23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/635

tat-22 ta' April 2016

li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 rigward ċerti metodi ta' referenza għall-analiżi tal-ispirti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2870/2000 (2) isemmi u jiddeskrivi l-metodi ta' referenza għall-analiżi tal-ispirti. Madankollu, uħud mill-metodi elenkati fl-Anness ta' dak ir-Regolament, fosthom il-metodi biex tiġi ddeterminata l-aċidità volatili u z-zokkor totali fl-ispirti, għadhom ma ġewx deskritti.

(2)

Il-metodi għad-determinazzjoni tal-aċidità volatili u z-zokkor totali f'ċerti spriti ġew soġġetti għal żewġ studji internazzjonali ta' validazzjoni li twettqu skont proċeduri miftiehma internazzjonalment u nstab li l-parametri tal-prestazzjoni analitika tagħhom huma aċċettabbli. L-istudji twettqu bħala parti minn proġett ta' riċerka skont il-Programm Qafas IV tal-Kummissjoni Ewropea (KE) għall-Istandards fil-Kejl u l-Ittestjar (SMT). Għaldaqstant, id-deskrizzjoni ta' dawk il-metodi għandha tiġi inkluża fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jistabbilixxi r-rekwiżiti għal xi kategoriji ta' spirti li jitħallew jimmaturaw fl-injam u jistipula li xi spirti oħra jistgħu jitħallew jimmaturaw bl-istess mod. L-analiżi tal-komposti prinċipali li jagħti l-injam tista' tkun ta' għajnuna meta jiġu kkunsidrati jekk kampjun ikunx konsistenti mad-definizzjoni korrispondenti tal-kategorija rilevanti tal-ispirtu. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) irrikonoxxiet metodu ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' dawk il-komposti fir-Riżoluzzjoni tagħha OIV/OENO 382A/2009. Ir-rikonoxximent tal-metodu kien ibbażat fuq id-dejta miksuba minn studju internazzjonali tal-prestazzjoni analitika fuq spirti differenti mwettaq skont proċeduri miftiehma internazzjonalment. Dan il-metodu u d-deskrizzjoni tiegħu għandhom għalhekk jiżdiedu mal-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi tal-ispirti stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2870/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ispirti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta' referenza għall-analiżi tax-xorb spirituż (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 20).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-werrej huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punti III.3 u VIII, it-terminu “(p.m.)” jitħassar;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“X.

Id-determinazzjoni tal-komposti tal-injam: furfural, 5-idrossimetilfurfural, 5-metilfurfural, vanillina, siringaldeid, koniferaldeid, sinapaldeid, aċidu galliku, aċidu ellaġiku, aċidu vanilliku, aċidu sirinġiku u skopoletina.”

(2)

Fil-Kapitolu III tiżdied il-parti li ġejja:

“III.3.   DETEMINAZZJONI TAL-AĊIDI VOLATILI TAL-ISPIRTI

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Il-metodu ġie vvalidat permezz ta' studju interlaboratorju għar-rum, il-brandy, il-marc u l-ispirti tal-frott, f'livelli li jvarjaw minn 30 mg/l sa 641 mg/l.

2.   Referenzi Normattivi

ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu analitiku — Speċifikazzjonijiet u metodi tal-ittestjar.

3.   Definizzjonijiet

3.1.   L-aċidità volatili hija kkalkulata billi titnaqqas l-aċidità fissa mill-aċidità totali.

3.2.   L-aċidità totali hija s-somma ta' aċiditajiet titrabbli.

3.3.   L-aċidità fissa hija l-aċidità tar-residwu li jibqa' wara l-evaporazzjoni tal-ispirtu sa ma jinxef.

4.   Prinċipju

L-aċidità totali u l-aċidità fissa huma ddeterminati permezz tat-titrazzjoni jew tal-potenzjometrija.

5.   Reaġenti u Materjali

Matul l-analiżi, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, uża biss reaġenti ta' grad analitiku rikonoxxut u ilma mill-inqas tal-grad 3 kif definit fl-ISO 3696:1987.

5.1.   Soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju (NaOH)

5.2.   Soluzzjoni tal-indikatur imħallat:

 

Iżen 0,1 g ta' karminju indigo u 0,1 g ta' fenol aħmar.

 

Ħoll f'40 mL ilma u żid bl-etanol sa 100 mL.

6.   Apparat u Tagħmir

Apparat tal-laboratorju indirett, oġġetti tal-ħġieġ tal-kategorija A u dan li ġej:

6.1.

Pompa tal-ilma

6.2.

Evaporatur rotatorju jew banju ultrasoniku

6.3.

Tagħmir għat-titrazzjoni potenzjometrika (fakultattiv)

7.   It-teħid tal-kampjuni u l-kampjuni

Il-kampjuni jinħażnu f'temperatura tal-kamra qabel l-analiżi.

8.   Proċedura

8.1.   Aċidità totali

8.1.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

L-ispirtu jiġi irradjat bl-ultrasoniku (ultrasonikazzjoni) jew imħawwad għal żewġ minuti f'vakwu biex jinħeles mid-dijossidu tal-karbonju jekk meħtieġ.

8.1.2.   Titrazzjoni

B'pipetta iġbed 25 mL tal-ispirtu fi flask Erlenmeyer ta' 500 ml.

Żid madwar 200 mL ilma mgħolli, iddistillat u mkessaħ (imħejji frisk ta' kuljum) u 2-6 qatriet mis-soluzzjoni mħallta tal-indikatur (5.2).

Ittitra bis-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju (5.1) sakemm ikun hemm kambjament tal-kulur minn isfar fl-aħdar għal vjola fil-każ ta' spirti mingħajr kulur, u minn isfar fil-kannella għal kannella fl-aħmar fil-każ ta' spirtu ta' lewn kannella rispettivament.

It-titrazzjoni tista' titwettaq ukoll permezz ta' potenzjometrija, sa pH 7,5.

Nieħdu n1 mL bħala l-volum tas-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju miżjud.

8.1.3.   Kalkolu

L-aċidità totali (AT) espressa f'milliekwivalenti għal kull L ta' spirtu hija ugwali għal 0,4 × n1.

L-aċidità totali (AT′) espressa f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L ta' spirtu hija ugwali għal 24 × n1.

8.2.   Aċidità fissa

8.2.1.   Tħejjija tal-kampjun

Evapora 25 mL tal-ispirtu sa ma jinxef:

 

B'pipetta iġbed 25 mL tal-ispirtu f'dixx ċilindriku tal-evaporazzjoni bil-qiegħ ċatt b'dijametru ta' 55 mm. Matul l-ewwel siegħa ta' evaporazzjoni, poġġi d-dixx tal-evaporazzjoni fuq l-għatu ta' banjumarija biex il-likwidu ma jagħlix; jekk jagħli jintilef ħafna minnu minħabba t-titjir.

 

Lesti t-tnixxif billi tqiegħed id-dixx tal-evaporazzjoni f'forn tat-tnixxif b'temperatura ta' 105 °C għal sagħtejn. Ħalli d-dixx tal-evaporazzjoni jiksaħ f'dessikatur.

8.2.2.   Titrazzjoni

Ħoll ir-residwu li jibqa' wara l-evaporazzjoni b'ilma mgħolli, iddistillat u mkessaħ (imħejji frisk ta' kuljum) u żid sa ma l-volum ikun madwar 100 mL; u żid bejn 2 u 6 qatriet mis-soluzzjoni mħallta tal-indikatur (5.2).

Ittitra bis-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju (5.1).

It-titrazzjoni tista' titwettaq ukoll permezz ta' potenzjometrija, sa pH 7,5.

Meta n2 mL ikun il-volum tas-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju miżjud.

8.2.3.   Kalkolu

L-aċidità fissa (AF) espressa f'milliekwivalenti kull L ta' spirtu hija ugwali għal 0,4 × n2.

L-aċidità fissa (AF) espressa f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L ta' spirtu hija ugwali għal 24 × n2.

9.   Kalkolu ta' aċidità volatili

9.1.   Espressjoni f'milliekwivalenti għal kull L:

Nieħdu:

AT

=

aċidità totali f'milliekwivalenti għal kull L

AF

=

aċidità fissa f'milliekwivalenti għal kull L

L-aċidità volatili, AV, f'milliekwivalenti għal kull L hija ugwali għal:

AT – AF

9.2.   Espressjoni f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L:

Meta:

AT′

=

aċidità totali f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L

AF′

=

aċidità fissa f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L

L-aċidità volatili, AV, f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L hija ugwali għal:

AT′ – AF′

9.3.   Espressjoni fi g ta' aċidu aċetiku għal kull hl ta' alkoħol 100 % vol pur hija ugwali għal:Formula

meta A hija l-qawwa alkoħolika skont il-volum tal-ispirtu.

10.   Karatteristiċi tal-prestazzjoni analitika (Preċiżjoni)

10.1.   Ir-riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju

Din id-dejta nkisbet minn studju internazzjonali ta' prestazzjoni analitika mwettaq skont il-proċeduri miftiehma internazzjonalment [1] [2].

Sena tat-test interlaboratorju:

2000

Għadd ta' laboratorji

18

Għadd ta' kampjuni

6


Kampjuni

A

B

C

D

E

F

Għadd ta' laboratorji wara l-eliminazzjoni tal-eċċezzjonijiet

16

18

18

14

18

18

Għadd ta' eċċezzjonijiet (Laboratorji)

2

 

 

4

 

 

Għadd ta' riżultati aċċettati

32

36

36

28

36

36

Mean value

Formula

[mg/L]

272*

241*

30

591*

641*

46

107

492

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/L]

8,0

3,6

15,0

3,7

6,7

8,5

Devjazzjoni standard relattiva ta' ripetibilità, RSDr [%]

3,1

11,8

2,4

8,0

6,2

1,7

Limitu ta' ripetibilità r r [mg/L]

23

10

42

10

19

24

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/L]

8,5

8,4

25,0

4,55

13,4

24,4

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibilità, RSDR [%]

3,3

27,8

4,1

9,9

12,5

5,0

Limitu ta' riproduċibilità, R [mg/L]

24

23

70

13

38

68

Tipi ta' kampjuni:

A

Spirtu tal-għajnbaqar; Livell maqsum *

B

Rum I; duplikati għomja

C

Rum II; livell maqsum *

D

Slivovitz; duplikati għomja

E

Brandy; duplikati għomja

F

Spirtu tal-Marc; duplikati għomja

[1]

“Protocol for the Design, Conduct and Interpretation of Method- Performance Studies”, Horwitz, W. (1995) Pure and Applied Chemistry 67, 332-343.

[2]

Horwitz, W. (1982) Analytical Chemistry 54, 67 A-76 A”.

(3)

Jiddaħħal il-Kapitolu VIII li ġej:

“VIII.   ZOKKOR TOTALI

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Il-metodu HPLC–RI jiġi applikat biex jiddetermina t-total ta' zokkor (espress bħala zokkor invertit) fl-ispirti, bl-esklużjoni ta' likuri li fihom il-bajd u l-prodotti tal-ħalib.

Il-metodu ġie vvalidat fi studju interlaboratorju għall-pastis, l-aniżetta distillata, il-likur taċ-ċirasa, il-crème de (segwit bl-isem ta' frotta jew il-materja prima użata) u l-crème de cassis, fil-livelli li jvarjaw bejn 10,86 g/l sa 509,7 g/l. Madankollu, il-linearità tar-rispons tal-istrument ġiet ippruvata għall-medda tal-konċentrazzjoni 2,5 g/l sa 20,0 g/l.

Dan il-metodu mhuwiex maħsub biex jiddetermina l-livelli baxxi ta' zokkor.

2.   Referenzi Normattivi

ISO 3696:1987 Ilma għall-użu analitiku — Speċifikazzjonijiet u metodi tal-ittestjar.

3.   Prinċipju

Assaġġi ta' kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja tas-soluzzjonijiet taz-zokkor, biex jiġu determinati l-konċentrazzjonijiet tal-glukożju, tal-fruttożju, tas-sukrożju, tal-maltożju u tal-lattożju.

Dan il-metodu juża fażi stazzjonarja alkilammina u d-detezzjoni ta' riffrattometrija differenzjali u qed jingħata bħala eżempju. L-użu ta' reżini ta' skambju anjoniku bħala fażi stazzjonarja għandu jkun possibbli wkoll.

4.   Reaġenti u Materjali

4.1.   Glukożju (CAS 50-99-7), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.2.   Fruttożju (CAS 57-48-7), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.3.   Sukrożju (CAS 57-50-1), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.4.   Lattożju (CAS 5965-66-2), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.5.   Maltożju monoidrat (CAS 6363-53-7), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.6.   Aċetonitril pur (CAS 75-05-8) għall-analiżi HPLC.

4.7.   Ilma distillat jew demineralizzat, preferibbilment mikrofiltrat.

4.8.   Solventi (eżempju)

Is-solvent tal-elwizzjoni huwa magħmul minn:

 

75 parti b'volum ta' aċetonitril (4.6),

 

25 parti b'volum ta' ilma distillat (4.7).

Għaddi l-elju minnu b'rata baxxa għal 5-10 minuti qabel jintuża biex ineħħi l-gass.

Jekk l-ilma użat ma jkunx ġie mikrofiltrat, is-solvent għandu jiġi ffiltrat b'filter għas-solventi organiċi b'daqs tal-pori 0,45 μm jew inqas.

4.9.   Etanol assolut (CAS 64-17-5).

4.10.   Soluzzjoni ta' etanol (5 %, v/v).

4.11.   Tħejjija ta' soluzzjoni ewlenija standard (20 g/L)

Iżen 2 g minn kull zokkor li jrid jiġi analizzat (4.1. sa 4.5.), ittrasferihom mingħajr telf fi flask volumetriku ta' 100 mL. (NB 2.11 g ta' maltożju monoidrat huwa ekwivalenti għal 2 g ta' maltożju).

Aġġusta għal 100 mL b'5 % alkoħol (4.10), ħawwad u aħżen f'madwar + 4 °C. Ħejji soluzzjoni ewlenija ġdida darba fil-ġimgħa.

4.12.   Tħejjija ta' soluzzjonijiet standard tax-xogħol (2,5, 5,0, 7,5, 10,0 u 20,0 g/L)

Iddilwa s-soluzzjoni ewlenija, 20 g/L, (4.11) bejn wieħed u ieħor b'5 % vol. ta' soluzzjoni ta' alkoħol (4.10) biex tagħti ħames standards ta' xogħol ta' 2,5, 5,0, 7,5, 10,0 u 20,0 g/L. Iffiltra b'filter b'daqs tal-pori 0,45 μm jew anqas (5.3).

5.   Apparat u Tagħmir

5.1.   Is-sistema HPLC tista' tikseb riżoluzzjoni bażi taz-zokkor kollu.

5.1.1.   Il-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja b'valv tal-injezzjoni b'sitt passaġġi mgħammar b'loop ta' 10 μL jew kwalunkwe apparat ieħor, kemm jekk awtomatiku jew manwali, għall-injezzjoni affidabbli tal-mikrovolumi.

5.1.2.   Sistema ta' ppumpjar li tippermettilek tilħaq u żżomm rata ta' fluss kostanti jew ipprogrammata bi preċiżjoni kbira.

5.1.3.   Rifrattometru differenzjali.

5.1.4.   Integratur jew recorder komputazzjonali, li l-prestazzjoni tiegħu hija kompatibbli mal-bqija tas-sistema.

5.1.5.   Prekolonna:

Huwa rrakkomandat li tinhemeż prekolonna adattata mal-kolonna analitika.

5.1.6.   Kolonna (eżempju):

Materjal:

azzar inossidabbli jew ħġieġ.

Dijametru Intern:

2-5 mm.

Tul:

100-250 mm (jiddependi mid-daqs tal-partiċelli ippakkjati), pereżempju, 250 mm jekk il-partiċelli għandhom dijametru ta' 5 μm.

Fażi stazzjonarja:

gruppi funzjonali tal-alkilammina ibbondjati mas-siliċe, daqs massimu tal-partiċella 5 μm.

5.1.7.   Kundizzjonijiet tal-kromatografija (eżempju):

 

Solvent tal-elwizzjoni (4,8), rata ta' fluss: 1 mL/minuta.

 

Detezzjoni: Rifrattometrija differenzjali.

Biex jiġi żgurat li d-ditekter ikun perfettament stabbli, għandu jinxtegħel ftit sigħat qabel l-użu. Iċ-ċellola ta' referenza trid timtela bis-solvent ta' elwizzjoni.

5.2.   Bilanċ analitiku preċiż sa 0,1 mg.

5.3.   Apparat għall-filtrazzjoni għal volumi żgħar bl-użu ta' mikromembrana 0,45 μm.

6.   Ħażna tal-kampjuni

Meta jaslu, il-kampjuni jinħażnu f'temperatura tal-kamra qabel l-analiżi.

7.   Proċedura

7.1.   PARTI A: Tħejjija tal-Kampjun

7.1.1.   Ħawwad il-kampjun.

7.1.2.   Iffiltra l-kampjun minn ġo filtru b'daqs tal-pori 0,45 μm jew inqas (5.3).

7.2.   PARTI B: HPLC

7.2.1.   Determinazzjoni

Injetta 10 μL tas-soluzzjoni standard (4.12.) u l-kampjuni (7.1.2.). Agħmel l-analiżi skont il-kundizzjonijiet adattati tal-kromatografija, pereżempju dawk deskritti hawn fuq.

7.2.2.   Jekk xi massimu ta' kampjun ikollu erja (jew għoli) akbar mill-ogħla livell korrispondenti fl-aktar standard ikkonċentrat, il-kampjun għandu jiġi dilwit bl-ilma ddistillat u analizzat mill-ġdid.

8.   Kalkolu

Qabbel iż-żewġ kromotogrami miksuba mis-soluzzjoni standard u l-ispirtu. Identifika l-qċaċet permezz tal-ħinijiet tagħhom ta' retenzjoni. Kejjel l-erjas (jew l-għoli) tagħhom biex tikkalkula l-konċentrazzjonijiet permezz tal-metodu standard estern. Qis kull dilwizzjoni magħmula fuq il-kampjun.

Ir-riżultat finali huwa s-somma ta' sukrożju, maltożju, lattożju, glukożju u fruttożju, espressa bħala zokkor invertit fi g/L.

Iz-zokkor invertit huwa kkalkulat bħala s-somma tal-monosakkaridi u d-disakkaridi bi proprjetajiet ta' riduzzjoni kollha preżenti, flimkien mal-ammont stojkjometriku ta' glukożju u fruttożju ikkalkulat mis-sukrożju preżenti.

Zokkor invertit (g/L)

=

glukożju (g/L) + fruttożju (g/L) + maltożju (g/L) + lattożju (g/L) + (sukrożju (g/L) × 1,05)

1,05

=

(Piż Molekulari ta' fruttożju + Piż Molekolari ta' glukożju)/Piż Molekulari ta' sukrożju

9.   Karatteristiċi tal-prestazzjoni analitika (Preċiżjoni)

9.1.   Ir-riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju

Din id-dejta nkisbet minn studju internazzjonali ta' prestazzjoni analitika mwettaq skont il-proċeduri miftiehma internazzjonalment [1] [2].

Sena tat-test interlaboratorju

2000

Għadd ta' laboratorji

24

Għadd ta' kampjuni

8

[1]

“Protocol for the Design, Conduct and Interpretation of Method-Performance Studies” Horwitz, W. (1995) Pure and Applied Chemistry 67, 332-343.

[2]

Horwitz, W. (1982) Analytical Chemistry 54, 67 A-76 A.

Tabella 1

Fruttożju, Glukożju, Maltożju

Analita

Fruttożju

Glukożju

Maltożju

Kampjuni (× 2)

Crème de Cassis

Standard (50 g/l)

Spirti bit-togħma tal-aniżetta

Crème de Cassis

Standard (50 g/l)

Spirti bit-togħma tal-aniżetta

Standard (10 g/l)

Valur medju [g/l]

92,78

50,61

15,62

93,16

50,06

15,81

9,32

Għadd ta' Laboratorji mingħajr eċċezzjonijiet

21

22

21

23

19

21

22

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr, [g/l]

2,34

2,12

0,43

3,47

1,01

0,48

0,54

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

2,53

4,2

2,76

3,72

2,03

3,02

5,77

Limitu ta' ripetibilità, r [g/l]

(r = 2,8 × sr)

6,56

5,95

1,21

9,71

2,84

1,34

1,51

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [g/l]

7,72

3,13

0,84

9,99

2,7

0,88

1,4

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8,32

6,18

5,37

10,72

5,4

5,54

15,06

Limitu ta' riproduċibilità, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

21,62

8,76

2,35

27,97

7,57

2,45

3,93


Tabella 2

Sukrożju

Analita

Sukrożju

Kampjuni

Pastis

Ouzo

Likur taċ-ċirasa

Crème de Menthe

Crème de Cassis

Standard (100 g/l)

Valur medju [g/l]

10,83

29,2

19,7 (*)

103,33

349,96

319,84

99,83

Għadd ta' Laboratorji mingħajr eċċezzjonijiet

19

19

20

18

18

18

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [g/l]

0,09

0,75

2,17

5,99

4,31

1,25

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

0,81

3,07

2,1

1,71

1,35

1,25

Limitu ta' ripetibilità, r [g/l]

(r = 2,8 × sr)

0,25

2,1

6,07

16,76

12,06

3,49

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [g/l]

0,79

0,92

4,18

9,94

16,11

4,63

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

7,31

3,76

4,05

2,84

5,04

4,64

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

2,22

2,57

11,7

27,84

45,12

12,97


Tabella 3

Total ta' Zokkor

(Nota: din id-dejta ġiet ikkalkulata għat-total ta' zokkor, mhux zokkor invert kif definit fit-Taqsima 8 aktar 'il fuq).


Kampjuni

Pastis

Ouzo

Spirti bit-togħma tal-aniżetta

Likur taċ-ċirasa

Crème de Menthe

Crème de Cassis

Standard (220 g/l)

Valur medju [g/l]

10,86

29,2

19,7 (**)

31,59

103,33

349,73

509,69

218,78

Għadd ta' Laboratorji mingħajr eċċezzjonijiet

20

19

20

20

18

18

19

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [g/l]

0,13

0,75

0,77

2,17

5,89

5,59

2,71

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

1,16

3,07

2,45

2,1

1,69

1,1

1,24

Limitu ta' ripetibilità, r [g/l]

(r = 2,8 × sr)

0,35

2,1

2,17

6,07

16,5

15,65

7,59

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità sR [g/l]

0,79

0,92

1,51

4,18

9,98

14,81

8,53

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

7,25

3,76

4,79

4,04

2,85

2,91

3,9

Limitu ta' riproduzzjoni R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

2,21

2,57

4,24

11,7

27,94

41,48

23,89

(4)

Jiżdied dan il-Kapitolu X:

“X.   DETERMINAZZJONI TAL-KOMPOSTI TAL-INJAM LI ĠEJJIN FL-ISPIRTI PERMEZZ TA' KROMATOGRAFIJA LIKWIDA BI PRESTAZZJONI GĦOLJA (HPLC): FURFURAL, 5-IDROSSIMETILFURFURAL, 5-METILFURFURAL, VANILLINA, SIRINGALDEID, KONIFERALDEID, SINAPALDEID, AĊIDU GALLIKU, AĊIDU ELLAGIKU, AĊIDU VANILLIKU, AĊIDU SIRINĠIKU U SKOPOLETINA

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Il-metodu qiegħed biex jiddetermina s-sustanzi li ġejjin: furfural, 5-idrossimetilfurfural, 5-metilfurfural, vanillina, siringaldeid, koniferaldeid, sinapaldeid, aċidu galliku, aċidu ellagiku, aċidu vanilliku, aċidu sirinġiku u skopoletina, permezz ta' kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja.

2.   Referenzi normattivi

Il-metodu analitiku rikonoxxut mill-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) u ppubblikat mill-OIV bir-referenza OIV-MA-BS-16: R2009.

3.   Prinċipju

Id-determinazzjoni bil-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC), b'detezzjoni permezz ta' spettrofotometrija ultravjola b'tul ta' mewġ differenti u permezz ta' spettrofluworimetrija.

4.   Reaġenti

Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' kwalità analitika. L-ilma użat irid ikun ilma distillat jew ilma b'tal-anqas purità ekwivalenti. Preferibbilment jintuża ilma mikroffiltrat b'qawwa ta' reżistenza ta' 18,2 M Ω.cm.

4.1.   96 % vol. ta' alkoħol.

4.2.   Metanol bi kwalità għall-HPLC (Solvent B).

4.3.   Aċidu aċetiku dilwit għal 0,5 % vol. (Solvent A).

4.4.   Fażijiet mobbli: (mogħti biss bħala eżempju)

Solvent A (0,5 % aċidu aċetiku) u solvent B (metanol pur). Iffiltra minn membrana (b'porożità ta' 0,45 μm). Neħħi l-gass f'banju ultrasoniku, jekk ikun meħtieġ.

4.5.   Standards ta' referenza ta' 99 % purità minima: furfural, 5-idrossimetil furfural, 5-metilfurfural, vanillina, siringaldeid, koniferaldeid, sinapaldeid, aċidu galliku, aċidu ellagiku, aċidu vanilliku, aċidu sirinġiku u skopoletina.

4.6.   Soluzzjoni ta' referenza: is-sustanzi standard maħlula f'soluzzjoni ta' 50 % vol. soluzzjoni ta' alkoħol milwiema. Il-konċentrazzjonijiet finali fis-soluzzjoni ta' referenza għandhom ikunu fl-ordni ta':

furfural: 5 mg/L; 5-idrossimetil furfural: 10 mg/L; 5-metilfurfural 2 mg/L; vanillina: 5 mg/L; siringaldeid: 10 mg/L; koniferaldeid: 5 mg/L; sinapaldeid: 5 mg/L; aċidu galliku: 10 mg/L; aċidu ellagiku: 10 mg/L; aċidu vanilliku: 5 mg/L; aċidu sirinġiku: 5 mg/L; skopoletina: 0,5 mg/L.

5.   Tagħmir

Apparat standard tal-laboratorju

5.1.   Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja li tista' taħdem f'modalità ta' gradjent binarju u mgħammra bi:

5.1.1.

Ditekter spettrofotometriku li jista' jkejjel tul ta' mewġ bejn 260 u 340 nm. Madankollu, preferibbilment ikun jaħdem b'ditekter ta' tul ta' mewġ multiplu b'arranġament dijodu jew simili, biex jikkonferma l-purità tal-qċaċet.

5.1.2.

Ditettur spettrofloworimetriku — tul ta' mewġ ta' eċċitament: 354 nm, tul ta' mewġ ta' emissjoni: 446 nm (għad-determinazzjoni ta' traċċi ta' skopoletina; li huwa wkoll osservabbli f'313 nm bl-ispettrofotometrija).

5.1.3.

Apparat ta' injezzjoni li jista' jintroduċi 10 jew 20 μl (pereżempju) tal-kampjun tat-test.

5.1.4.

Kolonna ta' kromatografika likwida bi prestazzjoni għolja, tip RP C18, daqs massimu tal-partiċella 5 μm.

5.2.   Siringi għal HPLC.

5.3.   Apparat għall-filtrazzjoni b'membrana ta' volumi żgħar.

5.4.   Kompjuter-integratur jew rekorder bi prestazzjoni kompatibbli mal-apparat kollu, u b'mod partikolari, għandu jkollu diversi kanali ta' akkwist.

6.   Proċedura

6.1.   Tħejjija tas-soluzzjoni li għandha tiġi injettata

Is-soluzzjoni ta' referenza u l-ispirtu huma ffiltrati, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' membrana b'dijametru massimu tal-pori ta' 0,45 μm.

6.2.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim kromatografiku: agħmel l-analiżi f'temperatura ambjentali permezz tat-tagħmir deskritt f'(5.1) u bl-użu tal-fażijiet mobbli f'(4.4) bi fluss ta' madwar 0,6 ml kull minuta b'segwiment tal-gradjent ta' hawn taħt (mogħti biss bħala eżempju)

Ħin: 0 min 50 min 70 min 90 min

Solvent A (aċidu-ilma): 100 % 60 % 100 % 100 %

solvent B (metanol): 0 % 40 % 0 % 0 %

Innota li f'ċerti każijiet dan il-gradjent għandu jiġu modifikat biex tevita l-koelwizzjoni.

6.3.   Determinazzjoni

6.3.1.   Injetta l-istandards ta' referenza separatament, imbagħad imħallta.

Adatta l-kundizzjonijiet operattivi biex il-fatturi tar-riżoluzzjoni tal-qċaċet tal-komponenti kollha jkunu tal-anqas 1.

6.3.2.   Injetta l-kampjun kif imħejji fil-6.1.

6.3.3.   Kejjel iż-żona tal-qċaċet fis-soluzzjoni ta' referenza u fl-ispirtu u kkalkula l-konċentrazzjonijiet.

7.   Preżentazzjoni tar-riżultati

Ippreżenta l-konċentrazzjoni ta' kull kostitwent f'mg/l.

8.   Karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-metodu (preċiżjoni)

Din id-dejta nkisbet minn studju internazzjonali ta' prestazzjoni analitika mwettaq skont il-proċeduri miftiehma internazzjonalment [1], [2].

8.1.   Furfural

Analita

Furfural

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

15

15

15

15

15

15

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

14

12

13

14

13

13

Valur medju [mg/l]

2,9

1,2

1,7

10,6

15,3

13,9

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,04

0,05

0,04

0,18

0,23

0,20

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

1,4

4,5

2,3

1,7

1,5

1,5

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,2

0,1

0,5

0,6

0,6

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,24

0,18

0,09

1,4

0,49

0,69

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8

15

5

13

3

5

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,7

0,5

0,3

3,8

1,4

1,9

8.2.   5-idrossimetilfurfural

Analita

5-idrossimetilfurfural

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

16

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

14

14

14

14

14

14

Valur medju [mg/l]

5,0

11,1

9,4

33,7

5,8

17,5

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,09

0,09

0,09

0,42

0,07

0,13

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

1,7

0,8

1,0

1,3

1,2

0,8

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,2

0,3

0,3

1,2

0,2

0,4

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,39

1,01

0,50

4,5

0,4

1,6

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8

9

5

13

7

9

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

1,1

2,8

1,4

12,5

1,1

4,6

8.3.   5-Metilfurfural

Analita

5-Metilfurfural

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

11

11

11

11

11

11

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

11

11

8

11

10

11

Valur medju [mg/l]

0,1

0,2

0,1

0,5

1,7

0,8

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,01

0,01

0,02

0,02

0,03

0,07

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

10,7

6,1

13,6

4,7

2,0

10,0

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,0

0,0

0,1

0,1

0,1

0,2

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,03

0,04

0,03

0,18

0,20

0,26

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

35

18

22

39

12

35

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,1

0,1

0,1

0,5

0,6

0,7

8.4.   Vanillina

Analita

Vanillina

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

16

15

16

16

16

16

Valur medju [mg/l]

0,5

0,2

1,2

1,2

3,2

3,9

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,02

0,06

0,11

0,11

0,09

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,8

9,6

4,6

8,9

3,5

2,3

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,2

0,3

0,3

0,3

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,09

0,06

0,18

0,27

0,41

0,62

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

19

25

15

22

13

16

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,3

0,2

0,5

0,8

1,2

1,7

8.5.   Siringaldeid

Analita

Siringaldeid

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

13

13

13

12

14

13

Valur medju [mg/l]

1,0

0,2

4,8

3,2

10,5

9,7

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,02

0,04

0,08

0,10

0,09

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

2,6

8,1

0,8

2,6

0,9

0,9

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,1

0,2

0,3

0,3

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,08

0,07

0,23

0,19

0,39

0,43

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8

33

5

6

4

4

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,2

0,7

0,5

1,1

1,2

8.6.   Koniferaldeid

Analita

Koniferaldeid

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

13

12

13

12

13

13

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

12

12

13

12

13

13

Valur medju [mg/l]

0,2

0,2

0,6

0,8

4,6

1,3

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,02

0,02

0,03

0,03

0,09

0,06

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

9,2

9,8

4,6

4,3

1,9

4,5

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,04

0,04

0,07

0,09

0,24

0,16

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,04

0,04

0,11

0,18

0,38

0,25

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

23

27

21

23

8

19

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,1

0,1

0,3

0,5

1,1

0,7

8.7.   Sinapaldeid

Analita

Sinapaldeid

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

14

14

14

14

15

14

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

14

13

12

13

13

12

Valur medju [mg/l]

0,3

0,2

0,2

1,6

8,3

0,3

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,02

0,01

0,02

0,06

0,14

0,03

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

7,5

4,6

11,2

3,7

1,6

11,4

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,06

0,03

0,06

0,17

0,38

0,08

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,09

0,05

0,08

0,20

0,81

0,18

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

31

27

46

13

10

73

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,2

0,2

0,6

2,3

0,5

8.8.   aċidu galliku

Analita

Aċidu galliku

Kampjun

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

15

14

16

16

16

16

Valur medju [mg/l]

1,2

0,4

2,0

6,1

7,3

21,8

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,07

0,04

0,06

0,18

0,18

0,60

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,1

8,1

2,9

3,0

2,4

2,8

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,2

0,1

0,2

0,5

0,5

1,7

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,43

0,20

0,62

3,3

2,2

7,7

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

36

47

31

53

30

35

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

1,2

0,6

1,7

9,1

6,2

21,7

8.9.   Aċidu ellagiku

Analita

Aċidu ellagiku

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

7

7

7

7

7

7

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

7

7

7

7

7

6

Valur medju [mg/l]

3,2

1,0

9,5

13

13

36

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,20

0,16

0,30

0,41

0,95

0,34

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,3

16

3,2

3,2

7,4

1,0

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,6

0,4

0,9

1,1

2,7

1,0

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

1,41

0,42

4,0

5,0

4,9

14

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

44

43

42

39

39

40

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

4,0

1,2

11

14

14

40

8.10.   Aċidu vanilliku

Analita

Aċidu vanilliku

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

15

15

15

15

15

15

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

12

11

14

14

15

14

Valur medju [mg/l]

0,2

0,2

1,5

0,8

2,4

2,7

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,04

0,03

0,10

0,13

0,21

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

14,2

16,5

2,3

12,6

5,3

7,7

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,1

0,3

0,4

0,6

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,06

0,05

0,51

0,2

1,22

0,70

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

28

20

35

31

51

26

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,1

1,4

0,7

3,4

2,0

8.11.   Aċidu sirinġiku

Analita

Aċidu sirinġiku

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

16

15

15

15

16

15

Valur medju [mg/l]

0,4

0,2

2,5

1,4

3,4

4,8

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,02

0,06

0,13

0,08

0,11

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,7

12,6

2,3

9,0

2,3

2,3

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,2

0,4

0,2

0,3

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,08

0,05

0,29

0,26

0,43

0,67

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

19

29

11

18

13

14

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,1

0,8

0,7

1,2

1,9

8.12.   Skopoletina

Analita

Skopoletina

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

10

10

10

10

10

10

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

9

8

9

8

8

8

Valur medju [mg/l]

0,09

0,04

0,11

0,04

0,65

0,15

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,0024

0,0008

0,0018

0,0014

0,0054

0,0040

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

2,6

2,2

1,6

3,3

0,8

2,7

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,007

0,002

0,005

0,004

0,015

0,011

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,01

0,01

0,03

0,01

0,09

0,02

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

15

16

23

17

15

15

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,04

0,02

0,07

0,02

0,26

0,06

[1]

“Protocol for the Design, Conduct and Interpretation of Method- Performance Studies” Horwitz, W. (1995) Pure and Applied Chemistry 67, 332-343

[2]

Horwitz, W. (1982) Analytical Chemistry 54, 67 A-76 A.”


(*)  livell maqsum

(**)  livell maqsum”