13.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1127

tat-12 ta' Lulju 2016

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2425

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda, fejn possibbli fil-prattika, lill-persuni, il-grupp u l-entitajiet kollha b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet li fihom jispjega għaliex huma ġew inklużi fil-lista.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fiha. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati bil-possibbiltà li jitolbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista kif rikjest mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. F'dak ir-rieżami, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata riċevuta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u entitajiet inklużi fil-lista fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fejn jirriżulta li dawn kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-lista għandha tiġi aġġornata skont dan u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 qiegħed b'dan jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2425 tal-21 ta' Diċembru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1325 (ĠU L 334, 21.12.2015, p. 1).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu 1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16 ta' Ottubru 1966 f'Tarut (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew il-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8 ta' Marzu 1978 f'Amsterdam (in-Netherlands) — membru tal-“Hofstadgroep”.

6.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

7.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14 ta' April 1965 jew fl-1 ta' Marzu 1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555.

8.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

9.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

10.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”.

2.

Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa.

3.

Al-Aqsa e.V.

4.

“Babbar Khalsa”

5.

“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Gama'a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” — “IG”).

7.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”.

8.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9.

“Fergħa Militari tal-Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbu'llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluża l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11.

Hofstadgroep.

12.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

13.

“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

17.

“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

18.

“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

19.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

20.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

21.

“Sendero Luminoso” — “SL” (“Triq li Tiddi”).

22.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).