27.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/631
tal-14 ta' April 2016
li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(11) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tlestija malajr ta' suq intern tal-enerġija li jiffunzjona b'mod sħiħ u interkonness hija kruċjali għaż-żamma tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, iż-żieda fil-kompetittività u biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jixtru l-enerġija bi prezzijiet affordabbli. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jistabblixxi regoli nondiskriminatorji li jirregolaw l-aċċess għan-netwerk għal skambji transkonfinali fl-elettriku bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fl-elettriku. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jesiġi li l-Istati Membri jew, fejn ikunu pprovdew hekk l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji jiżguraw, inter alia, li jiġu żviluppati regoli tekniċi oġġettivi u nondiskriminatorji biex jiġu stabbiliti rekwiżi minimi għad-diżinjar tekniku kif ukoll operazzjonali għall-konnessjoni mas-sistema. Fejn ir-rekwiżiti jikkostitwixxu termini u kundizzjonijiet għall-konnessjoni man-netwerks nazzjonali, l-Artikolu 37(6) tal-istess Direttiva jesiġi li l-awtoritajiet regolatorji jkunu responsabbli biex tal-anqas jistabilixxu jew japprovaw il-metodoloġiji użati biex dawn it-termini u kundizzjonijiet jiġu kkalkulati jew stabbiliti. Sabiex tiġi pprovduta s-sigurtà ġewwa s-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa, huwa essenzjali li jiġi stabbilit għarfien komuni tar-rekwiżiti applikabbli għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. Dawk ir-rekwiżiti li jikkontribwixxu għaż-żamma, il-preservazzjoni u r-restawr tas-sigurtà tas-sistema sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-elettriku ġewwa u bejn iż-żoni sinkroniċi, u biex jintlaħqu kosteffiċjenzi, għandhom jitqiesu bħala kwistjonijiet tan-netwerk transfruntieri u kwistjonijiet ta' integrazzjoni tas-suq. |
(3) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli armonizzati għall-konnessjoni mal-grilja għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija sabiex jiġi pprovdut qafas legali ċar għall-konnessjonijiet mal-grilja, jiġi ffaċilitat il-kummerċ fl-elettriku madwar l-Unjoni, tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema, tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sorsi tal-elettriku rinnovabbli, tiżdied il-kompetizzjoni u jkun permess l-użu aktar effiċjenti tan-netwerk u r-riżorsi, għall-benefiċċju tal-konsumaturi. |
(4) |
Is-sigurtà tas-sistema tiddependi parzjalment fuq il-kapaċitajiet tekniċi tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. Għalhekk, koordinazzjoni regolari fil-livell tan-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif ukoll prestazzjoni adegwata tat-tagħmir konness man-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, b'robustezza adegwata biex tlaħħaq mad-disturbi u biex tgħin tipprevjeni kwalunkwe interruzzjoni maġġuri jew biex tiffaċilita r-restawr tas-sistema wara li din tikkollassa, huma prerekwiżiti fundamentali għas-sigurtà tas-sistema. |
(5) |
Tħaddim sigur tas-sistema huwa possibbli biss jekk ikun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn is-sidien tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-operaturi tas-sistema. B'mod partikolari, il-funzjonament tas-sistema taħt kundizzjonijiet anormali ta' operat jiddependi fuq ir-rispons tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għal devjazzjonijiet mill-valuri ta' referenza ta' 1 kull unità (pu) tal-vultaġġ u tal-frekwenza nominali. Fil-kuntest tas-sigurtà tas-sistema, in-netwerks u l-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom jiġu kkunsidrati bħala entità waħda mill-perspettiva tal-inġinerija tas-sistema, peress li dawk il-partijiet huma interdipendenti. Għalhekk, bħala prerekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi rilevanti għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. |
(6) |
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkunsidraw il-kostijiet raġonevoli li effettivament jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistema fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament meta jistabbilixxu jew japprovaw it-tariffi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom jew meta japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet għall-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali skont l-Artikolu 37(1) u (6) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. |
(7) |
Sistemi tal-elettriku sinkroniċi differenti fl-Unjoni għandhom karatteristiċi differenti li għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-ġeneraturi. Huwa għalhekk xieraq li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet reġjonali meta jiġu stabbiliti regoli dwar il-konnessjoni tan-netwerk kif meħtieġ mill-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. |
(8) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi pprovduta ċertezza regolatorja, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-faċilitajet ta' ġenerazzjoni ġodda iżda ma għandhomx japplikaw għal moduli ta' ġenerazzjoni eżistenti u moduli tal-ġenerazzjoni li huma diġà fi stadju ta' ppjanar avvanzat iżda għadhom ma tlestewx sakemm l-awtorità regolatorja rilevanti jew l-Istat Membru jiddeċiedu mod ieħor abbażi tar-rekwiżiti tas-sistema u analiżi sħiħa tal-kostijiet-benfiċċji, jew fil-każ li kien hemm modernizzar sostanzjali f'dawk il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni. |
(9) |
L-importanza tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandha tkun ibbażata fuq id-daqs u l-effett tagħhom fuq is-sistema globali. Il-magni sinkroniċi għandhom jiġu kklassifikati skont id-daqs tal-magna u jinkludu l-komponenti kollha tal-faċilità tal-ġenerazzjoni li ġeneralment jaħdmu b'mod indiviżibbli, bħal alternaturi separati mħaddma minn turbini tal-gass u l-fwar separati ta' installazzjoni b'turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat waħdieni. Għal faċilità li tinkludi diversi installazzjonijiet ta' turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat, kull waħda minnhom għandha tkun ivvalutata skont id-daqs tagħha u mhux il-kapaċità kollha tal-faċilità. Unitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija konnessi b'mod mhux sinkronizzat, meta jiġu raggruppati flimkien biex jiffurmaw unità ekonomika u fejn ikollhom punt waħdieni ta' konnessjoni, għandhom jiġu vvalutati skont il-kapaċità aggregata tagħhom. |
(10) |
Fid-dawl tal-livell ta' vultaġġ differenti li huma konnessi bih il-ġeneraturi u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni massima tagħhom, dan ir-Regolament għandu jagħmel distinzjoni bejn tipi differenti ta' ġeneraturi billi jistabbilixxi livelli differenti ta' rekwiżiti. Dan ir-Regolament ma jistabbilixxix ir-regoli biex jiġi determinat l-livell ta' vultaġġ tal-punt ta' konnessjoni li għandu jiġi konness miegħu l-mudell ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. |
(11) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A għandhom ikunu stabbiliti fil-livell bażiku meħtieġ biex tiġi żgurata kapaċità ta' ġenerazzjoni b'rispons awtomatizzat limitat u kontroll minimu mill-operatur tas-sistema. Dawn għandhom jiżguraw li ma jkun ebda telf ta' ġenerazzjoni fuq skala kbira tul meded ta' tħaddim tas-sistema, u b'hekk inaqqsu l-avvenimenti kritiċi, u jinkludu r-rekwiżiti meħtieġa għal intervent mifrux matul avvenimenti kritiċi għas-sistema. |
(12) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B għandhom jipprovdu għal medda usa' ta' rispons dinamiku b'reżiljenza akbar għal avvenimenti operazzjonali sabiex jiġi żgurat l-użu ta' dan ir-rispons dinamiku u livell ogħla ta' kontroll tal-operatur tas-sistema u informazzjoni biex jintużaw dawn il-kapaċitajiet. Dawn jiżguraw rispons awtomatizzat biex jitnaqqas l-impatt tal-avvenimenti tas-sistema u jiġi mmassimizzat ir-rispons ta' ġenerazzjoni dinamika għalihom. |
(13) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C għandhom jipprovdu għal rispons irfinat, stabbli u f'ħin reali kkontrollabbli ħafna li għandhom l-għan li jipprovdu servizzi anċillari prinċipali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikopru l-istati kollha tas-sistema bi speċifikazzjoni ddettaljata konsegwenzjali tal-interazzjonijiet tar-rekwiżiti, il-funzjonijiet, il-kontroll u l-informazzjoni biex jiġu utilizzati dawk il-kapaċitajiet u jiġi żgurat ir-rispons tas-sistema f'ħin reali meħtieġa biex jiġu evitati, ġestiti u jkun hemm rispons għall-avvenimenti tas-sistema. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ukoll jipprovdu li l-moduli ta' ġenerazzjoni jkollhom biżżejjed kapaċità biex jirrispondu għal sitwazzjonijiet intatti u ta' disturb fis-sistema, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni u l-kontroll meħtieġa biex tiġi utilizzata l-ġenerazzjoni f'sitwazzjonijiet differenti. |
(14) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D għandhom ikunu speċifiċi għal ġenerazzjoni konnessa ma' vultaġġ ogħla b'impatt fuq il-kontroll u t-tħaddim tas-sistema kollha. Dawn għandhom jiżguraw tħaddim stabbli tas-sistema interkonnessa, u jippermettu l-użu ta' servizzi anċillari mill-ġenerazzjoni madwar l-Ewropa. |
(15) |
Ir-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u trasparenza kif ukoll fuq il-prinċipju ta' ottimizzazzjoni bejn l-ogħla effiċjenza globali u l-kost totali aktar baxx għall-partijiet involuti kollha. Għalhekk, dawn ir-rekwiżiti għandhom jirriflettu d-differenzi fit-trattament tat-teknoloġiji ta' ġenerazzjoni b'karatteristiċi inerenti differenti, u jevitaw investimenti mhux meħtieġa f'xi żoni ġeografiċi sabiex jitqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali rispettivi tagħhom. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (“TSOs”) u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni (“DSOs”) inkluż l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni magħluqa (“CDSOs”) jistgħu jqisu dawk id-differenzi meta jiddefinixxu r-rekwiżiti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament filwaqt li jirrikonoxxu li s-sollijiet li jiddeterminaw jekk sistema hijiex waħda tat-trażmissjoni jew waħda ta' distribuzzjoni huma stabbiliti fuq il-livell nazzjonali. |
(16) |
Minħabba l-impatt transfruntier, dan ir-Regolament għandu jimmira li jinkisbu l-istess rekwiżiti marbuta mal-frekwenza għal-livelli ta' vultaġġ kollha, tal-anqas f'żona sinkronika. Dan huwa meħtieġ peress li, f'żona sinkronika, bidla fil-frekwenza fi Stat Membru wieħed tħalli impatt immedjat fuq il-frekwenza u tista' tagħmel ħsara lit-tagħmir fl-Istati Membri l-oħra kollha. |
(17) |
Biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema, għandu jkun possibbli li l-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija f'kull żona sinkronika tas-sistema interkonnessa jibqgħu konnessi mas-sistema għal meded speċifiċi tal-frekwenza u tal-vultaġġ. |
(18) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal meded ta' parametri għall-għażliet nazzjonali għal kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara biex jinżamm approċċ proporzjonat li jirrifletti l-ħtiġijiet varjati tas-sistema bħal-livell ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli (“RES”) u l-iskemi ta' protezzjoni tan-netwerk eżistenti, kemm it-trażmissjoni kif ukoll id-distribuzzjoni. Fid-dawl tal-konfigurazzjoni ta' xi netwerks, il-limitu superjuri għar-rekwiżiti ta' funzjonament minkejja ħsara għandu jkun ta' 250 millisekonda. Madankollu, peress li l-biċċa l-kbira tal-ħin għall-ikklerjar ta' ħsara fl-Ewropa, huwa attwalment 150 millisekonda, dan iħalli lok biex l-entità, kif iddeżinjata mill-Istat Membru biex tapprova r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, biex tivverifika li rekwiżit itwal ikun meħtieġ qabel dan jiġi approvat. |
(19) |
Meta jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet ta' qabel ħsara u ta' wara ħsara għall-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tas-sistema bħat-topoloġija tan-netwerk u t-taħlita ta' ġenerazzjoni, it-TSO rilevanti għandu jiddeċiedi jekk tingħatax prijorità lill-kundizzjonijiet ta' tħaddim qabel ħsara ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jew lill-ħinijiet ta' kklerjar ta' ħsara itwal. |
(20) |
L-iżgurar ta' konnessjoni mill-ġdid xierqa wara skonnessjoni inċidentali minħabba disturb tan-netwerk huwa importanti għall-funzjonament tas-sistema interkonnessa. Hija essenzjali protezzjoni tan-netwerk xierqa għaż-żamma tal-istabbiltà u s-sigurtà tas-sistema, b'mod partikolari fil-każ ta' disturbi fis-sistema. L-iskemi ta' protezzjoni jistgħu jipprevjenu l-aggravar tad-disturbi u jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom. |
(21) |
Skambju adegwat tal-informazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema u s-sidien tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huwa prerekwiżit biex l-operaturi tas-sistema jkunu jistgħu jżommu l-istabbiltà u s-sigurtà tas-sistema. L-operaturi tas-sistema għandu jkollhom ħarsa ġenerali kontinwa tal-istat tas-sistema, li tinkludi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, kif ukoll il-possibbiltà li ssir komunikazzjoni magħhom sabiex jitmexxew l-istruzzjonijiet ta' tħaddim. |
(22) |
F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jpoġġu f'periklu l-istabbiltà u s-sigurtà tas-sistema, l-operaturi tas-sistema għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħtu struzzjonijiet biex l-output tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jiġi aġġustat b'tali mod li jippermetti lill operaturi tas-sistema jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom għas-sigurtà tas-sistema. |
(23) |
Il-meded tal-vultaġġ għandhom jiġu kkoordinati bejn is-sistemi interkonnessi peress li huma kruċjali biex jiżguraw l-ippjanar u t-tħaddim ta' sistema tal-enerġija f'żona sinkronika. L-iskonnessjonijiet minħabba interruzzjonijiet tal-vultaġġ għandhom impatt fuq is-sistemi tal-viċinat. Jekk il-meded ta' vultaġġ ma jiġux speċifikati, dan jista' jwassal għal inċertezza mifruxa fl-ippjanar u t-tħaddim tas-sistema fir-rigward tat-tħaddim lil hinn mill-kundizzjonijiet ta' tħaddim normali. |
(24) |
Il-bżonnijiet ta' kapaċità ta' potenza reattiva jiddependu fuq diversi fatturi, inkluż il-grad ta' konnessjoni tan-netwerk u l-proporzjon ta' forniment (“in-feed”) u konsum, li għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' potenza reattiva. Meta l-karatteristiċi tas-sistema reġjonali jvarjaw f' żona ta' responsabbiltà ta' operatur tas-sistema, jista' jkun xieraq aktar minn profil wieħed. Il-produzzjoni ta' potenza reattiva, magħrufa bħala lagging, f'vultaġġi għolja u l-konsum ta' potenza reattiva, magħrufa bħala leading, f'vultaġġi baxxi jaf ma tkunx meħtieġa. Ir-rekwiżiti ta' potenza reattiva jistgħu jillimitaw id-disinn u t-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Għalhekk, huwa importanti li l-kapaċitajiet effettivament meħtieġa għal tħaddim effiċjenti tas-sistema jiġu vvalutati sew. |
(25) |
Il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija għandhom kapaċità inerenti biex jirreżistu jew inaqqsu d-devjazzjonijiet fil-frekwenza, karatteristika li ħafna teknoloġiji RES ma għandhomx. Għalhekk, għandhom jiġu adottati kontromiżuri, biex tiġi evitata rata akbar ta' bidla fil-frekwenza matul produzzjoni RES għolja. L-inerzja sintetika tista' tiffaċilità espansjoni ulterjuri tal-RES, li ma jikkontribwux b'mod naturali għall-inerzja. |
(26) |
Għandu jiddaħħal testjar xieraq u proporzjonat tal-konformità biex l-operaturi tas-sistema jkunu jistgħu jiżguraw is-sigurtà operazzjonali. |
(27) |
L-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri u l-operaturi tas-sistemi għandhom jiżguraw li, fil-proċess tal-iżvillupp u tal-approvazzjoni tar-rekwiżiti għall-konnessjoni man-netwerk, dawn ikunu armonizzati sal-massimu possibbli, sabiex tiġi żgurata integrazzjoni sħiħa tas-suq. Fl-iżvilupp tar-rekwiżiti tal-konessjoni, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-istandards tekniċi stabbiliti. |
(28) |
F'dan ir-Regolament għandu jiġi stabbilit proċess għal deroga mir-regoli sabiex jitqiesu ċirkostanzi lokali fejn eċċezzjonalment, pereżempju, il-konformità ma' dawn ir-regoli tista' tpoġġi f'periklu l-istabbiltà tan-netwerk lokali jew fejn it-tħaddim sigur ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jista' jkun jeħtieġ kundizzjonijiet ta' tħaddim li mhumiex f'konformità mar-Regolament. F'każ ta' impjanti tas-sħana u l-enerġija kkombinati, li jġibu magħhom benefiċċji usa', l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament tista' tirriżulta f'kostijiet sproporzjonati u t-telf ta' dawk il-benefiċċji tal-effiċjenza. |
(29) |
Soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti, jew awtoritajiet oħra fejn applikabbli fi Stat Membru, l-operaturi tas-sistemi għandhom ikunu jistgħu jipproponu derogi għal ċerti klassijiet moduli ġenerazzjoni tal-enerġija. |
(30) |
Dan ir-Regolament ġie adottat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 li jissupplimenta u li jifforma parti integrali minnu. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 714/2009 f'atti legali oħrajn għandhom jinftiehmu li jirreferu wkoll għal dan ir-Regolament. |
(31) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, jiġifieri l-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija, il-moduli ta' parks tal-enerġija u l-moduli ta' parks tal-enerġija fil-baħar, mas-sistema interkonnessa. Għalhekk, jgħin biex jiġu mħarsal-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-elettriku, biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema u l-integrazzjoni tas-sorsi tal-elettriku rinnovabbli, u biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ madwar l-Unjoni kollha fl-elettriku.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi biex jiġi żgurat li l-operaturi tas-sistema jużaw b'mod xieraq il-kapaċitajiet tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija — b'mod trasparenti u nondiskriminatorju biex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni kollha.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2015/1222 (4), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 (5), u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“entità” tfisser awtorità regolatorja, awtorità nazzjonali oħra, operatur tas-sistema jew korp pubbliku jew privat ieħor maħtur skont il-liġi nazzjonali. |
2. |
“żona sinkronika” tfisser żona koperta minn TSOs interkonnessi sinkronikament bħaż-żoni sinkroniċi tal-Ewropa Kontinentali, il-Gran Brittanja, l-Irlanda u l-Irlanda ta' fuq u ż-żona Nordika kif ukoll is-sistemi tal-enerġija tal-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja, flimkien imsejħa l-'Baltiku' li huma parti minn żona sinkronika usa'; |
3. |
“vultaġġ” tfisser id-differenza fil-potenzjal elettriku bejn iż-żewġ punti mkejla bħala l-valur root-mean-square tal-vultaġġi minn fażi għal fażi (fażi-fażi) ta' sekwenza pożittiva fil-frekwenza fundamentali; |
4. |
“potenza apparenti” tfisser il-prodott tal-vultaġġ u l-kurrent fi frekwenza fundamentali, u l-għerq kwadrat ta' tlieta fil-każ ta' sistemi three-phase, ġeneralment espressa f'kilovolt-amperes (“kVA”) jew megavolt-amperes (“MVA”); |
5. |
“modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija” tfisser modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija jew modulu ta' park tal-enerġija; |
6. |
“faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija” tfisser faċilità li taqleb l-enerġija primarja f'enerġija elettrika u li tikkonsisti f'modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija wieħed jew aktar konness ma' netwerk f'punt ta' konnessjoni wieħed jew aktar; |
7. |
“sid ta' faċilità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija” tfisser entità fiżika jew legali li tkun proprjetarju tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; |
8. |
“impjant ewlieni ta' ġenerazzjoni” tfisser biċċa prinċipali waħda jew aktar ta' tagħmir meħtieġ biex is-sors primarju tal-enerġija jiġi kkonvertit f'elettriku; |
9. |
“modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija” tfisser sett indiviżibbli ta' installazzjonijiet li jistgħu jiġġeneraw enerġija elettrika b'tali mod li l-frekwenza tal-vultaġġ iġġenerat, il-veloċità tal-ġeneratur u l-frekwenza tal-vultaġġ tan-netwerk ikunu fi proporzjon kostanti u għalhekk f'sinkroniżmu; |
10. |
“dokument tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija” jew “PGMD” tfisser dokument ipprovdut mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija lill-operatur tas-sistema rilevanti għall-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B jew C li jikkonferma li l-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija wera konformità mal-kriterji tekniċi stabbiliti f'dan ir-Regolament u jipprovdi d-dejta u d-dikjarazzjonijiet meħtieġa, inkluż dikjarazzjoni ta' konformità; |
11. |
“TSO rilevanti” tfisser it-TSO li fiż-żona ta' kontroll tiegħu huwa konness jew ser jiġi konness modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, faċilità ta' domanda, sistema ta' distribuzzjoni jew sistema HVDC man-netwerk fi kwalunkwe vultaġġ; |
12. |
“netwerk” tfisser impjant jew apparat konnessi flimkien sabiex jittrażmettu jew jiddistribwixxu l-elettriku; |
13. |
“operatur tas-sistema rilevanti” tfisser l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li mas-sistema tiegħu ikunu ser jiġu konnessi modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, faċilità ta' domanda, sistema ta' distribuzzjoni jew sistema HVDC; |
14. |
“ftehim ta' konnessjoni” tfisser kuntratt bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, is-sid ta' faċilità ta' domanda, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jew is-sid tas-sistema HVDC, li jinkludi s-sit rilevanti u r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-faċilità ta' domanda, is-sistema ta' distribuzzjoni konnessa jew is-sistema HVDC; |
15. |
“punt ta' konnessjoni” tfisser l-interfaċċa li fih il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, il-faċilità ta' domanda, is-sistema ta' distribuzzjoni jew is-sistema HVDC huma konnessi mas-sistema ta' trażmissjoni, in-netwerk fuq il-baħar, is-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi s-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa, jew is-sistema HVDC, kif identifikat fil-ftehim dwar il-konnessjoni; |
16. |
“kapaċità massima” jew “Pmax” tfisser il-potenza attiva kontinwa massima li jista' jipproduċi modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, li minnha titnaqqas kwalunkwe domanda assoċjatà mal-faċilitazzjoni tat-tħaddim ta' dak il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, u li ma jfornix in-netwerk kif speċifikat fil-ftehim ta' konnessjoni jew kif intlaħaq qbil bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; |
17. |
“modulu ta' park tal-enerġija” jew “PPM” tfisser unità jew assemblaġġ ta' unitajiet li jiġġeneraw l-elettriku, li huma konnessi b'mod mhux sinkroniku man-netwerk jew huma konnessi permezz tal-elettronika tal-enerġija, u li għandhom ukoll punt ta' konnessjoni waħdieni mas-sistema ta' trażmissjoni, is-sistema ta' distribuzzjoni inkluż sistema ta' distribuzzjoni magħluqa jew sistema HVDC; |
18. |
“modulu ta' park tal-enerġija fuq il-baħar” tfisser modulu ta' park tal-enerġija li jinsab fuq il-baħar b'punt ta' konnessjoni fuq il-baħar; |
19. |
“operat ta' kumpens sinkroniku” tfisser l-operatur ta' alternatur mingħajr sors ta' propulsjoni biex jirregola l-vultaġġ dinamikament skont il-produzzjoni jew l-assorbiment tal-potenza reattiva; |
20. |
“potenza attiva” tfisser il-komponent reali tal-potenza apparenti fil-frekwenza fundamentali, espressa f'watts jew multipli tagħhom bħal kilowatts (“kW”) jew megawatts (“MW”); |
21. |
“akkumulazzjoni ppompjata” tfisser unità idroloġika li jista' jittella' l-ilma minnha permezz ta' pompi u maħżuna biex tintuża għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika; |
22. |
“frekwenza” tfisser il-frekwenza elettrika tas-sistema espressa f'hertz li tista' titkejjel fil-partijiet kollha taż-żona sinkronika bl-assunzjoni ta' valur konsistenti għas-sistema fi żmien sekondi, b'differenzi żgħar biss bejn il-postijiet ta' kejl differenti. Il-valur nominali tagħha huwa 50Hz; |
23. |
“droop” tfisser il-proporzjon ta' bidla fl-istat fiss tal-frekwenza, mal-bidla fl-istat fiss fl-output ta' potenza attiva, espressa f'termini perċentwali. Il-bidla fil-frekwenza tiġi espressa bħala proporzjon tal-frekwenza nominali u l-bidla fil-potenza attiva espressa bħala proporzjon tal-kapaċità massima jew potenza attiva reali fil-mument li s-soll rilevanti jintlaħaq; |
24. |
“livell minimu ta' regolazzjoni” tfisser il-potenza attiva minima, kif speċifikat fil-ftehim ta' konnessjoni jew kif maqbul bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, li tista' tiġi kkontrollata mill-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija; |
25. |
“valur programmat” tfisser il-valur fil-mira għal kwalunkwe parametru tipikament użat fl-iskemi ta' kontroll; |
26. |
“struzzjoni” tfisser kwalunkwe kmand, mogħti bl-awtorità tiegħu stess, minn operatur tas-sistema lil sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, sid ta' faċilità ta' domanda, operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni jew sid ta' sistema HVDC sabiex titwettaq azzjoni; |
27. |
“ħsara koperta” tfisser ħsara li titneħħa b'suċċess skont il-kriterji ta' ppjanar tal-operatur tas-sistema; |
28. |
“potenza reattiva” tfisser komponent immaġinarju tal-potenza apparenti fil-frekwenza fundamentali ġeneralment espressa f'kilovar (“kVAr”) jew megavar (“MVAr”); |
29. |
“ta' funzjonament minkejja ħsara” tfisser il-kapaċità tal-apparati elettriċi li jibqgħu konnessi man-netwerk u jaħdmu matul perjodi ta' vultaġġ baxx fil-punt ta' konnessjoni kkawżati minn ħsarat koperti; |
30. |
“alternatur” tfisser apparat li jeqleb l-enerġija b'mod mekkaniku f'enerġija elettrika permezz ta' kamp manjetiku rotanti; |
31. |
“kurrent” tfisser ir-rata ta' fluss tal-iċċarġjar elettriku li jitkejjel bil-valur root-mean-square tas-sekwenza pożittiva tal-kurrent tal-phase fil-frekwenza fundamentali; |
32. |
“stator” tfisser il-porzjon minn magna rotanti li jinkludi l-parts manjetiċi stazzjonarji bil-koljaturi assoċjati magħhom; |
33. |
“inerzja” tfisser il-propjetà ta' korp riġidu rotanti, bħar-rotor ta' alternatur, b'tali mod li jżomm l-istat ta' movimenti rotazzjonali uniformi u l-mumentum angulari tiegħu sakemm ma jiġix applikat torque estern; |
34. |
“inerzja sintetika” tfisser il-faċilità pprovduta minn modulu ta' park tal-enerġija jew sistema HVDC biex jiġi ssostitwit l-effett ta' inerzja ta' modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija sa livell preskritt ta' prestazzjoni; |
35. |
“kontroll tal-frekwenza” tfisser il-kapaċità ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jew sistema HVDC li jaġġustaw għall-output ta' potenza attiva bħala rispons għal devjazzjoni mkejla tal-frekwenza tas-sistema minn valur programmat, sabiex tinżamm frekwenza tas-sistema stabbli; |
36. |
“modalità sensittiva għal frekwenza” jew “FSM” tfisser l-modalità ta' tħaddim ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jew ta' sistema HVDC li fiha l-output ta' potenza attiva jinbidel bħala rispons għal bidla fil-frekwenza tas-sistema, b'tali mod li tassisti fl-irkupru tal-frekwenza fil-mira; |
37. |
“modalità sensittiva għal frekwenza limitata” — “sovrafrekwenza” jew “LFSM-O” tfisser modalità ta' tħaddim ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jew ta' sistema HVDC li ser tirriżulta f'tnaqqis fl-output tal-potenza attiva bħala rispons għal bidla fil-frekwenza tas-sistema 'l fuq minn valur partikolari; |
38. |
“modalità sensittiva għal frekwenza limitata” — “sottofrekwenza” jew “LFSM-O” tfisser modalità ta' tħaddim ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jew ta' sistema HVDC li ser tirriżulta f'żieda fl-output tal-potenza attiva bħala rispons għal bidla fil-frekwenza tas-sistema taħt valur partikolari; |
39. |
“banda mejta” tfisser intervall użat intenzjonalment biex jagħmel il-kontroll tal-frekwenza mhux sensittiv; |
40. |
“insensittività tar-rispons tal-frekwenza” tfisser il-karatteristika inerenti tas-sistema ta' kontroll speċifikata bħala d-daqs minimu tal-bidla fil-frekwenza jew is-sinjal ta' input li jirriżulta f'bidla fil-potenza tal-output jew fis-sinjal tal-output; |
41. |
“dijagramma tal-kapaċità P-Q” tfisser dijagramma li tiddeskrivi l-kapaċità ta' potenza reattiva ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fil-kuntest ta' potenza attiva li tvarja fil-punt ta' konnessjoni; |
42. |
“stabbiltà fi stat sod” tfisser il-kapaċità li għandu netwerk jew modulu tal-ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija biex jerġa' lura u jżomm l-operat stabbli wara disturbi minuri; |
43. |
“operat ta' porzjon iżolat” tfisser it-tħaddim indipendenti ta' netwerk sħiħ jew parti minn netwerk li huwa iżolat wara skonnessjoni mis-sistema interkonnessa, li jkollu tal-anqas modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija wieħed jew sistema HVDC li tforni potenza lil dan in-netwerk u li jikkontrolla l-frekwenza u vultaġġ; |
44. |
“operat tad-domanda interna” tfisser it-tħaddim li jiżgura li l-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huma kapaċi jkomplu jfornu t-tagħbijiet interni tagħhom f'każ ta' ħsarat fin-netwerk li jirriżultaw fl-iskonnessjoni ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija min-netwerk u fl-ittrippjar għal fuq il-provvisti awżiljari tagħhom; |
45. |
“abilità ta' startjar minn mitfi totali” tfisser il-kapaċità ta' rkupru ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija minn mitfi totali permezz ta' sors ta' potenza awżiljari awtonomu mingħajr ebda provvista tal-enerġija elettrika li tkun esterna għall-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; |
46. |
“ċertifikatur awtorizzat” tfisser entità li toħroġ ċertifikati tat-tagħmir u dokumenti ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u li l-akkreditazzjoni tagħha ngħatat minn affiljat nazzjonali tal-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni (“EA”), stabbilita skont ir-Regoalment (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
47. |
“ċertifikat ta' tagħmir” tfisser dokument maħruġ minn ċertifikatur awtorizzat għal tagħmir użat minn modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, unità ta' domanda, sistema ta' distribuzzjoni, faċilità ta' domanda jew sistema HVDC. Iċ-ċertifikat tat-tagħmir jiddefinixxi l-iskop tal-validità tiegħu fil-livell nazzjonali jew livelli ieħor li fih jintgħażel valur speċifiku mill-medda permessa f'livell Ewropew. Għall-finijiet tas-sostituzzjoni ta' partijiet speċifiċi tal-proċess ta' konformità, iċ-ċertifikat ta' tagħmir jista' jinkludi mudelli li jkunu ġew ivverifikati ma' riżultati ta' testijiet reali; |
48. |
“sistema ta' kontroll tal-eċċitazzjoni” tfisser sistema ta' kontroll tar-rispons li tinkludi l-magna sinkronika u s-sistema ta' eċċitazzjoni tagħha; |
49. |
“profil U-Q/P max” tfisser profil li jirrappreżenta l-kapaċità ta' potenza reattiva ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jew stazzjon konvertitur HVDC fil-kuntest ta' vultaġġ li jvarja fil-punt ta' konnessjoni; |
50. |
“livell minimu ta' operat stabbli” tfisser il-potenza attiva minima, kif speċifikat fil-ftehim dwar il-konnessjoni jew kif intlaħaq qbil bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, li fih jista' jitħaddem il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għal ħin illimitat; |
51. |
“limitatur tas-sovraeċċitazzjoni” tfisser apparat ta' kontroll ġewwa l-AVR li jipprevjeni li r-rotor ta' alternatur jiġi sovrakarigat billi jiġi limitat il-kurrent ta' eċċitazzjoni; |
52. |
“limitatur tas-sottoeċċitazzjoni” tfisser apparat ta' kontroll ġewwa l-AVR, li l-fini tiegħu huwa li jipprevjeni li l-alternatur jitlef is-sinkroniżmu minħabba nuqqas ta' eċċitazzjoni; |
53. |
“regolatur tal-vultaġġ awtomatiku” jew “AVR” tfisser tagħmir awtomatiku li jaġixxi b'mod kontinwu li jikkontrolla l-vultaġġ tat-terminals ta' modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija billi jqabbel il-vultaġġ tat-terminals reali b'valur ta' referenza u li jikkontrolla l-output ta' sistema ta' kontroll tal-eċċitazzjoni; |
54. |
“stabilizzatur tas-sistema ta' potenza” jew “PSS” tfisser funzjonalità addizzjonali tal-AVR ta' modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija li l-fini tiegħu huwa li jnaqqas l-oxxillazzjonijiet ta' potenza; |
55. |
“kurrent għal korrezzjoni rapida” tfisser kurrent injettat minn modulu ta' park tal-enerġija jew sistema HVDC matul u wara devjazzjoni fil-vultaġġ ikkawżata minn ħsara elettrika bil-għan li tiġi identifikata ħsara minn sistemi ta' protezzjoni tan-netwerk fl-istadju inizjali tal-ħsara, li jappoġġja ż-żamma tal-vultaġġ tas-sistema fi stadju suċċessiv tal-ħsara u r-restawr tal-vultaġġ tas-sistema wara l-ikklerjar tal-ħsara; |
56. |
“fattur ta' potenza” tfisser il-proporzjon tal-valur assolut tal-potenza attiva mal-valur tal-potenza apparenti; |
57. |
“inklinazzjoni grafika” tfisser il-bidla fil-vultaġġ, abbażi tal-vultaġġ ta' referenza ta' 1 pu, għal bidla fil-potenza reattiva li tkun fornita minn żero sal-potenza reattiva massima, abbażi tal-potenza reattiva massima; |
58. |
“sistema ta' konnessjoni mal-grilja fuq il-baħar” tfisser l-interkonnessjoni bejn punt ta' konnessjoni fuq il-baħar u s-sistema fuq l-art fil-punt ta' konnessjoni mal-grilja fuq l-art; |
59. |
“punt ta' interkonnessjoni mal-grilja fuq l-art” tfisser il-punt li fih is-sistema ta' konnessjoni tal-grilja fil-baħar tkun konnessa man-netwerk fuq l-art tal-operatur tas-sistema rilevanti; |
60. |
“dokument ta' installazzjoni” tfisser dokument strutturat b'mod sempliċi li fih informazzjoni dwar il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A jew unità ta' domanda b'rispons tad-domanda konness taħt 1 000 V u li jikkonferma l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti; |
61. |
“dikjarazzjoni ta' konformità” tfisser dokument ipprovdut mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, is-sid ta' faċilità ta' domanda, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jew sid ta' sistema HVDC lill-operatur tas-sistema li jiddikjara l-istat reali tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti rilevanti; |
62. |
“notifika tal-operazzjoni finali” jew “FON” tfisser notifika maħruġa mill-operatur tas-sistema rilevanti lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, is-sid ta' faċilità ta' domanda, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jew is-sid ta' sistema HVDC li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti rilevanti, li tippermettilhom iħaddmu rispettivament modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, faċilità ta' domanda, sistema ta' distribuzzjoni jew sistema HVDC permezz tal-konnessjoni mal-grilja; |
63. |
“notifika operazzjonali dwar l-enerġizzazzjoni” jew “EON” tfisser notifika maħruġa mill-operatur tas-sistema rilevanti lil sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, sid ta' faċilità ta' domanda jew sid ta' sistema HVDC qabel l-enerġizzazzjoni tan-netwerk intern tiegħu; |
64. |
“notifika operazzjonali interim” jew “ION” tfisser notifika maħruġa mill-operatur tas-sistema rilevanti lil sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, sid ta' faċilità ta' domanda, operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni jew sid ta' sistema HVDC li tippermettilhom rispettivament iħaddmu modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, faċilità ta' domanda, sistema ta' distribuzzjoni jew sistema HVDC permezz tal-konnessjoni mal-grilja għal perjodu limitat ta' żmien u li jinbdew testijiet ta' konformità biex tiġi żgurata konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti rilevanti; |
65. |
“notifika operazzjonali limitata” jew “LON” tfisser notifika maħruġa mill-operatur tas-sistema rilevanti lil sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, sid ta' faċilità ta' domanda, operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni jew sid ta' sistema HVDC li kienu kisbu preċedentement stat FON iżda huma temporanjament suġġetti għal modifika sinifikanti jew telf ta' kapaċità li tirriżulta f'nuqqas ta' konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti rilevanti. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Ir-rekwiżiti ta' konnessjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija l-ġodda li huma kkunsidrati sinifikanti skont l-Artikolu 5, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.
L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jirrifjuta li jippermetti l-konnessjoni ta' modulu ġenerazzjoni tal-enerġija li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u li mhux kopert minn deroga mogħtija mill-awtorità regolatorja, jew, fejn applikabbli, awtorità oħra fi Stat Membru skont l-Artikolu 60. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jikkomunika tali rifjut, permezz ta' dikjarazzjoni ġustifikata bil-miktub, lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, mill-awtorità regolatorja, lill-awtorità regolatorja.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija konnessi mas-sistema ta' trażmissjoni u s-sistemi ta' distribuzzjoni u partijiet mis-sistema ta' trażmissjoni jew sistemi ta' distribuzzjoni ta' gżejjer ta' Stati Membri, li s-sistemi tagħhom ma jitħaddmux sinkronikament jew maż-żona sinkronika tal-Ewropa Kontinentali, tal-Gran Brittanja, dik Nordika, tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq inkella dik tal-Baltiku; |
(b) |
moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li kienu installati biex jipprovdu enerġija ta' riżerva u jaħdmu b'mod parallel mas-sistema għal tal-anqas ħames minuti f'kull xahar kalendarju waqt li s-sistema tkun fi stat normali; It-tħaddim parallel matul il-manutenzjoni jew it-testijiet tal-bidu tat-tħaddim ta' dak il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija m'għandux jgħodd ma' dak il-limitu ta' ħames minuti; |
(c) |
moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li m'għandhomx punt permanenti ta' konnessjoni u li jintużaw mill-operaturi tas-sistemi biex jipprovdu l-enerġija temporanjament meta l-kapaċità normali tas-sistema ma tkunx disponibbli — parzjalment jew totalment; |
(d) |
apparati tal-ħżin minbarra moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'akkumulazzjoni ppompjata skont l-Artikolu 6(2). |
Artikolu 4
L-applikazzjoni għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, ħlief meta:
(a) |
ikun ġie mmodifikat modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C jew tat-tip D sa tali punt li l-ftehim ta' konnessjoni tiegħu għandu jiġi rivedut b'mod sostanzjali skont il-proċedura li ġejja:
|
(b) |
awtorità regolatorja jew, meta jkun applikabbli, Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti suġġett għar-rekwiżiti kollha jew għal xi wħud minnhom ta' dan ir-Regolament, wara proposta mit-TSO rilevanti skont il-paragrafi 3, 4 u 5. |
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jiġi kkunsidrat eżistenti jekk:
(a) |
ikun diġà konness man-netwerk fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; jew |
(b) |
is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jkun ikkonkluda kuntratt finali u vinkolanti għax-xiri tal-impjant ewlieni ta' ġenerazzjoni sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema rilevanti u t-TSO rilevanti dwar il-konklużjoni tal-kuntratt fi żmien 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. |
In-notifika mressqa mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija lill-operatur tas-sistema rilevanti u t-TSO rilevanti għandha tal-anqas tindika t-titolu tal-kuntratt, id-data tal-firma u d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-impjant ewlieni ta' ġenerazzjoni li għandu jinbena, jintrama jew jinxtara.
Stat Membru jista' jipprovdi li f'ċirkostanzi speċifikati, l-awtorità regolatorja tista' tiddetermina jekk il-modulu tal-potenza għandux jiġi kkunsidrat modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti jew modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija ġdid.
3. Wara konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 10 u sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fattwali sinifikanti fiċ-ċirkostanzi, bħall-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema inkluż id-dħul ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, grilji intelliġenti, ġenerazzjoni distribwita jew rispons għad-domanda, it-TSO rilevanti jista' jipproponi lill-awtorità regolatorja kkonċernata, jew meta jkun applikabbli, l-Istat Membru biex jestendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti.
Għal dan il-għan, għandha titwettaq analiżi tal-kostijiet-benefiċċji kwantitattiva tajba u trasparenti, skont l-Artikoli 38 u 39. Din l-analiżi għandha tindika:
(a) |
il-kostijiet, fir-rigward tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti, li jeħtieġu konformità ma' dan ir-Regolament; |
(b) |
il-benefiċċju soċjo-ekonomiku li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament; u |
(c) |
il-potenzjal tal-miżuri alternattivi biex tintlaħaq il-prestazzjoni meħtieġa. |
4. Qabel ma jagħmel l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji kwantitattiva msemmija fil-paragrafu 3, it-TSO rilevanti għandu:
(a) |
iwettaq tqabbil kwalitattiv preliminari tal-kostijiet u l-benefiċċji; |
(b) |
jikseb approvazzjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru. |
5. L-awtorità regolatorja jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru, jistgħu jiddeċiedu dwar l-estensjoni tal-applikabilità ta' dan ir-Regolament għal moduli eżistenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fi żmien sitt xhur mill-wasla tar-rapport u r-rakkomandazzjoni tat-TSO rilevanti skont l-Artikolu 38(4). Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja jew, fejn applikabbli, tal-Istat Membru, għandha tiġi ppubblikata.
6. It-TSO rilevanti għandu jqis l-aspettattivi leġittimi tas-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti.
7. It-TSO rilevanti jista' jivvaluta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' dan ir-Regolament għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti kull tliet snin skont il-kriterji u l-proċess stabbilit fil-paragrafi 3 sa 5.
Artikolu 5
Determinazzjoni tal-importanza
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti abbażi tal-livell ta' vultaġġ tal-punt ta' konnessjoni tagħhom u l-kapaċità massima tagħhom skont il-kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 2.
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fil-kategoriji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala:
(a) |
punt ta' konnessjoni sinifikanti taħt 110 kV u kapaċità massima ta' 0,8 kW jew aktar (tip A); |
(b) |
punt ta' konnessjoni sinifikanti taħt 110 kV u kapaċità massima fis-soll propost jew ogħla minn kull TSO rilevanti skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 (tip B). Dan is-soll ma għandux ikun ogħla mil-limiti għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B inklużi fit-Tabella 1; |
(c) |
punt ta' konnessjoni sinifikanti taħt 110 kV u kapaċità massima fis-soll jew ogħla speċifikat minn kull TSO rilevanti skont il-paragrafu 3 (tip C). Dan is-soll ma għandux ikun ogħla mil-limiti għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C inklużi fit-Tabella 1; jew |
(d) |
il-punt ta' konnessjoni f'110 kV jew ogħli (tip D). Modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huwa wkoll tat-tip D jekk il-punt ta' konnessjoni tiegħu ikun anqas minn 110 kV u l-kapaċità massima tiegħu tkun fis-soll jew ogħla speċifikat skont il-paragrafu 3. Dan is-soll ma għandux ikun ogħla mil-limitu għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D fit-Tabella 1. Tabella 1 Limiti għas-sollijiet għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B, C u D
|
3. Il-proposti għas-sollijiet massimi tal-kapaċità għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B, C u D għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru. Meta jkun qed iħejji l-proposti, it-TSO rilevanti għandu jikkoordina mat-TSOs u d-DSOs biswit u għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 10. Proposta mit-TSO rilevanti biex jinbidlu s-sollijiet ma għandhiex issir qabel tliet snin wara l-proposta preċedenti.
4. Is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom jassistu dan il-proċess u jipprovdu d-dejta kif mitlub mit-TSO rilevanti.
5. Jekk, bħala riżultat ta' modifika tas-sollijiet, modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jikkwalifika taħt tip differenti, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(3) dwar il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti għandha tapplika qabel ma tkun meħtieġa konformità mar-rekwiżiti għat-tip il-ġdid.
Artikolu 6
Applikazzjoni għal moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija b'akkumulazzjoni ppompjata, faċilitajiet ikkombinati ta' sħana u tal-enerġija elettrika, u siti industrijali
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fuq il-baħar konnessi mas-sistema interkonessa għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fuq l-art, sakemm ir-rekwiżiti ma jiġux immodifikati għal dan il-għan mill-operatur tas-sistema rilevanti jew sakemm il-konnessjoni ta' moduli ta' parks tal-enerġija ma tkunx permezz ta' konnessjoni ta' kurrent dirett b'vultaġġ għoli jew permezz ta' netwerk li l-frekwenza tiegħu mhijiex akkoppjata sinkronikament ma' dik tas-sistema interkonnessa ewlenija (bħal pereżempju permezz ta' skema ta' konvertituri back to back)
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija b'akkumulazzjoni ppompjata għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kemm fil-modalità tat-tħaddim tal-ġenerazzjoni u l-ippumpjar. It-tħaddim tal-kumpens sinkroniku tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija b'akkumulazzjoni ppompjata ma għandhomx ikunu limitati fiż-żmien mid-disinn tekniku tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija b'veloċità varjabbli b'akkumulazzjoni ppompjata għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija kif ukoll dawk stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2), jekk jikkwalifikaw bħala tat-tip B, C jew D.
3. Fir-rigward tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija inkorporati fin-netwerks tas-siti industrijali, is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema ta' siti industrijali u l-operaturi tas-sistema rilevanti li n-netwerk tagħhom huwa konness ma' netwerk ta' sit industrijali għandu jkollhom id-dritt li jaqblu mal-kundizzjonijiet għall-iskonnessjoni ta' tali moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija flimkien mat-tagħbijiet kritiċi, li jiżguraw proċessi ta' produzzjoni siguri, min-netwerk tal-operatur tas-sistema rilevanti. L-eżerċizzju ta' dan id-dritt għandu jkun ikkoordinat mat-TSO rilevanti.
4. Ħlief għar-rekwiżiti skont il-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 13 jew fejn stipulat mod ieħor fil-qafas nazzjonali, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament marbuta mal-kapaċità biex jinżamm output tal-potenza attiva kostanti jew biex jiġi mmodulat l-output ta' potenza attiva ma għandhomx japplikaw għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tal-faċilitajiet għal produzzjoni kkombinata ta' sħana u enerġija inkorporati fin-netwerks tas-siti industrijali, fejn jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
jekk l-għan primarju ta' dawn il-faċilitajiet huwa li jipproduċu s-sħana għall-proċessi ta' produzzjoni tas-sit industrijali kkonċernat; |
(b) |
il-ġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija hija interkonnessa b'mod inseparabbli, u dan ifisser li kwalunkwe bidla fil-ġenerazzjoni tas-sħana tirriżulta involontarjament f'bidla fil-ġenerazzjoni tal-potenza attiva u viċi-versa; |
(c) |
il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huma tat-tip A, B, C jew, fil-każ taż-żona sinkronika Nordika, tat-tip D skont il-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 5(2) |
5. Il-faċilitajiet kkombinati ta' ġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-kapaċità elettrika massima tagħhom.
Artikolu 7
Aspetti regolatorji
1. Rekwiżiti ta' applikazzjoni ġenerali li għandhom jiġu stabbiliti minn operaturi tas-sistemi rilevanti jew TSOs f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-entità ddeżinjata mill-Istat Membru, u għandhom jiġu ppubblikati. L-entità ddeżinjata għandha tkun l-awtorità regolatorja sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor mill-Istat Membru.
2. Għal rekwiżiti speċifiċi għas-sit, li għandhom jiġu stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi rilevanti jew it-TSOs, f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jesiġu l-approvazzjoni minn entità ddeżinjata.
3. Meta jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri, l-entitajiet kompetenti u l-operaturi tas-sistemi għandhom:
(a) |
japplikaw il-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni; |
(b) |
jiżguraw it-trasparenza; |
(c) |
japplikaw il-prinċipju ta' ottimizzazzjoni bejn l-ogħla effiċjenza globali u l-kostijiet totali l-aktar baxxi għall-partijiet kollha involuti; |
(d) |
jirrispettaw ir-responsabbiltà assenjata lit-TSO rilevanti biex jiżguraw is-sigurtà tas-sistema, inkluż kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
(e) |
jikkonsultaw mad-DSOs rilevanti u jqisu l-impatti potenzjali fuq is-sistema tagħhom; |
(f) |
iqisu l-istandards Ewropej u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ntlaħaq qbil dwarhom. |
4. L-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO għandu jressaq proposta għar-rekwiżiti ta' applikazzjoni ġenerali, jew il-metodoloġija użata biex dawn jiġu kkalkulati jew stabbiliti, għall-approvazzjoni mill-entità kompetenti fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
5. Fejn dan ir-Regolament jesiġi li l-operatur tas-sistema rilevanti, it-TSO rilevanti, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jilħqu qbil, dawn għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex dan isir fi żmien sitt xhur minn meta l-ewwel proposta tkun tressqet minn parti waħda quddiem il-partijiet l-oħra. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim f'dan iż-żmien, kull parti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità regolatorja rilevanti biex din toħroġ deċiżjoni fi żmien sitt xhur.
6. L-entitajiet kompetenti għandhom jiġdu d-deċiżjonijiet dwar il-proposti għar-rekwiżiti jew il-metodoloġiji fi żmien sitt xhur minn meta jaslu proposti bħal dawn.
7. Jekk l-operatur tas-sistema jew it-TSO rilevanti jqis li hemm il-ħtieġa ta' emenda għar-rekwiżiti jew għall-metodoloġiji kif previst u approvat skont il-paragrafi 1 u 2, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 3 sa 8 għandhom japplikaw għall-emenda proposta. L-operaturi tas-sistemi u t-TSO li jipproponu emenda għandhom iqisu l-aspettattivi leġittimi, jekk jeżistu, tas-sidien tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, tal-manifatturi tal-apparati jew ta' partijiet ikkonċernati oħra, abbażi tar-rekwiżiti jew metodoloġiji speċifikati jew maqbula inizjalment.
8. Kull parti li għandha lment kontra operatur ta' sistema rilevanti jw TSO fir-rigward tal-obbligi ta' dak l-operatur ta' sistema rilevanti jew ta' TSO skont dan ir-Regolament, jista' jirreferi dan l-ilment lill-awtorità regolatorja li, fir-rwol tagħha bħala awtorità li ssolvi l-kunflitti, għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-ilment. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fejn l-awtorità regolatorja tkun teħtieġ informazzjoni ulterjuri. Dak il-perjodu estiż jista' jkompli jiġi estiż aktar bi qbil ma' min iressaq l-ilment. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja għandha jkollha effett vinkolanti sakemm din ma tiġix imħassra permezz ta' appell.
9. Fejn ir-rekwiżiti, skont dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti minn operatur ta' sistema rilevanti li mhuwiex TSO, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li minflok, it-TSO ikun responsabbli għall-istabbiliment tar-rekwiżiti rilevanti.
Artikolu 8
TSOs multipli
1. Fejn jeżisti akar minn TSO wieħed fi Stat Membru, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk it-TSOs kollha.
2. L-Istati Membri, skont ir-reġim regolatorju nazzjonali, jistgħu jipprovdu li r-responsabbiltà tat-TSO biex jikkonformaw ma' xi obbligu wieħed jew aktar inkella l-obbligi kollha skont dan ir-Regolament tiġi assenjata lil TSO speċifiku wieħed jew aktar.
Artikolu 9
Irkupru tal-kostijiet
1. L-ispejjeż imġarrba mill-operaturi tas-sistema soġġetti għar-regolament dwar it-tariffi tan-netwerk u li jirriżultaw mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. Spejjeż li jiġu stmati bħala raġonevoli, effiċjenti u proporzjonati għandhom jiġu rkuprati permezz ta' tariffi tan-netwerk jew permezz ta' mekkaniżmi xierqa oħra.
2. Jekk jintalbu mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-operaturi tas-sistema msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom, fi żmien tliet xhur mit-talba, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi faċilitata valutazzjoni tal-ispejjeż imġarrba.
Artikolu 10
Konsultazzjoni pubblika
1. Operaturi tas-sistema rilevanti u TSOs rilevanti għandhom jagħmlu eżerċizzju ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru, dwar proposti biex l-applikabilità ta' dan ir-Regolament tiġi estiża għal moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 4(3) għall-proposta tas-sollijiet skont l-Artikolu 5(3) u dwar ir-rapport imħejji skont l-Artikolu 38(3) u l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji magħmula skont l-Artikolu 63(2). Il-konsultazzjoni għandha ddum tal-anqas perjodu ta' xahar.
2. L-operaturi tas-sistema rilevanti jew it-TSOs rilevanti għandhom iqisu kif xieraq, il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati li jirriżultaw mill-konsultazzjonijiet, qabel ma jippreżentaw l-abbozz tal-proposta għas-sollijiet, ir-rapport jew l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja jew, jekk applikabbli, l-Istat Membru. F'kull każ, ġustifikazzjoni soda għall-inklużjoni jew le tal-fehmiet li jirriżultaw mill-konsultazzjoni għandha tiġi pprovduta u ppublikata f'waqtha, qabel jew fl-istess ħin mal-pubblikazzjoni tal-proposta.
Artikolu 11
Involviment tal-partijiet ikkonċernati
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija), b'kooperazzjoni mill-qrib man Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (l-ENTSO għall-Elettriku), għandha torganizza l-involviment tal-partijiet ikkonċernati dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, u aspetti oħrajn tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati biex jidentifikaw il-problemi u jipproponu titjib, b'mod partikolari relatat mar-rekwiżti għall-konnessjoni mal-grilja tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija.
Artikolu 12
Obbligi ta' kunfidenzjalità
1. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni, awtoritajiet regolatorji jew entitajiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
3. Informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand il-persuni, awtoritajiet regolatorji jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom ma tista tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi nazzjonali, id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament, jew liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni.
4. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, l-awtoritajiet regolatorji, entitajiet jew persuni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss għall-finijiet tal-qadi tad-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.
TITOLU II
REKWIŻITI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 13
Rekwiżiti ġenerali tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin b'rabta mal-istabbiltà tal-frekwenza:
(a) |
Fir-rigward tal-meded tal-frekwenza:
|
(b) |
Fir-rigward tar-rata ta' bidla tal-kapaċità ta' żamma tal-frekwenza, modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun kapaċi jibqa' konness man-netwerk u jaħdem f'rati ta' bidla tal-frekwenza sa valur speċifikat mit-TSO rilevanti, sakemm l-iskonnessjoni ma kinitx attivata minn telf tat-tip tar-rata ta' bidla fil-frekwenza tal-protezzjoni tal-provvista tal-elettriku. L-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti, għandu jispeċifika dan it-telf tat-tip tar-rata ta' bidla fil-frekwenza tal-protezzjoni tal-provvista tal-elettriku. Tabella 2 Perjodi minimi ta' ħin li fihom il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun jista' jaħdem fuq frekwenzi differenti, billi jiddevja minn valur nominali, mingħajr skonnessjoni min-netwerk
|
2. Fir-rigward tal-modalità sensittiva għal frekwenza limitata — sovrafrekwenza (LFSM-O), għandu japplika dan li ġej, kif determinat mit-TSO rilevanti għaż-żona ta' kontroll tiegħu f'koordinazzjoni mat-TSOs tal-istess żona sinkronika sabiex jiġu żgurati impatti minimi fuq iż-żoni ġirien:
(a) |
il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun kapaċi jattiva l-provvista ta' rispons tal-frekwenza tal-potenza attiva skont il-grafika 1 f'soll ta' frekwenza u konfigurazzjonijiet tad-drop speċifikati mit-TSO rilevanti: |
(b) |
minflok il-kapaċità msemmija fil-paragrafu (a), it-TSO rilevanti jista' jagħżel li jippermetti, fiż-żona ta' kontroll tiegħu, l-iskonnessjoni u l-konnessjoni mill-ġdid awtomatika, għal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-Tip A fuq frekwenzi aleatorji, idealment imqassma b'mod uniformi, 'il fuq minn soll ta' frekwenza, kif determinat mit-TSO rilevanti, fejn dan ikun kapaċi juri lill-awtorità regolatorja rilevanti, u bil-kooperazzjoni tas-sidien tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, li dan ikollu impatt transkonfinali limitat u jżomm l-istess livell ta' sigurtà operazzjonali fl-istati kollha tas-sistema; |
(c) |
is-soll tal-frekwenza għandu jkun bejn 50,2 Hz u 50,5 inklużivi; |
(d) |
il-konfigurazzjonijiet tad-droop għandhom ikunu bejn 2 % u 12 %; |
(e) |
il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun kapaċi jattiva rispons tal-frekwenza tal-potenza b'dewmien inizjali kemm jista' jkun qasir. Jekk dak id-dewmien huwa aktar minn żewġ sekondi, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jiġġustifika d-dewmien, filwaqt li jipprovdi evidenza teknika lit-TSO rilevanti; |
(f) |
it-TSO rilevanti jista' jeħtieġ li mal-ilħuq tal-livell minimu ta' regolazzjoni, il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun kapaċi li:
|
(g) |
il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun kapaċi jaħdem b'mod stabbli matul operazzjoni LFSM-O. Meta l-LFSM-O tkun attiva, il-valur programmat tal-LFSM-O għandu jirbaħ fuq kwalunkwe valur programm attiv ieħor. Grafika 1 kapaċità ta' rispons tal-frekwenza tal-potenza attiva tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fl-LFSM-O ![]() Pref hija l-potenza attiva li hija relatata magħha ΔΡ u tista' tiġi speċifikata b'mod differenti għal kwalunkwe modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija u l-moduli ta' park tal-enerġija. ΔΡ hija l-bidla fl-output ta' potenza attiva mill-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. fn hija l-frekwenza nominali (50 Hz) fin-netwerk u Δf hija d-devjazzjoni fil-frekwenza fin-netwerk. F'sovrafrekwenzi fejn Δf huwa akbar minn f1Δ, il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi bidla fl-output tal-potenza attiva negattiva skont id-droop S2. |
3. Il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun kapaċi jżomm output kostanti fil-valur ta' potenza attiva fil-mira irrispettivament mill-bidliet fil-frekwenza, ħlief meta l-output isegwi l-bidliet speċifikati fil-kuntest tal-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu jew il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 15(2) kif ikun applikabbli.
4. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika t-tnaqqis fil-potenza attiva ammissibbli minn output massimu fi frekwenza li qiegħda tonqos fiż-żona ta' kontroll tiegħu bħala rata ta' tnaqqis li qiegħda tonqos fil-limiti, kif spjegat bil-linji sħaħ fil-Grafika 2:
(a) |
taħt 49 Hz b'tnaqqis fir-rata ta' tnaqqis ta' 2 % tal-kapaċità massima f'50 Hz għal kull tnaqqis ta' 1 Hz fil-frekwenza; |
(b) |
taħt 49,5 Hz b'tnaqqis fir-rata ta' tnaqqis ta' 10 % tal-kapaċità massima f'50 Hz għal kull tnaqqis ta' 1 Hz fil-frekwenza; |
5. It-tnaqqis fil-potenza attiva ammissibbli minn output massimu għandu:
(a) |
jispeċifika b'mod ċar il-kundizzjonijiet tal-ambjent applikabbli; |
(b) |
iqis il-kapaċitajiet tekniċi tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. Grafika 2 Tnaqqis fil-kapaċità tal-potenza massima b'frekwenza li qiegħda tonqos ![]() Id-dijagramma tirrappreżenta l-limiti li fihom il-kapaċità tista' tiġi speċifikata mit-TSO rilevanti. |
6. Il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun mgħammar b'interfaċċa loġika (port ta' input) sabiex iwaqqaf l-output tal-potenza attiva fi żmien ħames sekondi wara l-wasla ta' struzzjoni fil-port tal-input. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jispeċifika r-rekwiżiti għat-tagħmir sabiex din il-faċilità tkun tista' titħaddem b'mod remot.
7. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jkun jista' jikkonnettja b'mod awtomatiku man-netwerk. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu:
(a) |
meded ta' frekwenza li fihom hija ammissibbli konnessjoni awtomatika, u ħin ta' dewmien korrispondenti; u u |
(b) |
gradjent ammissibbli massimu ta' żieda fl-output fil-potenza attiva. |
Hija permessa konnessjoni awtomatika sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-operatur tas-sistema rilevanti b'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti.
Artikolu 14
Rekwiżiti ġenerali għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 minbarra l-Artikolu 13(2)(b).
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin b'rabta mal-istabbiltà tal-frekwenza:
(a) |
l-output ta' potenza attiva tal-kontroll, il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun mgħammar b'interfaċċa (port ta' input) sabiex jitnaqqas l-output ta' potenza wara struzzjoni fil-port ta' input; u |
(b) |
l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jispeċifika r-rekwiżiti għal aktar tagħmir biex l-output ta' potenza attiva jkun ikkontrollat b'mod remot. |
3. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin b'rabta mar-robustezza:
(a) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija:
|
(b) |
Il-kapaċijiet ta' funzjonament minkejja ħsara f'każ ta' ħsarat asimetriċi għandhom jiġu speċifikati minn kull TSO. |
4. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin relatati mar-restawr tas-sistema:
(a) |
it-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet taħt liema l-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huwa kapaċi jerġa' jaqbad man-netwerk wara skonnessjoni inċidentali kkawżata minn disturb fin-netwerk; u |
(b) |
l-installazzjoni tas-sistemi ta' rikonnessjoni awtomatika għandha tkun suġġetta kemm għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-operatur tas-sistema rilevanti kif ukoll għal kundizzjonijiet ta' konnessjoni mill-ġdid speċifikati mit-TSO rilevanti. |
5. Il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' ġestjoni tas-sistema globali li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tal-iskemi u l-konfigurazzjonijiet ta' kontroll:
|
(b) |
fir-rigward tal-iskemi u l-konfigurazzjonijiet tal-protezzjoni tal-elettriku:
|
(c) |
is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jorganizza l-apparat ta' protezzjoni u ta' kontroll skont il-klassifikazzjoni tal-priorità li ġejja (mill-ogħla sal-aktar baxxa);
|
(d) |
fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni:
|
Artikolu 15
Rekwiżiti ġenerali għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14, ħlief l-Artikolu 13(2)(b) u (6) u l-Artikolu 14(2).
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin relatati mal-istabbiltà tal-frekwenza:
(a) |
fir-rigward tal-kontrollabbiltà tal-potenza attiva u l-medda ta' kontroll, is-sistema ta' kontroll tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandha tkun kapaċi taġġusta l-valur programmat tal-potenza attiva f'konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti. L-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti għandhom jistabbilixxu l-perjodu li fih għandu jintlaħaq il-valur programmat tal-potenza attiva aġġustata. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika tolleranza (suġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsa prime mover) li tapplika għal valur programmat u l-ħin li fih għandha tintlaħaq; |
(b) |
il-miżuri manwali u lokali għandhom ikunu permessi f'każijiet fejn l-apparati ta' kontroll remot awtomatiku ma jkunux qegħdin jaħdmu. L-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja dwar il-ħin meħtieġ biex jintlaħaq il-valur programmat flimkien mat-tolleranza għall-potenza attiva. |
(c) |
Minbarra l-Artikolu 13(2), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C fir-rigward tal-modalità tas-sensittiva tal-frekwenza limitata — sottofrekwenza (LFSM-U):
|
(d) |
minbarra l-punt (c) tal-paragrafu (2), dan li ġej għandu japplika b'mod kumulattiv meta tkun qiegħda taħdem il-modalità sensittiva għall-frekwenza (“FSM”):
|
(e) |
fir-rigward tal-kontroll tar-restawr tal-frekwenza, il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi funzjonalitajiet li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet speċifikati mit-TSO rilevanti, li għandhom l-għan li jirrestawraw il-frekwenza għall-valur nominali tagħhom jew li jżommu l-flussi ta' skambju tal-enerġija bejn iż-żoni ta' kontroll fil-valuri skedati tagħhom; |
(f) |
fir-rigward tal-iskonnessjoni minħabba sottofrekwenza, il-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li kapaċi jaġixxu bħala tagħbija, inkluż il-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' akkumulazzjoni ppompjata idroloġika, għandhom ikunu kapaċi li jiskonnettjaw it-tagħbija tagħhom fil-każ ta' sottofrekwenza. Ir-rekwiżit imsemmi f'dan il-punt ma jestendix għall-provvista awżiljari; |
(g) |
fir-rigward tal-monitoraġġ f'ħin reali tal-FSM:
|
3. Fir-rigward tal-istabbiltà tal-vultaġġ, il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C għandhom ikunu kapaċi jiskonnettjaw awtomatikament meta l-vultaġġ fil-punt ta' konnessjoni jilħaq livelli speċifikati mill-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti.
It-termini u l-konfigurazzjonijiet għall-iskonnessjoni awtomatika reali tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu speċifikati mill-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti.
4. Il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin relatati mar-robustezza:
(a) |
fil-każ ta' oxxillazzjonijiet fil-potenza, il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom iżommu stabilità statika meta jaħdmu fi kwalunkwe punt ta' tħaddim tad-dijagramma tal-kapaċità P-Q; |
(b) |
mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 u 5 tal-Artikolu 13, il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu kapaċi jibqgħu konnessi man-netwerk u t-tħaddim mingħajr tnaqqis fil-potenza, sakemm il-vultaġġ u l-frekwenza jibqgħu fil-limiti speċifikati skont dan ir-Regolament; |
(c) |
il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu kapaċi jibqgħu konnessi man-netwerk matul reclosures awtomatiċi monofażi jew trifażi fuq linji tan-netwerk interkonnessi, jekk ikun applikabbli għan-netwerk li jkunu konnessi miegħu. Id-dettalji tal-kapaċità għandhom ikunu suġġetti għall-koordinazzjoni u l-ftehimiet fuq skemi ta' protezzjoni u l-konfigurazzjonijiet kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 14(5). |
5. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin relatati mar-restawr tas-sistema:
(a) |
fir-rigward tal-abilità ta' startjar minn mitfi totali:
|
(b) |
fir-rigward tal-kapaċità li jieħu sehem fit-tħaddim tal-porzjon iżolat:
|
(c) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' ri-sinkronizzazzjoni rapida;
|
6. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-Tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' ġestjoni tas-sistema ġenerali li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tat-telf tal-istabbiltà angulari jew it-telf ta' kontroll, modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun kapaċi jiskonnettja awtomatikament min-netwerk sabiex jgħin jippreserva s-sigurtà tas-sistema jew biex jipprevjeni ħsara għall-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti għandhom jilħqu qbil dwar il-kriterji għad-detezzjoni tat-telf tal-istabbiltà angulari jew it-telf ta' kontroll; |
(b) |
fir-rigward tal-istrumentazzjoni:
|
(c) |
fir-rigward tal-mudelli tas-simulazzjoni;
|
(d) |
fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tħaddim tas-sistema u l-apparati għas-sigurtà tas-sistema, jekk l-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti jikkunsidra li huwa meħtieġ li jiġu installati apparati addizzjonali f'faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija sabiex jiġi restawrat it-tħaddim tas-sistema jew is-sigurtà, l-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom jinvestigaw dik il-kwistjoni u jilħqu qbil dwar soluzzjoni xierqa; |
(e) |
l-operatur tas-sistema rilevanti, f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti, għandu jispeċifika l-limiti minimi u massimi għar-rati ta' bidla fl-output tal-potenza attiva (limiti ta' varjazzjoni tal-potenza attiva) kemm f'direzzjoni 'l fuq kif ukoll 'l isfel għall-output tal-potenza attiva minn modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tat-teknoloġija prime mover; |
(f) |
l-arranġamenti ta' ertjar tal-punt newtrali min-naħa tan-netwerk tat-transformers awmentaturi għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-operatur tas-sistema rilevanti. |
Artikolu 16
Rekwiżiti ġenerali għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D
1. Minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 13, ħlief għall-Artikolu 13(2)(b), (6) u (7), l-Artikolu 14, ħlief l-Artikolu 14(2), u l-Artikolu 15 ħlief l-Artikolu 15(3), il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin relatati mal-istabbiltà tal-vultaġġ:
(a) |
fir-rigward tal-meded tal-vultaġġ:
|
(b) |
meded ta' vultaġġi usa' jew perjodi minimi ta' ħin itwal għat-tħaddim li jista' jsir qbil dwarhom bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti. Jekk meded ta' vultaġġi usa' jew ħinijiet minimi itwal għat-tħaddim huma ekonomikament u teknikament fattibbli, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ma għandhomx iżommu mingħajr raġuni ftehim; |
(c) |
Mingħajr preġudizzju għall-punt (a), l-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti għandu jkollu d-dritt ll jispeċifika l-vultaġġi fil-punt ta' konnessjoni li fih il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huwa kapaċi jagħmel skonnessjoni awtomatika. It-termini u l-konfigurazzjonijiet għall-iskonnessjoni awtomatika għandu jintlaħaq qbil dwarhom bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. |
3. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin b'rabta mar-robustezza:
(a) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara:
|
(b) |
fuq talba ta' sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jipprovdi l-kundizzjonijiet ta' qabel il-ħsara u ta' wara l-ħsara li għandhom jiġu ssodisfatti għall-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara bħala eżitu tal-kalkoli fil-punt ta' konnessjoni kif speċifikat fil-punt (iv) tal-Artikolu 14(3)(a) dwar:
|
(c) |
il-kapaċijiet ta' funzjonament minkejja ħsara f'każ ta' ħsarat asimetriċi għandhom jiġu speċifikati minn kull TSO. |
4. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-Tip D għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' ġestjoni tas-sistema ġenerali li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tas-sinkronizzazzjoni, meta jiġi startjat modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, is-sinkronizzazzjoni għandha titwettaq mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija wara awtorizzazzjoni biss mill-operatur tas-sistema rilevanti; |
(b) |
il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun mgħammar bil-faċilitajiet tas-sinkronizzazzjoni meħtieġa; |
(c) |
is-sinkronizzazzjoni tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandha tkun possibbli fi frekwenzi ġewwa meded stabbiliti fit-Tabella 2; |
(d) |
l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom jilħqu qbil dwar il-konfigurazzjonijiet tal-apparati ta' sinkronizzazzjoni qabel ma jibda jitħaddem il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija. Dan il-ftehim għandu jkopri:
|
KAPITOLU 2
Rekwiżiti għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija
Artikolu 17
Rekwiżiti għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 13 minbarra l-Artikolu 13(2)(b), u 14.
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin relatati mal-istabbiltà tal-vultaġġ:
(a) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jispeċifika l-kapaċità ta' modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija biex tiġi pprovduta potenza reattiva; |
(b) |
fir-rigward tas-sistema ta' kontroll tal-vultaġġ, modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija għandu jkun mgħammar b'sistema ta' kontroll tal-eċċitazzjoni awtomatiku permanenti li tista' tipprovdi vultaġġ tat-terminal tal-alternatur kostanti mingħajr instabbiltà fuq il-medda ta' operazzjoni kollha tal-modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija. |
3. Fir-rigward tar-robustezza, il-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija sinkronika tat-tip B għandhom ikunu kapaċi jipprovdu rkupru tal-potenza attiva wara ħsara. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika d-dimensjonijiet u l-ħin għall-irkupru tal-potenza attiva.
Artikolu 18
Rekwiżiti għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip C
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 13, 14, 15 u 17, ħlief l-Artikolu 13(2)(b) u 13(6), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 17(2)(a).
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin relatati mal-istabbiltà tal-vultaġġ:
(a) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva, l-operatur tas-sistema rilevanti jista' jispeċifika l-potenza reattiva supplimentari li għandha tiġi pprovduta jekk il-punt ta' konnessjoni ta' modulu tal-ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija la jkun fil-post tat-terminals b'vultaġġ għoli tat-transformer awmentatur sal-livell ta' vultaġġ tal-punt ta' konnessjoni u lanqas fit-terminals tal-alternatur, jekk ma jkun hemm ebda transformer awmentatur. Din il-potenza reattiva supplementari għandha tagħmel tajjeb għad-domanda ta' potenza reattiva tal-linja jew tal-kejbil ta' vultaġġ għoli bejn it-terminals ta' vultaġġ għoli tat-transformer awmentatur tal-modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija jew it-terminals tal-alternatur tiegħu, jekk ma jkun hemm l-ebda transformer awmentatur, u l-punt ta' konnessjoni, għandu jkun ipprovdut mis-sid responabbli ta' dik il-linja jew kejbil. |
(b) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva fil-kapaċità massima:
|
(c) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva taħt il-kapaċità massima, meta jaħdem f'output ta' potenza attiva taħt il-kapaċità massima (P < Pmax), il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija għandhom ikunu kapaċi jaħdmu f'kull punt ta' operazzjoni possibbli fid-dijagramma tal-kapaċità P-Q tal-alternatur tal-modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija, tal-anqas sa livell minimu ta' operat stabbli. Anki f'output ta' potenza mnaqqas, il-provvista tal-potenza reattiva fil-punt ta' konnessjoni għandha tikkorrispondi kompletament mad-dijagramma tal-kapaċità P-Q tal-alternatur tal-modulu ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija, filwaqt li titqies il-potenza tal-provvista awżiljari u t-telf ta' potenza attiva u reattiva tat-transformer awmentatur, jekk ikun applikabbli. |
Artikolu 19
Rekwiżiti għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip D
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip D għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13, minbarra għall-Artikolu 13(2)(b), (6) u (7), Artikolu 14 minbarra għall-Artikolu 14(2), Artikolu 15, minbarra għall-Artikolu 15(3), Artikolu 16, Artikolu 17, minbarra għall-Artikolu 17(2) u Artikolu 18.
2. Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin relatati mal-istabbiltà tal-vultaġġ:
(a) |
il-parametri u l-konfigurazzjonijiet tal-komponenti tas-sistema tal-kontroll tal-vultaġġ għandu jintlaħaq qbil dwarhom bejn is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-operatur tas-sistema rilevanti, f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti; |
(b) |
il-ftehim imsemmi fis-subparagrafu (a) għandu jkopri l-ispeċifikazzjonijiet u l-prestazzjoni ta' regolatur awtomatiku tal-vultaġġ (“AVR”) fir-rigward tal-kontroll ta' vultaġġ fi stat fiss u vultaġġ temporanju u l-ispeċifikazzjonijiet u l-prestazzjoni tas-sistema ta' kontroll tal-eċċitazzjoni. Dan tal-aħħar għandu jinkludi:
|
3. It-TSO rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom jilħqu ftehim dwar il-kapaċitajiet tekniċi tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija biex jgħinu l-istabbiltà angulari f'kundizzjonijiet ta' ħsara.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti għall-moduli ta' park tal-enerġija
Artikolu 20
Rekwiżiti għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B
1. Il-moduli ta' parks tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 13 minbarra l-Artikolu 13(2)(b), u l-Artikolu 14.
2. Il-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin fir-rigward tal-istabbiltà tal-vultaġġ:
(a) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jispeċifika l-kapaċità ta' modulu ta' park tal-enerġija biex tiġi pprovduta potenza reattiva; |
(b) |
l-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti għandu jkollu d-dritt li jispeċifika li modulu ta' park tal-enerġija għandu jkun kapaċi jipprovdi kurrent għal korrezzjoni rapida fil-punt ta' konnessjoni f'każ ta' ħsarat simetriċi (3-fażi), skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(c) |
fir-rigward tal-provvista ta' kurrent għal korrezzjoni rapida fil-każ ta' ħsarat asimetriċi (1-fażi jew 2-fażi), l-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti għandu jkollu d-dritt li jispeċifika rekwiżit għal injezzjoni ta' kurrent asimetriku. |
3. Il-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin fir-rigward tar-robustenzza:
(a) |
it-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-irkupru ta' potenza attiva wara ħsara li l-modulu ta' park tal-enerġija huwa kapaċi jipprovdi u għandu jispeċifika:
|
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu skont il-prinċipji li ġejjin:
|
Artikolu 21
Rekwiżiti għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C
1. Il-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 13, ħlief għall-Artikolu 13(2)(b) u (6), Artikolu 14, ħlief għall-Artikolu 14(2), Artikolu 15 u Artikolu 20, ħlief għall-Artikolu 20(2)(a), sakemm ma ssirx referenza għal xi ħaġa oħra fil-punt (v) tal-paragrafu (3)(d).
2. Il-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-istabbiltà tal-frekwenza:
(a) |
it-TSO rilevanti għandu jkollu d-dritt li jispeċifika li l-moduli ta' park tal-enerġija jkunu kapaċi jipprovdu inerzja sintetika matul devjazzjonijiet veloċissimi fil-frekwenza; |
(b) |
il-prinċipju ta' operazzjoni tas-sistemi ta' kontroll installati biex jipprovdu inerzja sintetika u l-parametri ta' prestazzjoni assoċjati għandu jiġi speċifikat mit-TSO rilevanti. |
3. Il-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-istabbiltà tal-vultaġġ:
(a) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva, l-operatur tas-sistema rilevanti jista' jispeċifika l-potenza reattiva supplimentari li għandha tiġi pprovduta jekk il-punt ta' konnessjoni ta' modulu ta' park tal-enerġija la jkun fil-post tat-terminals b'vultaġġ għoli tat-transformer awmentatur sal-livell ta' vultaġġ tal-punt ta' konnessjoni u lanqas fit-terminals tal-konvertitur, jekk ma jkun hemm ebda transformer awmentatur. Din il-potenza reattiva supplementari għandha tagħmel tajjeb għad-domanda ta' potenza reattiva tal-linja jew tal-kejbil ta' vultaġġ għoli bejn it-terminals ta' vultaġġ għoli tat-transformer awmentatur tal-modulu tal-park tal-enerġija jew it-terminals tal-konvertitur tiegħu, jekk ma jkun hemm l-ebda transformer awmentatur, u l-punt ta' konnessjoni, għandu jkun ipprovdut mis-sid responabbli ta' dik il-linja jew kejbil. |
(b) |
fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva fil-kapaċità massima:
|
(c) |
Fir-rigward tal-kapaċità ta' potenza reattiva taħt il-kapaċità massima:
|
(d) |
fir-rigward tal-modi ta' kontroll ta' potenza reattiva:
|
(e) |
fir-rigward tal-prijoritizzazzjoni tal-kontribuzzjoni attiva jew reattiva, it-TSO rilevanti għandu jispeċifika jekk il-kontribuzzjoni tal-potenza attiva jew il-kontribuzzjoni tal-potenza reattiva għandhiex prijorità matul ħsarat għal liema tkun meħtieġa kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara. Jekk tingħata prijorità għal kontribuzzjoni tal-potenza attiva, din il-provvista trid tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn 150 ms mill-iżvilupp tal-ħsara; |
(f) |
fir-rigward tal-kontroll tal-attenwazzjoni tal-oxxillazzjonijiet ta' potenza mit-TSO rilevanti, modulu ta' park tal-enerġija għandu jkun kapaċi jikkontribwixxi għall-attenwazzjoni tal-oxxillazzjonijiet tal-potenza. Il-vultaġġ tal-karatteristiċi tal-kontroll tal-potenza reattiva tal-moduli ta' park tal-enerġija ma għandhomx jiġu affettwati ħażin mll-attenwazzjoni tal-oxxillazzjonijiet tal-potenza. |
Artikolu 22
Rekwiżiti għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip D
Il-moduli ta' ta' park tal-enerġija tat-tip D għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 13, minbarra għall-Artikolu 13(2)(b), (6) u (7), Artikolu 14 minbarra għall-Artikolu 14(2), Artikolu 15, minbarra għall-Artikolu 15(3), Artikolu 16, Artikolu 20, minbarra għall-Artikolu 20(2)(a) u Artikolu 21.
KAPITOLU 4
Rekwiżiti għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu japplikaw għall-konnessjoni għan-netwerk tal-moduli ta' park tal-enerġija konnessi b'AC li jinsabu fuq il-baħar. modulu ta' park tal-enerġija konness b'AC li jinsab fuq il-baħar li ma għandux punt ta' konnessjoni fuq il-baħar għandu jiġi kkunsidrat bħala modulu ta' park tal-enerġija fuq l-art u għalhekk għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li jirregolaw il-moduli ta' park tal-enerġija li jinsabu fuq l-art.
2. Il-punt ta' konnessjoni fuq il-baħar ta' modulu ta' park tal-enerġija fuq il-baħar għandu jiġi speċifikat mill-operatur tas-sistema rilevanti.
3. Il-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu kkategorizzati skont il-konfigurazzjonijiet li ġejjin tas-sistema ta' konnessjoni mal-grilja fuq il-baħar:
(a) |
konfigurazzjoni 1: konnessjoni AC ma' punt ta' interkonnessjoni mal-grilja fuq l-art fejn modulu wieħed jew aktar ta' park tal-enerġija fuq il-baħar li huma interkonnessi fuq il-baħar biex jifformaw sistema AC fuq il-baħar huma konnessi mas-sistema fuq l-art; |
(b) |
konfigurazzjoni 2: Il-konnessjonijiet AC interkonnessi fejn għadd ta' moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar huma interkonnessi fuq il-baħar biex jifformaw sistema AC fuq il-baħar u s-sistema AC fuq il-baħar hija konnessa mas-sistema fuq l-art f'żewġ punti jew aktar ta' interkonnessjoni tal-grilja fuq l-art. |
Artikolu 24
Rekwiżiti ta' stabbiltà tal-frekwenza applikabbli għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC
Ir-rekwiżiti ta' stabbiltà tal-frekwenza stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 13(1) sa (5), ħlief għall-Artikolu 13(2)(b) l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 21(2) għandhom japplikaw għal kwalunkwe modulu ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konness b'AC.
Artikolu 25
Rekwiżiti ta' stabbilità tal-vultaġġ applikabbli għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC
1. Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 14(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 16(3), modulu ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konness b'AC għandu jkun kapaċi jibqa' konness man-netwerk u jaħdem fil-meded ta' vultaġġ tan-netwerk fil-punt ta' konnessjoni, espressi bil-vultaġġ fil-punt ta' konnessjoni relatat mal-vultaġġ ta' referenza ta' 1pu, u għall-perjodi ta' żmien speċifikati fit-Tabella 10.
2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, it-TSO rilevanti fi Spanja jista' jesiġi li l-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC jibqgħu konnessi man-netwerk fil-medda ta' vultaġġ bejn 1,05 pu u 1,0875 pu għal perjodu bla limitu.
3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, it-TSO rilevanti fiż-żona sinkronika tal-Baltiku jista' jesiġi li l-moduli ta' parks tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC jibqgħu konnessi man-netwerk ta' 400 kV fil-medda ta' vultaġġ u għall-perjodi ta' ħin li japplikaw għaż-żona sinkronika tal-Ewropa Kontinentali.
Tabella 10
Żona sinkronika |
Medda tal-vultaġġ |
Perjodu ta' ħin għat-tħaddim |
L-Ewropa Kontinentali |
0,85 pu – 0,90 pu |
60 minuta |
0,9 pu – 1,118 pu (*) |
Bla limitu |
|
1,118 pu – 1,15 pu (*) |
Li għandu jiġi speċifikat minn kull TSO iżda mhux anqas minn 20 minuta u mhux aktar minn 60 minuta |
|
0,90 pu – 1,05 pu (**) |
Bla limitu |
|
1,05 pu – 1,10 pu (**) |
Li għandu jiġi speċifikat minn kull TSO iżda mhux anqas minn 20 minuta u mhux aktar minn 60 minuta |
|
Iż-żona Nordika |
0,90 pu – 1,05 pu |
Bla limitu |
1,05 pu – 1,10 pu (*) |
60 minuta |
|
1,05 pu – 1,10 pu (**) |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux aktar minn 60 minuta |
|
Il-Gran Brittanja |
0,90 pu – 1,10 pu (*) |
Bla limitu |
0,90 pu – 1,05 pu (**) |
Bla limitu |
|
1,05 pu – 1,10 pu (**) |
15 minuta |
|
L-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq |
0,90 pu – 1,10 pu |
Bla limitu |
Il-Baltiku |
0,85 pu – 0,90 pu (*) |
30 minuta |
0,90 pu – 1,118 pu (*) |
Bla limitu |
|
1,118 pu – 1,15 pu (*) |
20 minuta |
|
0,88 pu – 0,90 pu (**) |
20 minuta |
|
0,90 pu – 1,097 pu (**) |
Bla limitu |
|
1,097 pu – 1,15 pu (**) |
20 minuta |
It-tabella turi l-perjodu minimu matul liema modulu ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konness b'AC għandu jkun kapaċi jaħdem fuq meded ta' vultaġġ differenti li jiddevjaw minn valur ta' referenza ta' 1 pu mingħajr skonnettjar.
4. Ir-rekwiżiti ta' stabbiltà tal-vultaġġ huma speċifikati rispettivament fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 20(2) kif ukoll fl-Artikolu 21(3), għandhom japplikaw għal kwalunkwe modulu ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konness b'AC.
5. Il-kapaċità ta' potenza reattiva fil-kapaċità massima speċifikata fil-punt (b) tal-Artikolu 21(3) għandha tapplika għal moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC, ħlief għat-Tabella 9. Minflok, ir-rekwiżiti tat-Tabella 11 għandhom japplikaw.
Tabella 11
Parametri għall-Grafika 8
Żona sinkronika |
Medda massima ta' Q/Pmax |
Medda massima tal-livell ta' vultaġġ fi stat fiss f'PU |
L-Ewropa Kontinentali |
0,75 |
0,225 |
Iż-żona Nordika |
0,95 |
0,150 |
Il-Gran Brittanja |
0 (***) 0,33 (****) |
0,225 |
L-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq |
0,66 |
0,218 |
Il-Baltiku |
0,8 |
0,22 |
Artikolu 26
Rekwiżiti ta' robustezza applikabbli għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC
1. Ir-rekwiżiti ta' robustezza tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 20(3) għandhom japplikaw għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC.
2. Ir-rekwiżiti ta' kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 14(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 16(3) għandhom japplikaw għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC.
Artikolu 27
Ir-rekwiżiti ta' restawr tas-sistema applikabbli għall-moduli ta' parks tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC
Ir-rekwiżiti ta' robustezza stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 14(4) u fl-Artikolu 15(5) għandhom japplikaw għall-moduli ta' parks tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC.
Artikolu 28
Ir-rekwiżiti tal-ġestjoni tas-sistema ġenerali applikabbli għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC
Ir-rekwiżiti ġenerali għall-ġestjoni tas-sistema stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 14(5), l-Artikolu 15(6) u fl-Artikolu 16(4) għandhom japplikaw għall-moduli ta' parks tal-enerġija fuq il-baħar konnessi b'AC.
TITOLU III
PROĊEDURA TA' NOTIFIKA OPERAZZJONALI GĦAL KONNESSJONI
KAPITOLU 1
Konnessjoni ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija ġodda
Artikolu 29
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu juri li l-operatur tas-sistema rilevanti li kkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament bit-tlestija b'suċċess tal-proċedura ta' notifika operazzjonali għall-konnessjoni ta' kull modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fl-Artikoli 30 sa 37.
2. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jiċċara u jagħmel disponibbli għall-pubbliku, id-dettalji tal-proċedura ta' notifika operazzjonali.
Artikolu 30
Notifika operazzjonali tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A
1. Il-proċedura ta' notifika operazzjonali għall-konnessjoni ta' kull modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A ġdid għandha tikkonsisti fis-sottomissjoni ta' dokument ta' installazzjoni. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jiżgura li l-informazzjoni meħtieġa tiġi ppreżentata f'dokument ta' installazzjoni miksub mill-operatur tas-sistema rilevanti u titressaq lill-operatur tas-sistema. Dokumenti ta' installazzjoni separati għandhom jiġu pprovduti għal kull modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fil-faċilità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija.
L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jiżgura li l-informazzjoni meħtieġa tista' titressaq mill-partijiet terzi f'isem is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.
2. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jispeċifika l-kontenut tad-dokument ta' installazzjoni, li għandu tal-anqas ikollu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-post fejn issir il-konnessjoni; |
(b) |
id-data tal-konnessjoni; |
(c) |
il-kapaċità massima tal-installazzjoni f'kW; |
(d) |
it-tip ta' sors ta' enerġija primarja; |
(e) |
il-klassifikazzjoni tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija bħala teknoloġija emerġenti skont it-Titolu VI ta' dan ir-Regolament; |
(f) |
referenza għaċ-ċertifikati ta' tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat użati għal tagħmir li jinsab fl-installazzjoni tas-sit; |
(g) |
fir-rigward tat-tagħmir użat, għal liema ma ġiex irċevut ċertifikat tat-tagħmir, għandha tiġi pprovduta informazzjoni kif indikat mill-operatur tas-sistema rilevanti; u |
(h) |
id-dettalji ta' kuntatt tas-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-installatur u l-firem tagħhom. |
3. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jiżgura li l-operatur tas-sistema rilevanti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jiġi nnotifikat dwar id-dekommissjonar permanenti tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jiżgura li tali notifika tista' ssir minn partijiet terzi, inkluż l-aggregaturi.
Artikolu 31
Notifika operazzjonali tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B, C u D
Il-proċedura ta' notifika operazzjonali għall-konnessjoni ta' kull modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B, C u D ġdid għandhom jippermettu l-użu taċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat.
Artikolu 32
Proċedura għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B u C
1. Għall-fini tan-notifika operazzjonali għall-konnessjoni tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B u C ġdid, għandu jiġi pprovdut dokument tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija (“PGMD”) mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija lill-operatur tas-sistema rilevanti li għandu jinkludi dikjarazzjoni ta' konformità.
Għal kull modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fil-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, għandhom jiġu pprovduti PGMDs indipendenti separati.
2. Il-format tal-PGMD u l-informazzjoni li għandha tingħata fih għandhom jiġu speċifikati mill-operatur tas-sistema rilevanti. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jitlob li s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jinkludi dan li ġej fil-PGMD:
(a) |
evidenza ta' ftehim dwar il-protezzjoni u l-konfigurazzjonijiet ta' kontroll rilevanti għall-punt ta' konnessjoni bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; |
(b) |
dikjarazzjoni dettaljata ta' konformità; |
(c) |
dejta teknika dettaljata tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija b'rilevanza għall-konnessjoni mal-grilja kif speċifikat mill-operatur tas-sistema rilevanti; |
(d) |
ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat fir-rigward tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, fejn wieħed jiddependi fuqhom bħala parti mill-evidenza ta' konformità; |
(e) |
għal moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-Tip C, mudelli ta' simulazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 15(6); |
(f) |
rapporti tat-test tal-konformità li juru prestazzjoni fi stat fiss u dinamika kif meħtieġ mill-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu IV, inkluż l-użu ta' valuri mkejla reali matul l-ittestjar, sal-livell ta' dettall meħtieġ mill-operatur tas-sistema rilevanti; u |
(g) |
studji li juru prestazzjoni fi stat fiss u dinamika kif meħtieġ mill-Kapitoli 5, 6 jew 7 tat-Titolu IV, sal-livell ta' dettall meħtieġ mill-operatur tas-sistema rilevanti. |
3. L-operatur tas-sistema rilevanti, mal-aċċettazzjoni ta' PGMD komplet u adegwat, għandu joħroġ notifika operazzjonali finali lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.
4. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema rilevanti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar id-dekommissjonar permanenti tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
5. Meta jkun applikabbli, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jiżgura li l-bidu tat-tħaddim u d-dekommissjonar tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-Tip B u tat-Tip C jistgħu jiġu nnotifikati b'mod elettroniku.
6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw lil-PGMD jinħareġ minn ċertifikatur awtorizzat;
Artikolu 33
Proċedura għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D
Il-proċedura ta' notifika operazzjonali għall-konnessjoni ta' kull tip ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D għandha tinkludi:
(a) |
notifika operazzjonali dwar l-enerġizzazzjoni (“EON”); |
(b) |
notifika operazzjonali interim, (“ION”); u |
(c) |
notifika operazzjonali finali (“FON”). |
Artikolu 34
Notifika operazzjonali dwar l-enerġizzazzjoni għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D
1. EON għandha tagħti dritt lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija biex iforni l-enerġija lin-netwerk interni u l-awżiljarji għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija permezz tal-konnessjoni mal-grilja li hija speċifikata għall-punt ta' konnessjoni.
2. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu joħroġ EON, suġġett għat-tlestija tat-tħejjijiet inkluż ftehim dwar il-protezzjoni u l-konfigurazzjonijiet ta' kontroll rilevanti għall-punt ta' konnessjoni bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.
Artikolu 35
Notifika operazzjonali interim għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D
1. ION għandha tagħti d-dritt lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija biex iħaddem il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u joħloq potenza permezz tal-konnessjoni mal-grilja għal perjodu ta' żmien limitat.
2. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu joħroġ ION, suġġett għat-tlestija tad-dejta u l-proċess ta' reviżjoni tal-istudju kif meħtieġ minn dan l-Artikolu.
3. Fir-rigward tad-dejta u r-reviżjoni tal-istudju, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jitlob li s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jipprovdi dan li ġej:
(a) |
dikjarazzjoni dettaljata ta' konformità; |
(b) |
dejta teknika dettaljata dwar il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija ta' rilevanza għal-konnessjoni mal-grilja kif speċifikat mill-operatur tas-sistema rilevanti; |
(c) |
ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat fir-rigward tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, fejn wieħed jiddependi fuqhom bħala parti mill-evidenza ta' konformità; |
(d) |
mudelli ta' simulazzjoni, kif speċifikat mill-punt (c) tal-Artikolu 15(6) u meħtieġa mill-operatur tas-sistema rilevanti; |
(e) |
studji li juru l-prestazzjoni fl-istat fiss u dik dinamika mistennija kif meħtieġ mill-Kapitolu 5, 6 jew 7 tat-Titolu IV; u |
(f) |
dettalji tat-testijiet ta' konformità maħsuba skont il-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu IV. |
4. Il-perjodu massimu matul liema s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' jżomm l-istatus ION għandu jkun 24 xahar. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu dritt jispeċifika perjodu ta' validtà ION iqsar. Estensjoni tal-ION għandha tingħata biss jekk is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għamel progress sostanzjali lejn konformità sħiħa. Il-kwistjonijiet pendenti għandhom jiġu identifikati fil-ħin tat-talba għal estensjoni.
5. Jekk issir talba għal deroga lill-operatur tas-sistema rilevanti qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu skont il-proċedura ta' deroga stabbilita fl-Artikolu 60, tista' tingħata estensjoni tal-perjodu matul liema s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' jżomm l-istatus ION, lil hinn mill-perjodu stabbilit fil-paragrafu 4.
Artikolu 36
Notifika operazzjonali finali għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D
1. FON għandha tagħti dritt lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija biex iħaddem modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija permezz tal-konnessjoni mal-grilja.
2. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu joħroġ FON, mat-tneħħija minn qabel tal-inkompatibbiltajiet identifikati għall-fini tal-istatus ION u suġġett għat-tlestija tal-proċess ta' reviżjoni tad-dejta u l-istudju kif meħtieġ minn dan l-Artikolu.
3. Għall-finijiet tar-reviżjoni tad-dejta u l-istudju, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jressaq dan li ġej lill-operatur tas-sistema rilevanti:
(a) |
dikjarazzjoni dettaljata ta' konformità; u |
(b) |
aġġornament tad-dejta teknika applikabbli, mudelli ta' simulazzjoni u studji kif imsemmija fil-punti (b), (d) u (e) tal-Artikolu 35(3), inkluż l-użu tal-valuri reali mkejla matul l-ittestjar. |
4. Jekk tiġi identifikata inkompatibbiltà bil-ħruġ tal-FON, tista' tingħata deroga fuq talba li ssir mill-operatur tas-suq rilevanti, skont il-proċedura ta' deroga deskritta fit-Titolu V. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu joħroġ FON, jekk il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-deroga.
Meta talba għal deroga tiġi rifjutata, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jirrifjuta li jippermetti t-tħaddim tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija sakemm is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-operatur tas-sistema rilevanti jirrisolvu l-inkompatibbiltà u l-operatur tas-sistema rilevanti jikkunsidra li l-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Jekk l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ma jirrisolvux l-inkompatibbiltà f'perjodu ta' żmien raġonevoli, iżda fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sitt xhur wara n-notifika tar-rifjut tat-talba għal deroga, kull parti tista' tirreferi l-kwistjoni għal deċiżjoni lill-awtorità regolatorja
Artikolu 37
Notifika operazzjonali limitata għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D
1. Is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li ngħatatilhom FON għandhom jinfurmaw lill-operatur tas-sistema rilevanti minnufih f'dawn iċ-ċirkostanzi:
(a) |
il-faċilità hija temporanjament suġġetta għal modifika sinifikanti jew telf tal-kapaċità li taffettwa l-prestazzjoni tagħha; jew |
(b) |
ħsarat fl-apparat li jwasslu għal nuqqas ta' konformità ma' xi rekwiżiti rilevanti. |
2. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu japplika mal-operatur tas-sistema rilevanti għal LON, jekk is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jistenna b'mod raġonevoli li ċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 1 jippersistu għal aktar minn tliet xhur.
3. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu joħroġ LON li għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja li għandha tkun identifikabbli b'mod ċar:
(a) |
il-kwistjonijiet mhux riżolti li jiġġustifikaw l-għoti tal-LON; |
(b) |
ir-responsabbiltajiet u l-perjodi ta' żmien għas-soluzzjoni mistennija; u |
(c) |
perjodu massimu ta' validità li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu inizjali mogħti jista' jkun iqsar bil-possibbiltà ta' estensjoni, jekk titressaq evidenza għas-sodisfazzjoni tal-operatur tas-sistema rilevanti li turi li sar progress sostanzjali lejn l-ilħuq ta' konformità sħiħa. |
4. L-FON għandu jiġi suspiż matul il-perjodu ta' validità tal-LON fir-rigward tal-punti li nħareġ għalihom l-LON.
5. Estensjoni oħra tal-perjodu ta' validità tal-LON tista' tingħata fuq talba għal deroga li saret lill-operatur tas-sistema rilevanti qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, skont il-proċedura ta' deroga deskritta fit-Titolu V.
6. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jirrifjuta li jippermetti t-tħaddim tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, ladarba l-LON ma jibqax validu. F'tali każijiet, l-FON għandha awtomatikament issir invalida.
7. Jekk l-operatur tas-sistema rilevanti ma jagħtix estensjoni tal-perjodu ta' validità tal-LON skont il-paragrafu 5 jew jekk jirrifjuta li jippermetti t-tħaddim tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija ladarba l-LON ma jibqax validu skont il-paragrafu 6, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' jirreferi l-kwistjoni għad-deċiżjoni lill-awtorità regolatorja fi żmien sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-operatur tas-sistema rilevanti.
KAPITOLU 2
Analiżi tal-kostijiet-benefiċċji
Artikolu 38
L-identifikazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti għall-moduli eżistenti ta' ġenerazzjoni tal-enerġija
1. Qabel ma jiġi applikat kwalunkwe rekwiżit stabbilit f'dan ir-Regolament għall-moduli eżistenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 4(3), it-TSO rilevanti għandu jwettaq paragun kwalitattiv tal-kostijiet u l-benefiċċji relatati mar-rekwiżit li qiegħed jiġi kkunsidrat. Dan il-paragun għandu jqis alternattiv disponibbli bbażati fuq in-netwerk jew ibbażati fis-suq. It-TSO rilevanti jista' jipproċedi biss biex iwettaq analiżi tal-kostijiet-benefiċċji kwantittativa, f'konformità mal-paragrafi 2 sa 5, jekk il-paragun kwalitattiv jindika li l-benefiċċji probabbli jaqbżu l-kostijiet probabbli. Jekk, madankollu, il-kostijiet jitqiesu għolja jew il-benefiċċju jitqies baxx, allura t-TSO rilevanti ma għandux jipproċedi aktar.
2. Wara stadju preparatorju skont il-paragrafu 1, it-TSO rilevanti għandu jwettaq analiżi tal-kostijiet-benefiċċji kwantitattiva ta' kwalunkwe rekwiżit ikkunsidrat għall-applikazzjoni għal moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti li jkunu wrew benefiċċji potenzjali bħala riżultat tal-istadju preparatorju skont il-paragrafu 1.
3. Fi żmien tliet xhur mill-konklużjoni tal-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji, it-TSO rilevanti għandu jiġbor fil-qosor is-sejbiet li ġejjin f'rapport li għandu:
(a) |
jinkludi analiżi tal-kostijiet-benefiċċji u rakkomandazzjoni dwar kif għandu jipproċedi; |
(b) |
jinkludi proposta għal perjodu tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-rekwiżit għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti. Dan il-perjodu tranżizzjonali ma għandux ikun itwal minn sentejn mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja, jew fejn applikabbli, l-Istat Membru, dwar l-applikabbiltà tar-rekwiżit; |
(c) |
ikun suġġett għal konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 10. |
4. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-konsultazzjoni pubblika, it-TSO rilevanti għandu jipprepara rapport li jispjega l-eżitu tal-konsultazzjoni u jagħmel proposta dwar l-applikabbiltà tar-rekwiżit ikkunsidrat għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti. Ir-rapport u l-proposta għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità regolatorja, jew fejn applikabbli, l-Istat Membru, u s-sid ta' faċilità tal-enerġija, jew fejn applikabbli, parti terza, għandhom jiġu infurmati dwar il-kontenut tiegħu.
5. Il-proposta li ssir mit-TSO rilevanti lill-awtorità regolatorja jew fejn applikabbli, l-Istat Membru, skont il-paragrafu 4 għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
proċedura ta' notifika operazzjonali għall-wiri tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti; |
(b) |
perjodu tranżizzjonali għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti li għandu jikkunsidra l-kategorija tal-modulu tal-ġenerazzjoni tal-provvista kif speċifikat fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 23(3) u kwalunkwe ostaklu sottostanti għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-modifika/twaħħil mill-ġdid tat-tagħmir. |
Artikolu 39
Prinċipji tal-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji
1. Is-sidien tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u d-DSOs inkluż is-CDSOs għandhom jassistu u jikkontribwixxu għall-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji magħmula skont l-Artikoli 38 u 63 u jipprovdu d-dejta meħtieġa mill-operatur tas-sistema rilevanti u mit-TSO rilevanti fi żmien tliet xhur mill-irċevuta ta' talba, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mat-TSO rilevanti. Għall-preparazzjoni ta' analiżi tal-kostijiet-benefiċċji minn sid jew sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li tivvaluta deroga potenzjali skont l-Artikolu 62, it-TSO u d-DSO rilevanti, inkluż is-CDSO, għandhom jassistu u jikkontribwixxu għall-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji u jipprovdu d-dejta meħtieġa kif mitluba mis-sid jew sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fi żmien tliet xhur mill-wasla ta' talba, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mas-sid jew sid prospettiv tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.
2. L-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għandha tkun f'konformità mal-priniċipji li ġejjin:
(a) |
it-TSO rilevanti, l-operatur tas-sistema rilevanti, is-sid jew sid prospettiv tal-faċilità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jibbaża l-analiżi tiegħu tal-kostijiet-benefiċċji fuq prinċipju wieħed jew aktar ta' kalkolu minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
it-TSO rilevanti, l-operatur tas-sistema rilevanti, is-sid jew is-sid prospettiv tal-faċilità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jikkwantifika wkoll il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi f'termini ta' titjib fis-sigurtà tal-provvista u tal-inqas għandu jinkludi:
|
(c) |
it-TSO rilevanti, l-operatur tas-sistema rilevanti, is-sid jew sid prospettiv ta' faċilità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jikkwantifika l-benefiċċji għas-suq intern f'elettriku, f'kummerċ transfruntier u fl-integrazzjoni ta' enerġiji rinnovabbli, inkluż tal-anqas:
|
(d) |
it-TSO rilevanti għandu jikkwantifika l-kostijiet tal-applikazzjoni tar-regoli meħtieġa għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, inklużi tal-anqas:
|
TITOLU IV
KONFORMITÀ
KAPITOLU 1
Monitoraġġ tal-konformità
Artikolu 40
Responsabbiltà tas-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija
1. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jiżgura li kull modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli skont dan ir-Regolament matul il-ħajja kollha tal-faċilità. Għal moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A, is-sid ta' faċilità tal-enerġija jista' jiddependi fuq ċertifikati tat-tagħmir, maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.
2. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema rilevanti dwar kwalunkwe modifika ppjanata tal-kapaċitajiet tekniċi ta' modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li tista' taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti applikabbi skont dan ir-Regolament, qabel tinbeda dik il-modifika.
3. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema rilevanti dwar kwalunkwe inċident operazzjonali jew ħsarat fil-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jaffettwaw il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, mingħajr dewmien bla bżonn, wara li jseħħu dawk l-inċidenti.
4. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema rilevanti dwar kwalunkwe skedi tal-ittestjar ippjanati u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-verifika tal-konformità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, fi żmien xieraq u qabel it-tnedija tagħhom. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu japprova bil-quddiem l-iskedi u l-proċeduri tal-ittestjar ippjanati. Tali approvazzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti għandha tingħata fi żmien xieraq u ma għandhiex tinżamm mingħajr raġuni.
5. L-operatur tas-sistema rilevanti jista' jipparteċipa f'tali testijiet u jirreġistra l-prestazzjoni tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija.
Artikolu 41
Il-kompiti tal-operatur tas-sistema rilevanti
1. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jivvaluta l-konformità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mar-rekwiżiti applikabbli skont dan ir-Regolament, matul il-ħajja kollha tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta' din il-valutazzjoni.
Għal moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A, l-operatur tas-sistema rilevanti jista' joqgħod fuq iċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat għal din il-valutazzjoni.
2. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jitlob li s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jwettaq testijiet ta' konformità u simulazzjonijiet skont pjan ta' ripetizzjoni jew l-iskema ġenerali jew wara kwalunkwe ħsara, modifika jew sostituzzjoni ta' kwalunkwe tagħmir li jista' jkollu impatt fuq il-konformità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta' dawn it-testijiet u simulazzjonijiet.
3. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku, lista ta' informazzjoni u dokumenti li għandhom jiġu pprovduti kif ukoll ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, fil-qafas tal-proċess ta' konformità. Il-lista għandha tkopri tal-anqas l-informazzjoni, id-dokumenti u r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
id-dokumentazzjoni u ċ-ċertifikati kollha li għandhom jiġu pprovduti mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; |
(b) |
id-dettalji tad-dejta teknika dwar il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tar-rilevanza tal-konnessjoni mal-grilja; |
(c) |
ir-rekwiżiti għall-mudelli għall-istudji tas-sistema fi stat fiss u dinamiku; |
(d) |
skeda ta' żmien għall-forniment tad-dejta tas-sistema meħtieġa biex jitwettqu l-istudji; |
(e) |
l-istudji mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija biex tintwera l-prestazzjoni fi stat fiss u dinamika mistennija skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli 5 u 6 tat-Titolu IV; |
(f) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri, inkluż l-ambitu, għar-reġistrazzjoni taċ-ċertifikati tat-tagħmir; u |
(g) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-użu taċ-ċertifikati tat-tagħmir rilevanti maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat mis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. |
4. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-operatur tas-sistema għall-ittestjar tal-konformità, is-simulazzjoni u l-monitoraġġ.
5. L-operatur tas-sistema rilevanti jista' jiddelega kompletament jew parzjalment il-prestazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità tiegħu lil partijiet terzi. F'tali każijiet, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkompli jiżgura konformità mal-Artikolu 12, inkluż li jidħol f'impenji ta' kunfidenzjalità mal-assenjatarju.
6. Jekk it-testijiet jew is-simulazzjonijiet ta' konformità ma jistgħux jitwettqu kif miftiehem bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija minħabba raġunijiet attribwibbli minħabba l-operatur tas-sistema rilevanti, allura l-operatur tas-sistema rilevanti ma għandux iżomm bla bżonn in-notifika operazzjonali msemmija fit-Titolu III.
Artikolu 42
Dispożizzjonijiet komuni għall-ittestjar tal-konformità
1. L-ittestjar tal-prestazzjoni tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija individwali ġewwa faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu l-għan li juri li ntlaħqet konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2. Minkejja r-rekwiżiti minimi għall-ittestjar tal-konformità stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-operatur tas-sistema rilevanti, għandu dritt li:
(a) |
jippermetti lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jwettaq sett alternattiv ta' testijiet, sakemm dawk it-testijiet ikunu effiċjenti u biżżejjed biex juru li modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
jitlob lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jwettaq settijiet addizzjonali jew alternattivi ta' testijiet f'dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni fornita lill-operatur tas-sistema rilevanti fir-rigward tal-ittestjar tal-konformità skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2, 3 jew 4 tat-Titolu IV, ma tkunx biżżejjed biex turi konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; u |
(c) |
jitlob lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jwettaq testijiet xierqa sabiex juri l-prestazzjoni tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija meta jaħdem bi fjuwils jew taħlitiet ta' fjuwils alternattivi. L-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom jilħqu ftehim dwar it-tipi ta' fjuwils li għandhom jiġu ttestjati. |
3. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija huwa responsabbli għat-twettiq tat-testijiet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu IV. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jikkoopera u ma jdewwimx bla bżonn il-prestazzjoni tat-testijiet.
4. L-operatur tas-sistema rilevanti jista' jieħu sehem fl-ittestjar tal-konformità fuq is-sit jew b'mod remot miċ-ċentru ta' kontroll tal-operatur tas-sistema. Għal dan il-għan, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi t-tagħmir ta' monitoraġġ meħtieġ biex jirreġistra kull sinjal u kejl tat-test rilevanti kif ukoll biex jiżgura li r-rappreżentanti meħtieġa tas-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jkunu disponibbli fuq is-sit għall-perjodu tal-ittestjar sħiħ. Għandhom jiġu pprovduti sinjali speċifikati mill-operatur tas-sistema rilevanti, għal testijiet magħżula, jekk l-operatur tas-sistema jkun jixtieq juża t-tagħmir tiegħu stess biex jirreġistra l-prestazzjoni. L-operatur tas-sistema rilevanti jista' jiddeċiedi dwar jekk jipparteċipax skont id-diskrezzjoni tiegħu.
Artikolu 43
Dispożizzjonijiet komuni dwar is-simulazzjoni tal-konformità
1. Is-simulazzjoni tal-prestazzjoni tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija individwai ġewwa faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkollha l-għan li turi li ġew issodisfati ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2. Minkejja r-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament għas-simulazzjoni tal-konformità, l-operatur tas-sistema rilevanti jista':
(a) |
jippermetti lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jwettaq sett alternattiv ta' simulazzjonijiet, sakemm dawk is-simulazzjonijiet huma effiċjenti u suffiċjenti biex juru li modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali; u |
(b) |
jitlob lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jwettaq settijiet addizzjonali jew alternattivi ta' simulazzjonijiet f'dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni fornita lill-operatur tas-sistema rilevanti fir-rigward tas-simulazzjoni tal-konformità skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5, 6 jew 7 tat-Titolu IV, ma tkunx suffiċjenti biex turi konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
3. Biex juri konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, is-sid ta' faċilità tal-enerġija għandu jipprovdi rapport bir-riżultati tas-simulazzjoni għal kull modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija individwali fil-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jipproduċi u jipprovdi mudell ta' simulazzjoni vvalidat għal modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija partikolari. L-iskop tal-mudelli ta' simulazzjoni huwa stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 15(6).
4. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jiċċekkja li modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament billi jwettaq is-simultazzjonijiet ta' konformità tiegħu stess abbażi tar-rapporti ta' simulazzjoni pprovduti, il-mudelli ta' simulazzjoni u l-kejl tat-test tal-konformità.
5. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jipprovdi lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'mudell ta' simulazzjoni tan-netwerk, sal-punt meħtieġ biex iwettaq is-simulazzjonijiet miltuba skont il-Kapitolu 5, 6 jew 7 tat-Titolu IV.
KAPITOLU 2
Ittestjar tal-konformità għal moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija
Artikolu 44
Testijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B
1. Is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom iwettqu testijiet ta' konformità tar-rispons LFSM-O fir-rigward tal-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B.
Minflok iwettqu t-test rilevanti, is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jistgħu jibbażaw ruħhom fuq iċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat biex juru konformità mar-rekwiżit rilevanti. F'tali każ, iċ-ċertifikati tat-tagħmir għandhom jiġu pprovduti lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tat-test tar-rispons LFSM-O għandhom japplikaw:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jimmodula b'mod kontinwu l-potenza attiva biex jikkontribwixxi għall-kontroll tal-frekwenza f'każ ta' kwalunkwe żieda kbira fil-frekwenza fis-sistema. Il-parametri fi stat fiss tar-regolazzjonijiet, bħall-parametri tad-droop, tal-banda mejta u dawk dinamiċi, inkluż ir-rispons f'bidla gradata fil-frekwenza għandhom jiġu vverifikati; |
(b) |
it-test għandu jitwettaq billi jiġu simulati gradi tal-frekwenza u varjazzjonijiet kbar biżżejjed biex jattivaw tal-anqas 10 % ta' bidla massima fil-kapaċità tal-potenza attiva, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu injettati sinjali simulati ta' devjazzjoni fil-frekwenza fl-istess ħin kemm fir-regolatur tal-veloċità kif ukoll fil-kontrollur tat-tagħbija tas-sistemi ta' kontroll, filwaqt li titqies l-iskema ta' dawk is-sistemi ta' kontroll; |
(c) |
It-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 45
Testijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip C
1. Minbarra t-testijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tat-tip B deskritti fl-Artikolu 44, is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom iwettqu t-testijiet ta' konformità stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 6 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip C. Meta modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jipprovdi abilità ta' startjar minn mitfi totali, is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom iwettqu t-testijiet imsemmija fil-paragrafu 5. Minflok it-test rilevanti, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat biex juri konformità mar-rekwiżit rilevanti. F'dak il-każ, iċ-ċertifikat tat-tagħmir għandu jiġi pprovdut lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tat-test tar-rispons LFSM-U għandhom japplikaw:
(a) |
għandu jintwera li l-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huwa teknikament kapaċi li jimmodula b'mod kontinwu l-potenza attiva f'punti ta' operazzjoni taħt il-kapaċità massima biex jikkontribwixxi għall-kontroll tal-frekwenza f'każ ta' tnaqqis kbir fil-frekwenza fis-sistema; |
(b) |
it-test għandu jitwettaq billi jiġu simulati punti ta' tagħbija tal-potenza attiva xierqa, bi gradi baxxi tal-frekwenza u varjazzjonijiet kbar biżżejjed biex iwasslu għal bidla fil-potenza attiva li tkun tal-anqas ta' 10 % tal-kapaċità massima, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta. Jekk meħtieġ, sinjali simulati ta' devjazzjoni fil-frekwenza għandhom jiġu injettati simultanjament kemm fir-referenza tar-regolatur tal-veloċità kif ukoll fir-referenza tal-kontrollur tat-tagħbija; |
(c) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3. Ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tar-rispons tat-test tar-rispons tal-FSM għandhom japplikaw:
(a) |
għandu jintwera li l-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija huwa teknikament kapaċi li jimmodula l-potenza attiva kontinwament fuq il-medda ta' operazzjoni kollha bejn il-kapaċità massima u l-livell minimu ta' regolazzjoni biex jikkontribwixxi għall-kontroll tal-frekwenza. Il-parametri fi stat fiss tar-regolazzjonijiet, bħall-parametri tad-droop, tal-banda mejta u dawk dinamiċi, inkluż ir-robustezza permezz ta' rispons għall-bidla gradata tal-frekwenza u d-devjazzjonijiet fil-frekwenza kbar u rapidi għandhom jiġu vverifikati; |
(b) |
it-test għandu jitwettaq billi jiġu simulati gradi u varjazzjonijiet fil-frekwenza kbar biżżejjed biex jattivaw il-medda ta' rispons tal-frekwenza tal-potenza attiva kollha, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u tal-banda mejta, kif ukoll il-kapaċità reali taż-żieda u tnaqqis tal-output tal-potenza attiva mill-punt ta' operazzjoni rispettiv. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu injettati sinjali simulati ta' devjazzjoni fil-frekwenza fir-referenzi kemm tar-regolatur tal-veloċità u l-kontrollur tat-tagħbija tal-unità jew is-sistema ta' kontroll tal-impjant. |
(c) |
It-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4. Fir-rigward tat-test ta' kontroll tar-restawr tal-frekwenza, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jipparteċipa fil-kontroll tar-restawr tal-frekwenza u għandhom jiġu vverifikati l-kooperazzjoni tal-FSM u l-kontroll tar-restawr tal-frekwenza; |
(b) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk ir-riżultati għall-parametri dinamiċi kif ukoll dawk statiċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt (e) tal-Artikolu 15(2). |
5. Fir-rigward tat-test tal-kapaċità tal-abilità ta' startjar minn mitfi totali, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għal moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija b'abilità ta' startjar minn mitfi totali, għandha tintwera din il-kapaċità teknika li jistartjaw minn mitfi mingħajr ebda provvista tal-enerġija elettrika esterna; |
(b) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk il-ħin għall-istartjar jinżamm fil-perjodu ta' ħin stabbilit fil-punt (iii) tal-Artikolu 15(5)(a). |
6. Fir-rigward tal-ittrippjar għal fuq it-test tad-domanda interna, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jittrippjaw għad-domanda interna u joperaw b'mod stabbli biha; |
(b) |
it-test għandu jitwettaq fil-kapaċità massima u l-potenza reattiva nominali tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija qabel l-iskariku tat-tagħbija (“load shedding”); |
(c) |
l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jistabbilixxi kundizzjonijiet oħra, filwaqt li jikkunsidra l-punt (c) tal-Artikolu 15(5); |
(d) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk tirnexxi l-ittrippjar għad-domanda interna, ikun intwera tħaddim ta' domanda interna stabbli fil-perjodu ta' żmien stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 15(5) u tkun twettqet sinkronizzazzjoni mill-ġdid man-netwerk. |
7. Fir-rigward tat-test tal-kapaċità ta' potenza reattiva, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jipprovdi kapaċità ta' potenza reattiva leading u lagging skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 18(2); |
(b) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 46
Testijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip D
1. Il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip D suġġetti għat-testijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija deskritti fl-Artikoli 44 u 45.
2. Minflok it-test rilevanti, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat biex juri konformità mar-rekwiżit rilevanti. F'tali każ, iċ-ċertifikati tat-tagħmir għandhom jiġu pprovduti lill-operatur tas-sistema rilevanti.
KAPITOLU 3
Ittestjar tal-konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija
Artikolu 47
Testijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B
1. Is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom iwettqu testijiet ta' konformità tar-rispons LFSM-O fir-rigward tal-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B.
Minflok it-test rilevanti, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat biex juri konformità mar-rekwiżit rilevanti. F'dak il-każ, iċ-ċertifikat tat-tagħmir għandu jiġi pprovdut lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Fir-rigward tal-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B, it-testijiet tar-rispons LFSM-O għandhom jirriflettu l-għażla tal-iskema ta' kontroll magħżula mill-operatur tas-sistema rilevanti.
3. Fir-rigward tat-testijiet tar-rispons LFSM-O, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' park tal-enerġija li jimmodula b'mod kontinwu potenza attiva biex jikkontribwixxi għal kontroll fil-frekwenza fil-każ ta' żieda fil-frekwenza fis-sistema. Il-parametri fi stat fiss tar-regolazzjonijiet, bħall-parametri tad-droop, tal-banda mejta u dawk dinamiċi għandhom jiġu vverifikati; |
(b) |
it-test għandu jitwettaq billi jiġu simulati gradi tal-frekwenza u varjazzjonijiet kbar biżżejjed biex jattivaw tal-anqas 10 % ta' bidla massima fil-kapaċità tal-potenza attiva, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta. Biex isir dan it-test, sinjali simulati ta' devjazzjonijiet fil-frekwenza għandhom jiġu injettati simultanjament fir-referenzi tas-sistema ta' kontroll. |
(c) |
It-test għandu jitqies li rnexxa f'każ li r-riżultati tat-test, kemm għall-parametri dinamiċi kif ukoll dawk statiċi, jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2). |
Artikolu 48
Testijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C
1. Minbarra t-testijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B deskritti fl-Artikolu 47, is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom iwettqu t-testijiet ta' konformità stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 fir-rigward tal-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C. Minflok it-test rilevanti, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat biex juri konformità mar-rekwiżit rilevanti. F'tali każ, iċ-ċertifikat tat-tagħmir għandu jiġi pprovdut lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Fir-rigward tal-kontrollabbiltà tal-potenza attiva u t-test tal-medda ta' kontroll, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' park tal-enerġija li jaħdem f'livell ta' tagħbija taħt il-valur programmat stabbilit mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti. |
(b) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3. Fir-rigward tat-test tar-rispons LFSM-U, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' park tal-enerġija li jimmodula b'mod kontinwu potenza attiva biex jikkontribwixxi għall-kontroll tal-frekwenza f'każ ta' tnaqqis kbir fis-sistema; |
(b) |
it-test għandu jitwettaq billi jiġu simulati gradi u l-varjazzjonijiet fil-frekwenza li jkunu kbar biżżejjed biex jattivaw tal-anqas 10 % ta' bidla fil-potenza attiva tal-kapaċità massima b'punt ta' bidu ta' mhux aktar minn 80 % tal-kapaċità massima, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta. |
(c) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4. Fir-rigward tas-simulazzjoni tar-rispons FSM, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jimmodula b'mod kontinwu l-potenza attiva fuq il-medda ta' operazzjoni totali bejn il-kapaċità massima u l-livell minimu ta' regolazzjoni biex jikkontribwixxi għall-kontroll tal-frekwenza. Għandhom jiġu vverifikati l-parametri tar-regolazzjonijiet fi stat fiss, bħall-insensittività, id-droop, il-banda mejta u l-medda ta' regolazzjoni, kif ukoll parametri dinamiċi, inkluż ir-rispons fil-bidla gradata fil-frekwenza; |
(b) |
it-test għandu jitwettaq billi jiġu simulati gradi u varjazzjonijiet ta' frekwenza li jkunu kbar biżżejjed biex jattivaw il-medda ta' rispons tal-frekwenza tal-potenza attiva, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta; Għandhom jiġu injettati sinjali ta' devjazzjoni fil-frekwenza simulati biex jitwettaq it-test. |
(c) |
It-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
5. Fir-rigward tat-test ta' kontroll tar-restawr tal-frekwenza, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika ta' modulu ta' park tal-enerġija biex jipparteċipa fil-kontroll tar-restawr tal-frekwenza. Għandha tiġi vverifikata l-kooperazzjoni kemm tal-FSM kif ukoll tal-kontroll tar-restawr tal-frekwenza; |
(b) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk ir-riżultati għall-parametri dinamiċi kif ukoll statiċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt (e) tal-Artikolu 15(2). |
6. Fir-rigward tat-test tal-kapaċità ta' potenza reattiva, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-modulu ta' park tal-enerġija biex jipprovdi kapaċità ta' potenza reattiva leading u lagging skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 21(3); |
(b) |
għandu jitwettaq fil-potenza reattiva massima, kemm leading kif ukoll lagging, u għandu jivverifika l-parametri li ġejjin:
|
(c) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:
|
7. Fir-rigward tat-test tal-modalità tal-kontroll tal-vultaġġ, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jaħdem fil-modalità ta' kontroll tal-vultaġġ imsemmija fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (ii) sa (iv) tal-Artikolu 21(3)(d); |
(b) |
It-test tal-modalità ta' kontroll tal-vultaġġ għandu jivverifika l-parametri li ġejjin:
|
(c) |
It-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
8. Fir-rigward tat-test tal-modalità ta' kontroll tal-potenza reattiva, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jaħdem fil-modalità ta' kontroll tal-potenza reattiva, skont il-punt (v) tal-Artikolu 21(3)(d); |
(b) |
it-test tal-modalità ta' kontroll tal-potenza reattiva għandu jkun kumplimentari għat-test tal-kapaċità ta' potenza reattiva; |
(c) |
it-test tal-modalità ta' kontroll tal-potenza reattiva għandu jivverifika l-parametri li ġejjin:
|
(d) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
9. Fir-rigward tat-test tal-modalità ta' kontroll tal-fattur ta' potenza, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jaħdem fil-modalità ta' kontroll tal-fattur ta' potenza, skont il-punt (vi) tal-Artikolu 21(3)(d); |
(b) |
it-test tal-modalità ta' kontroll tal-fattur tal-potenza għandu jivverifika l-parametri li ġejjin:
|
(c) |
it-test għandu jitqies li rnexxa jekk jiġu sodisfatti b'mod kumulattiv il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
10. Fir-rigward tat-testijiet imsemmija fil-paragrafi 7, 8 u 9, l-operatur tas-sistema rilevanti jista' jagħżel biss waħda mit-tliet għażliet ta' kontroll għall-ittestjar.
Artikolu 49
Testijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip D
1. Il-moduli ta' park tal-enerġija tat-Tip D huma suġġetti għat-testijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B u C skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48.
2. Minflok it-test rilevanti, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat biex juri konformità mar-rekwiżit rilevanti. F'dak il-każ, iċ-ċertifikat tat-tagħmir għandu jiġi pprovdut lill-operatur tas-sistema rilevanti.
KAPITOLU 4
Ittestjar tal-konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar
Artikolu 50
Testijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar
It-testijiet ta' konformità stabbiliti fl-Artikolu 44(2), kif ukoll fil-paragrafi (2), (3), (4), (5), (7), (8) u (9) tal-Artikolu 48 għandhom japplikaw għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar.
KAPITOLU 5
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija
Artikolu 51
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B
1. Is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandhom iwettqu simulazzjonijiet tar-rispons LFSM-O fir-rigward tal-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B. Minflok is-simulazzjonijiet rilevanti, is-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat biex juri konformità mar-rekwiżit rilevanti. F'dak il-każ, iċ-ċertifikat tat-tagħmir għandu jiġi pprovdut lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Fir-rigward tas-simulazzjoni tar-rispons LFSM-O, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera, permezz ta' simulazzjoni, il-kapaċità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jimmodula l-potenza attiva fi frekwenza għolja skont l-Artikolu 13(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titwettaq permezz ta' gradi u varjazzjonijiet ta' frekwenza għolja li jilħqu l-livell minimu ta' regolazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta; |
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li:
|
3. Fir-rigward tal-kapaċità ta' simulazzjoni ta' funzjonament minkejja ħsara tal-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandha titwera permezz ta' simulazzjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sub-punt (a) tal-Artikolu 14(3); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet, jekk tintwera konformità mar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 14(3). |
4. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-irkupru tal-potenza attiva wara ħsara għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jwassal għal irkupru tal-potenza attiva wara ħsara msemmija fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(3); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet, jekk tintwera konformità mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 17(3). |
Artikolu 52
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip C
1. Minbarra s-simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B stabbiliti fl-Artikolu 51, il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip C għandhom ikunu suġġetti għas-simulazzjonijiet ta' konformità indikati fil-paragrafi 2 sa 5. Minflok dawk is-simulazzjonijiet kollha jew parti minnhom, is-sid ta' faċilità tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat, li għandhom jiġu pprovduti lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Fir-rigward tas-simulazzjoni tar-rispons LFSM-U, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jimmodula l-potenza attiva fi frekwenzi baxxi skont il-punt (c) tal-Artikolu 15(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titwettaq permezz ta' gradi u varjazzjonijiet ta' frekwenza baxxa li jilħqu l-kapaċità massima, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta; |
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li:
|
3. Fir-rigward tas-simulazzjoni tar-rispons FSM, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jimmodula l-potenza attiva fuq il-medda ta' frekwenza totali skont il-punt (d) tal-Artikolu 15(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titwettaq billi jiġu simulati gradi u varjazzjonijiet ta' frekwenza li jkunu kbar biżżejjed biex jattivaw il-medda ta' rispons tal-frekwenza tal-potenza attiva, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta; |
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li:
|
4. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-operat ta' porzjon iżolat, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-prestazzjoni tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija matul l-operat ta' porzjon iżolat imsemmi fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu (15)(5); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk il-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija jnaqqas jew iżid l-output tal-potenza attiva mill-punt ta' operazzjoni preċedenti tiegħu sa kwalunkwe punt ta' operazzjoni ġdid, fid-dijagramma tal-kapaċità P-Q fil-limiti tal-punt (b) tal-Artikolu 15(5), mingħajr skonnessjoni tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija min-porzjon iżolat minħabba sovra jew sottofrekwenza. |
5. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-kapaċità ta' potenza reattiva, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jipprovdi l-kapaċità ta' potenza reattiva leading u lagging skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 18(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 53
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip D
1. Minbarra s-simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B u C stabbiliti fl-Artikoli 51 u 52, ħlief il-kapaċità ta' simulazzjoni ta' funzjonament minkejja ħsara tal-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip B msemmija fl-Artikolu 51(3), il-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija huma suġġetti għas-simulazzjonijiet ta' konformità stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. Minflok dawk is-simulazzjonijiet kollha jew parti minnhom, is-sid ta' faċilità tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat, li għandhom jiġu pprovduti lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-kontroll tal-attenwazzjoni tal-oxxillazzjonijiet tal-potenza, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandu jintwera li l-prestazzjoni tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija f'termini tas-sistema ta' kontroll tiegħu (“funzjoni PSS”) hija kapaċi tattenwa l-oxxillazzjonijiet ta' potenza attiva skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 19; |
(b) |
l-irfinar għandu jirriżulta f'attenwazzjoni mtejba tar-rispons tal-potenza attiva korrispondenti tal-AVR flimkien mal-funzjoni PSS, meta mqabbel mar-rispons tal-potenza attiva tal-AVR waħdu; |
(c) |
Is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk jiġu sodisfatti b'mod kumulattiv il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3. Fir-rigward tal-kapaċità ta' simulazzjoni ta' funzjonament minkejja ħsara tal-moduli ta' ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija tat-tip D, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera konformità mal-kapaċità tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jipprovdi funzjonament minkejja ħsara skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 16(3); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet, jekk tintwera konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 16(3). |
KAPITOLU 6
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija
Artikolu 54
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B
1. Il-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B huma suġġetti għas-simulazzjonijiet ta' konformità fil-paragrafi 2 sa 5. Minflok dawk is-simulazzjonijiet kollha jew parti minnhom, is-sid ta' faċilità tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat, li għandhom jiġu pprovduti lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Fir-rigward tas-simulazzjoni tar-rispons LFSM-O, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera, permezz ta' simulazzjoni, il-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jimmodula l-potenza attiva fi frekwenza għolja skont l-Artikolu 13(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titwettaq permezz ta' gradi u varjazzjonijiet ta' frekwenza għolja li jilħqu l-livell minimu ta' regolazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta; |
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li:
|
3. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-injezzjoni tal-kurrent għall-korrezzjoni rapida, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jipprovdi injezzjoni tal-kurrent għall-korrezzjoni rapida skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet, jekk tintwera konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2). |
4. Fir-rigward tal-kapaċità ta' simulazzjoni ta' funzjonament minkejja ħsara tal-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara tal-modulu ta' park tal-enerġija għandha titwera permezz ta' simulazzjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 14(3); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet, jekk tintwera konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 14(3). |
5. Ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tas-simulazzjoni tal-irkupru tal-potenza attiva wara ħsara għandhom japplikaw:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jipprovdi rkupru tal-potenza attiva wara ħsara skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(3); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet, jekk tintwera konformità mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 20(3). |
Artikolu 55
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C
1. Minbarra s-simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B stabbiliti fl-Artikolu 54, il-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip C huma suġġetti għas-simulazzjonijiet ta' konformità stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7. Minflok dawk is-simulazzjonijiet kollha jew parti minnhom, is-sid ta' faċilità tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat, li għandhom jiġu pprovduti lill-operatur tas-sistema rilevanti.
2. Fir-rigward tas-simulazzjoni tar-rispons LFSM-U, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-kapaċità tal-park ta' park tal-enerġija li jimmodula l-potenza attiva fi frekwenzi baxxi skont il-punt (c) tal-Artikolu 15(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titwettaq billi jiġu simulati gradi u varjazzjonijiet ta' frekwenza baxxa li jilħqu l-kapaċità massima, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta; |
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li:
|
3. Fir-rigward tas-simulazzjoni tar-rispons FSM, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera il-kapaċità tal-modulu ta' park tal-enerġija li jimmodula l-potenza attiva fuq il-medda tal-frekwenza sħiħa kif imsemmi fil-punt (d) tal-Aritkolu 15(2); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titwettaq billi jiġu simulati gradi u varjazzjonijiet ta' frekwenza li jkunu kbar biżżejjed biex jattivaw il-medda ta' rispons tal-frekwenza tal-potenza attiva, filwaqt li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet tad-droop u l-banda mejta; |
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li:
|
4. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-operat ta' porzjon iżolat, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha tintwera l-prestazzjoni tal-modulu ta' park tal-enerġija matul l-operat ta' porzjon iżolat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu (15)(5); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li l-modulu ta' park tal-enerġija jnaqqas jew iżid l-output ta' potenza attiva mill-punt ta' operazzjoni preċedenti tiegħu sa kwalunkwe punt ta' operazzjoni ġdid, fid-dijagramma tal-kapaċità P-Q u fil-limiti stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 15(5), mingħajr skonnessjoni tal-modulu ta' park tal-enerġija min-porzjon iżolat minħabba sovra-/sottofrekwenza. |
5. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-kapaċità li tiġi pprovduta inerzja sintetika, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-kapaċità li mudell tal-modulu ta' park tal-enerġija jipprovdi inerzja sintetika għal avveniment bi frekwenza baxxa kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 21(2) għandha tintwera; |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk il-mudell juri li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21(2). |
6. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-kapaċità ta' potenza reattiva, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-modulu ta' park tal-enerġija għandu juri li jista' jipprovdi kapaċità ta' potenza reattiva leading jew lagging kif stabbilit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 21(3). |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti b'mod kumulattiv:
|
7. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-kontroll tal-attenwazzjoni tal-oxxillazzjonijiet tal-potenza, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-mudell tal-modulu ta' park tal-enerġija għandu juri li jista' jipprovdi l-kapaċità tal-attenwazzjoni tal-oxxillazzjonijiet ta' potenza attiva skont il-punt (f) tal-Artikolu 21(3); |
(b) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet f'każ li l-mudell juri konformità mal-kundizzjonijiet deskritti fil-punt (f) tal-Artikolu 21(3). |
Artikolu 56
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip D
1. Minbarra s-simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli tat-tip B u C stabbiliti fl-Artikoli 54 u 55, ħlief għall-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara tal-moduli ta' park tal-enerġija tat-tip B msemmija fl-Artikolu 54(4), il-moduli ta' parks tal-enerġija tat-tip D huma suġġetti għall-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara tas-simulazzjoni ta' konformità tal-moduli ta' park tal-enerġija.
2. Minflok is-simulazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 jew parti minnhom, is-sid ta' faċilità tal-enerġija jista' juża ċ-ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat, li għandhom jiġu pprovduti lill-operatur tas-sistema rilevanti.
3. Il-mudell tal-modulu ta' park tal-enerġija għandu juri li jista' jissimula l-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara skont il-punt (a) tal-Artikolu 16(3).
4. Is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk il-mudell juri konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 16(3).
KAPITOLU 7
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar
Artikolu 57
Simulazzjonijiet ta' konformità applikabbli għal moduli ta' park tal-enerġija fuq il-baħar
Is-simulazzjonijiet ta' konformità speċifikati fil-paragrafi 3 u 5 tal-Artikolu 54 kif ukoll fil-paragrafi 4, 5 u 7 tal-Artikolu 55 għandhom japplikaw għal kwalunkwe modulu ta' park tal-enerġija fuq il-baħar.
KAPITOLU 8
Gwida mhux vinkolanti u monitoraġġ tal-implimentazzjoni
Artikolu 58
Gwida mhux vinkolanti dwar l-implimentazzjoni
1. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jħejji u minn hemm 'il quddiem kull sentejn jipprovdi gwida bil-miktub mhux vinkolanti lill-membri tagħha u lil operaturi tas-sistema oħra dwar l-elementi ta' dan ir-Regolament li jeħtieġu deċiżjonijiet nazzjonali. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippubblika din il-gwida fuq is-sit web tiegħu.
2. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati meta jipprovdi gwida mhux vinkolanti.
3. Il-gwida mhux vinkolanti għandha tispjega l-kwistjonijiet, il-kundizzjonijiet u l-interdipendenzi tekniċi li jridu jiġu kkunsidrati meta jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali.
Artikolu 59
Monitoraġġ
1. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-monitoraġġ għandu jkopri b'mod partikolari l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe diverġenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
il-valutazzjoni ta' jekk l-għażla tal-valuri u l-meded fir-rekwiżiti applikabbli għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija skont dan ir-Regolament jibqgħux validi. |
2. L-Aġenzija, flimkien mal-ENTSO għall-Elettriku, sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jipproduċu lista tal-informazzjoni rilevanti li għandha tiġi kkomunikata mill-ENTSO għall-Elettriku lilll-Aġenzija skont l-Artikolu 8(9) u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-lista tal-informazzjoni rilevanti tista' tkun soġġetta għall-aġġornamenti. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jżomm format komprensiv standardizzat, arkivju tad-dejta diġitali tal-informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija.
3. It-TSOs rilevanti għandhom jippreżentaw lill-ENTSO għall-Elettriku l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
Abbażi ta' talba mill-awtorità regolatorja, id-DSOs għandhom jipprovdu lit-TSOs bl-informazzjoni skont il-paragrafu 2 sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà nkisbet mill-awtoritajiet regolatorji, l-Aġenzija jew l-ENTSO-E fir-rigward tal-kompiti rispettivi ta' monitoraġġ ta' implimentazzjoni tagħhom, bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni.
4. Meta l-ENTSO għall-Elettriku jew l-Aġenzija jistabbilixxu żoni soġġetti għal dan ir-Regolament, fejn, abbażi tal-iżviluppi tas-suq jew tal-esperjenza miġbura fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tkun rakkomandabbli armonizzazzjoni ulterjuri skont dan ir-Regolament biex tħeġġeġ l-integrazzjoni tas-swieq, dawn għandhom jipproponu abbozz ta' emendi għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.
TITOLU V
DEROGI
Artikolu 60
Setgħa li jingħataw derogi
1. L-awtoritajiet regolatorji fuq talba mis-sid jew sid prospettiv tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, jistgħu jagħtu lis-sidien jew sidien prospettivi tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, lill-operaturi tas-sistema rilevanti jew it-TSOs rilevanti, derogi minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija ġodda jew eżistenti skont l-Artikoli 61 sa 63.
2. Fejn applikabbli fi Stat Membru, id-derogi jistgħu jingħataw u jiġu revokati skont l-Artikoli 61 sa 63 minn awtoritajiet oħra għajr l-awtorità regolatorja.
Artikolu 61
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Kull awtorità regolatorja, wara li tikkonsulta lill-operaturi rilevanti tas-sistema u lis-sidien tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u partijiet ikkonċernati oħra li tqishom milquta minn dan ir-Regolament, għandha tispeċifika l-kriterji għall-għoti tad-derogi skont l-Artikoli 62 u 63. Hi għandha tippubblika dawk il-kriterji fuq il-websajt tagħha u tinnotifikhom lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' titlob lil awtorità regolatorja biex temenda l-kriterji jekk tikkunsidra li dawn mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-possibbiltà li jiġu riveduti u emendati l-kriterji għall-għoti tad-derogi m'għandhiex taffettwa d-derogi diġà mogħtija li għandhom jibqgħu fis-seħħ sad-data ta' skadenza ppjanati, kif speċifikat fid-deċiżjoni tal-għoti tal-eżenzjoni.
2. Jekk l-awtorità regolatorja tqis li dan ikun meħtieġ minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi marbuta mal-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema, din tista' tirrevedu u temenda sa mhux aktar minn darba f'sena l-kriterji għall-għoti ta' derogi skont il-paragrafu 1. Kull tibdil li jsir għall-kriterji m'għandux japplika għad-derogi li għalihom tkun diġà saret talba.
3. L-awtorità regolatorja tista' tiddeċiedi li l-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li għalihom tkun tressqet talba għal deroga skont l-Artikoli 62 jew 63 ma jkollhomx bżonn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, li minnhom tkun intalbet deroga, mid-data tat-tressiq tat-talba sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
Artikolu 62
Talba għal deroga minn sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija
1. Is-sidien jew sidien prospettivi ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jistgħu jitolbu deroga minn rekwiżit wieħed jew aktar ta' dan ir-Regolament għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija fil-faċilitajiet tagħhom.
2. Talba għal deroga għandha titressaq għand l-operatur tas-sistema rilevanti u għandha tinkludi:
(a) |
identifikazzjoni tas-sid jew tas-sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, u persuna ta' kuntatt għal kwalunkwe komunikazzjoni; |
(b) |
deskrizzjoni tal-modulu jew moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għal liema tintalab deroga; |
(c) |
referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li minnhom tintalab deroga u deskrizzjoni ddettaljata tad-deroga mitluba; |
(d) |
raġunament iddettaljat, b'dokumenti ta' sostenn rilevanti u analiżi tal-kostijiet-benefiċċji skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 39; |
(e) |
turija li d-deroga mitluba ma jkollha ebda effett avvers fuq il-kummerċ transfruntier. |
3. Fi żmien ġimagħtejn mill-irċevuta ta' talba għal deroga, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jikkonfema lis-sid jew lis-sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jekk it-talba hijiex kompleta. Jekk l-operatur tas-sistema rilevanti jikkunsidra t-talba bħala inkompleta, is-sid jew is-sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jressaq informazzjoni addizzjonali meħtieġa fi żmien xahar mill-irċevuta tat-talba għal informazzjoni addizzjonali. Jekk is-sid jew is-sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa f'dak il-limitu ta' żmien, it-talba għal deroga għandha titqies irtirata.
4. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu, f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti u ma' kwalunkwe DSO jew DSOs kontigwi affettwati, jivvaluta t-talba għal deroga u l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji pprovduta, filwaqt li jqis il-kriterji stabbiliti mill-awtorità regolatorja skont l-Artikolu 61.
5. Jekk talba għal deroga tikkonċerna modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip C jew D konness ma' sistema tad-distribuzzjoni, inkluż sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, il-valutazzjoni tal-operatur tas-sistema rilevanti għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tat-talba għal deroga mit-TSO rilevanti. It-TSO rilevanti għandu jipprovdi l-valutazzjoni tiegħu fi żmien xahrejn minn meta jintalab jagħmel dan mill-operatur tas-sistema rilevanti.
6. Fi żmien sitt xhur mill-irċevuta ta' talba għal deroga, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jibgħat it-talba lill-awtorità regolatorja u għandu jressaq il-valutazzjoni(jiet) mħejjija skont l-paragrafi 4 u 5. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahar, meta l-operatur tas-sistema rilevanti jfittex aktar informazzjoni mis-sid jew sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, u b'xahrejn, meta l-operatur tas-sistema rilevanti jitlob lit-TSOs rilevanti jippreżentaw valutazzjoni tat-talba għal deroga.
7. L-awtorità regolatorja għandha tadotta deċiżjoni li tikkonċerna kwalunkwe talba għal deroga fi żmien sitt xhur mill-ġurnata li fiha tirċievi t-talba. Dan il-perjodu ta' żmien jista' jista' jiġi estiż bi tliet xhur qabel l-iskadenza tiegħu, meta l-awtorità regolatorja titlob informazzjoni mis-sid jew is-sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew minn kwalunkwe parti interessata oħra. Il-perjodu addizzjonali għandu jibda meta tiġi rċevuta l-informazzjoni kompleta.
8. Is-sid jew is-sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jressaq kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità regolatorja fi żmien xahrejn ta' talba bħal din. Jekk is-sid jew is-sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa f'dak il-limitu ta' żmien, it-talba għal deroga għandha titqies irtirata sakemm, qabel ma tiskadi:
(a) |
l-awtorità regolatorja tiddeċiedi li tagħti estensjoni; jew |
(b) |
is-sid jew sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jinforma lill-awtorità regolatorja permezz ta' sottomissjoni motivata li t-talba għal deroga hija kompleta. |
9. L-awtorità regolatorja għandha toħroġ deċiżjoni motivata dwar talba għal deroga. Meta l-awtorità regolatorja tagħti deroga, din għandha tispeċifika t-tul tagħha.
10. L-awtorità regolatorja għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lis-sid jew sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, lill-operatur tas-sistema rilevanti u t-TSO rilevanti;
11. Awtorità regolatorja tista' tirrevoka deċiżjoni li tagħti deroga jekk iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet sottostanti ma jibqgħux japplikaw jew fuq rakkomandazzjoni motivata mill-Kummissjoni jew rakkomandazzjoni motivata mill-Aġenzija skont l-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament.
12. Għal moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-Tip A, talba għal deroga tista' ssir skont dan l-Artikolu minn parti terza f'isem is-sid jew sid prospettiv ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Talba bħal din tista' tkun għal modulu wieħed tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew diversi moduli identiċi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Fil-każ ta' dan tal-aħħar, u dejjem jekk il-kapaċità massima kumulattiva hija speċifikata, il-parti terza tista' tissostitwixxi d-dettalji meħtieġa mill-punt (a) tal-paragrafu 2 bid-dettalji tagħhom.
Artikolu 63
Talba għal deroga minn operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti
1. L-operaturi tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti jistgħu jitolbu deroga għall-klassijiet ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija konnessi jew li ser jiġu konnessi man-netwerk tagħhom.
2. L-operaturi tas-sistema rilevanti jew it-TSOs rilevanti għandhom iressqu t-talbiet tagħhom għal derogi lill-awtorità regolatorja. Kull talba għal deroga għandha tinkludi:
(a) |
identifikazzjoni tal-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, u persuna ta' kuntatt għal kwalunkwe komunikazzjoni; |
(b) |
deskrizzjoni tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għal liema tintalab deroga u l-kapaċità totali installata u n-numru ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija; |
(c) |
ir-rekwiżit jew ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal liema tintalab deroga, b'deskrizzjoni ddettaljata tad-deroga motivata; |
(d) |
raġunament iddettaljat, bid-dokumenti ta' sostenn rilevanti kollha; |
(e) |
turija li d-deroga mitluba ma jkollha ebda effett avvers fuq il-kummerċ transfruntier; |
(f) |
analiżi tal-kostijiet-benefiċċji skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 39. Jekk ikun applikabbli, l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għandha titwettaq flimkien tat-TSO rilevanti u kwalunkwe DSO jew DSOs biswit. |
3. Fejn it-talba għal deroga tiġi ppreżentata minn DSO jew CDSO rilevanti, l-awtorità regolatorja għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-wasla ta' dik it-talba, titlob lit-TSO rilevanti biex jivvaluta t-talba għal deroga fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-awtorità regolatorja skont l-Artikolu 61.
4. Fi żmien ġimagħtejn mill-jum wara l-irċevuta ta' tali talba għal valutazzjoni, it-TSO rilevanti għandu jikkonferma lid-DSO jew is-CDSO rilevanti jekk it-talba għal deroga hijiex kompleta. Jekk it-TSO rilevanti jikkunsidraha bħala inkompleta, id-DSO jew is-CDSO rilevanti għandhom jippreżentaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa fi żmien xahar mill-irċevuta tat-talba għal informazzjoni addizzjonali.
5. Fi żmien sitt xhur mill-irċevuta ta' talba għal deroga, it-TSO rilevanti għandu jressaq lill-awtorità regolatorja, il-valutazzjoni tiegħu, inkluż kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti. Il-perjodu ta' żmien ta' sitt xhur jista' jiġi estiż b'xahar meta t-TSO rilevanti jfittex informazzjoni oħra mid-DSO rilevanti jew mis-CDSO rilevanti.
6. L-awtorità regolatorja għandha tadotta deċiżjoni li tikkonċerna talba għal deroga fi żmien sitt xhur mill-ġurnata li fiha tirċievi t-talba. Meta t-talba għal deroga titressaq mid-DSO jew is-CDSO rilevanti, il-perjodu ta' żmien ta' sitt xhur jibda jgħodd mill-jum wara l-irċevuta tal-valutazzjoni tat-TSO rilevanti skont il-paragrafu 5.
7. Il-perjodu ta' żmien ta' sitt xhur imsemmi fil-paragrafu 6, qabel l-iskadenza tiegħu, jista' jiġi estiż bi tliet xhur oħra meta l-awtorità regolatorja titlob informazzjoni oħra mill-operatur tas-sistema rilevanti li jkun qiegħed jitlob id-deroga jew minn kwalunkwe parti oħra interessata. Dan il-perjodu addizzjonali għandu jibda jgħodd mill-jum wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni kompleta.
L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità regolatorja fi żmien xahrejn mid-data tat-talba. Jekk l-operatur tas-sistema rilevanti ma jipprovdix l-informazzjoni addizzjonali mitluba fiż-żmien stipulat, it-talba għal deroga għandha titqies li ġiet irtirata sakemm, qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien:
(a) |
l-awtorità regolatorja tiddeċiedi li tagħti estensjoni; jew |
(b) |
l-operatur tas-sistema rilevanti jinforma lill-awtorità regolatorja permezz ta' sottomissjoni motivata li t-talba għal deroga hija kompleta. |
8. L-awtorità regolatorja għandha toħroġ deċiżjoni motivata dwar talba għal deroga. Meta l-awtorità regolatorja tagħti deroga, din għandha tispeċifika t-tul tagħha.
9. L-awtorità regolatorja għandha tgħarraf lill-operatur tas-sistema rilevanti li jitlob id-deroga, it-TSO rilevanti u l-Aġenzija bid-deċiżjoni tagħha.
10. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jistabbilixxu aktar rekwiżiti li jikkonċernaw it-tħejjija tat-talbiet għal deroga mill-operaturi tas-sistema rilevanti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu d-delineazzjoni bejn is-sistema ta' trażmissjoni u s-sistema ta' distribuzzjoni fil-livell nazzjonali u għandhom jikkonsultaw mal-operatur tas-sistema is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-partijiet ikkonċernati, inkluż il-manifatturi.
11. Awtorità regolatorja tista' tirrevoka deċiżjoni li tagħti deroga jekk iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet sottostanti ma jibqgħux japplikaw jew fuq rakkomandazzjoni motivata mill-Kummissjoni jew rakkomandazzjoni motivata mill-Aġenzija skont l-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 64
Ir-reġistru tad-derogi mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom iżommu reġistru tad-derogi kollha li approvaw jew irrifjutaw u għandhom jipprovdu lill-Aġenzija b'reġistru aġġornat u kkonsolidat tal-anqas darba kull sitt xhur, li kopja minnhom għandha tingħata lill-ENTSO għall-Elettriku.
2. Ir-reġistru għandu b'mod partikolari, jinkludi:
(a) |
ir-rekwiżit jew ir-rekwiżiti li għalihom tingħata jew tiġi rrifjutata deroga; |
(b) |
il-kontenut tad-deroga; |
(c) |
ir-raġunijiet għall-għoti jew ir-rifjut tad-deroga; |
(d) |
il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-għoti tad-deroga. |
Artikolu 65
Sorveljanza tad-derogi
1. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-proċedura tal-għoti tad-derogi bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji jew l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru. Dawn l-awtoritajiet jew l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan il-għan.
2. L-Aġenzija tista' toħroġ rakkomandazzjoni motivata lil awtorità regolatorja biex tirrevoka deroga minħabba nuqqas ta' ġustifikazzjoni. Il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjoni motivata lil awtorità regolatorja jew awtorità rilevanti tal-Istat Membru biex tirrevoka deroga minħabba nuqqas ta' ġustifikazzjoni.
3. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 u biex tipprovdi raġunijiet biex titlob jew ma titlobx ir-revoka tad-derogi.
TITOLU VI
ARRANĠAMENTI TRANŻIZZJONALI GĦAL TEKNOLOĠIJI EMERĠENTI
Artikolu 66
Teknoloġiji emerġenti
1. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 30, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija kklassifikati bħala teknoloġija emerġenti, skont il-proċeduri stabbiliti f'dan it-Titolu.
2. modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għandu jkun eliġibbli biex ikun ikklassifikat bħala teknoloġija emerġenti skont l-Artikolu 69, sakemm:
(a) |
huwa tat-tip A; |
(b) |
huwa teknoloġija tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija disponibbli fis-suq; u |
(c) |
il-bejgħ akkumulat tat-teknoloġija ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija f'żona sinkronika meta ssir l-applikazzjoni għal klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti ma jaqbiżx 25 % tal-livell massimu tal-kapaċità massima kumulattiva stabbilita skont l-Artikolu 67(1). |
Artikolu 67
Stabbiliment tas-sollijiet għall-klassifikazzjoni bħala teknoloġiji emerġenti
1. Il-livell massimu ta' kapaċità massima kumulattiva tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija klassifikati bħala teknoloġiji emerġenti f'żona sinkronika għandu jkun 0,1 % tal-valur massimu annwali tat-tagħbija fl-2014 f'dik iż-żona sinkronika.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell massimu tagħhom ta' kapaċità kumulattiva tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija klassifikati bħala teknoloġiji emerġenti jiġi kkalkolat billi jiġi mmultiplikat il-livell massimu ta' kapaċità massima kumulattiva tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija klassifikati bħala teknoloġiji emerġenti ta' żona sinkronika bil-proporzjon ta' enerġija elettrika annwali ġġenerata fl-2014 fl-Istat Membru għall-enerġija elettrika annwali preċedenti totali ġġenerata fl-2014 fiż-żona sinkronika rispettiva li jagħmel parti minnha l-Istat Membru.
Għal Stati Membri li jagħmlu parti minn żoni sinkroniċi differenti, il-kalkolu għandu jitwettaq fuq bażi pro rata għal kull waħda minn dawn il-partijiet u kkombinati biex jagħtu l-allokazzjoni totali lil dak l-Istat Membru.
3. Is-sors tad-dejta għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandu jkun l-iStatistical Factsheet tal-ENTSO għall-Elettriku ppubblikata fl-2015
Artikolu 68
L-applikazzjoni għal klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti
1. Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolamenti il-manifatturi tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tat-Tip A jistgħu jressqu quddiem l-awtorità regolatorja rilevanti, talba għal klassifikazzjoni tat-teknoloġija tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija tagħhom bħala teknoloġija emerġenti.
2. B'rabta ma' talba skont il-paragrafu 1, il-manifattur għandu jinforma lill-awtorità regolatorja rilevanti dwar il-bejgħ akkumulat tat-teknoloġija tal-modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rispettiva f'kull żona sinkronika meta ssir l-applikazzjoni għall-klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti.
3. Għandha tiġi pprovduta prova li talba mressqa skont il-paragrafu 1 tikkonforma mal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 66 u 67 mill-manifattur.
4. Fejn applikabbli fi Stat Membru, valutazzjoni tat-talbiet u l-approvazzjoni u l-irtirar ta' klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti tista' ssir minn awtoritajiet oħra minbarra dawk l-awtorità regolatorja.
Artikolu 69
Valutazzjoni u approvazzjoni tat-talbiet għal klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti
1. Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-awtorità regolatorja rilevanti għandha tiddeċiedi, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji l-oħrajn kollha ta' żona sinkronika, liema moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, jekk ikun hemm, għandhom jiġu kklassifikati bħala teknoloġija emerġenti. Kwalunkwe awtorità regolatorja taż-żona sinkronika rilevanti tista' titlob opinjoni minn qabel mingħand l-Aġenzija, li għandha tinħareġ fi żmien tliet xhur mill-irċevuta tat-talba. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja rilevanti għandha tqis l-opinjoni tal-Aġenzija.
2. Kull awtorità regolatorja ta' żona sinkronika għandha tippubblika lista tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija approvati bħala teknoloġiji emerġenti.
Artikolu 70
Irtirar tal-klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti
1. Mid-data tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 69(1), il-manifattur ta' kwalunkwe modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija kklassifikat bħala teknoloġija emerġenti għandu jressaq, kull xahrejn, lill-awtorità regolatorja aġġornament dwar il-bejgħ tal-modulu għal kull Stat Membru matul ix-xahrejn preċedenti. L-awtorità regolatorja għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, il-kapaċità massimu kumulattiva tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija kklassifikati bħala teknoloġiji emerġenti.
2. F'każ li l-kapaċità massima kumulattiva tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija kollha kklassifikati bħala teknoloġiji emerġenti konnessi man-netwerk taqbeż is-soll stabbilit fl-Artikolu 67, il-klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti għandha tiġi rtirata mill-awtorità regolatorja rilevanti. Id-deċiżjoni ta' rtirar għandha tiġi ppubblikata.
3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet regolatorji kollha ta' żona sinkronika jistgħu jiddeċiedu b'mod ikkoordinat li jirtiraw klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti. L-awtoritajiet regolatorji taż-żona sinkronika kkonċernata jistgħu jitolbu opinjoni minn qabel mingħand l-Aġenzija, li għandha tinħareġ fi żmien tliet xhur mill-irċevuta tat-talba. Meta jkun applikabbli, id-deċiżjoni kkoordinata tal-awtoritajiet regolatorji għandha tqis l-opinjoni tal-Aġenzija. Id-deċiżjoni ta' rtirar għandha tiġi ppubblikata minn kull awtorità regolatorja ta' żona sinkronika.
Il-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija kklassifikati bħala teknoloġiji emerġenti u konnessi man-netwerk qabel id-data ta' rtirar ta' dik il-klassifikazzjoni bħala teknoloġija emerġenti għandhom ikunu kkunsidrati bħala moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti u għandhom għalhekk ikunu suġġetti biss għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikoli 38 u 39.
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 71
Emendi tal-kuntratti u t-termini u kundizzjonijiet ġenerali
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-klawżoli kollha rilevanti fil-kuntratti u t-termini u kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-konnessjoni mal-grilja ta' moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija ġodda jinġiebu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2. Il-klawżoli kollha rilevanti fil-kuntratti u l-klawżoli rilevanti tat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-konnessjoni mal-grilja tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti suġġetti għar-rekwiżiti kollha jew xi wħud minnhom ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 4(1) għandhom jiġu emendati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-klawżoli rilevanti għandhom jiġu emendati fi żmien tliet snin wara d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja jew l-Istat Membru kif jissemma fl-Artikolu 4(1).
3. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-ftehimiet nazzjonali bejn l-operaturi tas-sistema u s-sidien ta' faċilitajiet ġodda jew faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti suġġetti għal dan ir-Regolamenti u relatati mar-rekwiżiti ta' konnessjoni mal-grilja għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, b'mod partikolari fil-kodiċijiet tan-netwerk nazzjonali, jirriflettu r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 72
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4(2)(b), 7, 58, 59, 61 t-Titolu VI, dan ir-Regolament għandu japplika għal tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
(2) Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(3) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id- Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u pubblikazzjoni ta' data fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(*) Il-bażi tal-vultaġġ għal valuri pu huwa taħt 300 kV.
(**) Il-bażi tal-vultaġġ għal valuri pu minn 300 kV sa 400 kV.
(***) Fil-punt ta' konnessjoni fuq il-baħar għall-konfigurazzjoni 1.
(****) Fil-punt ta' konnessjoni fuq il-baħar għall-konfigurazzjoni 2.