabiex ma jfixklux il-ħruġ tal-okkupanti fil-kundizzjonijiet kollha tal-baħar, sal-kundizzjonijiet tal-baħar massimi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-inżul ta' emerġenza u tal-għawm f'wiċċ l-ilma.
(h) Ħruġ ta' emerġenza u bibien tal-evakwazzjoni
Kull ħruġ ta' emerġenza, inkluż il-ħruġ ta' emerġenza tal-ekwipaġġ, u kwalunkwe bibien u twieqi jew ftuħ ieħor fil-kompartiment tal-passiġġieri addattat għall-iskop ta' evakwazzjoni taħt l-ilma, għandhom ikunu mgħammra b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw f'emerġenza.
(i) Minkejja l-punti (a), (b) u (c) ta' hawn fuq, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji, l-operatur jista' jippermetti lill-passiġġieri, medikament diżabbli f'post lil hinn mill-kosta, li jilbsu parzjalment jew ma jilbsux ġkieket tas-salvataġġ, ilbies ta' sopravivenza, jew sistemi għat-teħid tan-nifs b'emerġenza fuq titjiriet bir-ritorn jew titjiriet bejn postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta.
SPA.HOFO.170 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ
(a)
|
L-operatur għandu jistabbilixxi:
(1)
|
il-kriterji għall-għażla tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira, filwaqt li jqis l-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;
|
(2)
|
livell ta' esperjenza minimu għal kaptan/għal bdot fil-kmand li jkun beħsiebu jwettaq operazzjonijiet lil hinn mill-kosta; kif ukoll
|
(3)
|
programm ta' taħriġ u kontrolli għall-ekwipaġġ tat-titjira li kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun lesta b'suċċess. Programm bħal dan għandu jiġi adattat għall-ambjent lil hinn mill-kosta u jinkludi l-proċeduri normali, anormali u l-proċeduri ta' emerġenza, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ, id-dħul tal-ilma baħar u taħriġ ta' sopravivenza.
|
|
(b)
|
Rekwiżiti dwar l-aġġornament
Bdot għandu jopera ħelikopter li jkun qed iġorr passiġġieri biss:
(1)
|
f'postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta, bħala l-kmandant jew il-bdot fil-kmand meta fid-90 jum ta' qabel ikun wettaq mill-inqas 3 telgħat, tluq, avviċinament u nżul billejl f'post lil hinn mill-kosta b'ħelikopter tal-istess tip jew b'simulatur ta' titjira sħiħa (FFS) li jirrappreżenta dak it-tip. jew
|
(2)
|
bħala l-kmandant/il-bdot fil-kmand jew il-kobdot billejl f'postijiet lil hinn mill-kosta meta fid-90 jum ta' qabel ikun wettaq mill-inqas 3 telgħat, tluq, avviċinament u nżul billejl f'post lil hinn mill-kosta b'ħelikopter tal-istess tip jew FFS li jirrappreżenta dak it-tip.
It-3 telgħat u nżul għandhom isiru f'operazzjoni bi bdot wieħed jew aktar, skont l-operazzjoni li għandha ssir;
|
|
(c)
|
Rekwiżiti speċifiċi għall-CAT
(1)
|
Il-perjodu ta' 90 jum ippreżentat fil-punti (b)(1) u (2) hawn fuq, jista' jiġi estiż sa 120 jum sakemm il-bdot iwettaq titjir tal-linja tal-ajru taħt is-sorveljanza ta' għalliem jew eżaminatur ta' klassifika tat-tip.
|
(2)
|
Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżiti f'(1), għandu jlesti titjira ta' taħriġ f'ħelikopter jew FFS tat-tip ta' ħelikopter li għandu jintuża, li għandha tinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti f'(b)(1) u (2) qabel ma jkun jista' jeżerċita l-privileġġi tiegħu.”
|
|
|