2.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/480

tal-1 ta' April 2016

li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jistabbilixxi l-obbligu li kull Stat Membru jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti biex jeżerċitaw il-kariga ta' operatur tat-trasport bit-triq. Id-dejta rilevanti li tinsab fir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra. L-Artikolu 16(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jirrikjedi li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi sal-31 ta' Diċembru 2012, filwaqt li jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tadotta regoli komuni li jikkonċernaw interkonnessjoni bħal din. Abbażi ta' dan il-mandat, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (2), sabiex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali permezz ta' sistema ta' skambju tal-messaġġi msejħa ERRU (Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq). Din is-sistema saret operattiva fil-31 ta' Diċembru 2012.

(2)

Matul l-aħħar tliet snin ta' ħidma tal-ERRU, il-Kummissjoni, flimkien ma' esperti mill-Istati Membri, identifikat għadd ta' aspetti marbuta mal-użu prattiku tal-ERRU li ma jikkorrispondux għalkollox mal-proċessi amministrattivi stabbiliti fl-Istati Membri.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li ġew identifikati fit-tħaddim ta' kuljum tal-ERRU, sabiex din is-sistema tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, mar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif ukoll sabiex jiġi ggarantit li l-ERRU tintuża b'mod uniformi mill-awtoritajiet kompetenti madwar l-UE. Barra minn hekk, jeħtieġ li r-regoli eżistenti jiġu adattati skont il-progress tekniku u xjentifiku.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 (5) fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, jistabbilixxi lista ġdida ta' kategoriji, ta' tipi u ta' gradi ta' serjetà ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, jaf iwasslu għat-telf tar-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport bit-triq jew tal-maniġer tat-trasport. Għalhekk, jeħtieġ li l-ERRU titħaddem sabiex tiġi trażmessal-informazzjoni dwar il-lista l-ġdida ta' ksur.

(5)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulat b'mod partikolari bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), japplikaw għall-ipproċessar ta' kwalunkwe dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. B'mod partikolari, l-Istati Membri jridu jimplimentaw miżuri xierqa ta' sigurtà sabiex jipprevjenu l-użu ħażin tad-dejta personali.

(6)

Meta dan ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulat bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), japplikaw għall-ipproċessar ta' kwalunkwe dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009;

(7)

Minħabba l-ammont sostanzjali ta' bidliet li għandhom isiru fir-regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, jeħtieġ li att ġdid jieħu post ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 għandu jitħassar.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti rigward il-konnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq mas-sistema tal-messaġġi tal-ERRU, kif stipulat fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ERRU (Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq)” tfisser sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, stabbilita skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(b)

“Interfaċċa asinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal talba jiġi rritornat fuq konnessjoni HTTP ġdida.

(c)

“Tfittxija ġenerali” tfisser messaġġ ta' talba mingħand Stat Membru li jkun indirizzat lill-Istati Membri l-oħra kollha.

(d)

“Hub ċentrali” tfisser is-sistema ta' informazzjoni li tippermetti r-routing tal-messaġġi tal-ERRU bejn l-Istati Membri.

(e)

“CPC” tfisser ċertifikat ta' kompetenza professjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(f)

“Stat Membru tal-ksur” tfisser l-Istat Membru li fih impriża tat-trasport tkun wettqet ksur.

(g)

“Stat Membru ta' stabbiliment” tfisser l-Istat Membru li fih impriża tat-trasport tkun stabbilita.

(h)

“Sistema nazzjonali” tfisser is-sistema ta' informazzjoni stabbilita f'kull Stat Membru sabiex il-messaġġi tal-ERRU jkunu jistgħu jintbagħtu, jiġu pproċessati u jitwieġbu.

(i)

“Interfaċċa sinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal talba jiġi rritornat fuq l-istess konnessjoni HTTP li kienet intużat għat-talba.

(j)

“Stat Membru tat-talba” tfisser l-Istat Membru li jibgħat talba jew notifika, li mbagħad tiġi routed lill-Istati Membri xierqa tat-tweġiba.

(k)

“Stat Membru tat-tweġiba” tfisser l-Istat Membru li lilu kienet diretta t-talba jew in-notifika tal-ERRU.

Artikolu 3

Obbligu ta' konnessjoni mal-ERRU

L-Istati Membri għandhom iwettqu l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 mal-ERRU skont il-proċeduri u r-rekwiżiti tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-ERRU għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Annessi I sa VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Użu tal-ERRU

1.   Meta jiskambjaw l-informazzjoni permezz tal-ERRU, l-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għall-funzjonalità ta' Kontroll tal-Liċenzja Komunitarja tal-ERRU lill-korpi tal-kontroll tagħhom inkarigati li jagħmlu l-kontrolli f'ġenb it-triq.

3.   F'każijiet li fihom diversi korpi nazzjonali tal-kontroll ikunu involuti fil-kontrolli f'ġenb it-triq, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema minn dawk il-korpi għandu jingħata l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 6

Tħassir

B'hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 jitħassar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-30 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21)

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tal-ġarr stradali internazzjonali tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għal aċċess għas-suq internazzjonali ta' servizzi bil-kowċ u bus, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).

(6)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31)

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).


ANNESS I

ASPETTI ĠENERALI TAL-ERRU

1.   ARKITETTURA

L-ERRU se tkun magħmula mill-partijiet li ġejjin:

1.1.

Hub ċentrali, li jkun jista' jirċievi talba mingħand l-Istat Membru tat-talba, jivvalidaha u jipproċessaha billi jgħaddiha lill-Istati Membri tat-tweġiba. Il-hub ċentrali jistenna biex kull Stat Membru tat-tweġiba jwieġeb, jikkonsolida t-tweġibiet kollha u jgħaddi t-tweġiba kkonsolidata lill-Istat Membru tat-talba.

1.2.

Sistema nazzjonali għal kull Stat Membru, li se tkun mgħammra b'interfaċċa li tkun kapaċi tibgħat it-talbiet lill-hub ċentrali kif ukoll tirċievi t-tweġibiet korrispondenti. Is-sistemi nazzjonali jistgħu jużaw softwer tagħhom stess jew softwer kummerċjali biex jittrażmettu u jirċievu l-messaġġi mill-hub ċentrali.

1.3.

Bħala alternattiva għall-punt 1.1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw netwerk kummerċjali kompatibbli biex jiskambjaw il-messaġġi bejniethom. F'dak il-każ, kull awtorità kompetenti tipprovdi statistika dwar il-messaġġi skambjati f'dak in-netwerk lill-hub ċentrali.

2.   ĠESTJONI

2.1.   Il-hub ċentrali se jiġi ġestit mill-Kummissjoni, li se tkun responsabbli għat-tħaddim tekniku u għall-manutenzjoni tal-hub ċentrali.

2.2.   Il-hub ċentrali mhux se jaħżen id-dejta għal perjodu ta' iżjed minn sitt xhur, għajr id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-dejta statistika stabbiliti fl-Anness VII.

2.3.   Il-hub ċentrali mhux se jipprovdi aċċess għad-dejta personali, għajr lill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni, meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' manutenzjoni u ta' individwazzjoni ta' soluzzjoni.

2.4.   L-Istati Membri se jkunu responsabbli:

2.4.1.

Għat-twaqqif u għall-ġestjoni tas-sistemi nazzjonali tagħhom, inkluża l-interfaċċa mal-hub ċentrali.

2.4.2.

Għall-installazzjoni u għall-manutenzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom, kemm tal-ħardwer kif ukoll tas-softwer, u sewwasew jekk tkun sistema tagħhom stess jew sistema kummerċjali.

2.4.3.

Għall-interoperabbiltà korretta tas-sistema nazzjonali tagħhom mal-hub ċentrali, inkluża l-ġestjoni tal-messaġġi tal-iżbalji li jirċievi l-hub ċentrali.

2.4.4.

Sabiex jieħdu l-miżuri kollha biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni.

2.4.5.

Għat-tħaddim tas-sistemi nazzjonali skont il-livelli ta' servizz stabbiliti fl-Anness VI.

2.5.   Il-portal tal-web MOVEHUB

Il-Kummissjoni se tipprovdi applikazzjoni bbażata fuq il-web b'aċċess f'qafas sigur, imsejħa “l-portal tal-web MOVEHUB”, filwaqt li tipprovdi minn tal-inqas is-servizzi li ġejjin:

(a)

L-istatistika dwar id-disponibbiltà tal-Istati Membri

(b)

In-notifika tal-manutenzjoni fuq il-hub ċentrali u fuq is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri.

(c)

Rapporti aggregati

(d)

Ġestjoni tal-kuntatti

(e)

Skemi XSD

2.6.   Ġestjoni tal-kuntatti

Il-funzjonalità tal-ġestjoni tal-kuntatti se tipprovdi lil kull Stat Membru bil-kapaċità ta' ġestjoni tad-dettalji ta' kuntatt fir-rigward tal-utenti kummerċjali, operazzjonali, tekniċi u ta' politika ta' dak l-Istat Membru, billi l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tkun responsabbli għaż-żamma tal-kuntatti tagħha stess. Se jkun possibbli li wieħed jara, iżda mhux jeditja, id-dettalji ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħra.


ANNESS II

FUNZJONALITAJIET TAL-ERRU

1.

Il-funzjonalitajiet li ġejjin se jiġu pprovduti permezz tal-ERRU:

1.1.

Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba (CGR): jippermetti lill-Istat Membru tat-talba jibgħat mistoqsija lil Stat Membru wieħed tat-tweġiba jew lil kollha kemm huma, sabiex tiġi ddeterminata l-qagħda medika ta' maniġer tat-trasport u b'hekk l-awtorizzazzjoni li jmexxi impriża tat-trasport.

1.2.

Notifika tal-Ksur (INF): tippermetti lill-Istat Membru tal-ksur jinnotifika lill-Istat Membru ta' stabbiliment li l-impriża tat-trasport tkun wettqet ksur serju kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Tippermetti wkoll lill-Istat Membru tal-ksur jitlob li l-penali jiġu applikati lill-impriża tat-trasport fl-Istat Membru ta' stabbiliment.

1.3.

Kontroll tal-Liċenzja Komunitarja (CCL): jippermetti lill-Istat Membru tat-talba jibgħat lill-Istat Membru tat-tweġiba (jiġifieri l-Istat Membru ta' stabbiliment) sabiex jiġi determinat jekk impriża tat-trasport tkunx qed topera b'liċenzja Komunitarja valida.

2.

Se jiġu inklużi tipi oħra ta' messaġġi li jitqiesu li huma adattati għall-funzjonament effiċjenti tal-ERRU, pereżempju, notifiki tal-iżbalji.


ANNESS III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-MESSAĠĠI TAL-ERRU

1.   REKWIŻITI TEKNIĊI ĠENERALI

1.1.   Il-hub ċentrali se tipprovdi interfaċċa sinkronika u oħra asinkronika għall-iskambju ta' messaġġi. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-iktar teknoloġija adattata għall-interfaċċa mal-applikazzjonijiet tagħhom stess.

1.2.   Il-messaġġi kollha skambjati bejn il-hub ċentrali u s-sistemi nazzjonali jridu jkunu enkowdjati UTF-8.

1.3.   L-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom jistgħu jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi li jkun fihom ittri Griegi jew Ċirilliċi.

2.   STRUTTURA TAL-MESSAĠĠI U DEFINIZZJONI TAL-ISKEMA XML (XSD)

2.1.   L-istruttura ġenerali tal-messaġġi XML issegwi l-format definit mill-iskemi XSD installati fil-hub ċentrali.

2.2.   Il-hub ċentrali u s-sistemi nazzjonali jittrażmettu u jirċievu messaġġi li jikkonformaw mal-iskema XSD tal-messaġġi.

2.3.   Is-sistemi nazzjonali se jkunu kapaċi jibagħtu, jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi kollha li jikkorrispondu ma' kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet stabbiliti fl-Anness II.

2.4.   Minn tal-inqas il-messaġġi XML jinkludu r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

Appendiċi

Rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-messaġġi XML

Intestazzjoni Komuni

Obbligatorju

Verżjoni

Il-verżjoni uffiċjali tal-ispeċifikazzjonijiet XML se tiġi speċifikata permezz tal-ispazju tal-isem definit fil-messaġġ XSD u fl-attribut tal-verżjoni tal-element tal-Intestazzjoni ta' kwalunkwe messaġġ XML. In-numru tal-verżjoni (“n.m”) se jiġi definit bħala valur fiss f'kull rilaxx tal-fajl tad-Definizzjoni ta' Skema XML (xsd).

Iva

Identifikatur tat-Test

Identifikatur (ID) fakultattiv għall-ittestjar L-oriġinatur tat-test jimla l-ID u l-parteċipanti kollha fil-fluss tax-xogħol jittrażmettu/jirritornaw l-istess ID. Fil-produzzjoni dan għandu jiġi injorat u mhux se jintuża jekk jiġi pprovdut.

Le

Identifikatur Tekniku

UUID li jidentifika b'mod uniku lil kull messaġġ individwali. Min jibgħat il-messaġġ jiġġenera UUID u jimla dan l-attribut. Din id-dejta ma tintużax f'kapaċità kummerċjali.

Iva

Identifikatur tal-Fluss tax-xogħol

Il-workflowId huwa UUID u għandu jiġi ġġenerat mill-Istat Membru tat-talba. Imbagħad, dan l-ID jintuża fil-messaġġi kollha biex għall-korrelazzjoni tal-fluss tax-xogħol.

Iva

Mibgħut Fi

Id-data u l-ħin (UTC) li fihom intbagħat il-messaġġ.

Iva

Żmien tal-iskadenza

Dan huwa attribut fakultattiv tad-data u tal-ħin (fil-format UTC). Dan il-valur jiġi ssettjat biss mill-Hub għat-talbiet li jintbagħtu. Dan jinforma lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar il-ħin meta tiskadi t-talba. Dan il-valur mhuwiex meħtieġ fi MS2TCN_<x>_Req u fil-messaġġi kollha ta' tweġiba. Huwa fakultattiv u allura l-istess definizzjoni tal-intestazzjoni tista' tintuża għat-tipi kollha ta' messaġġi kemm jekk ikun meħtieġ l-attribut timeoutValue kif ukoll jekk ma jkunx.

Le

Mingħand

Il-kodiċi Alfa 2 ISO 3166-1 tal-Istat Membru li jibgħat il-messaġġ jew “UE”.

Iva

Lil

Il-kodiċi Alfa 2 ISO 3166-1 tal-Istat Membru li qed jintbagħatlu l-messaġġ jew “UE”.

Iva

Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba

Talba għal Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jidentifika kull talba individwali.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Talba

L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet talba għal tfittxija.

Iva

Dettalji tal-Maniġer tat-Trasport

Iva, jekk ma jkunx hemm dettalji tas-CPC

Kunjom

Kunjom/ijiet tal-maniġer tat-trasport kif indikat fuq is-CPC.

Iva

Isem

L-isem sħiħ tal-maniġer tat-trasport kif indikat fuq iċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali.

Iva

Data tat-Twelid

Id-data ta' twelid tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Post tat-twelid

Il-post tat-twelid tal-maniġer tat-trasport.

Le

Dettalji tas-CPC

Iva, jekk ma jkunx hemm dettalji tal-maniġer tat-trasport

Numru tas-CPC

In-numru taċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali

Iva

Data tal-Ħruġ tas-CPC

Id-data tal-ħruġ tas-CPC fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Pajjiż tal-Ħruġ tas-CPC

Il-pajjiż tal-ħruġ tas-CPC fil-format Alfa 2 ISO 3166-1.

Iva


Tweġiba għall-Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jaqbel mal-identifikatur tal-każ tan-negozju tat-talba.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Talba

L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet talba għal tfittxija.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Tweġiba

L-awtorità kompetenti li tkun wieġbet it-talba għal tfittxija.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tat-tfittxija (eż. instab, ma nstabx, żball, eċċ.).

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Deskrizzjoni ta' spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Instabu Dettalji tal-Maniġer tat-Trasport

Iva, jekk Instab il-Kodiċi tal-Istatus

Kunjom

Il-kunjom/ijiet tal-maniġer tat-trasport kif irreġistrat/i fir-reġistru.

Iva

Isem

L-isem sħiħ tal-maniġer tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Data tat-Twelid

Id-data ta' twelid tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Post tat-twelid

Il-post tat-twelid tal-maniġer tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Numru tas-CPC

In-numru taċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Data tal-Ħruġ tas-CPC

Id-data tal-ħruġ tas-CPC fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Pajjiż tal-Ħruġ tas-CPC

Il-pajjiż tal-ħruġ tas-CPC fil-format Alfa 2 ISO 3166-1 kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Total ta' Impriżi Ġestiti

In-numru ta' impriżi tat-trasport li magħhom ikun assoċjat il-maniġer tat-trasport.

Iva

Total ta' Vetturi Ġestiti

In-numru totali ta' vetturi li magħhom ikun assoċjat il-maniġer tat-trasport.

Iva

Qagħda medika

Dikjarazzjoni ta' “Qagħda medika tajba” jew ta' “Qagħda medika ħażina”.

Iva

Data tat-Tmiem tal-Qagħda medika ħażina

Id-data tat-tmiem tal-qagħda medika ħażina tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ). Applikabbli jekk il-Qagħda fiżika tkun ħażina.

Le

Metodu ta' Tfittxija

Il-metodu li jintuża biex jinstab il-maniġer tat-trasport: NYSIIS, CPC jew wieħed Apposta.

Iva

Impriża tat-Trasport (għal kull Maniġer tat-Trasport li jinstab)

Iva jekk l-Impriżi Ġestiti > 0

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport (l-isem u l-forma ġuridika) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Indirizz tal-Impriża tat-Trasport

L-indirizz tal-impriża tat-trasport (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Status tal-Liċenzja Komunitarja

L-istatus tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Vetturi Ġestiti

In-numru ta' vetturi ġestiti kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Notifika ta' Ksur

Talba għal Notifika ta' Ksur

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jidentifika kull talba individwali.

Iva

Awtorità tan-Notifika

L-awtorità kompetenti li toħroġ in-notifika ta' ksur.

Iva

Impriża tat-Trasport

Iva

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport li kontriha jkun qed jiġi rreġistrat l-ksur.

Iva

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport.

Iva

Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Vettura

In-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura tal-vettura li twettaq l-ksur.

Iva

Pajjiż ta' Reġistrazzjoni tal-Vettura

Il-pajjiż li fih tkun irreġistrata l-vettura

Iva

Ksur Serju

Iva

Data tal-Ksur

Id-data tal-ksur tas-CPC fil-format ISO 8601. (SSSS-XX-JJ)

Iva

Kategorija

Il-kategorija tal-ksur:

MSI — L-iktar ksur serju

VSI — Ksur serju ħafna

SI — Ksur serju

Iva

Tip ta' Ksur

Skont il-klassifikazzjoni mogħtija fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/403

Iva

Data tal-Kontroll

Id-data tal-kontroll li fiha l-ksur ikun ġie aċċertat fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Penali Imposta (għal kull Ksur Serju)

Iva

Identifikatur tal-Penali Imposta

In-numru tas-serje tal-penali individwali imposta.

Iva

Data tad-Deċiżjoni Finali

Id-data tad-deċiżjoni finali tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Tip ta' Penali Imposta

Dikjarazzjoni ta' waħda minn dawn:

101 — “Twissija”

201 –“Divjet temporanju fuq l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ”

202 — “Multa”

203 — “Projbizzjoni”

204 — “Immobilizzazzjoni”

102 — “Oħrajn”

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Le

Data tat-Tmiem

Id-data tat-tmiem tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Le

Ġiet Eżegwita

Iva/Le

Iva

Penali Mitluba (għal kull Ksur Serju)

Le

Identifikatur tal-Penali Mitluba

In-numru tas-serje tal-penali individwali mitluba.

Iva

Tip ta' Penali Mitluba

Dikjarazzjoni ta' waħda minn dawn:

101 — “Twissija”

301 — “Irtirar temporanju ta' xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta' kollha kemm huma”

302 — “Irtirar permanenti ta' xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta' kollha kemm huma”

303 — “Irtirar temporanju tal-liċenzja Komunitarja”

304 — “Irtirar permanenti tal-liċenzja Komunitarja”

305 — “Sospensjoni tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

306 — “Irtirar tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

307 — “Ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq soġġett għal kundizzjonijiet addizzjonali sabiex jiġi evitat l-użu ħażin”

Iva

Durata

It-tul ta' żmien tal-penali mitluba (jiem kalendarji).

Le


Tweġiba għal Notifika ta' Ksur

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jaqbel mal-identifikatur tal-każ tan-negozju tat-talba.

Iva

Awtorità Oriġinatriċi

L-awtorità kompetenti li ħarġet in-notifika ta' ksur oriġinali.

Iva

Awtorità tal-Għoti tal-Liċenzja

L-awtorità kompetenti li twieġeb in-notifika ta' ksur.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba għall-ksur (eż. instab, ma nstabx, żball, eċċ.).

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Deskrizzjoni ta' spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Impriża tat-Trasport

Iva

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Penali Imposta

Le

Identifikatur tal-Penali Imposta

In-numru tas-serje tal-penali individwali imposta (mogħti fl-Identifikatur tal-Penali Mitluba tan-Notifika ta' Ksur).

Iva

Awtorità li qed Timponi l-Penali

Isem l-awtorità li qed timponi l-penali.

Iva

Ġiet Imposta

Iva/Le

Iva

Tip ta' Penali Imposta

Dikjarazzjoni ta' waħda minn dawn:

101 — “Twissija”

301 — “Irtirar temporanju ta' xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta' kollha kemm huma”

302 — “Irtirar permanenti ta' xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta' kollha kemm huma”

303 — “Irtirar temporanju tal-liċenzja Komunitarja”

304 — “Irtirar permanenti tal-liċenzja Komunitarja”

305 — “Sospensjoni tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

306 — “Irtirar tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

307 — “Ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq soġġett għal kundizzjonijiet addizzjonali sabiex jiġi evitat l-użu ħażin”

102 — “Oħrajn”

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Le

Data tat-Tmiem

Id-data tat-tmiem tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Le

Raġuni

Ir-raġuni jekk il-penali ma tiġix imposta.

Le


Konferma ta' Riċevuta għal Notifika ta' Ksur

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jaqbel mal-identifikatur tal-każ tan-negozju tan-notifika jew tat-tweġiba.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tal-konferma ta' riċevuta.

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Sekwenza tal-Messaġġ tal-Istatus

Le

Awtorità Oriġinatriċi

Għal IN_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tad-Destinazzjoni”.

Għal IR_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tal-Konferma ta' Riċevuta”.

Iva

Awtorità tal-Għoti tal-Liċenzja

Għal IN_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tal-Konferma ta' Riċevuta”.

Għal IR_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tad-Destinazzjoni”.

Iva

Tip ta' Konferma ta' Riċevuta

Tip ta' Konferma ta' Riċevuta ta' Definizzjoni

Valuri Possibbli:

“IN_Ack”

“IR_Ack”

Iva

Kontroll tal-Liċenzja Komunitarja

Talba ta' Kontroll tal-Liċenzja Komunitarja

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jidentifika kull talba individwali.

Iva

Awtorità Oriġinatriċi

L-awtorità li toħroġ it-talba għal tfittxija.

Le

Impriża tat-Trasport

Iva

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport li għaliha jintalbu d-dettalji tal-liċenzja Komunitarja.

Iva

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja li għaliha jintalbu d-dettalji.

Iva

Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Vettura

In-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura li għaliha tinħareġ kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Le


Tweġiba għall-Kontroll tal-Liċenzja Komunitarja

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jidentifika kull talba individwali.

Iva

Awtorità Oriġinatriċi

L-awtorità li ħarġet it-talba għal tfittxija.

Le

Impriża tat-Trasport

Iva

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport (l-isem u l-forma ġuridika) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Indirizz tal-Impriża tat-Trasport

L-indirizz tal-impriża tat-trasport (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Dettalji tal-Liċenzja Komunitarja

Iva

Numru tal-Liċenzja

In-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Status tal-Liċenzja

L-istatus tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru:

“Attiva”

“Sospiża”

“Irtirata”

“Skadiet”

“Mitlufa/Misruqa”

“Annullata”

“Ritornata”

Iva

Tip ta' Liċenzja

It-tip tal-liċenzja Komunitarja kif irreġistrat fir-reġistru. Dikjarazzjoni ta':

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri”

“Liċenzja nazzjonali għat-trasport tal-passiġġieri”

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-merkanzija”

“Liċenzja Nazzjonali għat-trasport tal-merkanzija”

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu tal-liċenzja Komunitarja.

Iva

Data ta' Skadenza

Id-data ta' skadenza tal-liċenzja Komunitarja.

Iva

Data ta' Rtirar

Id-data ta' rtirar tal-liċenzja Komunitarja.

Le

Data ta' Sospensjoni

Id-data ta' sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja.

Le

Data ta' Skadenza tas-Sospensjoni

Id-data li fiha tiskadi s-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja.

Le

Vetturi Ġestiti

In-numru ta' vetturi ġestiti kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Dettalji tal-Kopja Awtentika Ċċertifikata

Iva

Numru tal-Liċenzja

In-numru tas-serje tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru (dan huwa n-numru tal-liċenzja li ġie riċevut fit-talba).

Iva

Status tal-Liċenzja

L-istatus tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru:

“Attiva”

“Sospiża”

“Irtirata”

“Skadiet”

“Mitlufa/Misruqa”

“Annullata”

“Ritornata”

Iva

Tip ta' Liċenzja

It-tip ta' kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja kif irreġistrat fir-reġistru. Dikjarazzjoni ta':

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri”

“Liċenzja nazzjonali għat-trasport tal-passiġġieri”

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-merkanzija”

“Liċenzja Nazzjonali għat-trasport tal-merkanzija”

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Iva

Data ta' Skadenza

Id-data ta' skadenza tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Iva

Data ta' Rtirar

Id-data ta' rtirar tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Le

Data ta' Sospensjoni

Id-data ta' sospensjoni tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Le

Data ta' Skadenza tas-Sospensjoni

Id-data li fiha tiskadi s-sospensjoni tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Le


ANNESS IV

SERVIZZI TA' TRAŻLITTERAZZJONI U TA' NYSIIS

1.   L-algoritmu tan-NYSIIS implimentat fil-hub ċentrali se jintuża sabiex jiġu enkowdjati l-ismijiet tal-maniġers kollha tat-trasport fir-reġistru nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom dejjem jużaw il-kjavi tan-NYSIIS bħala l-mekkaniżmu primarju ta' tfittxija meta jfittxu fir-reġistru għal maniġer tat-trasport permezz tal-funzjonalità tas-CGR.

3.   Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw algoritmu apposta biex jagħtihom riżultati addizzjonali.

4.   Ir-riżultati tat-tfittxija jindikaw b'liema mekkaniżmu ta' tfittxija nstab rekord, jekk hux bin-NYSIIS, jew bis-CPC jew b'wieħed apposta.


ANNESS V

REKWIZITI TA' SIGURTÀ

1.   Dejjem irid jintuża l-HTTPS għall-iskambju ta' messaġġi bejn il-hub ċentrali u s-sistemi nazzjonali.

2.   Is-sistemi nazzjonali se jużaw iċ-ċertifikati tal-PKI pprovduti mill-Kummissjoni sabiex it-trażmissjoni tal-messaġġi bejn is-sistema nazzjonali u l-hub issir f'qafas sigur.

3.   Bħala minimu, is-sistemi nazzjonali se jimplimentaw iċ-ċertifikati li jużaw l-algoritmu tal-hash tal-firma SHA-2 (SHA-256) u tul tal-kjavi pubblika ta' 2 048 bit.


ANNESS VI

LIVELLI TA' SERVIZZ

1.   Is-sistemi nazzjonali se jissodisfaw il-livell minimu ta' servizz li ġej:

1.1.

Se jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat (7) ijiem fil-ġimgħa.

1.2.

Id-disponibbiltà tagħhom għandha tiġi ssorveljata b'messaġġ pulsanti li jinħareġ mill-hub ċentrali.

1.3.

Ir-rata ta' disponibbiltà tagħhom se tkun ta' 98 %, skont it-tabella li ġejja (iċ-ċifri ġew aġġustati 'l fuq għall-eqreb unità konvenjenti):

Disponibbiltà ta'

tfisser nuqqas ta' disponibbiltà ta'

Kuljum

Kull xahar

Kull sena

98 %

0,5 sigħat

15-il siegħa

7,5 ijiem

L-Istati Membri mħeġġa jirrispettaw ir-rata ta' disponibbiltà ta' kuljum, madankollu, huwa rikonoxxut li ċerti attivitajiet neċessarji, bħall-manutenzjoni tas-sistema, jeħtieġu perjodu ta' waqfien ta' iżjed minn 30 minuta. Madankollu, ir-rati ta' disponibbiltà ta' kull xahar u ta' kull sena jibqgħu obbligatorji.

1.4.

L-Istati Membri se jwieġbu minimu ta' 98 % tat-talbiet li jintbagħtulhom f'xahar kalendarju wieħed.

1.5.

Meta jibagħtu t-tweġibiet dwar il-kontrolli tar-reputazzjoni tajba, il-konfermi li rċevew in-notifika tal-ksur, u t-tweġibiet dwar il-kontrolli tal-liċenzja Komunitarja skont l-Anness VIII:

1.5.1.

L-Istati Membri se jwieġbu t-talbiet fi żmien 10 sekondi.

1.5.2.

Iż-żmien tal-iskadenza tat-talba globali (iż-żmien li fih min jagħmel it-talba jista' jistenna għal tweġiba) ma għandux jaqbeż l-20 sekonda.

1.5.3.

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu rata ta' talbiet ta' sitt (6) messaġġi kull sekonda.

1.6.

Is-sistemi nazzjonali mhumiex se jibagħtu talbiet lill-hub tal-ERRU b'rata li tkun iżjed minn żewġ talbiet kull sekonda.

1.7.

Kull sistema nazzjonali se tkun kapaċi tlaħħaq mal-problemi tekniċi potenzjali tal-hub ċentrali jew tas-sistemi nazzjonali fi Stati Membri oħra. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

Telf tal-konnessjoni mal-hub ċentrali

(b)

Ebda tweġiba għal talba

(c)

Riċevuta tat-tweġibiet wara li jiskadi ż-żmien ta' messaġġ

(d)

Riċevuta ta' messaġġi mhux mitluba

(e)

Riċevuta ta' messaġġi mhux validi

2.   Il-hub ċentrali se:

2.1.

Jkollu rata ta' disponibbiltà ta' 98 %.

2.2.

Jipprovdi notifika ta' kwalunkwe żball lis-sistemi nazzjonali, permezz tal-messaġġ ta' tweġiba jew inkella permezz ta' messaġġ dedikat ta' żball. Is-sistemi nazzjonali, min-naħa tagħhom, se jirċievu dawn il-messaġġi dedikati ta' żbalji u jkollhom fis-seħħ eskalazzjoni fil-fluss tax-xogħol sabiex jieħdu kwalunkwe azzjoni li tkun xierqa biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji nnotifikati.

3.   Manutenzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe attività ta' manutenzjoni ta' rutina permezz tal-applikazzjoni tal-web, minn tal-inqas ġimgħa qabel il-bidu ta' dawk l-attivitajiet, jekk dan ikun possibbli teknikament.


ANNEX VII

REĠISTRAZZJONI U STATISTIKA

1.   Dan l-Anness jipprovdi dettalji dwar id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-dejta statistika miġbura fil-hub ċentrali, mhux fl-Istati Membri.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-privatezza, id-dejta għal finijiet statistiċi tkun anonima. Id-dejta li tidentifika maniġer speċifiku tat-trasport, impriża tat-trasport jew CPC ma tkunx disponibbli għal finijiet statistiċi.

3.   L-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni żżomm amment tat-tranżazzjonijiet kollha għall-finijiet ta' monitoraġġ u ta' debugging, u tippermetti l-ġenerazzjoni tal-istatistika dwar dawn it-tranżazzjonijiet.

4.   Id-dejta personali mhux se tinżamm fir-reġistri għal iżjed minn sitt (6) xhur. L-informazzjoni statistika tinżamm għal żmien mhux definit.

5.   Id-dejta statistika li tintuża għar-rapportar tinkludi:

(a)

L-Istat Membru tat-talba.

(b)

L-Istat Membru tat-tweġiba.

(c)

It-tip ta' messaġġ

(d)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

(e)

Id-data u l-ħin tal-messaġġi.

(f)

Il-ħin tat-tweġiba.


ANNESS VIII

UŻU TAL-ERRU

1.   KONTROLL TAR-REPUTAZZJONI TAJBA TAL-MANIĠERS TAT-TRASPORT

Meta ssir il-verifika permezz tal-ERRU, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, dwar jekk maniġer tat-trasport ġiex iddikjarat mhux adattat li jġestixxi l-attivitajiet tat-trasport ta' impriża f'wieħed mill-Istati Membru, l-Istati Membri għandhom iwettqu tfittxija ġenerali ta' CGR billi jibagħtu Talba għal Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba. L-Istati Membri tat-tweġiba għandhom iwieġbu għat-talba billi jibagħtu Tweġiba għall-Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba.

2.   SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR IL-KSUR

2.1.   Meta jsir skambju ta' informazzjoni dwar ksur serju permezz tal-ERRU, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 jew l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-Istat Membru tal-ksur jinnotifika lill-Istat Membru ta' stabbiliment fil-każ ta' ksur wieħed jew iktar imwettaq/imwettqa minn impriża tat-trasport, fil-qafas tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. In-notifika għandha ssir billi tintbagħat Talba għal Notifika ta' Ksur.

2.2.   It-Talba għal Notifika ta' Ksur tintbagħat mill-iktar fis possibbli u mhux iżjed tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni. Din tagħti d-dettalji dwar il-ksur, l-istatus tal-penali imposti u l-penali mitluba, jekk ikun il-każ, fl-Istat Membru ta' stabbiliment.

2.3.   L-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jwieġeb it-Talba għal Notifika ta' Ksur billi jibgħat Tweġiba għan-Notifika ta' Ksur, mill-iktar fis possibbli u mhux iżjed tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni, li biha jagħti tagħrif dwar liema mill-penali mitluba mill-Istat Membru tal-ksur ġew imposti, jekk ikun il-każ. Jekk penali bħal dawn ma jiġux imposti, it-Tweġiba għan-Notifika ta' Ksur għandha tinkludi r-raġunijiet għalfejn dan kien il-każ.

2.4.   Fil-każijiet kollha, ir-riċevuta ta' kwalunkwe Notifika ta' Ksur għandha tiġi kkonfermata b'Konferma ta' Riċevuta għan-Notifika ta' Ksur.

3.   KONTROLL TAL-LIĊENZJA KOMUNITARJA

3.1.   Meta jikkontrolla d-disponibbiltà tal-liċenzja Komunitarja msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, Stat Membru jista' jitlob l-informazzjoni dwar il-liċenzja Komunitarja msemmija fl-Artikolu 16(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 permezz ta' Talba għal Kontroll tal-Liċenzja Komunitarjali tintbagħat lill-Istat Membru ta' stabbiliment.

3.2.   L-Istat Membru ta' stabbiliment iwieġeb billi jibgħat Tweġiba għall-Kontroll tal-Liċenzja Komunitarja.