9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/896

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju. Dik l-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta' April 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ikkonċernat ma għandu ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat għandu l-potenzjal li jkun effikaċi bħala antiagglomerant fil-melħ. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jidħol fil-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “aġenti antiagglomeranti”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2015; 13(5):4114.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta' NaCl

Additivi teknoloġiċi: Aġenti antiagglomeranti

1i534

Tartrati tal-ħadid u tas-sodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-prodotti tal-kumplessazzjoni tat-tartrati tas-sodju mal-klorur tal-ħadid(III) (FeCl3) f'soluzzjoni tal-ilma ≤ 35 % (skont il-piż)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Prodott ta' kumplessazzjoni tal-ħadid (III) ta' D (+)-, L(-)- u meso-2,3 aċidi diidrossibutandiojċi

 

Proporzjon: ħadid għall-meso-tartrat 1:1;

 

Proporzjon: ħadid għat-total tal-isomeri tat-tartrat 1:1,5

Numru CAS: 1280193-05-9

Fe(OH)2C4H4O6Na

 

Klorur: ≤ 25 %

 

Ossalati: ≤ 1,5 % expressi bħala aċidu ossaliku

 

Ħadid: ≥ 8 % Iron(III)

Metodu analitiku  (1)

Il-kwantifikazzjoni tal-meso-tartrat u tartrati D(-) u L(+) fl-addittiv tal-għalf:

Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b'detezzjoni tal-Indiċi Rifrattiv (HPLC-RI);

Il-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf:

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni (ICP-AES) — EN 15621; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN ISO 11885; jew

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — EN ISO 6869; jew

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2); u

Il-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni (ICP-AES) — EN 15621; jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN ISO 11885; jew

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — EN ISO 6869; u

Il-kwantifikazzjoni tal-klorur tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf:

Titrimetrija — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 jew ISO 6495.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

L-addittiv għandu jintuża biss fil-klorur tas-sodju (NaCl)

2.

Id-doża minima rakkomandata: 26 mg ta' tartrati tal-ħadid u tas-sodju/kg NaCl (ekwivalenti għal 3 mg ħadid/kg ta' NaCl)

3.

Id-doża massima rakkomandata: 106 mg tartrati tal-ħadid u tas sodju/kg NaCl

id-29 ta' Ġunju 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).