|
5.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/523
tal-10 ta' Marzu 2016
li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-mudell ta' notifika u divulgazzjoni pubblika ta' transazzjonijiet maniġerjali skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(15) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex titrawwem l-effiċjenza fil-proċess tan-notifikazzjoni tat-transazzjonijiet maniġerjali u tiġi pprovduta informazzjoni komparabbli għall-pubbliku, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar kif l-informazzjoni mitluba għandha tiġi notifikata u ppubblikata permezz ta' mudell uniku. |
|
(2) |
Il-mudell għandu jkun fih l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet kollha mwettqa f'ġurnata partikolari minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali jew persuni assoċjati mill-qrib magħhom. Sabiex jipprovdi perspettiva komprensiva għall-pubbliku, il-mudell għandu jippermetti l-preżentazzjoni tat-transazzjonijiet fuq bażi individwali kif ukoll f'forma aggregata. L-informazzjoni aggregata għandha tindika l-volum tat-tranżazzjonijiet kollha tal-istess natura fuq l-istess strument finanzjarju li jkunu saru fl-istess jum ta' negozjar u fl-istess ċentru tan-negozjar, jew barra kwalunkwe ċentru tan-negozjar, bħala ċifra waħda li tirrappreżenta s-somma aritmetika tal-volum ta' kull tranżazzjoni. Hija għandha tindika wkoll il-prezz medju ponderat skont il-volum korrispondenti. Rigward il-mili tal-mudell, tranżazzjonijiet ta' natura differenti, bħal xiri u bejgħ, m'għandhom qatt jiġu aggregati u lanqas għandhom ikunu interkonnessi bejniethom. |
|
(3) |
Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess ta' emendar ta' notifika żbaljata li diġà ġiet notifikata, il-mudell għandu jinkludi qasam biex jintuża għall-identifikazzjoni tan-notifika oriġinali u li jispjega l-ineżattezzi fih. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Swieq ta' Titoli stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(6) |
Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tapplika d-definizzjoni li ġejja: “mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trasmissjoni ta' dejta, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor.
Artikolu 2
Il-format u l-mudell għan-notifika
1. Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jiżguraw li l-mudell għan-notifiki stabbilit fl-Anness jintuża għas-sottomissjoni tan-notifiki tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.
2. Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jiżguraw li jintużaw mezzi elettroniċi għat-trażmissjoni tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1. Dawn il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni jinżammu u jipprovdu ċertezza dwar is-sors tal-informazzjoni trażmessa.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw u jippubblikaw fuq il-websajt tagħhom il-mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tat-trażmissjoni lilhom.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
Mudell għan-notifika u d-divulgazzjoni pubblika ta' tranżazzjonijiet minn persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom
|
1 |
Dettalji tal-persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali/persuna assoċjata mill-qrib |
|||||||||||||||||
|
a) |
Isem |
[Għall-persuni fiżiċi: l-isem u l-kunjom/ijiet.] [Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma ġuridika kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli.] |
||||||||||||||||
|
2 |
Ir-raġuni għan-notifika |
|||||||||||||||||
|
a) |
Pożizzjoni/status |
[Għal persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali: il-pożizzjoni okkupata fi ħdan l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/il-pjattaforma tal-irkant/l-irkantatur/is-sorveljatur tal-irkanti għandhom jiġu indikati eż. CEO, CFO.] [Għal persuni assoċjati mill-qrib,
|
||||||||||||||||
|
b) |
Notifika inizjali/Emenda |
[Indikazzjoni li din hija notifika inizjali jew emenda għal notifiki minn qabel. F'każ ta' emenda, spjega l-iżball li din in-notifika qed temenda.] |
||||||||||||||||
|
3 |
Dettalji tal-emittent, tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, tal-pjattaforma tal-irkant, tal-irkantatur jew tas-sorveljatur tal-irkanti |
|||||||||||||||||
|
a) |
Isem |
[Isem sħiħ tal-entità.] |
||||||||||||||||
|
b) |
LEI |
[Kodiċi ta' Identifikatur ta' Entità Ġuridika f'konformità ma' ISO 17442 kodiċi LEI.] |
||||||||||||||||
|
4 |
Dettalji dwar it-tranżazzjoni/jiet: it-taqsima għandha tiġi ripetuta għal (i) kull tip ta' strument; (ii) kull tip ta' tranżazzjoni; (iii) kull data; u (iv) kull post fejn twettqu t-tranżazzjonijiet |
|||||||||||||||||
|
a) |
Deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju, it-tip ta' strument Il-kodiċi ta' identifikazzjoni |
|
||||||||||||||||
|
b) |
In-natura tat-tranżazzjoni |
[Id-deskrizzjoni tat-tip ta' tranżazzjoni bl-użu, fejn applikabbli, tat-tip ta' tranżazzjoni identifikat fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 (1) adottat skont l-Artikolu 19(14) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew ta' eżempju speċifiku stabbilit fl-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. Skont l-Artikolu 19(6)(e) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, għandu jiġi indikat jekk it-tranżazzjoni hijiex marbuta mal-eżerċizzju ta' programmi għall-opzjonijiet fuq l-azzjonijiet] |
||||||||||||||||
|
c) |
Prezz(ijiet) u volum(i) |
[Fejn aktar minn tranżazzjoni waħda tal-istess natura (xiri, bejgħ, self, teħid b'self, …) fuq l-istess strument finanzjarju jew kwota tal-emissjonijiet jiġu esegwiti fl-istess ġurnata u fl-istess post ta' tranżazzjoni, il-prezzijiet u l-volumi ta' dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati f'dan il-qasam, fuq formola b'żewġ kolonni hekk kif ippreżentat hawn fuq, filwaqt li tiddaħħal kemm-il linja jkun hemm bżonn. Bl-użu ta' standards ta' dejta għall-prezz u kwantità, inkluż, fejn applikabbli, il-munita tal-prezz u l-munita ta' kwantità, kif definit skont ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.] |
||||||||||||||||
|
d) |
Informazzjoni aggregata
|
[Il-volumi ta' tranżazzjonijiet multipli huma aggregati meta dawn it-tranżazzjonijiet:
Bl-użu tad-dejta standard għal kwantità, inkluża, fejn tapplika, il-munita ta' kwantità, kif definit skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.] [Informazzjoni dwar il-prezzijiet:
Bl-użu tad-dejta standard għal prezz, inkluż, fejn applikabbli, il-munita tal-prezz, kif definit skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.] |
||||||||||||||||
|
e) |
Id-data tat-tranżazzjoni |
[Data tal-jum partikolari tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni nnotifikata. Bl-użu tal-format tad-data skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ; Ħin UTC.] |
||||||||||||||||
|
f) |
Il-post tat-tranżazzjoni |
[Isem u kodiċi li jidentifika l-post ta' negozjar tal-MiFID, l-internalizzatur sistematiku jew il-pjattaforma kummerċjali organizzata barra l-Unjoni fejn it-tranżazzjoni ġiet eżegwita kif definit skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jew jekk it-tranżazzjoni ma twettqitx f'postijiet imsemmija hawn fuq, jekk jogħġbok indika “barra ċ-ċentru tan-negozjar”.] |
||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, l-indikaturi tal-manipulazzjoni tas-suq, il-limiti għad-divulgazzjoni, l-awtorità kompetenti għan-notifiki dwar id-dewmien, il-permess għan-negozjar matul perjodi magħluqa u tipi ta' tranżazzjonijiet maniġerjali notifikabbli (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).