19.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/594

tat-18 ta' April 2016

li jistabbilixxi mudell għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin tal-programmi operattivi tal-għajnuna alimentari u/jew materjali bażika tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jeħtieġ li l-awtorità maniġerjali ta' programm operattiv tal-għajnuna alimentari u/jew materjali bażika (“PO I”) twettaq stħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin fl-2017 u fl-2022.

(2)

Dan l-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin huwa wieħed mill-istrumenti li għandhom jintużaw sabiex jiġi evalwat il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”). Sabiex jiġi żgurat li l-istħarriġ jipproduċi riżultati ta' kwalità għolja u jagħti kontribut utli għall-evalwazzjoni tal-FEAD, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mudell li jippermetti l-aggregazzjoni tad-dejta fil-livell tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin kif hemm imsemmi fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 għandu jsir skont il-mudell stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.


ANNESS

STĦARRIĠ STRUTTURAT TAL-FEAD — MISTOQSIJIET

Isem tal-intervistatur :

[Isem sħiħ tal-intervistatur. Jekk l-intervista ssir minn diversi persuni, isimhom sħiħ għandu jitniżżel hawn]

Post :

[indirizz fejn isir l-istħarriġ]

Organizzazzjoni :

[isem l-organizzazzjoni sieħba minn fejn ir-riċevitur aħħari rċieva l-għajnuna]

Data :

[data tal-istħarriġ fil-format jj/xx/ssss]

Ħin :

[ħin tal-istħarriġ fil-format ss:mm]

A.   MISTOQSIJIET DWAR L-AMBITU TAL-GĦAJNUNA PPROVDUTA LIR-RIĊEVITURI AĦĦARIN MILL-ORGANIZZAZZJONI SIEĦBA (1)

A1.   Liema tip ta' għajnuna tal-FEAD tingħata lir-riċevituri aħħarin u kemm tingħata ta' spiss?

 

Kuljum

Kull ġimgħa

Kull xahar

Ieħor

Pakketti tal-ikel (2)

 

 

 

(speċifika)

Ikliet

 

 

 

(speċifika)

Oġġetti distribwiti lit-tfal

 

 

 

(speċifika)

Oġġetti distribwiti lill-persuni mingħajr dar

 

 

 

(speċifika)

Ieħor (irid jiġi speċifikat)

[speċifika t-tip]

[speċifika t-tip]

[speċifika t-tip]

[speċifika t-tip u l-frekwenza]


A2.   Liema huma t-tipi ta' miżuri ta' akkumpanjament offruti lir-riċevituri aħħarin meta dawn jirċievu l-għajnuna tal-FEAD?

Pariri dwar it-tħejjija u l-ħażna tal-ikel, workshops dwar it-tisjir, attivitajiet edukattivi għall-promozzjoni ta' nutrizzjoni tajba, jew pariri dwar kif tista' titnaqqas il-ħela tal-ikel

 

Pariri dwar l-indafa personali

 

Riorjentament lejn servizzi kompetenti (pereżempju, soċjali/amministrattivi)

 

Akkumpanjament individwali (coaching) u workshops

 

Appoġġ psikoloġiku u terapewtiku

 

Pariri dwar l-immaniġġjar tal-baġit domestiku

 

Ieħor (irid jiġi speċifikat)

[Kaxxa tat-test li għandha timtela]

L-ebda

 


A3.   Lir-riċevituri aħħarin, l-organizzazzjoni sieħba tipprovdilhom ukoll għajnuna materjali li mhix kofinanzjata mill-FEAD?

Iva

Le

 

 


A3a.   Jekk iva, x'tip ta' għajnuna qiegħda tipprovdi l-organizzazzjoni sieħba minbarra dik tal-FEAD?

Pakketti tal-ikel

 

Ikliet

 

Oġġetti distribwiti lit-tfal

 

Oġġetti distribwiti lill-persuni mingħajr dar

 

Oġġetti oħra

[speċifika t-tip]

B.   MISTOQSIJIET GĦAR-RIĊEVITUR AĦĦARI

B1.   Inti raġel jew mara?

Raġel

Mara

 

 


B2.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli kemm għandek żmien?

15 jew inqas

16-24

25-49

50-64

65 jew aktar

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 

 

 

 


B3.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk intix ġenitur waħdek?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B4.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli liema tip ta' għajnuna għadek kemm irċevejt issa (jew li se tirċievi issa)?

 

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

Pakketti tal-ikel

 

 

 

 

Ikliet

 

 

 

 

Ġhież (affarijiet essenzjali għat-trabi)

 

 

 

 

Basktijiet tal-iskola

 

 

 

 

Kartolerija, pitazzi, pinen, materjal tat-tpinġija u materjal ieħor meħtieġ fl-iskola (mhux ħwejjeġ)

 

 

 

 

Tagħmir sportiv (żraben tal-isport, leotard, malja tal-għawm, eċċ.)

 

 

 

 

Ħwejjeġ (kowt tax-xitwa, żraben, uniformi tal-iskola, eċċ.)

 

 

 

 

Basktijiet tal-irqad/kutri

 

 

 

 

Tagħmir tal-kċina (borom, taġnijiet, pożati, eċċ.)

 

 

 

 

Bjankerija tad-dar (xugamani, friex tas-sodda)

 

 

 

 

Oġġetti tal-iġjene (kaxxa għall-ewwel għajnuna, sapun, xkupilji tas-snien, xfafar li jintremew wara li jintużaw, eċċ.)

 

 

 

 

Kategoriji oħra ta' oġġetti

[Kaxxa tat-test li għandha timtela]


B5.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli min qed jirċievi din l-għajnuna?

Inti stess

Persuni oħra li jgħixu miegħek

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 

Jekk it-tweġiba għal mistoqsija B5 hija “Inti stess” biss, aqbeż mistoqsija B6.

B6.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk persuni oħra humiex se jibbenefikaw ukoll minn din l-għajnuna? U jekk iva, tista' tgħid kemm hemm persuni (int mhux inkluż), u x'inhi l-età u s-sess tagħhom?

 

Raġel

Mara

5 jew inqas

 

 

6-15

 

 

16-24

 

 

25-49

 

 

50-64

 

 

65 jew aktar

 

 

Ma jixtieqx iwieġeb

 

 

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 


B7.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk din hijiex l-ewwel darba li inti ġejt biex tingħata din l-għajnuna?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 

Jekk it-tweġiba għal mistoqsija B7 hija “Iva”, “Ma jixtieqx iwieġeb” jew “Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija”, mur direttament għall-mistoqsija B9.

B8.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli kemm-il darba ġejt biex tingħata din l-għajnuna?

Kuljum

Kull ġimgħa

Kull xahar

Ieħor

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 

 

 


B9.   Taf meta se jerġa' jkollok bżonn l-istess għajnuna?

Għada

Fi żmien ġimgħa

Fi żmien xahar

Ieħor

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 

 

 


B10.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk iffaċċjajtx diffikultajiet biex tingħata din l-għajnuna?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B10a.   Jekk iva, jekk jogħġbok għidli liema tip ta' diffikultajiet kellek tiffaċċja?

Ħtieġa li jikseb xi dokumenti minn xi uffiċċju nazzjonali, reġjonali jew lokali

 

Ħtieġa li jivvjaġġa distanza twila

 

Ostakoli psikoloġiċi

 

Ieħor (irid jiġi speċifikat)

[Kaxxa tat-test li għandha timtela]

Ma jixtieqx iwieġeb

 

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 


B11.   Tista' tgħidli jekk l-għajnuna pprovduta mill-FEAD għamlitx differenza lilek jew lill-membri tal-familja tiegħek?

Iva

Parzjalment

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 

 


B11a.   Jekk “Le” jew “Parzjalment”, tista' jekk jogħġbok tgħidli għaliex?

Kwantità insuffiċjenti ta' ikel/oġġetti

 

Frekwenza insuffiċjenti tad-distribuzzjoni ta' ikel/oġġetti

 

Kwalità insuffiċjenti ta' ikel/oġġetti

 

Tip ieħor ta' għajnuna meħtieġ (irid jiġi speċifikat)

[Kaxxa tat-test li għandha timtela]

Ma jixtieqx iwieġeb

 

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 


B12.   Sena ilu, inti jew familtek stajtu taffordjaw li tixtru l-ikel/oġġetti li għadkom kemm irċevejtu?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B13.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk inti u/jew membri oħra tal-familja tiegħek intomx qed tirċievu għajnuna minn organizzazzjonijiet oħra?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B13a.   Jekk iva, tista' jekk jogħġbok tgħidli liema tip ta' għajnuna tirċievi jew tirċievu minn organizzazzjonijiet oħra?

 

Iva

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

Pakketti tal-ikel

 

 

 

Ikliet

 

 

 

Ġhież (affarijiet essenzjali għat-trabi)

 

 

 

Basktijiet tal-iskola

 

 

 

Kartolerija, pitazzi, pinen, materjal tat-tpinġija u materjal ieħor meħtieġ fl-iskola (mhux ħwejjeġ);

 

 

 

Tagħmir sportiv (żraben tal-isport, leotard, malja tal-għawm, eċċ.)

 

 

 

Ħwejjeġ (kowt tax-xitwa, żraben, uniformi tal-iskola, eċċ.)

 

 

 

Basktijiet tal-irqad/kutri

 

 

 

Tagħmir tal-kċina (borom, taġnijiet, pożati, eċċ.)

 

 

 

Bjankerija tad-dar (xugamani, friex tas-sodda)

 

 

 

Oġġetti tal-iġjene (kaxxa għall-ewwel għajnuna, sapun, xkupilji tas-snien, xfafar li jintremew wara li jintużaw, eċċ.)

 

 

 

Ieħor

[Kaxxa tat-test li għandha timtela]


B14.   Jekk irċevejt (issa jew fil-passat) pariri jew gwida mingħand din l-organizzazzjoni, tista' jekk jogħġbok tgħidli dwar xiex?

Pariri dwar it-tħejjija u l-ħażna tal-ikel, workshops dwar it-tisjir, attivitajiet edukattivi għall-promozzjoni ta' nutrizzjoni tajba, jew pariri dwar kif tista' titnaqqas il-ħela tal-ikel

 

Pariri dwar l-indafa personali

 

Riorjentament lejn servizzi kompetenti (pereżempju, soċjali/amministrattivi)

 

Akkumpanjament individwali (coaching) u workshops

 

Appoġġ psikoloġiku u terapewtiku

 

Pariri dwar l-immaniġġjar tal-baġit domestiku

 

Ieħor (irid jiġi speċifikat)

[Kaxxa tat-test li għandha timtela]

Ma jixtieqx iwieġeb

 

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 


B15.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk inti sibtx dawn il-pariri jew din il-gwida utli jew le?

Utli ħafna

Kemxejn utli

Mhux daqshekk utli

Mhu utli xejn

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 

 

 


B16.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk għandekx xi introjtu minn xogħol?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B17.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk tirċevix xi introjtu ieħor jew benefiċċji oħra?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B18.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk xi membri tal-familja tiegħek għandhomx xi introjtu minn xogħol?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B19.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk xi membri tal-familja tiegħek jirċevux xi introjtu jew benefiċċju ieħor?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B20.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk għandekx in-nazzjonalità ta' dan il-pajjiż?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B21.   Jekk le, tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk għandekx in-nazzjonalità ta' pajjiż ieħor tal-UE?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B22.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk intix applikant għall-ażil jew refuġjat?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B23.   Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk għandekx post fejn tgħix?

Iva

Le

Ma jixtieqx iwieġeb

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 

 

 

 


B23a.   Jekk għandek post fejn tgħix, tista' jekk jogħġbok tgħidli x'tip ta' post hu dan?

Abitazzjoni jew dar proprjetà tiegħek jew mikrija, jew waħdek jew mal-familja

 

Abitazzjoni kondiviża ma' ħbieb u persuni oħra

 

Dar istituzzjonali għal żmien twil (dar għall-anzjani, l-ommijiet waħedhom, il-persuni li huma applikanti għall-ażil)

 

Dar ta' kenn

 

Dar irrovinata jew kwartieri fqar

 

Abitazzjoni mobbli/karavann

 

Kamp tar-refuġjati

 

Ieħor (irid jiġi speċifikat)

[Kaxxa tat-test li għandha timtela]

Ma jixtieqx iwieġeb

 

Ma jafx jew ma jifhimx il-mistoqsija

 


(1)  Il-mistoqsijiet jirrigwardaw l-għajnuna pprovduta fil-punt ta' distribuzzjoni fejn isiru l-intervisti.

(2)  Id-definizzjoni ta' x'għandu jinftiehem bħala pakkett tal-ikel tista' tingħata fil-livell tal-organizzazzjoni sieħba/l-operazzjoni/l-awtorità maniġerjali. Il-pakketti ma għandhomx bżonn ikunu standardizzati fid-daqs jew fil-kontenut.