27.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/651
tal-5 ta' April 2016
li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 160 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2), ġew identifikati żewġ żbalji. |
(2) |
L-ewwel żball jikkonċerna l-preżunzjoni ta' dikjarazzjoni doganali stabbilita fl-Artikolu 139 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għal uħud mit-tipi ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 136(1) ta' dak ir-Regolament Delegat. Dik il-preżunzjoni kienet maħsuba biex tkopri l-istess tipi ta' merkanzija bħal dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) attwalment applikabbli, jiġifieri palits, kontejners u mezzi ta' trasport, u spare parts, aċċessorji u tagħmir għal dawk il-palits, il-kontejners u l-mezzi ta' trasport, oġġetti personali u merkanzija għal finijiet sportivi, materjali għall-benesseri tal-baħħara li jintużaw fuq bastiment involut fit-traffiku marittimu internazzjonali, tagħmir mediku, kirurġiku u tal-laboratorju, materjal għall-għajnuna f'każ ta' diżastru li jintuża flimkien mal-miżuri meħuda biex jilqgħu għall-effetti ta' diżastri jew sitwazzjonijiet simili li jaffettwaw it-territorju doganali tal-Unjoni u strumenti mużikali portabbli importati temporanjament minn vjaġġaturi u maħsuba biex jintużaw bħala tagħmir professjonali. Meta r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ġie ffinalizzat, l-ordni tal-merkanzija elenkata fl-Artikolu 136 tiegħu nbidel, iżda, bi żball, ir-referenzi għal dik il-merkanzija fl-Artikolu 139 ta' dak ir-Regolament Delegat ma ġewx aġġornati. Ir-referenzi għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti. |
(3) |
It-tieni żball jikkonċerna l-Artikolu 141(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. L-Artikolu 233(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 attwalment applikabbli jipprevedi l-possibbiltà, f'għadd ta' każijiet limitati u speċifiċi ħafna, li l-qsim tal-fruntiera jiġi meqjus bħala dikjarazzjoni għall-importazzjoni temporanja, għall-esportazzjoni jew għar-riesportazzjoni. Bi żball, dik id-dispożizzjoni ma ġietx inkluża fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, u b'riżultat ta' dan mhuwiex possibbli li ċerti oġġetti jiġu ddikjarati permezz tal-att uniku tal-qsim tal-fruntiera tat-territorju doganali tal-Unjoni. Bl-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, ma ġiet prevista l-ebda modifika tad-dispożizzjoni dwar it-tipi ta' atti li huma meqjusa bħala dikjarazzjoni doganali. Għalhekk, l-Artikolu 141(1) għandu jiġi kkoreġut. |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Mejju 2016 sabiex il-Kodiċi jkun jista' jiġi applikat b'mod sħiħ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi kkoreġut kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 139 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 139 1. Meta ma tkunx iddikjarata permezz ta' mezzi oħra, il-merkanzija msemmija fil-punti (a) sa (d) u fil-punt (h) u fil-punt (i) tal-Artikolu 136(1) għandha titqies li tkun iddikjarata għal dħul temporanju f'konformità mal-Artikolu 141. 2. Meta ma tkunx iddikjarata permezz ta' mezzi oħra, il-merkanzija msemmija fil-punti (a) sa (d) u fil-punt (h) u fil-punt (i) tal-Artikolu 136(1) għandha titqies li tkun iddikjarata għar-riesportazzjoni f'konformità mal-Artikolu 141 bir-rilaxx tal-proċedura ta' dħul temporanju.”; |
(2) |
fl-Artikolu 141(1), jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Mejju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).